<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0121</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rwol tad-diplomazija dwar l-oċeani għall-kompetittività tas-sajd u l-akkwakultura tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0043/2026 - Rapporteur: Željana Zovko)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2026 dwar ir-rwol tad-diplomazija dwar l-oċeani għall-kompetittività tas-sajd u l-akkwakultura tal-UE (2025/2054(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3(5), 43, 349 u 355 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-politika komuni tas-sajd tal-UE (PKS) u d-dimensjoni esterna tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim fuq l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ ħażniet ta’ ħut li jpassi f’żona limitata u ħażniet ta’ ħut li jpassi ħafna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar fuq il-konservazzjoni u fuq l-użu sostenibbli tal-bijodiversità marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali tad-19 ta’ Ġunju 2023 (il-Ftehim BBNJ),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2025/2077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1026/2012 dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/2077, 14.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2077/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “Il-Patt Ewropew għall-Oċeani” (COM(2025)0281) u l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-24 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Inwittu t-triq lejn pjaneta blu sostenibbli – Komunikazzjoni Konġunta dwar l-aġenda tal-UE għall-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani” (JOIN(2022)0028),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Il-Patt għall-Mediterran – Baħar Wieħed, Patt Wieħed, Futur Wieħed” (JOIN(2025)0026), b’mod partikolari t-Taqsima II.6 tagħha, bit-titolu “Il-promozzjoni ta’ ekonomija blu sostenibbli”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim għall-prevenzjoni tas-sajd mhux regolat fl-ibħra miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 73, 15.3.2019, p. 3.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar is-Sussidji għas-Sajd adottat bid-deċiżjoni ministerjali tas-17 ta’ Ġunju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) bit-titolu “Review of the state of world marine fisheries resources – 2025” (Rieżami tal-istat tar-riżorsi tas-sajd tal-baħar dinjija – 2025) u “The State of World Fisheries and Aquaculture 2024” (L-istat tas-sajd u l-akkwakultura dinjija 2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-governanza tal-oċeani, is-sajd u l-ekonomija blu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2023 dwar l-implikazzjonijiet tal-operazzjonijiet tas-sajd Ċiniżi għas-sajd tal-UE u t-triq ’il quddiem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/2652, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2652/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A10-0043/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-oċeani u l-ibħra jkopru 71 % tal-wiċċ tad-dinja u aktar minn 65 % tat-territorju tal-UE; billi bis-saħħa tar-reġjuni ultraperiferiċi li jassiguraw il-preżenza tagħha fl-oċeani kollha tad-dinja, l-UE tissorvelja l-akbar żona marittima kollettiva tad-dinja, li tinkludi 25 miljun km² ta’ żoni ekonomiċi esklużivi (ŻEE), u kosta ta’ aktar minn 70 000 km; billi 40 % tan-nies fl-UE jgħixu f’distanza ta’ iqsar minn 50 km mill-baħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-flotta tas-sajd tal-UE, li tirrappreżenta l-preżenza tal-UE fl-ibħra, tinkludi madwar 69 000 lanċa, li minnhom 75 % jintużaw minn sajjieda kostali u sajjieda fuq skala żgħira, u hija waħda mill-aktar flotot tas-sajd sostenibbli u regolati b’mod rigoruż fid-dinja; billi qed tiffaċċja kwoti li qed jonqsu, kostijiet operatorji għoljin, piżijiet amministrattivi u regolatorji, it-tiqdim tal-flotta tas-sajd u t-tixjiħ tas-sajjieda, nuqqas ta’ inċentiv biex tattira ġenerazzjonijiet ġodda fis-settur, u kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi mhux tal-UE bi standards aktar baxxi; billi l-kompetizzjoni ġusta u l-ġestjoni sostenibbli tas-sajd huma komponenti ewlenin għal settur prosperu u li jista’ jrendi profitt, kif muri fir-rapport ekonomiku annwali tal-2024 dwar il-flotta tas-sajd tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>	billi n-nuqqas ta’ kundizzjonijiet indaqs għas-sajjieda tal-UE u mhux tal-UE wassal f’dawn l-aħħar snin għal telf sinifikanti ta’ laneċ tal-UE, li ġew esportati temporanjament jew inbiegħu lil pajjiżi mhux tal-UE; billi meta bastiment tal-UE jħalli post għas-sajd fil-qafas ta’ Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO), dan jiġi ssostitwit b’bastiment minn pajjiż mhux tal-UE, li normalment ikun jopera skont standards ambjentali u soċjali aktar baxxi; billi, fl-istess ħin, l-importazzjonijiet minn tali pajjiżi fis-suq tal-UE qed jiżdiedu;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>	billi s-settur tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE jikkontribwixxi madwar EUR 5,5 biljun fis-sena għall-ekonomija tal-UE u jipprovdi impjiegi diretti lil madwar 193 000 sajjied u produttur tal-akkwakultura madwar l-Ewropa; billi l-UE għandha industrija tal-ipproċessar tal-ħut u tal-ikel ippreżervat fil-laned b’dimensjoni soċjoekonomika sinifikanti li trid tiġi ppreservata u msaħħa wkoll;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-UE timporta 70 % tal-frott tal-baħar tagħha, u dan joħloq dipendenza strateġika, jimmina l-awtosuffiċjenza u jissogra li jesponi lis-settur għal prattiki inġusti; billi din is-sitwazzjoni tirrikjedi traċċabbiltà u dispożizzjonijiet fil-qasam tat-trasparenza, it-tisħiħ tal-kontrolli fil-fruntieri u l-armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi doganali u klawżoli awtomatiċi ta’ salvagwardja u ta’ reċiproċità, flimkien mal-istabbiliment ta’ uffiċċju tal-UE għall-kontroll tal-importazzjonijiet biex jiġi żgurat li l-importazzjonijiet kollha jikkonformaw ma’ standards ekwivalenti għal dawk applikabbli fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE hija parti kontraenti ta’ 18-il RFMO u erba’ konvenzjonijiet dwar ibħra reġjonali u għandha rwol ewlieni fin-negozjati multilaterali dwar il-ġestjoni tas-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar; billi l-UE tirrikonoxxi li l-RFMOs huma l-elementi kostitwenti tal-governanza internazzjonali tal-oċeani għall-ġestjoni u l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, u huma strumenti essenzjali biex titrawwem id-diplomazija internazzjonali dwar l-oċeani, tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost in-nazzjonijiet kostali u tas-sajd, u tiġi żgurata l-governanza sostenibbli tal-ibħra internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>	billi l-UE għandha 20 ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs); billi, minkejja li sebgħa minnhom mhumiex attivi, l-SFPAs joħolqu network ta’ ftehimiet ma’ pajjiżi sħab, li jikkostitwixxi wkoll pjattaforma għal aktar kooperazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni globali tas-sajd u l-governanza internazzjonali tal-oċeani;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-aċidifikazzjoni tal-oċeani, l-iskart fil-baħar, is-sajd eċċessiv, it-tniġġis mill-plastik, l-ispeċijiet invażivi, id-degradazzjoni tal-ħabitats u t-tibdil fil-klima permezz ta’ żieda fit-temperaturi tal-baħar u l-frekwenza dejjem akbar ta’ mewġiet ta’ sħana tal-baħar joħolqu theddida sinifikanti għall-bijodiversità tal-baħar, filwaqt li s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), is-sajd eċċessiv u l-flotot mistura jheddu l-bijodiversità u s-sajd globali u tal-UE, u joħolqu kompetizzjoni inġusta għas-sajjieda tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>	billi l-flotot mistura u l-istrutturi ta’ sjieda opaki jirrappreżentaw theddida separata u aktar gravi għas-sigurtà marittima, is-saħħa pubblika u s-sikurezza fiż-żoni kostali, inkluż permezz tar-riskju akbar ta’ tixrid taż-żejt, skariki aċċidentali, skariki minn skart perikoluż u inċidenti oħra li jpoġġu l-ħajja tal-bniedem, il-mezzi ta’ sussistenza u l-ekosistemi kostali fil-periklu;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>	billi l-libertà tan-navigazzjoni u l-kapaċità li wieħed jopera fil-baħar qed jitqiegħdu dejjem aktar taħt pressjoni fid-dinja kollha u l-infrastruttura tal-baħar essenzjali qed tiffaċċja riskji dejjem akbar;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>	billi t-theddid ibridu, l-attakki ċibernetiċi u l-atti reċenti ta’ sabotaġġ imorru lil hinn mill-fruntieri, peress li jinkludu ħsara lill-pipelines u lill-kejbils sottomarini tal-komunikazzjoni , interferenza fis-sistema ta’ pożizzjonament globali (GPS) fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar l-Iswed u attakki fuq rotot tat-trasport marittimu fil-Baħar l-Aħmar; billi l-indirizzar tal-esponiment tal-infrastruttura marittima, il-linji ta’ komunikazzjoni marittimi, u l-kummerċ globali għal theddid ibridu, attakki ċibernetiċi, piraterija u tensjonijiet ġeopolitiċi li qed jiżdiedu, u għalhekk it-theddid għas-sigurtà marittima, sar prijorità strateġika għall-ekonomija, il-konnettività u s-sovranità diġitali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-ħames ċiklu ta’ negozjati għal trattat futur dwar il-plastiks globali sar f’Awwissu 2025 iżda mingħajr ma ntlaħaq kunsens dwar trattat;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Brexit introduċa kumplessitajiet ġodda għall-governanza tas-sajd fl-Atlantiku tal-rigal, li jaffettwaw b’mod negattiv il-kooperazzjoni strutturata u ordnata fil-ġestjoni tas-sajd u l-governanza tal-oċeani, inklużi l-allokazzjoni tal-kwoti, l-aċċess għall-postijiet tas-sajd u d-dinamika tal-kummerċ;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi r-Regolament (UE) 2025/2077 isaħħaħ il-kapaċità tal-UE li taġixxi kontra prattiki tas-sajd mhux sostenibbli mwettqa minn pajjiżi mhux tal-UE, billi jiddefinixxi kriterji ċari għal “nuqqas ta’ kooperazzjoni”, imsejsa fid-dritt internazzjonali u evidenza xjentifika indipendenti bil-għan li jiġu ssalvagwardjati l-istokkijiet tal-ħut kondiviżi, filwaqt li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-RFMOs, u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għas-sajjieda tal-UE li joperaw skont standards għoljin ta’ sostenibbiltà;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Patt Ewropew għall-Oċeani jipproponi sitt prijoritajiet ewlenin għall-UE, inkluż it-tisħiħ tad-diplomazija tal-UE dwar l-oċeani, il-protezzjoni u r-restawr tas-saħħa tal-oċeani, it-tisħiħ tas-sigurtà marittima u l-progress tar-riċerka u l-għarfien dwar l-oċeani;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tad-diplomazija dwar l-oċeani</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li l-UE għandha tkompli tmexxi l-aġenda tal-governanza internazzjonali tal-oċeani, peress li tinsab f’pożizzjoni privileġġata, meta jitqiesu d-daqs taż-żona marittima tagħha, il-pożizzjoni ġeostrateġika tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-oċeani kollha, ir-rwol ta’ tmexxija storiku tagħha, ir-rilevanza u l-piż ekonomiċi tagħha, u r-rwol ta’ tmexxija ġuridika u regolatorja tagħha; ifakkar li l-UE għandha l-akbar ŻEE fid-dinja u diġà hija waħda minn ta’ quddiem fil-ġestjoni sostenibbli, il-protezzjoni, is-salvagwardja u r-restawr tal-ħabitats u r-riżorsi tal-baħar tagħha għall-ġenerazzjonijiet futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq li l-oċean huwa riżorsa ġeopolitika u ekonomika ċentrali għall-kompetittività u l-identità kulturali tal-Ewropa, u li d-diplomazija dwar l-oċeani hija parti mill-governanza internazzjonali tal-oċeani; jemmen li dan m’għandux ikun limitat għal approċċi ġeopolitiċi jew ta’ sigurtà biss iżda għandu jqis ukoll il-ġestjoni u l-governanza ġenerali tal-oċeani, li jirriflettu d-dimensjonijiet ambjentali, ekonomiċi, kulturali, soċjali u territorjali tal-baħar u l-importanza tal-baħar għall-komunitajiet tas-sajd u l-komunitajiet tar-reġjuni kostali, insulari u ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jappella għall-integrazzjoni tad-diplomazija dwar l-oċeani fl-azzjoni esterna tal-UE, inkluż l-iżvilupp, u l-politika estera u ta’ sigurtà komuni tagħha, biex tiddefendi ordni marittimu bbażat fuq ir-regoli permezz ta’ kooperazzjoni multilaterali f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS); jinnota li kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE, b’mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija tal-UE għall-Programm Spazjali, tkun tgħin biex jiġi żgurat l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, tippromwovi l-istandards ambjentali, ekonomiċi u soċjali tal-UE, b’mod partikolari f’l-organizzazzjonijiet internazzjonali inklużi l-FAO, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u d-WTO, u tiġġieled is-sajd IUU, permezz ta’ kontrolli aktar stretti fuq l-importazzjonijiet tas-sajd mhux regolati u kundizzjonijiet aktar stretti għall-aċċess għaż-żoni ekonomiċi esklużivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu indirizzati l-flotot mistura, il-piraterija, l-intimidazzjoni u l-atti ostili jew vjolenti li joriġinaw minn pajjiżi mhux tal-UE għad-tas-sajjieda tal-UE u tal-infrastruttura marittima tal-UE, permezz ta’ miżuri speċifiċi bħal missjonijiet navali, monitoraġġ bis-satellita bl-użu ta’ Copernicus u droni navali; jappella għat-tisħiħ tal-missjonijiet militari, mhux militari u navali tal-UE speċifiċi għall-monitoraġġ u l-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU, it-traffikar u l-flotot fantażma u l-kontroll tas-sikurezza tal-laneċ; ifakkar li l-flotot tat-traffikar u l-flotot fantażma qed iżidu r-riskju ta’ inċidenti kbar ta’ tniġġis u jipperikolaw iż-żoni kostali u l-popolazzjonijiet tagħhom; jissuġġerixxi li tiġi stabbilita faċilità ta’ emerġenza u ta’ rimedju tal-UE biex tgħin fl-isforzi ta’ reazzjoni u rkupru wara inċidenti ambjentali marbuta ma’ dawn l-operazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-objettiv tal-Patt Ewropew għall-Oċeani li jiżviluppa strateġija integrata li tgħaqqad il-politiki marittimi u tibni l-koerenza bejn is-setturi, billi tintegra, fost l-oħrajn, id-diplomazija dwar l-oċeani, l-ekonomija blu, ir-responsabbiltà ambjentali, il-protezzjoni, strateġija industrijali marittima, il-produzzjoni tas-sajd u tal-akkwakultura, is-sigurtà marittima kif ukoll il-politika kummerċjali u tal-iżvilupp; jissottolinja li permezz ta’ taħlita ta’ skjeramenti navali, sorveljanza tal-infrastruttura, assigurazzjoni u miżuri ta’ stabbilizzazzjoni tas-suq, difiżi ċibernetiċi msaħħa u infurzar ġuridiku robust, l-UE tista’ żżomm rotot kummerċjali u postijiet tas-sajd siguri u affidabbli, u b’hekk issaħħaħ il-kredibbiltà u r-rwol ta’ tmexxija tagħha fl-ordni globali bbażat fuq ir-regoli; jitlob li “summits dwar l-oċeani” jiġu organizzati regolarment fil-livell tal-UE, bl-involviment tal-ministri rilevanti kollha, tal-Parlament u tal-Kummissjoni, biex jingħata segwitu għall-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għall-Oċeani u biex jiġu żviluppati governanza internazzjonali tal-oċeani u diplomazija dwar l-oċeani b’saħħithom u dinamiċi, li jikkontribwixxu għal aġenda usa’ tal-UE dwar l-oċeani u għall-ordni globali bbażat fuq ir-regoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-Patt il-ġdid għall-Mediterran bħala inizjattiva ewlenija biex jissaħħu l-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità fir-reġjun; jinnota, b’mod partikolari, l-enfasi fuq il-promozzjoni u t-titjib tal-oqfsa legali relatati mal-RFMOs u l-ġlieda kontra s-sajd IUU fil-Mediterran permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza; jinnota wkoll l-għan li tingħata għajnuna biex jiġu mobilizzati proġetti reġjonali fuq skala kbira li joħolqu opportunitajiet għan-nies u n-negozji; jissottolinja li l-flotta tas-sajd tal-Mediterran hija fil-biċċa l-kbira magħmula minn laneċ fuq skala żgħira, li jammontaw għal madwar 80 % tal-flotta totali tal-UE fir-reġjun, u li hi u l-flotot ta’ pajjiżi ġirien diġà qed jiffaċċjaw diversi sfidi li jaffettwaw l-attraenza u s-sostenibbiltà soċjoekonomika tas-settur; jirrikonoxxi l-importanza li titrawwem il-kooperazzjoni reġjonali dwar is-sigurtà marittima, il-protezzjoni ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija blu; jistieden lill-Kummissjoni, fi sħubija mill-qrib mal-Unjoni għall-Mediterran u ma’ korpi reġjonali oħra, tagħti prijorità lill-implimentazzjoni ta’ dan il-patt u titgħallem mill-esperjenza u mill-aħjar prattika ta’ inizjattivi preċedenti ta’ dan it-tip biex tiżgura benefiċċji tanġibbli għall-komunitajiet kostali, b’enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ, in-nisa, in-negozji ż-żgħar, l-ekosistemi, is-sovranità tal-ikel u r-reżiljenza ekonomika fil-baċir kollu u fil-Baħar l-Iswed li hu konness;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ minn governanza internazzjonali tal-oċeani u diplomazija dwar l-oċeani robusti bħala għodda strateġika biex tmexxi ’l quddiem l-objettivi komuni u l-interessi strateġiċi tal-UE permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fl-RFMOs u permezz tan-network tagħha tal-SFPAs, b’enfasi partikolari fuq il-governanza sostenibbli, b’hekk jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi ġenwini, konformità u kompetizzjoni ġusta bejn is-sajjieda tal-UE u dawk mill-pajjiżi mhux tal-UE, filwaqt li tenfasizza l-bżonn li l-UE żżomm flotta tas-sajd li tista’ tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet tas-sajd il-ġodda maħluqa mill-espansjoni tal-SFPAs biex tiżgura s-sovranità tal-ikel tal-UE, filwaqt li tikkontribwixxi għar-reżiljenza ekonomika lokali u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>	Jilqa’ t-tħabbira ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ SFPAs, kif deskritt fil-Patt Ewropew għall-Oċeani, li huma allinjati mal-istrateġiji reġjonali tal-UE għall-Afrika u r-reġjun Indo-Paċifiku; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn il-ftehimiet jirrispettaw il-pariri xjentifiċi u d-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jkomplu japprofondixxu l-kooperazzjoni bilaterali mal-pajjiżi sħab u jsaħħu l-azzjoni komuni f’fora internazzjonali bħall-RFMOs, u li jsaħħu wkoll ir-rwol ta’ mexxej globali tal-UE fil-promozzjoni ta’ sħubijiet tas-sajd sostenibbli; jenfasizza li din il-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ SFPAs għandha toffri wkoll opportunità biex tittejjeb is-sostenibbiltà tal-flotta, titnaqqas il-pressjoni fuq l-istokkijiet sfruttati ħafna, jiġu diversifikati l-oriġini tal-prodotti tas-sajd u titnaqqas id-dipendenza tal-UE mill-prodotti tas-sajd mill-pajjiżi mhux tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tadotta strateġija ta’ komunikazzjoni influwenti fuq livell dinji sabiex tafferma l-ambizzjonijiet u r-rwol ta’ tmexxija tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jitlob li tingħata attenzjoni lill-ftehimiet inattivi, biex jiġu attivati billi jinbdew negozjati jew jintemmu, bil-għan li l-operaturi tal-UE jkunu jistgħu jesploraw arranġamenti oħra f’konformità mar-regoli applikabbli tal-UE, bħal awtorizzazzjonijiet diretti; jissottolinja li l-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji għas-Sajd tal-2022 jeskludi b’mod espliċitu l-SFPAs mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden, barra minn hekk lill-Kummissjoni tippersisti fl-isforzi tagħha, b’mod partikolari permezz tal-azzjoni tagħha fl-RFMOs, in-network tagħha ta’ SFPAs u l-memoranda ta’ qbil, biex iġġib trasparenza u obbligu ta’ rendikont akbar għan-nazzjonijiet kollha tas-sajd, speċjalment dawk li ma jirrispettawx l-istess standards soċjali, ta’ sikurezza u ta’ sostenibbiltà għoljin bħall-flotot tal-UE, filwaqt li jiġi żgurat li dawn japprovaw l-istandards li jipproteġu lill-ħaddiema f’konformità mal-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet tal-flotta tagħhom, jirrapportaw il-qabdiet tagħhom b’mod preċiż u jikkonformaw mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida Volontarji tal-FAO għal Sajd Sostenibbli fuq Skala Żgħira, biex jipproteġu d-drittijiet ta’ proprjetà tas-sajjieda fuq skala żgħira u l-aċċess għar-riżorsi tas-sajd u biex jiżguraw il-parteċipazzjoni tas-sajjieda fuq skala żgħira fid-deċiżjonijiet li jaffettwawhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tesplora, mal-pajjiżi sħab tal-Mediterran, modi kif tippromwovi u tarmonizza l-ġestjoni kondiviża tar-riżorsi tal-baħar u l-kundizzjonijiet ekwi f’termini ta’ regoli u kontrolli, stabbiltà u sigurtà reġjonali, sabiex tiżgura l-futur ekonomiku fit-tul tal-operaturi, pereżempju, billi tapprofondixxi l-kooperazzjoni fl-RFMOs jew tikkonkludi SFPA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq li l-SFPAs iridu jiggarantixxu trattament ġust u mhux diskriminatorju ta’ laneċ tal-UE, b’ħlasijiet għall-aċċess u b’kundizzjonijiet li jkunu proporzjonati, trasparenti u allinjati mal-prinċipju ta’ kundizzjonijiet ekwi; jissottolinja li l-laneċ kollha li joperaw fiż-ŻEE tal-pajjiżi sħab għandhom ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti finanzjarji u tekniċi bħal-laneċ tal-UE, pereżempju permezz ta’ miżuri mera; jappella għat-tisħiħ tal-klawżola tan-nondiskriminazzjoni fil-protokolli futuri tal-SFPA biex jiġi evitat li l-pajjiżi sħab jagħtu kundizzjonijiet aktar favorevoli – finanzjarji jew tekniċi – lil flotot barranin oħra; jenfasizza l-ħtieġa ta’ monitoraġġ u infurzar effettivi ta’ dawn il-klawżoli, filwaqt li jinnota n-nuqqas attwali ta’ informazzjoni dettaljata fl-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni u l-effettività tagħhom; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tinkludi b’mod sistematiku analiżi u data komprensivi dwar dan l-aspett fir-rapporti ta’ evalwazzjoni futuri tal-SFPA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-implimentazzjoni tar-Regolament IUU<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1005/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, jindirizzaw in-nuqqas ta’ trasparenza fis-setturi tas-sajd tal-pajjiżi mhux tal-UE li huwa riżultat ta’, pereżempju, il-bnadar ta’ konvenjenza, il-bdil ta’ bnadar, l-istrutturi korporattivi kumplessi u n-nuqqas ta’ informazzjoni pubblika dwar is-sidien benefiċjarji; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jiġi evitat li l-flotta Ewropea tiġi ssostitwita bi flotot mhux tal-UE anqas sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iqis li huwa importanti li l-preżenza tal-UE u l-aċċess għaż-żoni tas-sajd għal-laneċ rreġistrati fl-UE jingħataw prijorità fin-negozjati; jemmen li huwa preferibbli li jkun hemm laneċ li jtajru l-bnadar tal-Istati Membri tal-UE għall-provvista tal-ikel u l-kontroll u s-sostenibbiltà tagħha, u dan jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-UE fis-sigurtà tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza strateġika tal-impriżi konġunti fis-sajd bħala mudell utli ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi mhux tal-UE; jenfasizza l-fatt li dawn l-iskemi jiġġeneraw valur ekonomiku u soċjali, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi mhux tal-UE, filwaqt li jiżguraw il-provvista ta’ proteini tal-baħar ta’ kwalità għolja u maqbuda b’mod sostenibbli lill-konsumaturi tal-UE, jgħinu fil-promozzjoni ta’ sajd responsabbli, impjiegi ġusti u tkabbir sostenibbli, u jikkontribwixxu direttament għal diversi Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll għall-objettivi tal-UE fil-governanza tal-oċeani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota b’approvazzjoni l-komunikazzjoni konġunta tal-24 ta’ Ġunju 2022 tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-aġenda tal-UE għall-governanza internazzjonali tal-oċeani u l-adozzjoni reċenti mill-Kummissjoni tal-Patt Ewropew għall-Oċeani, li l-implimentazzjoni tiegħu trid tiġi appoġġjata bil-mezzi finanzjarji meħtieġa, li jinkludu l-EUR 1 biljun imwiegħed fit-tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Oċeani għal impenji volontarji biex tiġi ssalvagwardjata l-bijodiversità tal-baħar u jissaħħaħ l-iżvilupp ta’ ekonomija blu sostenibbli; jilqa’ l-integrazzjoni tal-Patt Ewropew għall-Oċeani fil-Boxxla għall-Kompetittività tal-UE bħala element strateġiku għat-tkabbir fit-tul tal-UE, filwaqt li jesprimi dispjaċir għar-riskju tal-kompetizzjoni fost is-setturi marittimi fl-aċċess għal dawn il-fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappella lill-UE tappoġġja lill-partijiet ikkonċernati rilevanti biex tistabbilixxi alleanza industrijali marittima Ewropea li tintegra s-sajd, l-akkwakultura, il-bini tal-bastimenti, it-trasport fuq l-ilma, l-investimenti strateġiċi u t-teknoloġija, filwaqt li tirrikonoxxi l-interdipendenza tas-setturi marittimi kollha f’termini ta’ kompetittività, impjiegi, tranżizzjoni tal-enerġija u dik diġitali u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u dawk akkwatiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jappella li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jżid b’mod sinifikanti l-investiment fit-taħriġ tad-diplomatiċi tal-UE dwar kwistjonijiet relatati mal-oċeani, b’enfasi partikolari fuq it-tisħiħ tal-għarfien espert fil-governanza marittima u tal-oċeani fi ħdan id-delegazzjonijiet u l-missjonijiet tal-UE fil-pajjiżi mhux tal-UE, speċjalment fil-pajjiżi kostali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ il-fehim tagħhom tal-investimenti, l-operazzjonijiet u l-isfidi tal-ekonomija blu tal-UE fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom, u f’konformità mal-istrateġija Global Gateway; jappella għall-involviment tas-SEAE fil-promozzjoni tal-importanza strateġika tal-Patt Ewropew għall-Oċeani, b’appoġġ jew bi gwida mid-direttorati ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni, inkluż id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kompetittività fil-qasam tas-sajd u tal-akkwakultura</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, bħala parti mill-evalwazzjoni li għaddejja tal-PKS, tippreżenta soluzzjonijiet biex tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u tissimplifika l-proċeduri amministrattivi permezz ta’ proposta omnibus u tħaffef il-proċeduri għal proġetti li jsaħħu s-sigurtà u s-sovranità tal-ikel; iqis li l-eżempju li jagħti settur li jrendi profitt se jsaħħaħ l-istandards komuni ta’ sostenibbiltà, biex iwitti t-triq fl-iżvilupp ta’ dawn l-istandards globalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza li azzjonijiet bħas-simplifikazzjoni tal-aċċess għaż-żoni tal-art u dawk kostali, żviluppati b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ewropew tal-Investiment u mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, huma passi essenzjali għaż-żamma ta’ settur tal-akkwakultura sostenibbli, reżiljenti u kompetittiv; jissottolinja li PKS riveduta jew politika komuni ġdida tal-akkwakultura għandha tgħin biex jissaħħu s-sigurtà u s-sovranità tal-ikel billi tiżgura provvista stabbli tal-frott tal-baħar għall-konsumaturi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq li s-sajd u l-akkwakultura huma riżorsi strateġiċi għas-sigurtà u s-sovranità tal-ikel u għall-iżvilupp rurali kostali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ is-sajd u l-produzzjoni tal-ikel akkwatiku fl-istrateġiji usa’ tal-UE għas-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni, u s-sostenibbiltà; jinsisti li t-tliet pilastri tas-sostenibbiltà tal-PKS għandhom jiġu żviluppati b’mod ugwali u l-ebda wieħed minnhom ma għandu jimmina l-vijabbiltà tal-oħrajn; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni bejn is-sajjieda u l-partijiet ikkonċernati marittimi l-oħra fl-ambitu tal-qafas tal-ekonomija blu sostenibbli, f’oqsma bħall-ippjanar tal-ispazju marittimu, l-użu tal-enerġija rinnovabbli, l-organizzazzjoni tal-katina tal-provvista tal-frott tal-baħar, l-ekonomija ċirkolari u d-diversifikazzjoni, filwaqt li jirrikonoxxu l-identità u r-rwol usa’ tas-sajjieda bħala gwardjani tal-ambjent tal-baħar u fatturi determinanti tal-iżvilupp lokali fil-komunitajiet kostali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-fatturi u x-xejriet strutturali u ambjentali li jaffettwaw is-sostenibbiltà, il-kompetittività, id-dipendenza u l-kapaċità li jiġi ġġenerat profitt tas-sajd, tal-akkwakultura u tal-operaturi tal-ewwel bejgħ u tal-ipproċessar fit-terminu twil, speċjalment fir-reġjuni insulari u ultraperiferiċi; jissuġġerixxi li jiġu żviluppati miżuri biex jiġu indirizzati dawk il-fatturi u x-xejriet permezz ta’ azzjoni speċifika u immedjata li tipprevjeni l-għajbien gradwali tal-attivitajiet tas-sajd tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jirrimarka l-ħtieġa li s-settur tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE jsir attraenti u kompetittiv meta mqabbel mal-kompetituri globali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jimpenjaw ruħhom favur l-implimentazzjoni rapida tas-sistema informatika CATCH għall-prodotti kollha tas-sajd u tal-akkwakultura li jiġu importati fl-UE, u tippromwovi l-użu volontarju tas-sistema mill-pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jappella għal miżuri mmirati biex jiġi żgurat it-tiġdid ġenerazzjonali, u biex tissaħħaħ l-attraenza tal-karrieri fis-sajd għan-nisa wkoll billi jiġu żgurati l-ġestjoni sostenibbli u l-bini mill-ġdid tal-istokkijiet tal-ħut, l-investiment fi flotot tas-sajd moderni, sikuri u diġitalizzati mingħajr ma jiżdiedu l-kapaċitajiet tas-sajd tagħhom, programmi ta’ taħriġ, is-sikurezza fuq il-baħar, l-iżvilupp ta’ taħriġ vokazzjonali b’mod partikolari fil-manutenzjoni tad-droni marittimi u r-robots imħaddma mill-bogħod, il-prevenzjoni tal-mard okkupazzjonali u mhux okkupazzjonali, inizjattivi ta’ prevenzjoni tar-riskju u kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar li r-reġjuni insulari u ultraperiferiċi jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u ġeografiċi permanenti li jaffettwaw il-kompetittività tal-flotot tas-sajd u tal-ekonomiji tal-gżejjer tagħhom; jitlob li tingħata attenzjoni speċifika lill-miżuri, il-finanzjament u l-appoġġ, pereżempju, għad-dekarbonizzazzjoni, it-tiġdid u l-modernizzazzjoni tal-flotot tas-sajd u t-titjib fl-infrastruttura, kif ukoll lill-investimenti f’dawn l-oqsma, b’mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiżdied l-attraenza, jiġi ssalvagwardjat t-tiġdid ġenerazzjonali u l-futur tas-settur tas-sajd f’dawk ir-reġjuni u jkun hemm kontribut għall-iżvilupp lokali sostenibbli; jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-involviment tar-reġjuni ultraperiferiċi fis-sħubijiet tas-sajd tal-UE mal-pajjiżi mhux tal-UE, speċjalment mal-pajjiżi jew mar-reġjuni ġirien, pereżempju fil-forma ta’ infrastruttura, flotta jew appoġġ settorjali, sabiex tiġi evitata kwalunkwe sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni inġusta bejn is-sajjieda fir-reġjuni ultraperiferiċi u s-sajjieda fil-pajjiżi ġirien mhux tal-UE li l-laneċ tagħhom qed jiġġeddu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u jħeġġu t-trasparenza u t-traċċabbiltà, filwaqt li jiżguraw li tiġi pprovduta informazzjoni dettaljata, b’mod diġitali wkoll, dwar l-oriġini, il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-prodotti tal-ħut u tal-frott tal-baħar kollha; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-frott tal-baħar u l-prodotti tal-baħar tal-UE u dawk importati fl-UE jissodisfaw standards ambjentali, soċjali, ta’ traċċabbiltà, ta’ sostenibbiltà u tat-trattament xieraq tal-annimali simili, infurzati minn monitoraġġ u sanzjonijiet effettivi, f’konformità mar-regoli tad-WTO u klawżoli mera futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jitlob li tittieħed azzjoni fir-rigward tal-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni u t-tiġdid u l-modernizzazzjoni tal-flotta, filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika għas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tal-flotta tas-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer; jirrimarka li studju reċenti<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment Tematiku għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni, “The future of the EU fishing fleet – First assessment of Member States’ EMFAF programmes for 2021–27” (Il-futur tal-flotta tas-sajd tal-UE – L-ewwel valutazzjoni tal-programmi tal-FEMSA tal-Istati Membri għall-2021-27), Novembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE> jindika li l-istrumenti futuri ta’ appoġġ għas-sajd għandhom iqisu kundizzjonijiet anqas restrittivi biex jingħata appoġġ għall-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd, għat-tiġdid jew għas-sostituzzjoni tal-magna u għat-titjib fil-bastiment li jirrikjedu tunnellaġġ addizzjonali filwaqt li, fl-istess ħin, jiġu applikati restrizzjonijiet biex jiġu evitati l-kapaċità żejda jew is-sajd eċċessiv fil-livell ta’ segmenti individwali jew tal-flotta nazzjonali kollha; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tindirizza dan l-aspett meta tevalwa u tissimplifika l-ostakli regolatorji mhux meħtieġa fi ħdan il-PKS u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rwol ta’ gwida ambjentali u xjentifika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ t-tmexxija tal-UE fil-governanza internazzjonali tal-oċeani, b’mod partikolari permezz tar-rwol tagħha fil-ħolqien tal-Koalizzjoni ta’ Ambizzjoni Għolja għall-Bijodiversità lil hinn mill-Ġuriżdizzjoni Nazzjonali, li tħaddan 47 membru; jilqa’ d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim BBNJ fl-ambitu tal-UNCLOS biex jiġu żgurati l-konservazzjoni effettiva u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika tal-baħar ta’ żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali, sabiex jiġu żgurati, min-naħa tagħhom, il-protezzjoni effettiva u l-ġestjoni sostenibbli tal-ibħra internazzjonali; jitlob li l-qafas il-ġdid jopera b’mod koordinat u komplementari mal-korpi internazzjonali eżistenti inklużi l-RFMOs, il-FAO u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, u mal-PKS; jisħaq li l-ftehim għandu jiġi implimentat u d-direttiva trasposta billi tirrispetta l-kompetenzi ta’ dawn il-korpi, <STRING ITALIC="on">l-acquis</STRING> tal-UE u l-kompetenzi tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ l-konferma li n-nuqqas li jiġu adottati, implimentati jew infurzati miżuri għall-ġestjoni tas-sajd, – kemm jekk fl-ambitu tal-RFMOs kif ukoll ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali – issa jikkostitwixxi nuqqas ta’ kooperazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni; jitlob lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tuża l-istrumenti kollha disponibbli biex tiżgura li l-pajjiżi mhux tal-UE jikkooperaw, inkluż ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1026/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li jistabbilixxi qafas għall-identifikazzjoni u l-adozzjoni ta’ miżuri għall-pajjiżi mhux tal-UE li jonqsu milli jikkooperaw u li jippermettu sajd mhux sostenibbli ta’ stokk ta’ interess komuni għall-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tal-prinċipju ta’ prekawzjoni ta’ moratorju internazzjonali fuq l-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar bħala kwistjoni ta’ responsabbiltà ambjentali globali li tista’ taffettwa l-governanza tal-oċeani u s-sajd; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li jiġi applikat il-prinċipju ta’ prekawzjoni għall-proġetti tal-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar sakemm l-effetti tagħhom fuq l-ambjent tal-baħar u l-bijodiversità jkunu ġew studjati u riċerkati biżżejjed; jinsisti li l-UE tkompli tipparteċipa b’mod attiv fl-isforzi globali dwar ir-riċerka u l-esplorazzjoni ta’ fond il-baħar, filwaqt li tistabbilixxi l-ogħla standards għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi; jilqa’ l-pawża prekawzjonarja fuq l-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar irrakkomandata mill-Kummissjoni; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jappoġġjaw dan l-approċċ, inkluż permezz tal-Awtorità Internazzjonali dwar Qiegħ il-Baħar, sakemm ikunu disponibbli riċerka xjentifika komprensiva u għarfien dwar l-impatt tal-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar u sakemm ikun jista’ jintwera li tali attivitajiet jistgħu jiġu ġestiti mingħajr ma jikkawżaw telf tal-bijodiversità jew degradazzjoni tal-ekosistema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jappella għall-appoġġ favur moratorju internazzjonali fuq l-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar u jfakkar lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, bħala membri tal-Awtorità Internazzjonali dwar Qiegħ il-Baħar u f’konformità mal-UNCLOS, fl-obbligu ġuridiku tagħhom li jirrispondu b’miżuri xierqa għal kwalunkwe tentattiv biex tiġi evitata l-Awtorità Internazzjonali dwar Qiegħ il-Baħar bħala l-korp internazzjonali kompetenti għar-regolamentazzjoni tal-attivitajiet ta’ estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar lil hinn mill-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali, peress li tali tentattivi jista’ jkollhom impatt fuq il-governanza internazzjonali tal-oċeani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinsistu biex il-moratorju internazzjonali fuq il-kaċċa għall-balieni u ċ-ċetaċji l-kbar tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni u l-korpi internazzjonali jiġi rispettat mill-pajjiżi u r-reġjuni kollha, u biex l-eċċezzjonijiet eżistenti ma jintużawx b’mod abbużiv bħala appoġġ għall-objettivi kummerċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jisħaq li d-deżinjazzjoni ta’ kwalunkwe żona tal-baħar protetta (marine protected areas – MPAs) trid tkun preċeduta minn valutazzjonijiet tal-impatt sħaħ u mill-konsultazzjoni effettiva tal-partijiet ikkonċernati, u jrid ikollha objettivi ċari u miżuri effettivi ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza, ibbażati fuq l-aħjar għarfien u pariri xjentifiċi disponibbli; jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu t-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli li jridu jimxu id f’id mal-awtonomija strateġika tal-UE u l-importanza tas-sajjieda u tal-komunitajiet kostali fil-koeżjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjun tal-Artiku, f’konformità mal-istrateġija tal-Artiku tal-2021, u jesprimi l-appoġġ tiegħu b’mod partikolari għall-isforzi li saru dwar l-istabbiliment taż-żewġ MPAs il-ġodda fl-Antartiku tal-Lvant u fil-Baħar ta’ Weddell fl-Oċean Antartiku; jinnota l-valutazzjonijiet tal-impatt u l-oppożizzjoni għall-proposti tal-MPA espressi minn xi partijiet fi ħdan il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku; jappella għall-promozzjoni aktar attiva ta’ dawn iż-żoni tal-baħar protetti bħala parti minn risposta meħtieġa għall-ambizzjonijiet dejjem akbar u potenzjalment insostenibbli ta’ atturi globali oħra f’dawn ir-reġjuni u biex l-isforzi bilaterali u multilaterali tagħhom jiġu intensifikati biex jiżguraw l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ MPAs ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-espansjoni u l-konċentrazzjoni tal-qabdiet tas-sajd tal-krill fl-Oċean tan-Nofsinhar minn xi pajjiżi mhux tal-UE matul dan l-aħħar deċennju u t-theddid assoċjat għall-ekosistemi Antartiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja moratorju ta’ ħames snin fuq is-sajd għall-krill fl-Oċean tan-Nofsinhar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq li l-evidenza xjentifika trid tibqa’ l-pedament tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-governanza internazzjonali tal-oċeani, li sservi bħala bażi komuni fin-negozjati multilaterali u tappoġġja l-governanza sostenibbli fis-sajd u fl-akkwakultura; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jsir investiment u jiġu megħjuna l-korpi xjentifiċi li jipprovdu l-evidenza li tirfed tali deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ mexxej globali li taqdi l-UE fl-implimentazzjoni tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal li jirrikonoxxi l-importanza tal-miżuri effettivi l-oħra ta’ konservazzjoni bbażata fuq iż-żona (OECMs) bħala approċċ komplementari għall-MPAs; jisħaq fuq l-importanza li jiġu inklużi l-OECMs biex jintlaħaq l-objettiv li jiġi protett 30 % tal-oċeani globalment sal-2030, dment li l-OECMs jissodisfaw il-kriterji f’dan il-qafas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jappoġġja l-impenn tal-Patt Ewropew għall-Oċeani li jistabbilixxi inizjattiva pan-Ewropea għall-osservazzjoni tal-oċeani bħala pedament għat-titjib tal-fehim u l-ġestjoni tal-ekosistemi tal-baħar; jappoġġja l-ħolqien ta’ Osservatorju Ewropew ta’Fond il-Baħar fl-Atlantiku, filwaqt li jiġi promoss il-ħolqien ta’ network globali ta’ osservatorji li jikkondividu d-data u jħeġġu l-mobbiltà fost ix-xjenzati; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni msaħħa fi ħdan l-UE dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni biex jissaħħu l-kollaborazzjoni u l-mobbiltà xjentifiċi tal-baħar u jissaħħaħ ir-rwol ta’ tmexxija tal-UE fix-xjenza tal-baħar; jappella lill-UE, fid-dawl tar-rigress osservat ta’ xi sħab dinjija fl-isforzi tagħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, biex issaħħaħ l-isforzi u l-impenn tagħha fil-kooperazzjoni xjentifika sabiex jiġu ppreżervati l-ekosistemi tal-baħar u kostali; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju adegwat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, fl-ambitu tal-Patt Ewropew għall-Oċeani, inizjattiva ddedikata “clean Baltic” li tindirizza l-isfidi ambjentali u tas-sikurezza uniċi tal-Baħar Baltiku; jissottolinja li l-baċir tal-baħar għadu affettwat ħafna mill-ewtrofikazzjoni, it-tniġġis u l-preżenza ta’ fdalijiet tal-gwerra perikolużi, inklużi munizzjon, aġenti kimiċi u kontaminanti oħra f’qiegħ il-baħar;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-politika kummerċjali u l-governanza globali tal-oċeani</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jenfasizza r-responsabbiltà tal-UE li żżomm ir-rwol ta’ tmexxija tagħha fil-fora internazzjonali billi tistimola l-multilateraliżmu, tiddjaloga mal-atturi globali rilevanti kollha fl-oqsma tas-sostenibbiltà u tal-governanza tal-oċeani, inklużi l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u tistabbilixxi standards globali għas-sostenibbiltà tal-baħar u l-kompetizzjoni ġusta; jenfasizza, barra minn hekk, ir-rwol importanti tal-kunsilli konsultattivi, bħall-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal, biex jagħtu konsulenza lill-Kummissjoni dwar il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki; jirrimarka l-importanza li l-pariri tagħhom jitqiesu kif xieraq fit-teħid tad-deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jilqa’ d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar is-Sussidji għas-Sajd tad-WHO; jissottolinja li dan il-ftehim huwa pass importanti fl-eliminazzjoni ta’ sussidji għas-sajd dannużi li jikkontribwixxu għas-sajd eċċessiv u l-kapaċità żejda, u b’hekk jitrawmu kundizzjonijiet ekwi u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar madwar id-dinja; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tibni fuq dan is-suċċess permezz tad-diplomazija dwar l-oċeani, billi tinvolvi ruħha b’mod attiv mal-pajjiżi mhux tal-UE, b’mod partikolari ma’ nazzjonijiet tas-sajd ewlenin, biex tippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-ftehim u n-negozjati li għadhom għaddejjin ħalli jkun hemm qbil dwar il-passi li jmiss, isir progress fl-impenji globali għal ġestjoni tas-sajd sostenibbli, trasparenti u ekwa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jisħaq li RFMOs ġestiti tajjeb, li jipprevedu negozjati multilaterali effettivi li jirriżultaw f’regoli komuni b’saħħithom u konformità tajba ta’ dawk ir-regoli, huma ċentrali biex tinkiseb il-kompetittività fis-sajd u l-akkwakultura, u b’hekk tiġi enfasizzata l-importanza tal-investiment fil-kapaċità ta’ dawn l-RFMOs, tal-kooperazzjoni mal-aġenziji tan-NU u t-tisħiħ tad-diplomazija tal-UE f’dawn il-fora; jisħaq li l-korpi ta’ konformità tal-RFMOs għadhom ma jintużawx biżżejjed mill-UE u jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tqajjem u tindirizza każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità minn pajjiżi mhux tal-UE fil-kumitati ta’ konformità rilevanti tal-RFMOs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-verifiki doganali b’setgħat imsaħħa, filwaqt li jagħmlu użu sħiħ minn aġenzija doganali tal-UE ġdida, biex jipproteġu lis-sajjieda mit-traffikanti ta’ drogi u ta’ migranti u attivitajiet illeċiti oħra li jheddu s-sikurezza tas-sajjieda u l-istabbiltà reġjonali; ifakkar li l-iżgurar tat-traċċabbiltà tal-prodotti tal-frott tal-baħar, il-konformità effettiva mal-istandards ta’ sostenibbiltà u r-reċiproċità ma’ pajjiżi mhux tal-UE fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura jipproteġu lis-sajjieda minn attivitajiet illegali u jżommu l-fiduċja tal-konsumatur; jenfasizza li x-xbieki kriminali li jużaw is-settur tas-sajd fl-operazzjonijiet tagħhom jimminaw il-governanza sostenibbli tal-oċeani, ixekklu l-ekonomiji lokali u jipperikolaw il-mezzi ta’ sussistenza fir-reġjuni kostali; jisħaq li l-indirizzar b’mod effettiv tal-kriminalità organizzata fis-sajd se jikkontribwixxi għal ekonomija tal-oċeani aktar sikura u aktar reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jilqa’ l-arranġamenti fit-tul bejn l-UE u r-Renju Unit, li jagħtu aċċess reċiproku sħiħ għall-ilmijiet tas-sajd sat-30 ta’ Ġunju 2038; jitlob lill-Kummissjoni teżerċita viġilanza fil-monitoraġġ tal-azzjonijiet li jittieħdu mir-Renju Unit, sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-UE u tal-operaturi u ċ-ċittadini tagħha, u tibqa’ topponi bil-qawwa kwalunkwe deċiżjoni unilaterali li <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tnaqqas l-aċċess tas-sajjieda tal-UE għall-ilmijiet tar-Renju Unit, bħal dawk relatati mal-implimentazzjoni jew id-deżinjazzjoni ppjanata tal-MPAs u l-projbizzjoni tas-sajd taċ-ċiċċirell, u tuża l-mekkaniżmi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni biex tirrimedja kwalunkwe telf ta’ drittijiet tas-sajd li jirriżulta; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura ftehimiet dwar is-sajd fit-tul u stabbli bejn l-UE u r-Renju Unit lil hinn mill-2038;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jappella lill-UE tintensifika l-kooperazzjoni tagħha man-Norveġja permezz tad-diskussjoni ta’ livell għoli dwar is-sajd u l-oċeani biex issolvi kwistjonijiet pendenti bħad-dejn tal-bakkaljaw li għandha n-Norveġja mill-2021 fil-konfront tal-UE u biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi u ġusti bejn is-sajjieda tal-UE u dawk Norveġiżi; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel dak kollu possibbli biex jintlaħaq qbil komprensiv dwar l-istokkijiet kondiviżi mal-Istati kostali sabiex jiġi evitat is-sajd eċċessiv ta’ dawk l-istokkijiet u jiġi ggarantit li s-sajjieda tal-UE jkollhom possibbiltajiet ta’ sajd ekwu sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-possibbiltajiet kollha li joffrilha r-Regolament (UE) Nru 1026/2012 f’dak li jirrigwarda l-pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli, inkluż sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jisħaq li l-UE għandha tuża s-saħħa fis-suq bħala għodda strateġika biex tiddefendi l-interessi tagħha u tippromwovi s-sostenibbiltà; jissottolinja li l-aċċess għas-suq tal-UE jrid ikun jiddependi mill-konformità mal-istandards tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-frott tal-baħar importat fl-UE ma jkunx joriġina minn sorsi illegali jew insostenibbli, u lanqas minn attivitajiet marbuta ma’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jenfasizza r-relazzjoni fit-tul ma’ Greenland dwar kwistjonijiet relatati mas-sajd u jirrimarka l-importanza li tiġi approfondita r-relazzjoni għas-sajjieda tal-UE u għal azzjonijiet konġunti biex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut fl-Atlantiku tat-Tramuntana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni xierqa u sħiħa tar-regoli tal-UE relatati ma’ pajjiżi mhux tal-UE li jippermettu s-sajd mhux sostenibbli, tipprovdi aktar ċarezza tad-dritt dwar prattiki tas-sajd mhux sostenibbli li jistgħu jattivaw miżuri ta’ infurzar tal-UE skont id-dritt tal-UE, inklużi restrizzjonijiet kummerċjali bħall-projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tindirizza prattiki insostenibbli, b’mod partikolari dawk li jaffettwaw speċi pelaġiċi żgħar bħall-kavall, u biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-politika kummerċjali u l-objettivi tad-diplomazija dwar l-oċeani; jisħaq li ħafna minn dawn il-prattiki diġà huma identifikati sew iżda mhumiex indirizzati biżżejjed mill-miżuri ta’ infurzar attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ, kontroll u infurzar li jikkonċernaw l-attivitajiet tas-sajd u l-flussi kummerċjali tal-frott tal-baħar tar-Russja, inklużi t-trażbordi u l-esportazzjonijiet mill-ġdid permezz ta’ pajjiżi mhux tal-UE; jappella għal aktar restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd mir-Russja; jitlob li jiġu introdotti rekwiżiti stretti ta’ traċċabbiltà u spezzjonijiet ikkoordinati u li jiġi evitat id-dħul fis-suq tal-UE ta’ ħut maqbud jew ipproċessat minn operaturi Russi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards imposti fuq il-produtturi tal-UE u dawk applikati għall-prodotti importati, b’mod partikolari fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali attwali jew futuri bejn l-UE u s-sħab kummerċjali tagħha, pereżempju billi jiġu introdotti klawżoli mera; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tkompli tevalwa r-rilevanza tal-kwoti tariffarji awtonomi fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq l-industrija tas-sajd tal-UE u meta jkun meħtieġ tadattahom; itenni t-talba tiegħu biex il-ħut u l-frott tal-baħar ippreżervati fil-laned jiġu ttrattati bħala “prodotti sensittivi” fin-negozjati kummerċjali; jistieden lill-awtoritajiet tal-UE jeżerċitaw kawtela u jżidu l-kontrolli sabiex jiżguraw li l-esportazzjonijiet kollha li jibbenefikaw minn kwoti tariffarji awtonomi ma jkunux prodott ta’ sajd IUU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-objettivi tal-PKS ikunu integrati bis-sħiħ fil-pożizzjoni tal-UE fil-fora internazzjonali kollha, bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika jew il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu, fejn jiġu diskussi r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, inklużi r-riżorsi tas-sajd;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Miżuri baġitarji u istituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinsisti bil-qawwa fuq il-bżonn ta’ finanzjament sostanzjali għall-governanza tal-oċeani u d-diplomazija dwar l-oċeani, speċjalment sabiex jinżamm settur tas-sajd strateġiku, jiġi żgurat li l-UE tkun tista’ tonora l-impenji globali tagħha, issaħħaħ ir-rwol strateġiku tagħha u tappoġġja r-reżiljenza futura tal-komunitajiet kostali; jinnota bi tħassib li l-proposti għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss jindikaw delimitazzjoni ta’ EUR 2 biljun biss għas-sajd u għall-akkwakultura għall-perjodu 2028-2034, ammont li jirrappreżenta bilkemm terz tal-livell ta’ finanzjament garantit preċedenti tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi livell adegwat ta’ finanzjament fil-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2028 għan-nefqa relatata mas-sajd, bħall-objettivi attwalment koperti fil-FEMSA; jirrimarka l-importanza li l-fondi tal-UE jibqgħu għodda b’saħħitha biex jappoġġjaw it-tiġdid ġenerazzjonali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-sigurtà tal-ikel, il-modernizzazzjoni tal-flotta u s-sostenibbiltà soċjoekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali tas-sajd fuq skala żgħira fis-sostenn tal-ekonomiji lokali u l-komunitajiet madwar id-dinja; jenfasizza li, biex l-UE ttejjeb l-awtonomija strateġika u alimentari tagħha, huwa kruċjali li l-istokkijiet tal-UE jinbnew mill-ġdid u, sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet għar-reżiljenza u l-kompetittività fit-tul tal-UE, huwa essenzjali li s-settur tas-sajd fuq skala żgħira tal-UE jiġi appoġġjat b’mod adegwat kemm mill-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li d-diplomazija kollha timplika kapaċità ta’ projezzjoni li tqum il-flus u li għalhekk ikun xieraq li jiġi stabbilit strument finanzjarju speċifiku għas-sajd fir-reġjuni insulari u ultraperiferiċi, pereżempju billi jiġi stabbilit mill-ġdid il-Programm ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI-Sajd), li issa huwa integrat fil-FEMSA, sabiex is-settur jiġi appoġġjat bil-għan li jingħelbu l-iżvantaġġi ġeografiċi u strutturali u tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tal-komunitajiet tas-sajd lokali; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat l-użu tal-għodod attwali, bħas-Servizz ta' Monitoraġġ tal-Ambjent tal-Baħar ta’ Copernicus, u kapaċitajiet jew teknoloġiji ġodda, bħad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li s-sajjieda u l-partijiet ikkonċernati fl-ekonomija blu jkollhom aċċess effettiv u aktar sempliċi għall-istrumenti ta’ finanzjament, bl-allokazzjoni ta’ fondi minimi ddedikati, bħall-Fond Ewropew għall-Kompetittività, li jappoġġja l-investiment f’ekonomija blu sostenibbli, u l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali tal-UE – Ewropa Globali, li jirfed il-governanza tal-oċeani u d-diplomazija dwar l-oċeani u l-isforzi biex jiġi miġġieled is-sajd IUU, kif ukoll finanzjament għall-SFPAs u sorsi ta’ finanzjament komplementari bħall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, REPowerEU, Orizzont Ewropa u l-Bank Ewropew tal-Investiment; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggarantixxi biżżejjed stabbiltà amministrattiva u ġuridika għall-investimenti privati biex trawwem l-iżvilupp tas-setturi marittimi;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>