<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0122</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-kontroll, it-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0022/2026 - Rapporteur: Monika Hohlmeier)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2026 dwar il-kontroll, it-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni (2025/2032(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 311, 312, 319, 323 u 324 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1 </STRING>ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’dan il-kuntest u d-dikjarazzjonijiet unilaterali relatati,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament Finanzjarju),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2024 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4 </STRING>ĠU L, 2024/1263, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1263/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti u adegwat għal sfidi ġodda<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5 </STRING>ĠU C 177, 17.5.2023, p. 115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-27 ta’ Frar 2024 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6 </STRING>ĠU C, C/2024/6750, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6750/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7 </STRING>ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (il-FII),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">8 </STRING>ĠU C 445, 29.10.2021, p. 240.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tal-10 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 13/2024 tal-QEA tat-2 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “Assorbiment ta’ fondi mingħand il‑Faċilità għall‑Irkupru u r‑Reżiljenza – Qed isir progress b’xi dewmien u għad hemm riskji fir-rigward tat-twettiq tal-miżuri u, għalhekk, l-ilħuq tal-objettivi tal-RRF”, ir-rapport speċjali 14/2024 tal-QEA tal-11 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “Tranżizzjoni ekoloġika – Mhijiex ċara l-kontribuzzjoni mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza”, u r-rapport speċjali 22/2024 tal-QEA tal-21 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Finanzjament doppju mingħand il-baġit tal-UE – Is-sistemi ta’ kontroll ma għandhomx elementi essenzjali biex jimmitigaw ir-riskju akbar li jirriżulta mill-fatt li l-mudell ta’ finanzjament tal-RRF mhuwiex marbut mal-kostijiet”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Analitiku 03/2025 tal-QEA tas-16 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “Opportunitajiet għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta’ wara l-2027” u r-Rapport Analitiku 04/2025 tal-QEA tad-19 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “Il-Futur tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE: Nitgħallmu mill-passat”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar baġit imġedded fit-tul għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel, u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għall-Kumitat għall-Baġits dwar baġit imġedded fit-tul għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">9 </STRING>Testi adottati, P10_TA(2025)0090.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu tat-23 ta’ April 2025 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima III – Il-Kummissjoni, l-aġenziji eżekuttivi u d-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Diċembru 2023 bit-titolu “Study supporting the mid-term Evaluation of the Recovery and Resilience Facility” (Studju li jappoġġja l-Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-2024 tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), ippubblikat fit-3 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-8 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Eżami ta’ nofs it-terminu tal-pjan ta’ rkupru Ewropew ta’ wara l-COVID-19 (Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza)”<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">10 </STRING>ĠU C, C/2024/7057, 4.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7057/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-informazzjoni ppubblikata fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riċerka interna, l-analiżi fil-fond u l-briefings tiegħu b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-17 ta’ April 2024 ta’ Enrico Letta bit-titolu “Much more than a market – speed, security, solidarity: empowering the Single Market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU Citizens” (Ħafna aktar minn suq – veloċità, sigurtà, solidarjetà: nagħtu s-setgħa lis-Suq Uniku biex iwassal futur sostenibbli u prosperità għaċ-Ċittadini kollha tal-UE” (ir-rapport Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-20 ta’ Frar 2024 tal-Grupp ta’ Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Politika ta’ Koeżjoni intitolat “Forging a sustainable future together – cohesion for a competitive and inclusive Europe (Insawru futur sostenibbli flimkien – koeżjoni għal Ewropa kompetittiva u inklużiva)”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-perkors lejn il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss” (COM(2025)0046),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2025, tas-6 ta’ Marzu 2025 u tad-19 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-mandat 2024-2029 tal-Kummissjoni, ippreżentati mill-President elett tal-Kummissjoni fit-18 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-20 ta’ Novembru 2024 intitolat “Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni: Il-baġit tal-UE u l-politiki bbażati fuq il-post: proposti għal mekkaniżmi ġodda ta’ tfassil u twettiq fil-QFP wara l-2027”<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">11 </STRING>ĠU C, C/2025/279, 24.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/279/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta’ traċċar u ta’ prestazzjoni tan-nefqa baġitarja u regoli orizzontali oħra għall-programmi u għall-attivitajiet tal-Unjoni (COM(2025)0545),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">12 </STRING>Testi adottati, P10_TA(2025)0128.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0074/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 148(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0022/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-għadd dejjem jikber ta’ prijoritajiet politiċi fl-UE qed ipoġġi pressjoni addizzjonali fuq il-baġit tal-UE, u b’hekk l-użu responsabbli tar-riżorsi finanzjarji disponibbli qed isir aktar kritiku minn qatt qabel; billi ġestjoni finanzjarja tajba, kif definita fir-Regolament Finanzjarju, tirrikjedi li l-fondi tal-UE jiġu implimentati f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività biex jiġi żgurat li r-riżorsi jintużaw b’mod kosteffettiv, li l-objettivi jintlaħqu fi żmien xieraq, bil-kwantità xierqa u bl-aħjar prezz, u li jinkisbu r-riżultati u l-impatti maħsuba; billi dan isaħħaħ l-imperattiv ta’ viġilanza fil-ġestjoni finanzjarja biex jiġi ggarantit li n-nefqa trendi redditu dimostrabbli fuq l-investiment f’termini ta’ tkabbir ekonomiku, kompetittività, u l-kisba tal-prijoritajiet tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, jekk il-finanzjament tal-UE jkun fil-forma ta’ appoġġ mhux marbut mar-rimborż tal-kostijiet eliġibbli iżda mar-riżultati, mal-outputs jew ma’ indikaturi oħra tal-prestazzjoni, il-pagamenti jiddependu fuq il-kisba ta’ miri jew stadji importanti jew miri, li jridu jiġu vverifikati qabel ma jsir kwalunkwe żborż;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi dan l-approċċ, billi jiddiżakkoppja l-iżborżi minn man-nefqa reali, idgħajjef l-aċċess għad-data dwar il-kostijiet reali, u għaldaqstant ixekkel il-valutazzjonijiet tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività; jenfasizza li din id-diskrepanza fid-data tipprevjeni l-identifikazzjoni sistematika tal-irregolaritajiet, ir-riskji ta’ frodi u l-finanzjament doppju, filwaqt li ddgħajjef ukoll il-kapaċità tal-UE li timplimenta mekkaniżmi ta’ twissija bikrija u valutazzjonijiet tar-riskju mmexxija mid-data;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-assenza ta’ verifika tan-nefqa żżid ir-riskju ta’ nuqqas ta’ preċiżjoni tal-estimi tal-kostijiet, u b’hekk tikkomprometti l-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont; billi l-QEA wissiet ripetutament dwar nuqqasijiet fil-valutazzjonijiet tal-kostijiet, varjabbiltà fl-istandards nazzjonali tal-awditjar, u dgħufijiet fil-kapaċità ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi diskrezzjoni wiesgħa fil-valutazzjoni ta’ jekk l-istadji importanti u l-miri ntlaħqux tista’ twassal għal trattament inkonsistenti tal-Istati Membri mill-Kummissjoni, jew għar-rilaxx prematur tal-fondi qabel ma jiġu ssodisfati għalkollox il-kundizzjonijiet għall-iżborż;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-QEA identifikat dgħufijiet fid-diżinn tas-sistema ta’ kontroll tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, inkluż dipendenza żejda fuq il-korpi nazzjonali, rendikonti tal-entrati mhux kompluti, fallimenti sistemiċi u riskji ta’ applikazzjoni inkonsistenti bejn l-Istati Membri; jinnota li dawn id-dgħufijiet huma aggravati aktar mill-frammentazzjoni u l-inkompatibbiltà tas-sistemi nazzjonali tad-data, li jfixklu l-interoperabbiltà, l-identifikazzjoni f’waqtha tar-riskju u l-protezzjoni effettiva tad-data personali fl-operazzjonijiet ta’ awditjar u kontroll;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-kontroll tal-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni jiddependi fuq il-kredibbiltà tal-mekkaniżmi nazzjonali ta’ monitoraġġ; billi n-nuqqasijiet fl-istat tad-dritt jamplifikaw ir-riskju għall-interessi finanzjarji tal-UE, peress li l-protezzjoni tagħhom hija kontinġenti fuq ġudikatura indipendenti u korpi awtonomi kontra l-frodi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-responsabbiltà demokratika tirrikjedi li r-rwol tal-Parlament bħala leġiżlatur u awtorità baġitarja u tal-kwittanza jiġi ssalvagwardjat, b’mekkaniżmi ta’ responsabbiltà stretti u trasparenza sħiħa fir-rigward tar-riċevituri finali tal-fondi tal-Unjoni, u billi l-Istati Membri u awtoritajiet nazzjonali oħra ma għandhomx jitqiesu bħala riċevituri finali tal-finanzjament tal-Unjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sfidi li jolqtu t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-kontroll effettiv tal-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li, kif provdut fir-Regolament Finanzjarju, li l-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni jridu jirrispettaw il-prinċipji tal-legalità, ir-regolarità, l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, u li s-simplifikazzjoni qatt ma għandha ssir għad-detriment ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u t-trasparenza; jappella għal kontrolli bbażati fuq ir-riskju u proporzjonati, u jinsisti li l-indikaturi għall-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni għandhom jaqbdu riżultati tanġibbli u l-valur miżjud tal-UE aktar milli sempliċiment outputs predefiniti; jisħaq li, meta jitfasslu kif xieraq, tali strumenti jistgħu jtejbu l-enfasi fuq ir-riżultati, ir-riformi u l-kompetittività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, bl-enfasi tagħha fuq l-iżborż abbażi tat-twettiq sodisfaċenti tal-miri u tal-istadji importanti, hija l-ewwel strument ewlieni bbażat fuq il-prestazzjoni fil-livell tal-UE li huwa msejjes esklużivament fuq il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet; jinnota wkoll li l-mudell tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ġie replikat fi strumenti finanzjarji oħra bħall-Faċilità għall-Ukrajna u l-Faċilità għall-Balkani tal-Punent; jinsab imħasseb dar il-proposti tal-Kummissjoni biex fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss jintuża mudell simili għall-biċċa l-kbira tal-programmi ta’ finanzjament tal-UE, inkluż għall-Intestatura 1; jinnota li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, sa ċertu punt, inċentivat xi investimenti u riformi nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jinsiltu tagħlimiet mid-dgħufijiet kritiċi żvelati mill-mudell ta’ implimentazzjoni ċentralizzat u bbażat fuq il-prestazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif rikonoxxut mill-QEA u mill-Kummissjoni, inkluż obbligu ta’ rendikont imnaqqas u sorveljanza limitata fil-livell tal-UE tal-konformità mar-regoli u r-regolamenti; jissottolinja li t-trasparenza fir-rigward tar-riċevituri finali trid tiġi żgurata permezz ta’ sistema ta’ rapportar uniformi u interoperabbli fl-UE kollha aċċessibbli għall-Kummissjoni, il-QEA, l-UPPE u l-Parlament; jenfasizza li l-valur miżjud tal-UE jista’ jiġi msaħħaħ permezz ta’ żieda fl-għadd ta’ proġetti transfruntiera u permezz tal-iżgurar ta’ setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet adegwati għall-entitajiet sottonazzjonali, b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-faċilità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iqis li, għalkemm il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija maħsuba biex tkun strument ibbażat fuq il-prestazzjoni, l-implimentazzjoni tagħha sikwit tagħti prijorità lill-outputs, aktar milli lir-riżultati; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-miri u l-istadji importanti definiti b’mod vag, li primarjament jenfasizzaw l-inputs u l-outputs aktar milli r-riżultati, jissograw li jikkompromettu l-ilħuq tal-objettivi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jemmen li l-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni fil-futur għandhom jistabbilixxu indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni aktar speċifiċi, u jiżguraw li l-investimenti jallinjaw mal-objettivi tal-istrument u jagħmlu impatt pożittiv u joffru valur miżjud ċar għall-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni futuri jiġu armonizzati fl-Istati Membri kollha, ikunu trasparenti fit-tfassil tagħhom u stabbli maż-żmien biex jitrawmu l-konsistenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-effettività fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza li d-dipendenza fuq estimi tal-kostijiet ex ante mingħajr verifika tan-nefqa reali tissogra li toħloq lakuna strutturali fl-obbligu ta’ rendikont, tillimita l-possibbiltà li jiġi vvalutat il-valur għall-flus u b’hekk tissogra li ddgħajjef il-prinċipji tal-ekonomija u l-effiċjenza; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu implimentati mekkaniżmi ta’ verifika bbażati fuq ir-riskju u l-materjalità, b’limiti definiti b’mod ċar għall-kontrolli obbligatorji; jistieden lill-Kummissjoni biex fi strumenti bbażati fuq il-prestazzjoni futuri tintegra b’mod sistematiku l-estrazzjoni tad-data, l-għodod ta’ kontroverifika, u l-analitika biex tidentifika l-irregolaritajiet u r-riskji ta’ korruzzjoni u kunflitti ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar il-proposti tal-Kummissjoni biex isir użu ġeneralizzat tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, u jissottolinja l-importanza li jiġu stabbiliti salvagwardji adegwati biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba fl-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi vvalutata bir-reqqa bidla sinifikanti bħal din lejn l-użu tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet meta jitqiesu n-nuqqasijiet identifikati fi strumenti preċedenti jew eżistenti bbażati fuq il-prestazzjoni, u jisħaq fuq il-ħtieġa li titwettaq evalwazzjoni komprensiva tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-piż tad-dejn u l-kostijiet tas-self tal-UE qed jiżdiedu; jinnota li r-Rapport Annwali tal-QEA għall-2024 jistma li s-self pendenti tal-UE jista’ jaqbeż EUR 900 biljun sal-2027, kważi għaxar darbiet il-livell tal-2020 qabel l-introduzzjoni tal-pakkett ta’ rkupru Next Generation EU (NGEU); iwissi li ż-żieda fil-kostijiet tas-self toħloq riskju għall-baġits futuri u tillimita l-ispazju fiskali għal prijoritajiet ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jafferma li l-użu ġeneralizzat tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, filwaqt li potenzjalment inaqqas il-piż amministrattiv, iżid ir-riskju ta’ irregolaritajiet, finanzjament doppju u frodi, u b’hekk inaqqas it-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-fondi tal-UE; jenfasizza li nuqqas ta’ rabta mal-kostijiet jista’ jwassal għall-finanzjament ta’ proġetti mhux vijabbli mfassla biex jilħqu l-istadji importanti, aktar milli l-valur għall-flus; jenfasizza r-rwol ta’ skrutinju tal-Parlament fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, b’mod partikolari l-awtorità tiegħu li jagħti l-kwittanza; jappella għal governanza robusta fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, imfassla biex tiżgura li l-Parlament ikun jista’ jeżerċita għalkollox ir-rwol tiegħu bħala l-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jieħu nota tal-aspetti relatati mal-istat tad-dritt fil-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2028-2034, u jappella għal qafas unifikat, koerenti u komprensiv fil-programmi kollha ta’ finanzjament tal-UE fl-ambitu tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; jappella, barra minn hekk, li kwalunkwe applikazzjoni ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet tkun kompletament kompatibbli mar-regolament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota bi tħassib li fi tmiem l-2024, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew kien qed jittratta 311-il każ attiv marbuta ma’ Next Generation EU, li ħlief erbgħa minnhom, kollha kellhom x’jaqsmu mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u jirrappreżentaw madwar 17 % tal-investigazzjonijiet attivi kollha ta’ frodi tan-nefqa u żieda ta’ madwar 51 % fil-każijiet relatati ma’ NGEU meta mqabbla mal-2023; jinnota, barra minn hekk, li l-ħsara stmata lill-interessi finanzjarji tal-UE tammonta għal EUR 2,8 biljuni, jiġifieri 30 % (meta mqabbla ma’ 25 % fl-2023) tal-ħsara totali stmata li tirriżulta mill-frodi tan-nefqa kollha tal-UE; jenfasizza li r-rappurtar ta’ każijiet mill-istituzzjonijiet tal-UE għadu baxx, u b’hekk iqajjem aktar tħassib dwar il-kapaċità tal-Kummissjoni li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza b’mod effettiv; ifakkar li mis-27 Stat Membru tal-UE, bħalissa 24 jipparteċipaw fl-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni li jużaw il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet jiffukaw aktar fuq l-awditi tas-sistemi aktar milli fuq il-kontrolli tan-nefqa reali mġarrba; iwissi li tali awditi tas-sistemi jistgħu ma jiżvelawx kwistjonijiet sottostanti li jistgħu jinfirxu u jikkompromettu serjament il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni u s-salvagwardja tal-interesss finanzjarji tal-Unjoni; jemmen li anke fl-ambitu tal-arkitettura finanzjarja u l-mudell ta’ implimentazzjoni attwali għall-finanzjament tal-UE, is-sistemi ta’ kontroll ta’ diversi Stati Membri wrew dgħufijiet sistemiċi, li rriżultaw f’nuqqas ta’ identifikazzjoni u prevenzjoni ta’ frodi jew irregolaritajiet oħra, bħal fil-każ OPEKEPE fil-Greċja jew il-każijiet li jinvolvu fondi għall-iżvilupp rurali fis-Slovakkja, kif ukoll każijiet riċenti oħra f’diversi Stati Membri, u dan juri l-ħtieġa ta’ sorveljanza aktar qawwija min-naħa tal-UE; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tieħu miżuri korrettivi deċiżivi, issaħħaħ il-proċeduri tal-awditjar u tal-akkreditazzjoni, u tiżgura li fallimenti sistemiċi simili ma jkunux jistgħu jerġgħu jseħħu, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward tad-dmirijiet ta’ rapportar u dokumentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota bi tħassib, fil-leġiżlazzjoni ta’ strumenti bbażati fuq il-prestazzjoni bħal pereżempju l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fil-proposti tal-Kummissjoni għall-QFP 2028-2034, in-nuqqas ta’ standards u sollijiet ċari għal każijiet meta s-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll jitqiesu insuffiċjenti jew mhux affidabbli, b’mod li l-miżuri korrettivi jew is-sospensjonijiet jitħallew għal ġudizzju diskrezzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li l-użu ġeneralizzat tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet jirrikjedi li l-QEA u l-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar jadattaw b’mod sinifikanti l-attivitajiet tagħhom u jimxu lejn approċċ ta’ awditjar differenti; iwissi li tali bidla, mingħajr ma jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-awditjar jinsabu mħejjija għaliha, se tippreżenta sfidi sinifikanti u tista’ toħloq lakuna strutturali fir-rendikont tal-entrati b’konsegwenzi serji kemm għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni kif ukoll għall-proċedura ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jesprimi dispjaċir dwar ir-rendikonti tal-entrati mhux kompluti osservati mill-QEA fl-ambitu tal-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li jdgħajfu t-traċċabbiltà u jillimitaw il-ħila tal-Parlament u tal-QEA li jeżerċitaw skrutinju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza li dipendenza qawwija fuq l-awtoritajiet nazzjonali u l-awdituri esterni, mingħajr salvagwardji sodi u gwida dettaljata, assistenza teknika u taħriġ iddedikat tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija tal-awditjar tal-prestazzjoni, tissogra l-varjabbiltà fil-kwalità u fl-indipendenza tal-kontrolli, u b’hekk jesponu lill-UE għal riskju reputazzjonali; jissottolinja li l-appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar se jikkontribwixxi għal kwalità mtejba u konsistenza akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza li l-assorbiment tal-fondi jew l-iżborżi mhumiex minnhom infushom indikatur ta’ suċċess; jiddispjaċih li fl-aħħar emendi tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, l-enfasi fuq l-assorbiment wasslet għal tnaqqis fl-ambizzjoni prevista inizjalment, speċifikament fir-rigward tar-riformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifakkar li l-korpi tal-awditjar fl-Istati Membri jeħtiġilhom jikkonformaw ma’ standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment; iwissi li jekk dan ma jsirx, tiġi kompromessa l-affidabbiltà tal-ħidma tagħhom u jinħolqu riskji għall-approċċ ta’ awditu uniku; jinnota s-sejbiet ripetuti tal-QEA ta’ ċerti nuqqasijiet min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar f’termini ta’ ambitu, kwalità, dokumentazzjoni u rapportar; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ qafas ċar ta’ responsabbiltajiet biex jiġu ggarantiti l-kwalità u l-konsistenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza li sistemi tal-IT u tad-data frammentati fost l-Istati Membri jżidu r-riskju ta’ żbalji, irregolaritajiet, finanzjament doppju, dewmien u rapportar inkonsistenti; ifakkar li, sabiex tiġi żgurata traċċabbiltà sħiħa tal-fondi tal-UE, il-Parlament talab ripetutament li tiġi stabbilita sistema unika, integrata u interoperabbli ta’ informazzjoni u monitoraġġ, inkluż għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-kejl tar-riskju, li tibni fuq, iżda mhux limitata għal, għodod u bażijiet tad-data eżistenti fil-kuntest tar-riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju; jiddispjaċih, madankollu, dwar ir-rifjut tal-Istati Membri li jagħmlu l-użu ta’ sistema bħal din obbligatorju mill-bidu tal-QFP li jmiss; jilqa’ l-isforz kontinwu tal-Kummissjoni biex tiżviluppa sistema interoperabbli bħal din, li tibni fuq l-għodda ARACHNE, u tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jagħmlu użu sħiħ minn din is-sistema; jenfasizza li l-effettività ta’ kwalunkwe mudell ta’ finanzjament ġdid tiddependi mill-affidabbiltà u l-konsistenza tad-data sottostanti u tal-għodod ta’ monitoraġġ; jissottolinja l-importanza li titfassal sistema interoperabbli li taderixxi mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li sistema bħal din trid tipprovdi informazzjoni preċiża u f’waqtha, timminimizza l-pożittivi foloz u topera b’mod affidabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza li l-ġestjoni kondiviża fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss trid tinvolvi lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lill-partijiet ikkonċernati inkluż fil-każ ta’ strumenti bbażati fuq il-prestazzjoni, kemm fil-fażi tat-tfassil tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u tal-ippjanar kif ukoll fil-fażi tal-implimentazzjoni u t-twettiq, permezz ta’ approċċ ta’ governanza b’diversi livelli, sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud għall-UE tal-proġetti transfruntiera u ssir enfasi fuq ir-riżultati li jistgħu jitkejlu aktar milli fuq l-outputs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li t-taħlit ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji f’oqfsa bbażati fuq il-prestazzjoni jżid il-kumplessità u jżid ir-riskji ta’ finanzjament doppju, irregolaritajiet, frodi, kumpens żejjed u ktajjen ta’ obbligu ta’ rendikont dgħajfa; jenfasizza b’mod partikolari li meta l-finanzjament ma jkunx marbut mal-kostijiet, l-assenza ta’ verifika tal-kostijiet tkompli żżid ir-riskju ta’ trikkib bejn flussi differenti ta’ finanzjament u ddgħajjef l-assigurazzjoni ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrimarka li l-monitoraġġ ibbażat fuq il-prestazzjoni mhux neċessarjament inaqqas il-piżijiet amministrattivi, għax sistemi ta’ verifika dgħajfa jistgħu joħolqu kostijiet moħbija mingħajr ma jtejbu l-assigurazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-mudelli ta’ rapportar, telimina t-talbiet għal data żejda u tindirizza l-kumplessità bla bżonn tat-talbiet għal pagament; iqis li kwalunkwe bidla għall-użu ta’ mudelli tal-implimentazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni tirrikjedi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri peress li l-ħtiġijiet ta’ monitoraġġ, kontroll u awditjar fil-każ ta’ mudelli tal-implimentazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni jvarjaw minn dawk ta’ strumenti bbażati fuq ir-rimborż ta’ kostijiet eliġibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Iwissi li, fil-kuntest ġeopolitiku attwali u minħabba ż-żieda fil-pressjoni baġitarja, l-użu dejjem akbar ta’ strumenti bbażati fuq il-prestazzjoni, mingħajr l-indirizzar tad-dgħufijiet identifikati fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, inkluż billi jiġi msaħħaħ l-iskrutinju parlamentari, jissogra li jċaqlaq l-orjentament tal-bilanċi istituzzjonali favur id-diskrezzjoni eżekuttiva u jbegħidhom mir-responsabbiltà demokratika; jinsisti li kwalunkwe mudell ta’ governanza għal strumenti bbażati fuq il-prestazzjoni jrid jinvolvi lill-Parlament u lill-Kunsill fuq termini ugwali; jirrifjuta kwalunkwe proposta biex jitħarbat il-bilanċ istituzzjonali u jiddgħajjef ir-rwol tal-Parlament bħala l-awtorità baġitarja u ta’ kwittanza;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tal-kontroll, tat-trasparenza u tal-obbligu ta’ rendikont tal-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jemmen li l-mudell tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet għall-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni ma għandux jintuża bħala metodu ġeneralizzat ta’ implimentazzjoni jew rimborż bejn l-Istati Membri u l-benefiċjarji, ħlief għal benefiċjarji iżgħar li jimplimentaw proġetti taħt ċerti sollijiet finanzjarji, għax dan jippermetti sistema ta’ twettiq simplifikata filwaqt li jżomm qafas ta’ kontroll robust; jissottolinja, b’mod partikolari, li proġetti fuq skala kbira u kumplessi għandhom jibqgħu bbażati fuq il-kostijiet, peress li l-kamp ta’ applikazzjoni, it-tul ta’ żmien u l-finanzjament f’diversi livelli tagħhom jirrikjedu rapportar finanzjarju dettaljat u data verifikabbli dwar in-nefqa biex jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-obbligu ta’ rendikont xierqa; jisħaq fuq l-importanza li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-irkupri f’każijiet fejn jirriżultaw devjazzjonijiet sinifikanti bejn l-estimi ex ante tal-kostijiet u l-kontrolli ex post, b’mod partikolari meta l-proġetti jitwettqu b’inqas mill-kost stmat inizjalment; jenfasizza li tali aġġustamenti jridu jirriflettu l-infiq reali biex jiġu żgurati l-integrità finanzjarja, il-valur għall-flus u l-obbligu ta’ rendikont; jappella għall-użu kontinwu u estiż ta’ somom f’daqqa u ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, b’mod partikolari għal investimenti iżgħar jew fuq skala medja, bħala għodod effettivi u proporzjonati biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, tiżdied l-aċċessibbiltà għall-benefiċjarji iżgħar, u jinżammu l-obbligu ta’ rendikont u t-traċċabbiltà fl-użu tal-fondi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinsisti li baġit simplifikat irid jirriżulta wkoll f’baġit trasparenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi aċċess pubbliku għall-informazzjoni proċedurali, inkluża l-metodoloġija tal-estimi tal-kostijiet, u tipprovdi lill-Parlament b’aċċess għall-kostijiet stmati tal-pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali (NRPPs);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jappella għal sistema unifikata ta’ obbligu ta’ rendikont li tippermetti t-traċċabbiltà tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE għal proġetti speċifiċi u l-benefiċjarji finali reali tagħhom, inklużi l-kuntratturi u s-sottokuntratturi, kif ukoll is-sidien benefiċjarji; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-proġetti ffinanzjati mill-UE għaċ-ċittadini; jenfasizza l-ħtieġa li l-pagamenti jintrabtu mat-twettiq ta’ miri u stadji importanti koerenti u definiti b’mod ċar biex jissaħħaħ l-allinjament bejn ir-riformi u l-investimenti; jenfasizza l-importanza li tiġi introdotta sistema ta’ evalwazzjoni ex post ibbażata fuq il-miri miksuba minn kull strument, kif imkejla mill-indikaturi tal-prestazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza li l-finanzjament tal-Unjoni għandu jingħata biss għal miżuri marbuta direttament ma’ proġetti konkreti u verifikabbli li juru progress tanġibbli, riżultati li jistgħu jitkejlu, jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni, u jistgħu jiġu mmonitorjati u awditjati b’mod effettiv, soġġett għal rapportar trasparenti, inkluż dwar rekwiżiti relatati mal-valur għall-flus u mal-viżibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lura milli tintroduċi metodoloġiji kumplessi jew spekulattivi tal-estimi tal-kostijiet, li jissograw li jdgħajfu t-trasparenza u l-komparabbiltà fost l-Istati Membri; iħeġġeġ minflok l-iżvilupp u l-użu estiż ta’ għażliet ta’ kostijiet simplifikati armonizzati u verifikabbli li jipprovdu ċarezza, inaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jżommu livell xieraq ta’ obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jappella għal kriterji tal-konformità mhux ambigwi biex jiġi ddeterminat meta kwalunkwe strument ibbażat fuq il-prestazzjoni jissodisfa l-outputs jew ir-riżultati ppjanati, b’definizzjonijiet uniformi fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jappella li jsiru valutazzjonijiet perjodiċi tal-kostijiet reali mġarrba fl-implimentazzjoni ta’ strumenti bbażati fuq il-prestazzjoni meta mqabbla mal-estimi tal-kostijiet tal-Istati Membri sabiex jiġu prevenuti d-diskrepanzi; jemmen li tali valutazzjonijiet għandhom jiskattaw kontrolli u awditi b’mod awtomatiku f’każijiet fejn ikun hemm differenzi sinifikanti bejn il-kostijiet reali u dawk stmati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinsisti li kwalunkwe użu tal-mudell tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet irid jirrikjedi korrelazzjoni bejn l-applikazzjonijiet għal pagament u l-ilħuq tal-istadji importanti u l-miri minn naħa waħda u l-implimentazzjoni ta’ proġetti konkreti min-naħa l-oħra; jenfasizza li mingħajr tali korrelazzjoni, it-traċċabbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni hija kompromessa b’mod sever;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jappella li tiġi stabbilita sistema unika, integrata, interoperabbli ta’ informazzjoni u monitoraġġ, inkluża għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-kejl tar-riskju; jitlob li l-użu ta’ din is-sistema interoperabbli ġdida trid tkun prekundizzjoni għall-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni fil-QFP li jmiss; jitlob li l-Kummissjoni toħloq dashboards aċċessibbli għall-pubbliku, li jippermettu liċ-ċittadini jivvalutaw il-valur iġġenerat mill-finanzjament tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi għodod avvanzati tal-analitika tad-data u tal-IA biex jittejbu t-traċċar, l-evalwazzjoni u r-rapportar tal-prestazzjoni, jittaffa l-ammont ta’ xogħol manwali u jiġu simplifikati l-proċessi ta’ rapportar, u jiġi prevenut il-finanzjament doppju u riskji oħra biex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi u tippubblika sollijiet ċari għall-miżuri korrettivi, inkluż livelli ta’ severità, biex tiggarantixxi trattament ugwali u infurzar konsistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinsisti li l-ilħuq tal-istadji importanti u tal-miri jeħtieġ jiġi vvalutat mill-Kummissjoni, filwaqt li titqies id-data provduta mill-Istati Membri, u jrid isegwi metodoloġija trasparenti u standardizzata, b’punteġġi dokumentati u ġustifikazzjoni sostanzjata għal kwalunkwe devjazzjoni ogħla mis-soll legali; jappella li l-fajls kollha ta’ valutazzjoni jkunu disponibbli għall-Parlament u għall-QEA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jitlob trasparenza akbar fl-implimentazzjoni tal-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni, li tirrikjedi l-pubblikazzjoni f’waqtha tal-valutazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni, ir-rapporti nazzjonali, is-sommarji tal-awditjar u l-azzjonijiet ta’ rkupru, f’formati li jkunu aċċessibbli, komparabbli, verifikabbli u faċli għall-utent, filwaqt li jiġi żgurat li l-Parlament, il-QEA u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jiskrutinizzaw l-użu tal-fondi tal-Unjoni; jenfasizza li l-aċċess għall-informazzjoni għandu jsegwi approċċ kaskata – li jiżgura aċċess sħiħ u mhux ristrett f’ħin reali għall-QEA, dritt garantit u mhux ristrett għall-Parlament li jagħmel mistoqsijiet u jitlob informazzjoni, u aċċess xieraq u trasparenti għaċ-ċittadini f’konformita mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; ifakkar li l-miżuri kollha tat-trasparenza jeħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data fl-ambitu tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni; jenfasizza li d-data disponibbli għall-pubbliku trid tirrifletti b’mod preċiż l-implimentazzjoni u l-progress reali tal-proġetti, aktar milli l-impenji ppjanati jew l-iżborżi magħmula purament għat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri fl-ambitu tal-pjanijiet nazzjonali, u b’hekk tipprovdi stampa ġenwina tar-riżultati miksuba fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza li l-bażijiet tad-data u s-sistemi ta’ informazzjoni kollha tal-Kummissjoni użati għall-ġbir, l-iskambju u l-monitoraġġ tad-data bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu jkunu aċċessibbli għall-QEA; jissottolinja li l-QEA għandu jkollha aċċess dirett u fil-pront għad-data oriġinali kif reġistrata fis-sistema, mingħajr modifika, aggregazzjoni jew editjar minn qabel mill-awtoritajiet nazzjonali jew mis-servizzi tal-Kummissjoni; jenfasizza li tali aċċess huwa essenzjali biex jiġu żgurati l-indipendenza, l-affidabbiltà u l-effettività tal-awditi u biex jinżammu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jappella għal rapportar imsaħħaħ tal-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni biex tiġi inkluża data fil-livell tal-proġetti simili għal dik tal-Politika ta’ Koeżjoni, li tipprovdi d-distribuzzjoni ġeografika tal-finanzjament u tal-interventi fil-livell sottonazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jappella għal titjib fir-rendikonti tal-entrati billi tkun meħtieġa dokumentazzjoni sistematika tal-passi tal-verifika u jiġi żgurat li r-rekords ikunu kompluti, aċċessibbli u verifikabbli kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi salvagwardji robusti biex tiżgura xogħol ta’ awditjar konsistenti, indipendenti u b’livell għoli ta’ kwalità fl-Istati Membri kollha, inkluż permezz ta’ gwida metodoloġika dettaljata, assistenza teknika sostenibbli kull fejn l-awtoritajiet tal-awditjar juru dgħufijiet persistenti, u taħriġ apposta dwar l-istandards tal-awditjar tal-prestazzjoni; jinsisti li d-dipendenza fuq l-awtoritajiet nazzjonali u l-awdituri esterni trid tkun kundizzjonali fuq il-konformità ma’ dawn is-salvagwardji biex tiġi evitata l-varjabbiltà fil-kwalità tal-kontrolli; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu salvagwardji biex jiżguraw l-indipendenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar mill-korpi politiċi u amministrattivi responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jappella għall-introduzzjoni ta’ għodod analitiċi predittivi mħaddma mill-IA kif ukoll ta’ kapaċitajiet ta’ tagħlim awtomatiku li jippermettu lill-awdituri jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju f’ħin reali, jidentifikaw l-anomaliji b’mod aktar effettiv u jwettqu awditi tal-valur għall-flus u rapporti analitiċi mmirati f’każijiet ta’ insuffiċjenzi konsistenti identifikati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jisħaq fuq l-importanza li jiġu sfruttati l-għodod awtomatizzati tal-estrazzjoni tad-data u l-IA biex jiġu identifikati l-anomaliji filwaqt li jiġu evitati obbligi ta’ rapportar addizzjonali fuq benefiċjarji konformi; ifakkar li tali teknoloġiji tal-IA jridu jintużaw f’konformità sħiħa mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u appoġġjati minn taħriġ komprensiv għall-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni ssaħħaħ is-salvagwardji għall-istrumenti finanzjarji, inklużi limiti massimi aktar stretti għat-tariffi tal-ġestjoni, regoli trasparenti għall-għotjiet diretti, u kontrolli għall-prevenzjoni ta’ finanzjament doppju u ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; jitlob li l-limiti massimi tat-tariffi tal-ġestjoni, b’mod partikolari għall-għotjiet diretti lill-maniġers tal-fondi għal prodotti ta’ ekwità jew kważi ekwità ma għandhomx inaqqsu l-valur għall-flus tal-appoġġ tal-Unjoni, speċjalment meta l-volum tal-operazzjonijiet ikun modest;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li tissaħħaħ it-trasparenza bl-espansjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-istrumenti kollha bbażati fuq il-prestazzjoni, biex jittejbu t-tempestività u l-komparabbiltà tar-rapportar nazzjonali, u jiġu żgurati l-aċċess pubbliku, it-traċċabbiltà u l-obbligu ta’ rendikont; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura l-interoperabbiltà sħiħa tas-sistemi tad-data nazzjonali u tal-UE, tnaqqas l-inputs manwali, ittejjeb il-kwalità tad-data u tippermetti t-traċċabbiltà f’ħin reali sal-livell tal-benefiċjarji finali; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tiżgura li d-data dwar ir-riċevituri finali reali tal-finanzjament tal-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni, inklużi l-kuntratturi u s-sottokuntratturi, tkun disponibbli f’ħin reali għall-awtoritajiet tal-awditjar u tal-kwittanza kif ukoll għall-UPPE u għall-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinsisti li l-prerogattivi tal-Parlament bħala leġiżlatur, awtorità baġitarja u awtorità ta’ kwittanza jeħtieġ li jiġu rispettati għalkollox, u li l-Parlament għandu jingħata aċċess għad-data kollha meħtieġa biex jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>