<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0123</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tisħiħ tal-konnettività, il-ħarsien tal-wirt kulturali u t-tħeġġiġ tal-eċċellenza lokali fit-turiżmu Ewropew – il-ġestjoni tad-destinazzjonijiet u t-tkabbir tat-turiżmu reġjonali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0078/2026 - Rapporteur: Daniel Attard)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2026 dwar it-tisħiħ tal-konnettività, il-ħarsien tal-wirt kulturali u t-tħeġġiġ tal-eċċellenza lokali fit-turiżmu Ewropew il-ġestjoni tad-destinazzjonijiet u t-tkabbir tat-turiżmu reġjonali (2025/2120(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 174, 195 u 349 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1028 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni ta’ data b’rabta mas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1028, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1028/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/2831 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2831, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2831/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/904/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2023/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar Sena Ewropea tal-Ħiliet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 125, 11.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/936/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1021 tat-22 ta’ Mejju 2025 dwar il-faqar fit-trasport: niżguraw mobbiltà affordabbli, aċċessibbli u ġusta<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1021, 26.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2025/1021/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2025 intitolata “L-Unjoni tal-Ħiliet” (COM(2025)0090),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 intitolata “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” (COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 intitolata “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-20 ta’ Lulju 2023 intitolata “Lejn Spazju Komuni Ewropew tad-Data dwar it-Turiżmu: it-tisħiħ tal-kondiviżjoni tad-data u l-innovazzjoni fost l-ekosistema tat-turiżmu” (C(2023)4787),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2021 dwar approċċ ġdid għal ekonomija blu sostenibbli fl-UE: It-trasformazzjoni tal-Ekonomija Blu tal-UE għal Futur Sostenibbli (COM(2021)0240),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2021 intitolata “Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (COM(2021)0102),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Lulju 2020 intitolata “Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza” (COM(2020)0274),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2020 intitolata “Il-Mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” (COM(2020)0456) u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjaha bit-titlu “Identifying Europe’s recovery needs” (L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għall-irkupru tal-Ewropa) (SWD(2020)0098),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 intitolata “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” (COM(2020)0380),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2020 intitolata “It-turiżmu u t-trasport fl-2020 u lil hinn” (COM(2020)0550) u l-adozzjoni tal-Pakkett dwar it-Turiżmu u t-Trasport,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2018 intitolata “Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura” (COM(2018)0267),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ottubru 2017 intitolata “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (COM(2017)0623),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2016 intitolata “Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva” (COM(2016)0356) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Ġunju 2017 dwarha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 331, 18.9.2018, p. 125.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Frar 2014 intitolata “Strateġija Ewropea għal aktar tkabbir ekonomiku u impjiegi fit-turiżmu marittimu u kostali” (COM(2014)0086), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2017 dwar it-turiżmu nawtiku (SWD(2017)0126),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010 intitolata “L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew” (COM(2010)0352) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta’ Settembru 2011 dwarha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 41.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2021 intitolata “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040” (COM(2021)0345),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2022 intitolat “Transition pathway for tourism” (Perkors ta’ tranżizzjoni għat-turiżmu) u r-rapporti ta’ rendikont tiegħu għall-2023 u l-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Settembru 2022 intitolat “Unbalanced tourism growth at destination level – root causes, impacts, existing solutions and good practices”: final report” (Tkabbir tat-turiżmu żbilanċjat fil-livell tad-destinazzjoni – kawżi ewlenin, impatti, soluzzjonijiet eżistenti u prattiki tajbin: rapporti finali)
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2020 intitolat “The EU Blue Economy Report 2020” (Ir-Rapport dwar l-Ekonomija Blu tal-UE 2020),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2022 dwar il-gżejjer tal-UE u l-politika ta’ koeżjoni: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura u l-Istrateġija tal-UE għar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.5.2023, p. 78.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar l-istabbiliment ta’ strateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 494, 8.12.2021, p. 106.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2020 dwar it-trasport u t-turiżmu fl-2020 u lil hinn<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 362, 8.9.2021, p. 55.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar l-impatt negattiv tal-falliment ta’ Thomas Cook fuq it-turiżmu tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 202, 28.5.2021, p. 73.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta’ ftehim<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 363, 28.10.2020, p. 179.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Ottubru 2015 dwar sfidi u kunċetti ġodda għall-promozzjoni tat-turiżmu fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 355, 20.10.2017, p. 71.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Settembru 2015 intitolata “Lejn approċċ integrat għall-wirt kulturali għall-Ewropa”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 316, 22.9.2017, p. 88.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.</FIELD></FOOTNOTE> u dik tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 362, 8.9.2021, p. 8.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2022 dwar Aġenda Ewropea għat-Turiżmu 2030,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2021 dwar it-Turiżmu fl-Ewropa għall-għaxar snin li ġejjin: sostenibbli, reżiljenti, diġitali, globali u soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-10 ta’ Diċembru 2025 intitolat “Lejn turiżmu sostenibbli u reżiljenti fl-Unjoni Ewropea: Strateġija għal ġestjoni bbilanċjata u adattiva”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/761, 24.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/761/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ Frar 2025 intitolata “Tourism in the EU: sustainability as a driver for long-term competitiveness” (It-turiżmu fl-UE: is-sostenibbiltà bħala mutur għall-kompetittività fit-tul)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/2014, 30.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2014/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dashboard tat-Turiżmu tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-qafas tal-istatistika għall-kejl tas-sostenibbiltà tat-turiżmu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Palma tal-31 ta’ Ottubru 2023 intitolata “The path toward the social sustainability of tourism in the EU” (Il-perkors lejn is-sostenibbiltà soċjali tat-turiżmu fl-UE), iffirmata mill-ministri għat-turiżmu tal-Istati Membri tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ewropea dwar iċ-Ċikliżmu tat-3 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/2377, 3.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2377/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport dwar it-Turiżmu tan-NU tat-18 ta’ Settembru 2018 intitolat “‘Overtourism’? – Understanding and Managing Urban Tourism Growth beyond Perceptions” (“Turiżmu eċċessiv”? – Nifhmu u Nimmaniġġjaw it-Tkabbir tat-Turiżmu Urban lil hinn mill-Perċezzjonijiet),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-manwali ta’ riżorsa tal-patrimonju dinji tal-UNESCO, inkluż dak tal-2002 intitolat “Managing Tourism at World Heritage Sites: a Practical Manual for World Heritage Site Managers” (Il-Ġestjoni tat-Turiżmu f’Siti ta’ Patrimonju Dinji: Manwal Prattiku għall-Maniġers tas-Siti ta’ Patrimonju Dinji) u gwida relatata dwar il-ġestjoni tal-imġiba tal-viżitaturi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Etika Globali għat-Turiżmu<FOOTNOTE><FIELD> UN Tourism, “Global Code of Ethics for Responsible Tourism – Roadmap for Responsible and Sustainable Tourism Development” (Kodiċi ta’ Etika Globali għal Turiżmu Responsabbli – Pjan Direzzjonali għal Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli u Sostenibbli), l-1 ta’ Ottubru 1999.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tas-17 ta’ April 2024 intitolat “Much more than a Market” (“Ħafna aktar milli Suq”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 intitolat “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju mitlub mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu tal-15 ta’ Ottubru 2018 intitolat “Overtourism: impact and possible policy responses” (It-turiżmu eċċessiv: l-impatt u r-rispons ta’ politika possibbli),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A10-0078/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-turiżmu jammonta direttament għal madwar 5 % tal-PDG tal-UE, filwaqt li jirrappreżenta settur soċjoekonomiku ewlieni f’termini ta’ valur miżjud, impjiegi u koeżjoni reġjonali, b’effetti multiplikaturi qawwija f’diversi setturi; billi, ladarba jitqiesu l-impatti indiretti u konsegwenzjali, il-kontribut ġenerali tas-settur jiżdied għal madwar 10 % tal-PDG tal-UE; billi f’xi pajjiżi u reġjuni t-turiżmu jirrappreżenta sehem saħansitra ogħla mill-impjiegi u l-PDG, u b’hekk jappoġġja l-iżvilupp reġjonali u jnaqqas l-inugwaljanzi; billi 90 % tas-settur tat-turiżmu tal-UE huwa magħmul minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), inklużi negozji mmexxija mill-familji li huma partikolarment vulnerabbli għall-kriżijiet; billi l-industrija tat-turiżmu tal-UE tinkludi madwar 2,3 miljun SME u timpjega madwar 12,3 il-miljun persuna; billi l-Ewropa tibqa’ quddiem nett fid-dinja fil-qasam tat-turiżmu u hija l-ewwel destinazzjoni tat-turiżmu fid-dinja, minkejja l-ostakli ekonomiċi u ġeopolitiċi prevalenti<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea għat-Turiżmu, “European travel maintains momentum in early 2025 despite rising global uncertainty” (L-ivvjaġġar Ewropew iżomm il-momentum fil-bidu tal-2025 minkejja ż-żieda fl-inċertezza globali), is-7 ta’ Mejju 2025.</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li s-settur huwa pproġettat li jikkontribwixxi 10,5 % għall-PDG tal-UE, wara momentum qawwi fil-bidu tal-2025<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kunsill Dinji għall-Ivvjaġġar u t-Turiżmu, “Travel and Tourism to Create 4.5MN New Jobs across the EU by 2035” (L-ivvjaġġar u t-turiżmu: 4,5 miljun impjieg ġdid madwar l-UE sal-2035), id-9 ta’ April 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-valur ekonomiku tat-turiżmu qed jiġi sfidat dejjem aktar mill-kostijiet soċjali, kulturali u ambjentali, inklużi l-pressjonijiet tas-suq tal-akkomodazzjoni, il-kostijiet ogħla tal-għajxien għar-residenti, il-frammentazzjoni tal-ispazji tal-għajxien, l-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi u l-pressjoni dejjem akbar fuq l-infrastruttura essenzjali; billi għexieren ta’ snin ta’ tkabbir orjentat lejn il-volum, flimkien ma’ lakuni regolatorji u ta’ governanza, rawmu turiżmu żbilanċjat; billi dawn id-dinamiċi jitolbu governanza aħjar u ġestjoni tad-domanda intelliġenti, sostenibbli u adattata lokalment; billi t-turiżmu fih innifsu mhuwiex problema, u l-fobija għat-turiżmu tirrikjedi l-adozzjoni ta’ strateġija olistika li tirrikonċilja t-tkabbir ekonomiku mal-benesseri soċjali, il-protezzjoni ambjentali, is-salvagwardja tal-wirt kulturali u r-reżiljenza territorjali fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-ekosistema tat-turiżmu tkopri ħafna industriji, inkluż it-trasport, l-aġenziji tal-ivvjaġġar u l-operaturi turistiċi, is-servizzi ta’ appoġġ, l-akkomodazzjoni u l-catering, l-arti kreattiva u d-divertiment, u l-isport u l-attivitajiet ta’ divertiment, u billi huwa kruċjali li jiġu ffaċilitati l-iżvilupp u r-reżiljenza koerenti tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi ż-żieda fl-ispejjeż tal-kiri tal-akkomodazzjoni madwar l-UE qed tapprofondixxi l-insigurtà tal-akkomodazzjoni u l-esklużjoni soċjali; billi s-sitwazzjoni hija partikolarment akuta f’żoni intensivi fit-turiżmu, fejn l-iskarsezza ta’ akkomodazzjoni affordabbli tfixkel l-attraenza u ż-żamma ta’ ħaddiema tat-turiżmu staġjonali u permanenti u professjonisti essenzjali tas-settur pubbliku; billi l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni, il-funzjonament tal-komunitajiet lokali, il-kompetittività tal-SMEs fl-ekosistema tat-turiżmu u l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku huma dejjem aktar influwenzati minn kirjiet għal żmien qasir; billi s-soluzzjonijiet ta’ kiri għal żmien qasir iridu jitfasslu apposta għal kull sitwazzjoni speċifika, b’azzjoni meħuda primarjament fil-livell lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kunċett ta’ turiżmu sostenibbli huwa ċentrali biex tiġi xprunata l-kompetittività tas-settur, jiġi ssalvagwardjat il-wirt kulturali u naturali tal-Ewropa, inklużi l-indikazzjonijiet ġeografiċi, u biex jiġu bbilanċjati l-ħtiġijiet tal-viżitaturi u tal-komunitajiet lokali; billi s-sostenibbiltà tistrieħ fuq tliet pilastri interdipendenti: il-pilastru ekonomiku, dak soċjali u dak ambjentali, li l-ebda wieħed minnhom ma jista’ jiġi perċepit b’mod iżolat;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-sostenibbiltà soċjali fit-turiżmu tinvolvi d-distribuzzjoni ġusta tal-benefiċċji ekonomiċi, inkluż permezz tad-diversifikazzjoni u d-destaġonalizzazzjoni tal-flussi tat-turiżmu, kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet, tal-ħtiġijiet u tal-benesseri tar-residenti, il-preżervazzjoni tal-wirt kulturali u l-koeżjoni tal-komunità u l-provvista ta’ impjiegi ta’ kwalità b’kundizzjonijiet ta’ impjieg ġusti; billi l-istaġjonalità tat-turiżmu tkompli tikkontribwixxi għall-instabbiltà ekonomika, nuqqasijiet fil-forza tax-xogħol u l-pressjoni fuq il-komunitajiet lokali; billi l-iżvilupp ta’ turiżmu soċjalment sostenibbli għandu jsaħħaħ il-komunitajiet lokali aktar milli jpoġġihom taħt pressjoni żejda;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-UE hija impenjata bis-sħiħ għall-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u s-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, adottati min-Nazzjonijiet Uniti f’Settembru 2015; billi l-Eurostat jimmonitorja l-progress tal-UE lejn l-ilħuq tal-SDGs permezz ta’ sett ta’ 102 indikaturi; billi t-turiżmu jista’ jikkontribwixxi direttament għall-ilħuq tal-SDGs;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima dejjem qed jinfluwenza aktar it-turiżmu, u dan jagħmilha kruċjali li jiġu adattati l-attivitajiet, il-pjanijiet, il-prodotti u l-faċilitajiet tat-turiżmu kif xieraq; billi s-sostenibbiltà u reżiljenza fis-settur tat-turiżmu jibqgħu żbilanċjati fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-adozzjoni ta’ prattiki sostenibbli mill-Istati Membri, mill-atturi lokali u mill-partijiet ikkonċernati tas-settur privat tkompli tibbaża b’mod predominanti fuq l-impenn volontarju;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi t-turiżmu kellu rwol fit-tiswir tad-dinamika territorjali f’ħafna reġjuni tal-UE; billi l-approċċi reġjonali għall-organizzazzjoni u l-iżvilupp ta’ din l-attività pproduċew konfigurazzjonijiet diversi li jaffettwaw it-trajettorji tagħhom ta’ tkabbir u benesseri; billi r-reġjuni remoti, ultraperiferiċi, rurali, periferiċi, skarsament popolati u insulari u ċerti żoni kostali għandhom karatteristiċi uniċi u diversi, inklużi l-vulnerabbiltà ambjentali, l-iżolament ġeografiku, l-iskonnessjoni u d-dipendenza mir-riżorsi esterni, u dawn jitolbu approċċi ta’ politika adattati għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-konnettività tat-trasport hija fundamentali għall-ivvjaġġar u t-turiżmu, u tgħaqqad lin-nies ma’ postijiet, ma’ kulturi u ma’ esperjenzi; billi, madankollu, ix-xejriet kurrenti tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu jippreżentaw sfidi sinifikanti, peress li 80 % tal-vjaġġaturi jżuru biss 10 % tad-destinazzjonijiet globali<FOOTNOTE><FIELD> Greenwood G., “How connectivity is shaping the future of global tourism” (Kif il-konnettività qed issawwar il-futur tat-turiżmu globali), World Travel Market Global Hub, l-14 ta’ Jannar 2025, https://hub.wtm.com/blog/connectivity-shaping-future-global-tourism/.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-promozzjoni tat-turiżmu rurali u intern permezz ta’ strateġiji mfassla apposta tista’ ttaffi l-pressjoni eċċessiva fuq destinazzjonijiet kostali ffullati żżejjed f’diversi Stati Membri; billi ħafna reġjuni periferiċi, rurali, remoti, ultraperiferiċi u insulari għadhom mhumiex moqdija biżżejjed minħabba l-iżolament ġeografiku tagħhom, l-infrastruttura limitata, servizzi tat-trasport imnaqqsa matul perjodi mhux intensivi u l-kostijiet għolja u l-ħin tal-ivvjaġġar meħtieġ biex jintlaħqu; billi r-restrizzjonijiet ġeografiċi u ta’ konnettività permanenti tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE wasslu għal dipendenza strutturali fuq it-trasport bl-ajru u marittimu u esponiment għall-konċentrazzjoni tas-suq, li kollha għandhom impatt dirett fuq l-iżvilupp tat-turiżmu sostenibbli; billi loġistika effiċjenti tal-merkanzija hija faċilitatur ewlieni tas-servizzi tat-turiżmu f’destinazzjonijiet periferiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi t-trasport jirrappreżenta l-akbar sehem tal-impronta tal-karbonju tas-settur tat-turiżmu; billi t-turiżmu sostenibbli ma jistax jinkiseb mingħajr mobbiltà sostenibbli, inkluża d-diversifikazzjoni multimodali, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet fiżiċi u ġeografiċi tal-Ewropa, li jinfluwenzaw id-disponibbiltà u l-għażla ta’ possibbiltajiet tat-trasport xierqa u sostenibbli; billi, minkejja li l-ferroviji jirrappreżentaw biss madwar 10 % tal-vjaġġi li jsiru llum, ferm anqas mit-trasport bit-triq (64 %) u mill-ivvjaġġar bl-ajru (17 %), riċerka reċenti tissuġġerixxi li 82 % tal-Ewropej huma miftuħa għal għażliet ta’ vvjaġġar aktar ekoloġiċi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, “Flash Eurobarometer 499: Attitudes of Europeans towards tourism” (Ewrobarometru Flash 499: L-attitudnijiet tal-Ewropej lejn it-turiżmu), is-6 ta’ Diċembru 2021.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-laneċ jistgħu jipprovdu servizzi essenzjali tat-trasport ta’ interess pubbliku, filwaqt li jiżguraw konnettività affordabbli, regolari u tul is-sena kollha, b’mod partikolari għall-gżejjer u r-reġjuni remoti;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi ż-żieda fit-turiżmu speċjalizzat (gastronomiku, tal-inbid, tal-birra, nawtiku, kulturali, reliġjuż, tal-wirt kulturali, mediku, tal-benesseri, tal-isport, taċ-ċikliżmu, tal-għadis, agrikolu, tal-fidda, ekoġenerattiv, riġenerattiv, eċċ.) toħloq opportunitajiet ġodda għar-reġjuni periferiċi, rurali u ultraperiferiċi biex juru l-pajsaġġi tal-art u l-baħar u tal-wirt kulturali uniċi tagħhom permezz ta’ strateġiji ta’ żvilupp ibbażati fuq il-post u t-tema; billi t-tkabbir tat-turiżmu speċjalizzat jirrikjedi appoġġ permezz ta’ investiment fl-infrastruttura meħtieġa; billi dawn ix-xejriet tat-turiżmu li qed jevolvu jistgħu jsaħħu s-sostenibbiltà tas-settur billi jestendu l-ivvjaġġar lil hinn mill-istaġuni intensivi, iferrxu l-flussi tal-viżitaturi u jtejbu l-protezzjoni tal-wirt naturali u kulturali, u jiġġeneraw introjtu addizzjonali f’reġjuni remoti, skarsament popolati u insulari;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi madwar 25 % tal-Ewropej qed jgħixu b’diżabbiltà jew b’mobbiltà mnaqqsa; billi skont l-Eurostat, il-proporzjon tal-popolazzjoni tal-UE ta’ 60 sena u aktar, li bħalissa huwa ta’ 21 %, huwa mbassar li jiżdied għal 30 % sal-2030; billi t-teħid ta’ azzjoni ddedikata permezz tal-investiment f’servizzi tat-turiżmu aċċessibbli u adattati għall-anzjani jirrappreżenta opportunità kbira biex tingħata spinta lill-kompetittività, tittejjeb il-kwalità u tiġi appoġġjata d-domanda matul is-sena kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi t-turiżmu intelliġenti għandu l-għan li jsaħħaħ il-ġestjoni tad-destinazzjoni, iżid is-sodisfazzjon tal-viżitaturi u jipprovdi valur dejjiemi lill-komunitajiet lokali<FOOTNOTE><FIELD> EU guide on data for tourism destinations. Smart Tourism Destinations, July 2022.</FIELD></FOOTNOTE>; billi t-turiżmu intelliġenti jiddependi mid-disponibbiltà, l-analiżi u l-użu effettiv tad-data; billi l-ekosistema tad-data tal-UE għadha frammentata; billi l-inizjattiva Spazju Ewropew tad-Data dwar it-Turiżmu għandha l-għan li tegħleb din il-frammentazzjoni u l-konċentrazzjoni tas-suq li tirriżulta billi tibni pjattaforma sigura u interkonnessa għall-kondiviżjoni tad-data biex tappoġġja s-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-settur, f’konformità mal-perkors ta’ tranżizzjoni għat-turiżmu;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi, minkejja l-portal ta’ għarfien tad-Dashboard tat-Turiżmu tal-UE u l-Pjattaforma tat-Turiżmu tal-UE, l-UE għad ma għandhiex qafas armonizzat effettiv u ambizzjuż biżżejjed biex tivvaluta l-impatti tat-turiżmu, inkluża l-impronta tal-karbonju, kif ukoll is-sostenibbiltà u r-reżiljenza ġenerali madwar l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-indikaturi tal-prestazzjoni aggregati u bbażati fuq il-PDG ma jkoprux bis-sħiħ l-impatti soċjali, territorjali u ambjentali reali tat-turiżmu; billi t-turiżmu għandu jiġi evalwat lil hinn mit-tkabbir tal-volum u permezz ta’ indikaturi tas-sostenibbiltà bħall-koeżjoni soċjali, is-sostenibbiltà territorjali fit-tul u l-integrità ambjentali, bil-kapaċità ta’ ospitalità territorjali u l-protezzjoni tal-bijodiversità jiggwidaw il-limiti tad-destinazzjoni, il-limiti tal-viżitaturi u l-ippjanar tal-infrastruttura, filwaqt li s-suċċess jinbidel lejn mudelli ta’ żvilupp xprunati mill-valur;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-kondiviżjoni limitata tad-data u l-operazzjonijiet iżolati fis-setturi ewlenin tat-trasport jimminaw il-kapaċità multimodali u jfixklu l-ivvjaġġar multimodali bla xkiel fl-UE kollha<FOOTNOTE><FIELD> L-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi, “Mind the gap – Making the multimodal journey the easy journey” (Attenti għad-distakk – Nagħmlu l-vjaġġ multimodali l-vjaġġ faċli), it-22 ta’ Marzu 2023.</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li l-kapaċità ta’ prenotazzjoni ta’ tali vjaġġi għadha qed tirrappreżenta ostaklu maġġuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi s-settur tat-turiżmu jirrikjedi ħafna ħaddiema, u jiġġenera madwar 5 % tal-impjiegi totali tal-UE, iżda qed jiffaċċja sfidi notevoli, inkluża rata ta’ 21 % ta’ impjieg temporanju; billi dan is-settur huwa sors importanti ta’ ħolqien ta’ impjiegi, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, għan-nisa u għall-ħaddiema migranti li jiffaċċjaw diffikultà biex jidħlu fis-suq tax-xogħol; billi t-turiżmu jiddependi fuq forza tax-xogħol kwalifikata u impenjata, li tiżgura servizz ta’ kwalità u esperjenzi awtentiċi għall-viżitaturi; billi ż-żieda fil-kwalità tal-impjiegi permezz ta’ paga ġusta, impjieg stabbli u kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba jistgħu jtejbu r-reklutaġġ u ż-żamma, jappoġġjaw il-bidla tas-settur lejn żvilupp sostenibbli u b’valur miżjud għoli, filwaqt li jindirizzaw ukoll in-nuqqas ta’ ħaddiema u s-sostenibbiltà soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-ekonomiji reġjonali li jiddependu mit-turiżmu huma aktar esposti għax-xokkijiet fid-domanda u l-volatilità tal-ħaddiema, u dan jagħmel id-diversifikazzjoni ekonomika u r-riindustrijalizzazzjoni essenzjali għall-istabbiltà u l-iżvilupp fit-tul; billi d-dipendenza żejda fuq it-turiżmu staġjonali tirriskja li r-reġjuni jinqabdu f’mudell ta’ żvilupp li jillimita t-tkabbir tal-produttività, l-innovazzjoni u l-ħolqien ta’ setturi b’valur miżjud ogħla;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi livell allarmanti ta’ 92 % tal-SMEs fit-turiżmu jsibuha diffiċli biex jimpjegaw persunal tas-sengħa<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport, “Jobs and skills in tourism” (Impjiegi u ħiliet fit-turiżmu).</FIELD></FOOTNOTE>; billi d-defiċit tal-ħiliet tas-settur – sfida li tmur qabel il-pandemija tal-COVID 19 u għadha tippersisti minkejja r-rati għoljin ta’ qgħad madwar l-UE – jirrikjedi spinta rapida għat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet biex jinbnew ħiliet orjentati lejn il-futur, kif ukoll kompetenzi ekoloġiċi, diġitali, maniġerjali, soċjali u kulturali li jsaħħu r-reżiljenza fit-turiżmu<FOOTNOTE><FIELD> HOTREC Hospitality Europe, ‘Labour shortages in the hospitality sector:forward-thinking and practices sharing” (Nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tal-ospitalità: naħsbu bil-quddiem u nikkondividu l-prattiki), Settembru 2022.</FIELD></FOOTNOTE>, u li huma kruċjali għall-kompetittività tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> Silva, S. et al., “The Value of Skills for a Sustainable Tourism and Hospitality Industry” (Il-Valur tal-Ħiliet għal Industrija tat-Turiżmu u tal-Ospitalità Sostenibbli), Tourism Hospitality, Nru 6(1), it-23 ta’ Jannar 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; billi huma meħtieġa miżuri mmirati, inkluż investiment pubbliku u privat sostnut, flimkien ma’ strumenti ta’ finanzjament tal-UE aċċessibbli għall-SMEs, biex jissaħħu l-ħiliet u jiġi żgurat li l-industrija tat-turiżmu tibqa’ impjegatur attraenti u kompetittiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi n-nisa jikkostitwixxu aktar minn nofs il-forza tax-xogħol tat-turiżmu tal-UE iżda għadhom sottorappreżentati b’mod sinifikanti fir-rwoli ta’ tmexxija u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u huma rrappreżentati żżejjed f’impjiegi b’pagi aktar baxxi, informali jew prekarji, li spiss ma jkollhomx sigurtà tal-impjieg u protezzjoni soċjali adegwati; billi tali inugwaljanzi jimminaw l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa u jxekklu l-kompetittività tas-settur tat-turiżmu, filwaqt li jenfasizzaw il-ħtieġa tal-integrazzjoni ta’ dimensjoni b’saħħitha tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Istrateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli li jmiss;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi anke fl-era diġitali t-turiżmu jkollu suċċess bis-saħħa tal-konnessjoni umana; billi l-ħiliet personali huma vitali għat-turiżmu inklużiv, iżda għadhom sottovalutati, limitati u mhux imħallsa biżżejjed, u dan jaffettwa direttament il-kwalità tal-esperjenza tal-viżitatur u l-benesseri tal-komunitajiet lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-kultura, il-wirt u l-identità huma l-pilastri tal-prodott turistiku sostenibbli u risponsabbli tal-UE, fejn il-voluntiera u l-komunitajiet lokali għandhom rwol kruċjali li jippreżervaw u jippromwovu l-wirt kulturali ħaj ta’ kull Stat Membru, inkluża it-tradizzjonijiet kulturali sostenibbli u l-lingwi lokali; billi l-protezzjoni, il-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali jistgħu jrawmu r-relazzjonijiet interkulturali, ir-rikonċiljazzjoni u l-koeżistenza kulturali; billi s-salvagwardja tal-wirt kulturali titlob ġestjoni proattiva tal-flussi tal-viżitaturi, il-protezzjoni tas-siti vulnerabbli u l-inklużjoni tal-komunitajiet lokali fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-innovazzjoni diġitali, inklużi l-għodod tal-immappjar interattivi, it-teknoloġiji immersivi, ir-realtà awmentata, il-pjattaformi diġitali bbażati fuq il-komunità u l-esperjenzi “fiġitali” jistgħu jsaħħu l-aċċess għall-wirt lokali, jappoġġjaw lill-SMEs u jippermettu lill-viżitaturi jinvolvu ruħhom b’mod aktar profond mal-ekosistemi kulturali awtentiċi, inkluż it-tradizzjonijiet tal-produzzjoni tal-birra u l-artiġjanat lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-agrituriżmu, l-inizjattivi mill-farm sal-platt u mill-għalqa sal-platt u joħolqu ktajjen ta’ valur ġenwini aktar milli ktajjen tal-provvista sempliċi, u joffru lill-viżitaturi esperjenza ta’ awtentiċità mingħajr paragun filwaqt li jsaħħu l-ekonomiji rurali, jappoġġjaw lill-produtturi lokali u jippromwovu l-ġestjoni ambjentali; billi inizjattivi bħal dawn qed jiġu rikonoxxuti dejjem aktar bħala pilastru tal-iżvilupp ta’ turiżmu ta’ kwalità u sostenibbli madwar l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-industrija Ewropea tal-wirjiet u tal-avvenimenti kummerċjali, rikonoxxuta bħala mexxejja globali, hija segment ewlieni tal-industrija tat-turiżmu u mutur ekonomiku ewlieni, li jappoġġja l-impjiegi, l-iżvilupp reġjonali, l-investiment fl-infrastruttura u t-tkabbir transsettorjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-Ekotikketta tal-UE, wieħed minn diversi standards ta’ sostenibbiltà, hija attwalment applikata biss fl-akkomodazzjoni turistika u mhux għall-katina tal-valur kollha fid-destinazzjonijiet tat-turiżmu, u, għalkemm l-adozzjoni tagħha mill-akkomodazzjonijiet qed tiżdied, l-impatt ġenerali tagħha fuq is-suq għadu limitat; billi ċ-ċertifikazzjoni trid tkun akkumpanjata minn obbligi infurzabbli, trasparenza fil-ktajjen tal-provvista kif ukoll monitoraġġ tal-impatt ambjentali biex jiġi evitat il-greenwashing;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi, minkejja l-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-Plastik li Jintuża Darba Biss<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1), ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/904/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, sehem sinifikanti tal-iskart tal-plastik mis-setturi tat-turiżmu u tal-ospitalità għadu jaqa’ lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni regolatorju tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-industrija tat-turiżmu tal-UE għandha tagħmel tranżizzjoni lejn mudell ta’ ekonomija ċirkolari, ħaġa li jtejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi f’oqsma bħall-ġestjoni tal-iskart, tal-ilma, tal-ikel, tal-mobbiltà u tal-enerġija; billi din it-tranżizzjoni tirrikjedi l-adozzjoni ta’ prattiki ta’ produzzjoni u ta’ konsum responsabbli, inkluż l-użu ta’ prodotti lokali mis-settur tal-ospitalità, it-tnaqqis ta’ flussi tal-iskart, l-użu mill-ġdid tar-riżorsi u s-salvagwardja tal-ekosistemi lokali; billi l-għodod tal-ippjanar, tal-monitoraġġ u ġestjoni mmexxija mid-data huma essenzjali biex jappoġġjaw din il-bidla u jtejbu s-sostenibbiltà u r-reżiljenza fit-tul tad-destinazzjonijiet tat-turiżmu;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi r-rikonoxximent tat-turiżmu bħala waħda mill-14-il ekosistema industrijali strateġika tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Mejju 2021 intitolata “Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa”, COM(2021)0350.</FIELD></FOOTNOTE> jenfasizza l-ħtieġa li nimxu lil hinn mis-suppożizzjonijiet tar-reżiljenza inerenti tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, “Building strong and resilient tourism destinations” (Nibnu destinazzjonijiet turistiċi b’saħħithom u reżiljenti), Dokumenti tal-OECD dwar it-Turiżmu, 2025/03, Pubblikazzjoni OECD, Pariġi, 2025, p. 6-8.</FIELD></FOOTNOTE> lejn strateġija Ewropea olistika mibnija fuq koordinazzjoni politika b’saħħitha, li tirrifletti n-natura trażversali tas-settur, kif ukoll finanzjament immirat u effettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-Kummissjoni ħabbret il-pubblikazzjoni li jmiss tal-ewwel strateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli, li timmarka opportunità sinifikanti biex jiġi stabbilit qafas sostenibbli koerenti u li jħares ’il quddiem għas-settur; billi din l-inizjattiva għandu jkollha l-għan li tiżgura li t-tkabbir futur jallinja ruħu mal-objettivi klimatiċi u soċjali usa’ tal-UE, filwaqt li toqgħod lura milli toħloq piżijiet amministrattivi jew finanzjarji sproporzjonati għall-SMEs; billi marka tat-turiżmu Ewropea b’saħħitha hija riżorsa strateġika li tista’ ssaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa billi tippromwovi offerti sostenibbli, ta’ kwalità għolja u rikki fl-esperjenza filwaqt li tappoġġja t-tixrid u l-ġestjoni tal-istaġjonalità;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi huwa vitali li jiġi affermat mill-ġdid li t-turiżmu jikkostitwixxi settur ekonomiku importanti u strateġiku li jrawwem l-identità Ewropea, u billi m’għandux jitqies bħala komponent marġinali tal-ekonomija; billi n-natura trażversali tas-settur tat-turiżmu tirrikjedi koordinazzjoni politika u amministrattiva soda; billi direttorat ġenerali ddedikat għat-turiżmu sostenibbli li jingħata riżorsi xierqa jista’ jiggarantixxi approċċ istituzzjonali integrat, itejjeb il-ġestjoni tal-programmi ta’ finanzjament eżistenti u jindirizza l-governanza Ewropea attwalment frammentata fis-settur;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-finanzjament immirat tal-UE, inklużi proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, kif ukoll appoġġ fl-ambitu ta’ programmi bħall-programm tas-suq uniku, Ewropa Kreattiva, Interreg, il-programm Ewropa diġitali u Orizzont Ewropa, huwa essenzjali biex jippermetti lill-awtoritajiet lokali, lill-SMEs u lill-atturi kulturali jittestjaw mudelli innovattivi fit-turiżmu kulturali, jiżviluppaw għodod diġitali, isaħħu n-networks tematiċi, u jespandu inizjattivi ta’ suċċess madwar ir-reġjuni; billi l-Parlament talab b’mod konsistenti l-inklużjoni ta’ linja baġitarja ddedikata għat-turiżmu fil-baġit ġenerali tal-UE; billi n-negozjati li ġejjin dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (QFP 2028-2034) jippreżentaw opportunità f’waqtha biex jiġi żgurat finanzjament iddedikat, fit-tul u stabbli għat-turiżmu; billi proposti leġiżlattivi ġodda dwar il-QFP 2028-2034 se jkollhom rwol ewlieni fl-appoġġ tat-tranżizzjoni nadifa, tat-trasformazzjoni diġitali, tal-iżvilupp tal-ħiliet, tas-sostenibbiltà u l-kompetittività ġenerali tal-ekosistema tat-turiżmu fir-reġjuni kollha tal-Unjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Mill-iżolament għall-opportunità: konnettività mtejba bħala katalist għat-tkabbir sostenibbli tat-turiżmu reġjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma li l-konnettività hija prekundizzjoni għal-libertà tal-moviment minquxa fit-Trattati; jissottolinja li konnettività b’saħħitha hija essenzjali biex it-turiżmu jiġi bbilanċjat u biex il-benefiċċji tiegħu jiġu estiżi għal żoni mhux moqdija biżżejjed, biex tittaffa l-pressjoni fuq hotspots iffullati żżejjed u tiġi appoġġjata r-rivitalizzazzjoni tal-ekonomiji lokali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-konnettività aċċessibbli, affordabbli u affidabbli bħala servizz essenzjali li jirfed il-libertà tal-moviment, peress li ma hemm ebda libertà tal-moviment mingħajr il-mezzi ta’ vvjaġġar; jesprimi ruħu favur l-istabbiliment ta’ parametri referenzjarji ċari, li jistgħu jitkejlu u li jiġu aġġornati regolarment biex jiġu vvalutati l-aċċessibbiltà, l-affordabbiltà u l-kwalità tal-għażliet tal-ivvjaġġar sostenibbli, inkluż il-progress lejn mobbiltà mingħajr ostakli u inklużiva għall-persuni b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa, u għar-reġjuni remoti, ultraperiferiċi, rurali, periferiċi, skarsament popolati u insulari, b’attenzjoni partikolari għall-gżejjer żgħar; jissottolinja li dawn il-parametri referenzjarji huma vitali biex tiġi żgurata konnettività s-sena kollha, jiġu appoġġjati l-komunitajiet lokali u l-SMEs, u tiġi ssalvagwardjata r-reżiljenza fit-tul tar-reġjuni li jiddependu mit-turiżmu; jisħaq, barra minn hekk, fuq ir-rilevanza tal-parametri referenzjarji fl-appoġġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-investimenti fl-infrastruttura rilevanti għat-turiżmu mmirati lejn it-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali, id-distribuzzjoni tal-flussi tat-turiżmu u t-tnaqqis tal-pressjoni fuq hotspots iffullati żżejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-influwenza sproporzjonata tat-trasportaturi u tal-pjattaformi diġitali ewlenin fit-tmexxija tax-xejriet tas-suq, fl-impatt fuq l-għażliet tal-konsumaturi u fl-esponiment tad-destinazzjonijiet u l-industrija tal-ospitalità għal riskji strutturali sinifikanti; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju li jeżamina d-dipendenza tas-settur tat-turiżmu fuq atturi dominanti b’saħħa qawwija fis-suq fis-setturi tat-trasport u tat-turiżmu, inkluża l-ospitalità, il-valutazzjoni tat-theddid għall-konnettività, l-ipprezzar ġust, kundizzjonijiet ġusti għall-utenti kollha tan-negozju, kundizzjonijiet tax-xogħol, kontinwità fis-servizz u r-reżiljenza fit-tul tad-destinazzjonijiet, b’attenzjoni partikolari għal riskji strutturali f’reġjuni rurali remoti u insulari; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, bħala parti mill-istudju, tivvaluta l-azzjonijiet biex tindirizza l-konċentrazzjoni tas-suq u l-personalizzazzjoni mhux raġonevoli tal-prezzijiet, issaħħaħ it-trasparenza, il-kompetizzjoni ġusta u l-protezzjoni tal-konsumaturi, u ssaħħaħ il-kompetittività tal-SMEs u tal-operaturi lokali, inkluż permezz ta’ miżuri legali, regolatorji u finanzjarji xierqa, fejn rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis konnessjonijiet tat-trasport effiċjenti bħala l-pedament ta’ settur tat-turiżmu tal-UE sostenibbli, kompetittiv u reżiljenti, li jtaffi l-pressjoni fuq destinazzjonijiet hotspot li joperaw fil-kapaċità tagħhom jew lil hinn minnha filwaqt li jiftaħ l-aċċess u jidderieġi mill-ġdid il-flussi tal-viżitaturi lejn destinazzjonijiet emerġenti anqas magħrufa u jqassam il-benefiċċji ekonomiċi b’mod aktar ekwu; jappella sabiex jissaħħu l-konnettività u l-aċċessibbiltà, b’mod partikolari f’reġjuni remoti u mhux moqdija biżżejjed tal-UE, inklużi l-gżejjer, sabiex jiġi promoss it-tkabbir inklużiv permezz tal-ivvjaġġar sostenibbli, titħeġġeġ id-destaġjonalizzazzjoni u jiġi appoġġjat l-iżvilupp reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Josserva, fl-istess ħin, li ħafna destinazzjonijiet emerġenti – mit-territorji ultraperiferiċi sal-artijiet ċentrali rurali, il-komunitajiet muntanjużi u r-reġjuni insulari – jitħabtu ma’ sfidi uniċi ta’ konnettività, u jisħaq li l-istrateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli trid tidentifika mekkaniżmi ta’ appoġġ imfassla apposta li jirriflettu l-profili u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tagħhom, speċjalment biex jissaħħu l-konnessjonijiet bl-ajru, bil-baħar u bl-art li jsostnu l-konnettività tagħhom; jinsisti li kwalunkwe espansjoni tal-konnettività tkun ibbilanċjata minn infrastruttura ta’ kwalità u servizzi affidabbli, li jippermettu lid-destinazzjonijiet jimmaniġġjaw flussi ġodda jew diversifikati tat-turiżmu mingħajr ma jimminaw l-aċċessibbiltà jew l-affordabbiltà għar-residenti, speċjalment fir-reġjuni vulnerabbli identifikati hawn fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jappella sabiex jiġi esplorat il-potenzjal għall-implimentazzjoni usa’ tal-obbligi tas-servizz pubbliku (PSOs), inklużi l-konfigurazzjonijiet multimodali u ferroviji ta’ billejl transfruntiera, biex jaqdu kemm lir-residenti kif ukoll lill-viżitaturi, speċjalment fiż-żoni remoti u ultraperiferiċi, filwaqt li jiġi enfasizzat ir-rwol tagħhom fit-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ċentrali tan-Networks tat-Trasport Trans-Ewropej (TEN-T) ewlenin, ewlenin estiżi u komprensivi kkompletati, ikkomplementati minn firxa ta’ għażliet ta’ servizzi tat-trasport sostenibbli, fil-kisba ta’ distribuzzjoni territorjali aktar ibbilanċjata tat-turiżmu fl-UE, inkluż billi tiġi promossa d-domanda fl-istaġuni anqas intensivi; jisħaq li l-prijoritizzazzjoni tal-proġetti transfruntiera fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) kienet kruċjali fit-twettiq tal-progress fit-TEN-T, u jappella għal baġit robust tal-FNE fl-ambitu tal-QFP li jmiss biex tiġi appoġġjata sistema tat-trasport Ewropea sostenibbli, aċċessibbli u interkonnessa, ħaġa li hija ugwalment vitali għat-turiżmu fir-reġjuni kollha tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-opportunitajiet ippreżentati mill-proposti leġiżlattivi tal-QFP li jmiss (2028-2034) biex jissaħħaħ l-appoġġ tal-UE għat-turiżmu sostenibbli, kompetittiv u reżiljenti; jenfasizza, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tar-regolament propost dwar il-pjan ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali<FOOTNOTE><FIELD> Il-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll għall-agrikoltura u l-qasam rurali, għas-sajd u l-affarijiet marittimi, għall-prosperità u għas-sigurtà għall-perjodu 2028-2034 u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/955 u r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 (COM(2025)0565)).</FIELD></FOOTNOTE>, li jirrikonoxxu s-servizzi tat-turiżmu sostenibbli bħala objettiv speċifiku u toroq miftuħa għall-investiment fit-trasformazzjoni diġitali, l-approċċi tal-ekonomija ċirkolari, il-mobbiltà sostenibbli, it-titjib tal-ħiliet u tal-forza tax-xogħol, id-diversifikazzjoni tat-turiżmu, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni tad-destinazzjoni; jirrikonoxxi li r-regolament propost li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Kompetittività<FOOTNOTE><FIELD> COM(2025)0555.</FIELD></FOOTNOTE> joħloq prospetti biex jiġi appoġġjat it-turiżmu sostenibbli permezz tat-tranżizzjoni nadifa, id-dekarbonizzazzjoni industrijali u l-miżuri tal-kompetittività tal-SMEs; jieħu nota, madankollu, li l-proposta l-ġdida tal-QFP għal darb’oħra tonqos milli tinkludi programm tal-UE u linja baġitarja awtonoma għat-turiżmu sostenibbli, filwaqt li jinnota li d-disponibbiltà tal-finanzjament tal-UE biex jiġu żviluppati networks tat-trasport sekondarji u kapillari, li huma meħtieġa biex jappoġġjaw l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tat-turiżmu, jiddiversifikaw il-flussi tat-turiżmu u jappoġġjaw l-aċċessibbiltà tar-reġjuni remoti, periferiċi, ultraperiferiċi u insulari, għadha mhijiex ċara; jinsisti li l-QFP li jmiss la għandu jimmarġinalizza għadd sinifikanti ta’ reġjuni u lanqas inaqqas il-finanzjament għal proġetti integrati fin-network globali sabiex jiġu evitati d-disparitajiet territorjali u tinżamm il-koeżjoni soċjali u territorjali tal-UE; jinsab imħasseb li r-reġjuni ultraperiferiċi qed jiffaċċjaw tnaqqis fil-kofinanzjament, minkejja l-iżolament estrem tagħhom mill-kontinent u l-ħtieġa korrispondenti ta’ konnettività sigura u investiment sostenibbli; itenni, barra minn hekk, li l-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, li jiffaċċjaw pressjoni kompetittiva aktar b’saħħitha minn reġjuni mhux tal-UE, huma vitali għall-ekonomija tat-turiżmu reġjonali tal-UE u għandhom jirċievu biżżejjed finanzjament tal-FNE u finanzjament ieħor biex itejbu l-infrastruttura tal-konnettività, jattiraw il-viżitaturi u jiżguraw li t-tkabbir tagħhom isir dejjem aktar sostenibbli u li jibqgħu kompetittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li finanzjament iddedikat tal-UE għat-turiżmu sostenibbli jista’ jrendi redditi sostanzjali billi jagħti spinta lir-reżistenza tas-settur u javvanza t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tiegħu f’konformità mal-prijoritajiet tal-politika tal-UE u filwaqt li jrawwem tkabbir sostenibbli, ibbilanċjat u inklużiv, kif ukoll il-kompetittività fit-tul madwar id-destinazzjonijiet kollha Ewropej, inkluża koeżjoni territorjali u soċjali aktar b’saħħitha fir-reġjuni periferiċi, ultraperiferiċi u insulari; jisħaq li l-istabbiliment ta’ tali linja baġitarja huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija futura tal-UE għal turiżmu sostenibbli; jappella, sadanittant, sabiex il-gwida dwar il-finanzjament tal-UE għat-turiżmu tiġi aġġornata u riveduta fid-dawl tal-QFP li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jitlob li l-istrateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli, flimkien mal-QFP li jmiss, tipprijoritizza u tidentifika mekkaniżmi ta’ finanzjament ċari biex tappoġġja t-tranżizzjoni lejn mudelli ta’ turiżmu sostenibbli fir-reġjuni affettwati mill-istaġjonalità, it-tibdil fil-klima, il-pressjoni demografika, il-pressjoni permanenti jew intensa tal-viżitaturi, l-attraenza mnaqqsa, l-ispeċjalizzazzjoni settorjali għolja u d-degradazzjoni tal-assi, u f’destinazzjonijiet żgħar u ta’ daqs medju u emerġenti b’potenzjal għoli ta’ ospitar; jenfasizza li tali finanzjament għandu jappoġġja proġetti pilota, il-bini ta’ kapaċitajiet u t-trasformazzjoni strutturali, filwaqt li jipprijoritizza l-infrastruttura sostenibbli, il-konnettività nadifa, id-diversifikazzjoni territorjali u programmi ta’ taħriġ li jsaħħu t-talent lokali u jgħinu lill-ħaddiema jadattaw ruħhom għal ħiliet u ħtiġijiet tas-suq ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu kull sforz biex jintegraw il-mobbiltà tat-turiżmu sostenibbli fil-politika tat-trasport tal-UE, b’investiment f’konnessjonijiet tal-aħħar mil, inklużi t-trasport pubbliku u l-mobbiltà attiva, u soluzzjonijiet għall-mobbiltà urbana sostenibbli u affordabbli, għall-benefiċċju kemm tal-viżitaturi kif ukoll tar-residenti; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ immirat għall-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi u b’emissjonijiet żero fit-turiżmu, pereżempju, permezz ta’ inċentivi għall-kiri ta’ vetturi elettroniċi u l-infrastruttura tal-irriċarġjar, b’mod partikolari fir-reġjuni insulari, rurali, muntanjużi u ultraperiferiċi, biex tingħata spinta lill-mobbiltà sostenibbli u titnaqqas l-impronta ambjentali tal-viżitaturi; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-promozzjoni tal-Pjattaforma tat-Turiżmu tal-UE eżistenti, filwaqt li tiffaċilita l-iskambju ta’ mudelli ta’ ġestjoni tal-viżitaturi ta’ suċċess u l-aħjar prattiki fost id-destinazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifakkar li l-pass ta’ din it-tranżizzjoni jiddependi fuq infrastruttura tal-irriċarġjar adegwata fil-livell tad-destinazzjoni, inklużi soluzzjonijiet ta’ rriċarġjar rapidu li kapaċi jaqdu l-ħtiġijiet tan-negozji, operazzjonali u tat-trasport tal-passiġġieri, filwaqt li jisħaq li appoġġ finanzjarju mmirat tal-UE, sostnut minn parametri referenzjarji ċari, huwa essenzjali biex jiżdiedu s-sorsi tal-enerġija b’emissjonijiet żero fl-ekosistema tat-turiżmu u jiġi żgurat li d-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà tappoġġja l-għanijiet klimatiċi u l-ġestjoni sostenibbli tad-destinazzjoni; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li tiġi żgurata infrastruttura tal-loġistika adegwata u konnessjonijiet intermodali biex jappoġġjaw il-ktajjen tal-provvista tat-turiżmu u l-ekosistemi ekonomiċi lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jappella għal appoġġ finanzjarju akbar mill-UE biex jissaħħu s-servizzi tat-trasport pubbliku, biex dawn ikunu jistgħu jsiru aktar multimodali, aċċessibbli, affidabbli, flessibbli u mfassla aħjar għaċ-ċirkostanzi territorjali, speċjalment fiż-żoni insulari u remoti; jenfasizza li servizzi bħal dawn għandhom jiżguraw aċċess adegwat għar-residenti filwaqt li jsaħħu l-konnettività tal-komunità, l-inklużjoni soċjali u l-aċċessibbiltà tad-destinazzjonijiet tat-turiżmu; jissuġġerixxi li, fejn il-miżuri eżistenti ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw żvantaġġi strutturali persistenti, il-Kummissjoni għandha tipproponi għodod oħra biex tikkumpensa għall-iżvantaġġi strutturali li jiffaċċjaw iċ-ċittadini u n-negozji fir-reġjuni periferiċi, insulari u ultraperiferiċi, u biex tiżgura aċċess ekwu u tissalvagwardja l-vijabbiltà u l-koeżjoni fit-tul ta’ dawn ir-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jirrikonoxxi t-turiżmu taċ-ċikliżmu bħala settur Ewropew strateġiku, kif rifless fid-Dikjarazzjoni Ewropea dwar iċ-Ċikliżmu, fejn l-UE għandha pożizzjoni fuq quddiem nett fid-dinja; jenfasizza l-importanza ta’ inizjattivi bħal EuroVelo – in-network Ewropew ta’ rotot taċ-ċikliżmu fuq distanzi twal – fl-avvanz tat-turiżmu ffukat fuq il-vjaġġi; jappella għal inċentivi u investimenti biex jissaħħu dawn l-inizjattivi, filwaqt li jiġu amplifikati l-benefiċċji ekonomiċi sinifikanti tagħhom fir-reġjuni kollha, inklużi ż-żoni rurali, periferiċi u transfruntiera; jisħaq li inizjattivi bħal dawn irawmu għażliet ta’ mobbiltà sostenibbli, isaħħu l-komunitajiet lokali u l-SMEs, u jirrinforzaw l-inklużjoni soċjali u ġeografika; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw l-iżvilupp u l-espansjoni ta’ rotot turistiċi taċ-ċikliżmu fuq distanzi twal fl-Ewropa, u jappoġġjaw investimenti li għandhom l-għan li jtejbu l-infrastruttura taċ-ċikliżmu u t-titjib tas-sikurezza fit-toroq għaċ-ċiklisti, inkluż permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament iddedikati u kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-konnessjonijiet marittimi f’reġjuni insulari, kostali u periferiċi, fejn jikkostitwixxu servizzi essenzjali kemm għar-residenti kif ukoll għat-turisti; jisħaq fuq l-importanza tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP), tal-flotot moderni u tal-iskedar intelliġenti li jibbilanċjaw il-ħtiġijiet tal-mobbiltà lokali mal-flussi tat-turiżmu u jgħinu biex jitnaqqsu s-sitwazzjonijiet ta’ pressjoni staġjonali; jappella lill-UE biex tkompli tappoġġja għażliet tat-trasport sostenibbli, bħal laneċ li jużaw fjuwils u batteriji newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u laneċ elettriċi u ibridi b’teknoloġiji ta’ provvista tal-enerġija fuq l-art, ikkomplementati minn miżuri biex jiġu avvanzati l-inġenji tal-ajru elettriċi ibridi, bi prijorità għall-gżejjer u t-territorji ultraperiferiċi u periferiċi, soġġetti għal vijabbiltà teknoloġika u ekonomika ppruvata u appoġġjati minn miżuri proporzjonati għall-operaturi u t-territorji li jiddependu ħafna fuq il-konnessjonijiet bl-ajru u bil-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu għall-istudju dwar il-valutazzjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tar-rikonoxximent reċiproku possibbli tal-liċenzji tad-dgħajjes għall-operaturi tad-dgħajjes rikreattivi billi tipproponi miżuri regolatorji li jiffaċilitaw il-mobbiltà tal-madwar 48 miljun baħħar Ewropew u jappoġġjaw l-iżvilupp sostenibbli tat-turiżmu nawtiku u tal-ekonomija blu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li t-turiżmu tal-passaġġi fuq l-ilma interni u l-attivitajiet maġenb l-ilma, bħaċ-ċikliżmu, il-mixi, il-gastronomija u l-attrazzjonijiet kulturali, jippermettu lill-viżitaturi jiskopru l-wirt kulturali u l-pajsaġġi lokali b’mod li jirrispetta l-ambjent; jappella, konsegwentement, għal investiment akbar fix-xmajjar u l-kanali tal-Ewropa għall-protezzjoni tal-bijodiversità u għat-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistema tal-ilma, filwaqt li jinnota l-potenzjal sinifikanti tagħhom għat-turiżmu sostenibbli u għal distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-flussi tat-turiżmu madwar ir-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-ferroviji huma pedament tat-turiżmu sostenibbli u alternattiva vijabbli għal modi tat-trasport li jniġġsu aktar; jappella għal aktar investiment fl-infrastruttura ferrovjarja kollha tal-UE, b’mod partikolari s-sezzjonijiet transfruntiera u s-sezzjonijiet li huma vitali għall-konnettività internazzjonali, flimkien ma’ appoġġ imsaħħaħ għan-networks sekondarji u kapillari, biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tar-reġjuni remoti u periferiċi; ifakkar li l-ferroviji jistgħu jiġu żviluppati fil-gżejjer bħala mod ta’ trasport sostenibbli u bħala mod kif tiġi żgurata l-konnettività multimodali, filwaqt li jiġu appoġġjati kemm proġetti transfruntiera kif ukoll inizjattivi ferrovjarji fir-reġjuni insulari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jafferma mill-ġdid, barra minn hekk, il-ħtieġa li l-intermodalità ssir prijorità strateġika, billi jiġu promossi konnessjonijiet diretti bejn l-ajruporti, l-istazzjonijiet ferrovjarji u l-portijiet, filwaqt li jirrikonoxxi li l-konnettività ferrovjarja u t-terminals intermodali huma ugwalment importanti għat-twassil ta’ oġġetti u servizzi li jappoġġjaw ukoll id-destinazzjonijiet tat-turiżmu; jappella, barra minn hekk, għal biljetti ferrovjarji simplifikati biex jittejbu l-flessibbiltà fl-ivvjaġġar u l-attraenza tas-settur ferrovjarju, flimkien mal-introduzzjoni rapida ta’ sistema integrata ta’ ħruġ ta’ biljetti bla xkiel li tkopri s-servizzi ferrovjarji, tal-ajru u marittimi, informazzjoni aktar ċara għall-passiġġieri u metodi ta’ prenotazzjoni transfruntiera aktar faċli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-viżjoni għal network ferrovjarju ta’ veloċità għolja biex jiġu promossi konnessjonijiet ferrovjarji effiċjenti bejn il-bliet Ewropej bħala alternattiva għal titjiriet fuq distanzi qosra, filwaqt li t-turiżmu jiġi estiż għal reġjuni periferiċi lil hinn mill-hotspots tradizzjonali; jinnota, madankollu, li għad iridu jiġu indirizzati diversi ostakli tekniċi, pereżempju, dawk relatati mad-differenzjazzjoni bejn ċerti gauges nazzjonali/reġjonali u l-gauge standard Ewropew; iqis il-ferroviji ta’ billejl, barra minn hekk, bħala riżorsa ewlenija għad-diversifikazzjoni tat-turiżmu, li tippermetti l-iżvilupp ta’ destinazzjonijiet tat-turiżmu li mhumiex moqdija biżżejjed u l-promozzjoni ta’ modi tat-turiżmu aktar sostenibbli, bħat-turiżmu rurali u kulturali, u l-ekoturiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar fl-importanza dejjem tikber tat-turiżmu ferrovjarju storiku u parti mill-wirt kulturali bħala mod innovattiv għall-promozzjoni tal-ivvjaġġar sostenibbli u l-arrikkiment ta’ esperjenzi kulturali fil-livell lokali u reġjonali, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat il-wirt kulturali u naturali; jissottolinja li r-restawr u l-adattament għat-turiżmu ta’ linji ferrovjarji tradizzjonali u vetturi ferrovjarji li ma għadhomx jintużaw jew li mhumiex użati biżżejjed jistgħu jikkontribwixxu għar-riġenerazzjoni ta’ destinazzjonijiet tat-turiżmu, il-preżervazzjoni ta’ pajsaġġi naturali u ambjenti lokali, u l-ħolqien ta’ opportunitajiet tat-turiżmu ġodda li jsaħħu l-esperjenzi tal-viżitaturi, filwaqt li jappoġġjaw il-protezzjoni u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni lokali u reġjonali; jitlob li jsir disponibbli finanzjament tal-UE biex jiġu restawrati, ittrasformati u mtejba l-vetturi ferrovjarji u l-infrastruttura tat-trasport, inklużi l-ferroviji, it-toroq u l-mogħdijiet għaċ-ċikliżmu, li jservu destinazzjonijiet tat-turiżmu, bil-ħsieb li jiġu promossi rotot storiċi, kulturali u sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrikonoxxi li kemm it-trasport kif ukoll it-turiżmu jinfluwenzaw bil-qawwa l-ħtiġijiet tal-enerġija tad-destinazzjonijiet tat-turiżmu; jappella għall-inklużjoni tat-turiżmu u tal-modi kollha tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq, bil-baħar u bl-ajru fil-politiki u l-azzjonijiet futuri tal-UE dwar l-enerġija biex jiġu appoġġjati d-destinazzjonijiet fit-tranżizzjoni sostenibbli tagħhom u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tirrinforza l-appoġġ għall-infrastruttura tal-enerġija tas-settur tat-turiżmu, u lill-Istati Membri biex jinkorporaw il-ħtiġijiet tal-enerġija tas-settur fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-pjan ta’ investiment għat-trasport sostenibbli (STIP), u jistenna li dan jixpruna l-investiment fi fjuwils sostenibbli għall-avjazzjoni u t-trasport fuq l-ilma, inkluża l-flotta eżistenti ta’ dgħajjes ta’ divertiment, li huma setturi diffiċli biex jitrażżnu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li t-triq lejn emissjonijiet żero netti, b’mod partikolari l-bidla lejn fjuwils sostenibbli, tevita kostijiet moħbija, burokrazija eċċessiva, ħlasijiet addizzjonali inġusti tal-linji tal-ajru li jgħollu l-prezzijiet tal-biljetti għat-turisti, għar-residenti u għall-SMEs u l-impożizzjoni ta’ kostijiet operattivi sproporzjonati fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi, insulari u remoti; iwissi dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri fiskali ġodda, bħal taxxa fuq il-fjuwil, li jistgħu jipperikolaw il-konnettività, l-affordabbiltà u l-kompetittività tas-settur tat-turiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li t-taxxi ambjentali fuq it-turiżmu (ekotaxxi) jistgħu jipproduċu riżultati tanġibbli għall-komunitajiet lokali billi jiffinanzjaw proġetti li jappoġġjaw lir-residenti u l-ambjent; jinnota li għadd ta’ bliet u reġjuni diġà introduċew tali ekotaxxi b’riżultati pożittivi, u dan għandu jiġi analizzat u possibilment jintuża bħala eżempji tal-aħjar prattika; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dawn l-eżempji fl-istrateġija futura tagħha għal turiżmu sostenibbli, liema strateġija toffri gwida addizzjonali lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jappoġġjaw l-investiment fit-turiżmu sostenibbli, filwaqt li tikkontribwixxi għal żvilupp territorjali bbilanċjat u prosperità kondiviża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jirrikonoxxi l-industrija tal-cruiseliners bħala settur Ewropew importanti li jirfed l-industriji tal-bini u tat-tiswija tal-bastimenti, li fihom l-UE tibqa’ fuq quddiem nett globalment, filwaqt li jirrikonoxxi l-isfidi tas-sostenibbiltà osservati f’xi destinazzjonijiet; jappella għal skemi ta’ inċentivi u investimenti biex tiġi estiża d-disponibbiltà tal-provvista tal-enerġija sostenibbli fuq l-art u biex jiġu promossi soġġorni għal lejl wieħed jew soġġorni itwal fil-portijiet, speċjalment fil-portijiet ewlenin tal-kruċieri; jinkoraġġixxi djalogu kontinwu mas-settur biex jiġi żgurat li waqfiet fil-portijiet u soġġorni itwal jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-valur lokali, għall-mobbiltà sostenibbli u għal konġestjoni mnaqqsa; jisħaq fuq il-ħtieġa li titħeġġeġ il-ġestjoni sostenibbli tal-attività u tat-traffiku tal-kruċieri biex jiġi żgurat li l-benefiċċji ekonomiċi jkunu bbilanċjati mal-integrità ambjentali tad-destinazzjonijiet u l-benesseri soċjali msaħħaħ tal-komunitajiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iqis li, f’dan il-kuntest, il-ġestjoni mtejba tad-destinazzjonijiet għandha tqis il-wasliet kollha tal-bastimenti fil-portijiet; jisħaq barra minn hekk, fuq il-ħtieġa ta’ distribuzzjoni bbilanċjata u proporzjonata tal-wasliet skedati permezz ta’ sistemi ta’ allokazzjoni tal-irmiġġ sabiex titnaqqas il-pressjoni fuq id-destinazzjonijiet fil-ħinijiet l-aktar intensivi tal-ġurnata u jiġu massimizzati l-benefiċċji ekonomiċi lokali filwaqt li jiġu minimizzati l-impatti ambjentali fuq id-destinazzjonijiet; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li tiġi żviluppata metodoloġija għall-kalkolu tal-kapaċità ta’ ospitalità tad-destinazzjonijiet li jilqgħu l-viżitaturi tal-cruiseliners; jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq ir-rwol essenzjali tal-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-destinazzjonijiet (DMOs), flimkien mal-awtoritajiet lokali u l-partijiet ikkonċernati, rwol li jiżvolġu biex jiġu mmaniġġjati l-flussi tal-viżitaturi u jiġi żgurat li t-turiżmu tal-kruċieri jikkontribwixxi għall-iżvilupp lokali sostenibbli; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkompila eżempji ta’ prattika tajba biex iservu bħala mudelli għal setturi oħra madwar l-UE, filwaqt li tibni fuq inizjattivi bħar-rapport tagħha tal-2023 bit-titolu “Good practices for sustainable cruise tourism” (Prattiki tajbin għal turiżmu tal-kruċieri sostenibbli), sabiex tavvanza s-sostenibbiltà u l-kompetittività tat-turiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ drittijiet tal-passiġġieri b’saħħithom u infurzabbli fil-modi kollha tat-trasport, inklużi l-vjaġġi multimodali kumplessi, biex jinżamm il-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa fit-turiżmu globali, filwaqt li jiġu appoġġjati l-innovazzjoni, il-kompetittività u l-investiment fis-settur tat-trasport; jieħu nota tal-aspettattivi dejjem akbar tal-vjaġġaturi għall-affidabbiltà, għat-trasparenza u għall-protezzjoni matul tfixkil u dewmien, b’mod partikolari meta l-vjaġġi jinvolvu modi jew operaturi tat-trasport multipli; jissottolinja, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija tal-UE għal trasport turistiku effiċjenti fejn jitnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija, il-proċeduri duplikati u l-ostakli amministrattivi, filwaqt li jiġu avvanzati l-interoperabbiltà tal-biljetti u tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-effiċjenza tal-kontrolli fil-fruntieri; jisħaq fuq l-importanza suprema ta’ drittijiet robusti tal-passiġġieri għall-vjaġġaturi b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa, l-ewwel u qabel kollox biex jissaħħu l-inklużività u l-ekwità soċjali, iżda wkoll biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ewropa bħala fornitur ta’ turiżmu u servizzi tat-trasport aċċessibbli u ta’ kwalità għolja, filwaqt li tkompli tissaħħaħ il-kompetittività tat-turiżmu Ewropew;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-għoti ta’ mezzi lid-destinazzjonijiet Ewropej biex javvanzaw l-eċċellenza lokali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iwissi li t-turiżmu żbilanċjat jirriskja li jagħmel pressjoni fuq id-destinazzjonijiet, jagħmel ħsara lill-komunitajiet u lir-residenti lokali, u jnawwar l-appell ambjentali u kulturali tal-Ewropa; jissottolinja, b’kuntrast ma’ dan, li meta jkun ippjanat tajjeb, it-turiżmu għandu valur u potenzjal enormi biex jiġġenera benefiċċji inklużivi, isaħħaħ il-koeżjoni soċjali, jissalvagwardja l-wirt kulturali u joħloq impjiegi ta’ kwalità għolja; itenni li, bħala komponent integrali tal-istrateġija industrijali tal-UE, it-turiżmu jirrikjedi governanza effettiva, inkluż fil-livell tad-destinazzjonijiet, u azzjoni ta’ politika koordinata biex id-domanda titqassam b’mod strateġiku bejn id-destinazzjonijiet stabbiliti u dawk emerġenti; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni, pereżempju billi jippromwovu domanda fl-istaġuni anqas intensivi; jistieden lill-Istati Membri jrawmu d-diversifikazzjoni u l-promozzjoni ta’ destinazzjonijiet u attivitajiet frekwentati anqas, u jenfasizza li dawn l-isforzi għandhom jiġu appoġġjati minn ippjanar immexxi mid-data u inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni sabiex jiġi ppreservat l-istatus tal-Ewropa bħala destinazzjoni globali ewlenija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Huwa konvint li r-reżiljenza tas-settur fin-navigazzjoni ta’ sfidi diversi tirrikjedi strateġija ċara, għanijiet definiti sew u tfassil ta’ politika u leġiżlazzjoni parteċipattivi u bbażati fuq l-evidenza; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-mossa tal-Kummissjoni li tiżviluppa l-ewwel strateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli, u jirrikonoxxi l-potenzjal tagħha li tipprovdi qafas komprensiv lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-partijiet ikkonċernati tas-settur biex isawru mudell tat-turiżmu aktar sostenibbli, innovattiv, ibbilanċjat u inklużiv; jemmen li l-istrateġija għandha tiddefinixxi mill-ġdid ir-rwol tat-turiżmu lil hinn mill-impatt ekonomiku immedjat tiegħu, filwaqt li tirrikonoxxi l-kontribut tiegħu għal prosperità kondiviża, koeżjoni soċjali u żvilupp reġjonali bbilanċjat; jappella, b’mod parallel ma’ din l-istrateġija, għal pjan ta’ implimentazzjoni li jivvaluta l-ħtiġijiet u l-livelli varji ta’ konnettività ta’ kull reġjun u destinazzjoni tat-turiżmu, filwaqt li tingħata prijorità lill-infrastruttura tat-turiżmu f’destinazzjonijiet vulnerabbli; jisħaq li dan il-pjan għandu jkun appoġġjat minn programm ta’ finanzjament xieraq, skeda ta’ żmien ċara u proċess ta’ evalwazzjoni b’saħħtu biex tiġi żgurata tranżizzjoni koerenti u ġusta għall-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza li, sabiex tirnexxi f’xenarju globali tal-ivvjaġġar dejjem aktar kompetittiv, l-Ewropa għandha bżonn koordinazzjoni u investiment aktar b’saħħithom fil-livell tal-UE biex iżżid il-viżibbiltà internazzjonali tagħha; jappella għall-iżvilupp ta’ qafas koerenti “Destinazzjoni L-Ewropa” fi ħdan l-istrateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli li jikkomplementa l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali, isaħħaħ l-appell globali tal-Ewropa u jagħti lok għal impressjoni konsistenti u ta’ kwalità għolja tal-kontinent filwaqt li jiċċelebra l-eċċellenza lokali u jappoġġja t-tranżizzjoni tal-Ewropa biex issir destinazzjoni mudell globali sal-2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jitlob li jiġi stabbilit direttorat ġenerali ddedikat għat-turiżmu sostenibbli fi ħdan il-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jenfasizza li n-natura trażversali tas-settur trid tiġi riflessa b’mod adegwat fil-politiki rilevanti kollha tal-UE, filwaqt li tiġi allinjata l-leġiżlazzjoni dwar it-trasport, l-ambjent, l-iżvilupp reġjonali u rurali, id-diġitalizzazzjoni, il-kompetittività, l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-aċċess għal akkomodazzjoni aċċessibbli, u jinsilet għarfien espert minn dawn l-oqsma kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ mudelli ta’ governanza strutturati u f’diversi livelli li sistematikament jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lid-DMOs u lill-partijiet ikkonċernati privati, filwaqt li jiġu żgurati strateġiji tat-turiżmu koerenti u inklużivi; jissottolinja l-vantaġġ strateġiku tad-DMOs li jisfruttaw il-preżenza lokali tagħhom biex jespandu l-outreach tagħhom u jibnu sħubijiet mal-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti fl-ekosistema tat-turiżmu, inklużi l-SMEs; jenfasizza l-fatt li ħafna destinazzjonijiet żgħar u rurali ma għandhomx il-kapaċità amministrattiva u analitika biex ifasslu u jimplimentaw strateġiji għal turiżmu sostenibbli, u jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ immirat tal-UE biex isaħħu l-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tad-destinazzjonijiet tagħhom; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jsaħħu r-rwol tad-DMOs permezz ta’ appoġġ finanzjarju, kapaċità teknika, koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom, u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema meħtieġa biex imexxu l-ġestjoni tad-destinazzjoni b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jirrimarka li l-mudelli ta’ governanza tat-turiżmu strutturati u f’diversi livelli għandhom jissaħħu permezz tal-iżvilupp u tal-aġġornament regolari tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tad-destinazzjonijiet, ikkoordinati mid-DMOs f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali, mal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-turiżmu u r-residenti, filwaqt li jiġu żgurati approċċi koerenti u inklużivi u d-DMOs ikunu jistgħu jikkoordinaw u jirreklamaw prodotti tat-turiżmu lokali diversifikati; jenfasizza li l-pjanijiet ta’ ġestjoni tad-destinazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq indikaturi ċari tas-sostenibbiltà u, meta xieraq, fuq it-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-kapaċità ta’ ospitalità, l-iżgurar ta’ ppjanar ibbażat fuq l-evidenza u l-kompetittività fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Josserva li l-adozzjoni ta’ perspettiva reġjonali usa’ rigward it-turiżmu tista’ ttejjeb il-koerenza tal-ippjanar tat-trasport u tat-turiżmu, tnaqqas il-frammentazzjoni tal-politiki u tippromwovi ekwità, integrazzjoni u kooperazzjoni akbar fiż-żoni b’livelli ta’ intensità tat-turiżmu li jvarjaw; jenfasizza r-rwol essenzjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tiswir ta’ strateġiji għat-turiżmu sostenibbli, fl-iżvilupp ta’ rotot kulturali tematiċi, fil-promozzjoni tal-identità lokali, fis-salvagwardja tal-wirt kulturali u intanġibbli, u fl-appoġġ ta’ inizjattivi tat-turiżmu mmexxija mill-komunità; jissottolinja, fl-istess ħin, l-importanza li t-turiżmu jiġi integrat mal-istrateġiji reġjonali ta’ riindustrijalizzazzjoni u speċjalizzazzjoni intelliġenti, filwaqt li jiġi żgurat li t-turiżmu jappoġġja u jikkomplementa bażi produttiva diversifikata, aktar milli jissostitwiha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza l-vulnerabbiltà partikolari ta’ destinazzjonijiet intensivi fit-turiżmu, fejn l-aljenazzjoni tar-residenti, l-infrastruttura mgħobbija żżejjed, l-impatti ambjentali dejjem akbar u t-theddid għall-kultura u għall-wirt lokali qed isiru dejjem aktar akuti; iħeġġeġ it-tisħiħ tal-viżibbiltà ta’ reġjuni anqas miżjura u l-iżvilupp ta’ ċentri tat-turiżmu reġjonali bbażati fuq il-wirt, il-gastronomija, in-natura u l-attivitajiet kulturali lokali, sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza lokali u jiġi promoss mudell ta’ tkabbir sostenibbli li jmur lil hinn mill-offerta saturata ta’ xemx u bajja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, barra minn hekk, jiffinanzjaw inizjattivi mmirati lejn ir-rivitalizzazzjoni ta’ rħula storiċi u l-promozzjoni ta’ prodotti lokali tradizzjonali, inklużi l-iżvilupp ta’ mogħdijiet ekoloġiċi u mogħdijiet oħra tan-natura u l-ħolqien ta’ tikketta li tirrikonoxxi ambjenti turistiċi rurali u bbażati fuq in-natura li jkunu eċċellenti, simili għas-sistema tal-“bandiera blu” għall-bajjiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li l-ivvjaġġar fuq distanzi qosra, b’emissjonijiet baxxi u b’emissjonijiet żero jsaħħaħ il-koeżjoni reġjonali billi jżomm il-valur lokalment u jsaħħaħ it-turiżmu xprunat mill-SMEs u msejjes fil-komunità fiż-żoni interni u agrikoli; jissottolinja l-kontribut tat-turiżmu ta’ prossimità biex tittaffa l-pressjoni minn fuq destinazzjonijiet iffullati żżejjed u jiġu sostnuti l-attività ekonomika matul is-sena kollha, l-istabbiltà tax-xogħol u r-reżiljenza demografika f’reġjuni skarsament popolati; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu ċirkwiti tat-turiżmu qosra li joħolqu konnessjoni bejn il-viżitaturi u l-mikroprodutturi, bħal mikrobirreriji, produtturi żgħar tal-inbid, min jaħdem fl-artiġjanat u assoċjazzjonijiet kulturali; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, il-ħolqien u r-rikonoxximent fil-livell tal-UE ta’ networks lokali tematiċi biex jiġi promoss il-wirt lokali u reġjonali u jissaħħaħ it-turiżmu kulturali u riġenerattiv; jiġbed l-attenzjoni għar-rwol tal-għodod diġitali interattivi u tal-pjattaformi diġitali tematiċi, il-mapep interattivi tematiċi u l-kalendarji tal-eventi biex tiġi ffaċilitata l-viżibbiltà u tintwera l-eċċellenza lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jenfasizza r-rwol pożittiv tal-fondi ta’ koeżjoni u żvilupp għat-turiżmu, għall-kultura u għall-investimenti agroalimentari; jinnota li reġjuni li jużaw dawn il-fondi għandhom jiġu assistiti biex jadottaw metodoloġiji tat-turiżmu li jintegraw l-ippjanar u l-implimentazzjoni; jappella għal appoġġ aktar b’saħħtu min-naħa tal-UE għall-agrituriżmu u għal inizjattivi mill-farm sal-platt u mill-għalqa sal-platt li joħolqu ktajjen tal-valur ġenwini u esperjenzi turistiċi awtentiċi; jissottolinja li dawn il-mudelli jsaħħu l-ekonomiji rurali, jappoġġjaw lill-produtturi lokali, jiddiversifikaw l-offerti tat-turiżmu u jikkontribwixxu għal turiżmu sostenibbli u ta’ kwalità għolja madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-isport u tat-turiżmu attiv u fil-beraħ biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali, jippromwovu stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u jimmitigaw l-istaġjonalità, u jappella għal integrazzjoni aktar sistematika tal-infrastruttura tal-isport fl-oqfsa tat-turiżmu; jenfasizza, fl-istess ħin, l-opportunitajiet li joffri t-turiżmu tas-saħħa, tal-ispas u dak mediku, b’mod partikolari f’soċjetajiet li qed jixjieħu, u jappella għall-iżvilupp ta’ standards ta’ kwalità u kooperazzjoni transfruntiera f’dan is-settur dejjem jikber; jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà fit-turiżmu, ta’ titjib tal-firxa u tal-viżibbiltà tas-servizzi aċċessibbli, u ta’ żvilupp ta’ servizzi tat-turiżmu li jkunu ta’ benefiċċju kemm għar-residenti kif ukoll għall-viżitaturi, speċjalment nies akbar fl-età u l-persuni b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Itenni li s-settur tal-ospitalità jifforma pilastru ċentrali tal-ekosistema tat-turiżmu u tan-nisġa kulturali tal-Ewropa, li għandhom l-għeruq tagħhom f’rabtiet mill-qrib mal-SMEs lokali, mal-istituzzjonijiet kulturali u mas-swieq tax-xogħol reġjonali, u jenfasizza r-rwol essenzjali tar-ristoranti, tal-kafetteriji u tal-bars tal-Ewropa – fil-biċċa l-kbira mikrointrapriżi u negozji tal-familja – fil-ġenerazzjoni ta’ impjiegi fil-livelli kollha tal-ħiliet u fil-preservazzjoni tal-identità lokali u tal-wirt kulturali; jappella għal politiki li jappoġġjaw lin-negozji tal-ospitalità biex joffru esperjenzi ta’ kwalità għolja għall-klijenti tagħhom, isaħħu d-dinamiżmu kulturali, itejbu l-kwalità tal-impjiegi fis-settur, u joħolqu valur sostenibbli u fit-tul għad-destinazzjonijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ r-Regolament dwar il-kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1028 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni ta’ data b’rabta mas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (ĠU L, 2024/1028, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1028/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, applikabbli fl-Istati Membri kollha mill-20 ta’ Mejju 2026, bħala pass pożittiv lejn ġestjoni tad-destinazzjonijiet aktar effettiva; jesprimi tħassib, madankollu, dwar it-tkabbir mhux regolat tal-kirjiet għal żmien qasir u l-impatt tagħhom fuq l-akkomodazzjoni, b’mod partikolari l-affordabbiltà għar-residenti lokali u l-ħaddiema essenzjali, fuq il-koeżjoni soċjali, inkluż l-ispostament tar-residenti u l-komunitajiet mill-post fit-tul tagħhom fil-ħajja u l-governanza lokali, u fuq is-servizzi urbani u essenzjali, li jaffettwaw direttament il-ħajja tan-nies lokali; ifakkar li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawżi Magħquda C-724/18 u C-727/18<FOOTNOTE><FIELD> Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tat-22 ta’ Settembru 2020, <STRING ITALIC="on">Cali Apartments SCI u HX vs Procureur général près la cour d’appel de Paris u Ville de Paris, </STRING>Kawżi magħquda C-724/18 u C-727/18, ECLI:EU:C:2020:743.</FIELD></FOOTNOTE> iddikjarat li r-regolamentazzjoni tal-kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali tista’ tiġi ġġustifikata minn interess pubbliku leġittimu, dment li l-miżuri adottati jkunu neċessarji, adegwati u proporzjonati; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tipproponi malajr leġiżlazzjoni biex tistabbilixxi qafas tal-UE koerenti, immexxi mid-data u sostenibbli għall-kirjiet ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, li jiddefinixxi l-istandards għall-forniment tas-servizz u kategoriji ċari ta’ ospitanti u li jippermetti lill-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, japplikaw miżuri proporzjonati u bbażati fuq l-evidenza, bħal limiti massimi tal-għadd ta’ ljieli, skemi ta’ awtorizzazzjoni, kumpens u tqassim f’żoni, filwaqt li jitfakkar li l-politika tal-akkomodazzjoni primarjament tibqa’ kompetenza tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Itenni li t-turiżmu għandu jitqies bħala opportunità strateġika bbażata fuq il-koeżistenza sostenibbli tal-viżitaturi u tar-residenti; jemmen li l-kirjiet ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, abbażi tal-premessa oriġinali ta’ konnessjoni bejn l-ospitant u l-klijent, jistgħu jinvigoraw l-involviment lokali fit-turiżmu u b’hekk jippermettu esperjenzi aktar awtentiċi; jinnota li l-fatt li jkun permess li d-djar jintużaw għat-turiżmu jista’ jipprovdi lill-familji b’introjtu addizzjonali u jista’ jgħin biex jiġu ffinanzjati rinnovazzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija; jenfasizza, madankollu, li dak li beda bħala mudell ta’ ekonomija kollaborattiva evolva dejjem aktar f’industrija kummerċjalizzata, li issa hija fil-biċċa l-kbira ddominata minn ospitanti kummerċjali li jimmaniġġjaw diversi proprjetajiet, u li spiss joperaw mingħajr obbligi ekwivalenti għal dawk ta’ fornituri tal-akkomodazzjoni tradizzjonali; jitlob li ssir distinzjoni ċara bejn il-kirjiet ta’ akkomodazzjoni kummerċjali u mhux kummerċjali għal żmien qasir; jissottolinja li kwalunkwe miżura regolatorja għandha tibqa’ proporzjonata, adattata għall-kuntesti lokali u konxja tal-ekonomiji u tal-komunitajiet tat-turiżmu lokali, filwaqt li tagħti lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-awtoritajiet lokali l-flessibbiltà li jfasslu u jimplimentaw miżuri adatti għaċ-ċirkostanzi lokali speċifiċi u għas-swieq tal-akkomodazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ mekkaniżmi ta’ infurzar robusti biex jiġi żgurat li fuq il-pjattaformi diġitali tiġi elenkata biss attività ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir li tkun konformi, minħabba r-rwol ċentrali tal-pjattaformi fis-suq tal-kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, u li l-kirjiet illegali ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir identifikati mill-awtoritajiet għandhom jitneħħew minnufih; jissottolinja, barra minn hekk, li obbligi ċari ta’ diliġenza dovuta għall-pjattaformi huma essenzjali, inkluża l-verifika tan-numri tar-reġistrazzjoni, appoġġjati minn mekkaniżmi ta’ kontroll imsaħħa għall-prevenzjoni ta’ reġistrazzjonijiet frodulenti jew invalidi, u minn mekkaniżmi effettivi ta’ avviż u azzjoni u rtirar biex tiġi żgurata t-tneħħija rapida ta’ listi invalidi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir; jisħaq li qafas leġiżlattiv ġdid għandu jipprovdi wkoll mekkaniżmi robusti biex jappoġġja l-infurzar ta’ regoli nazzjonali jew lokali mmirati lejn il-ġestjoni tal-provvista ta’ kiri għal żmien qasir, u l-konformità magħhom, inkluża l-implimentazzjoni effettiva ta’ limiti massimi ta’ ljieli jew miżuri oħra bħar-rekwiżiti ta’ mitigazzjoni tal-istorbju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jirrimarka, f’dan il-kuntest, li f’destinazzjonijiet tat-turiżmu b’ċerti limitazzjonijiet strutturali u ġeografiċi, bħall-gżejjer, ir-reġjuni ultraperiferiċi u ċerti żoni kostali, il-pressjonijiet tas-suq relatati mat-turiżmu, flimkien ma’ akkomodazzjoni affordabbli u pubblika insuffiċjenti, jiggravaw il-kriżi tal-akkomodazzjoni; jappella għal miżuri ta’ politika ta’ koeżjoni mfassla apposta għal dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi, f’konformità mal-Artikoli 174 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jirrikonoxxi l-limitazzjonijiet attwali tal-Ekotikketta tal-UE; jagħraf il-ħtieġa ta’ approċċ unifikat għat-tikkettar tas-sostenibbiltà fis-settur tat-turiżmu Ewropew, li jippermetti l-ħolqien ta’ qafas uniku u trasparenti li jixpruna l-iżvilupp sostenibbli, it-tagħlim bejn il-pari u l-bini tal-kapaċitajiet, irawwem il-fiduċja tal-konsumatur, u jtejjeb il-kompetittività, l-effiċjenza u l-viżibbiltà globali tan-negozji u tad-destinazzjonijiet tat-turiżmu Ewropej, filwaqt li lill-Ewropa jippożizzjonaha bħala punt ta’ riferiment għat-turiżmu sostenibbli mad-dinja kollha; jisħaq li l-armonizzazzjoni ma tfissirx l-użu ta’ ċertifikat uniku, iżda pjuttost l-użu ta’ metodoloġija komuni għar-rieżami u għall-istabbiliment ta’ standards jew kriterji ċari; jissottolinja l-importanza ta’ ċertifikazzjoni akkreditata u indipendenti minn partijiet terzi biex jiġi żgurat li l-asserzjonijiet dwar is-sostenibbiltà jiġu sostanzjati, f’konformità mal-qafas regolatorju tal-UE, inkluża d-Direttiva dwar l-għoti tas-setgħa lill-konsumatur<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2024 li temenda d-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar (ĠU L, 2024/825, 6.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/825/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jappella bil-qawwa għall-estensjoni tal-kopertura għal segmenti addizzjonali tal-katina tal-valur tat-turiżmu, inklużi l-kumpaniji tal-kruċieri, l-operaturi turistiċi, is-servizzi ta’ laqgħat, inċentivi, konferenzi u eżibizzjonijiet, l-attrazzjonijiet, is-servizzi tal-ikel u tax-xorb, id-destinazzjonijiet u t-turiżmu li jiffavorixxi l-komunità li jinvolvi lir-residenti lokali, biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni sostenibbli bbażata fuq valutazzjonijiet tal-impatt u konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati li jsiru bir-reqqa; jisħaq, fl-istess ħin, li tikketta ta’ sostenibbiltà għall-UE kollha għandha tibqa’ volontarja, proporzjonata, kosteffettiva, sempliċi biex tiġi applikata għall-SMEs u appoġġjata minn inċentivi ta’ taħriġ u finanzjarji biex jiġu evitati piżijiet amministrattivi żejda għan-negozji żgħar tat-turiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw it-tranżizzjoni tat-turiżmu lejn mudell ta’ ekonomija ċirkolari billi jippromwovu azzjonijiet li jtejbu l-effiċjenza tal-ilma, tal-enerġija u tal-ġestjoni tal-iskart, irażżnu l-konsum żejjed, jipprevjenu d-degradazzjoni tal-ħabitats, jissalvagwardjaw il-bijodiversità u jimminimizzaw l-impronta ambjentali tal-attivitajiet tat-turiżmu fuq id-destinazzjonijiet, iggwidati minn teħid ta’ deċiżjonijiet immexxi mid-data; jistieden, b’mod parallel, lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ għall-innovazzjoni biex tnaqqas il-ħela tal-ikel filwaqt li dan jiġi rifless fil-programmi rilevanti; iħeġġeġ, barra minn hekk, il-promozzjoni ta’ ktajjen tal-provvista qosra fl-ospitalità billi jiġi ffaċilitat id-dħul fis-suq għall-intrapriżi mikro, żgħar u medji, bħall-azjendi agrikoli u artiġjanali żgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jirrikonoxxi li s-settur tat-turiżmu qed jieħu passi sinifikanti biex inaqqas l-impronta ambjentali tiegħu, inkluża l-eliminazzjoni gradwali tal-fliexken tal-ilma li jintużaw darba biss, it-titjib tat-tidwil effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tas-sistemi li jiffrankaw l-ilma, l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-għamara permezz tat-tiswija u l-użu mill-ġdid, u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel, b’qafas leġiżlattiv solidu previst bir-regolamenti reċenti tal-UE, bħad-Direttiva dwar il-plastik li jintuża darba biss u r-Regolament dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE (ĠU L, 2025/40, 22.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/40/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li għadhom fil-proċess ta’ implimentazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju biex tidentifika u tivvaluta l-lakuni tad-Direttiva dwar il-plastik li jintuża darba biss fir-rigward tat-turiżmu u tal-ospitalità, u tipproponi miżuri li jindirizzaw dawn il-lakuni inkluż billi tipprovdi appoġġ u inċentivi għall-industrija sabiex tħaffef, kull meta possibbli, l-eliminazzjoni gradwali tal-plastik li jintuża darba biss fis-settur tat-turiżmu u tal-ospitalità tal-UE, abbażi ta’ qafas ta’ żmien ta’ tranżizzjoni realistiku u appoġġjat minn valutazzjoni tal-impatt, data xjentifika u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, filwaqt li jiġi żgurat li ebda kost sproporzjonat ma’ jiġi impost fuq l-operaturi ż-żgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaqilbu minn ġestjoni reattiva tal-iżvilupp tat-turiżmu għal waħda proattiva, appoġġjata minn kondiviżjoni tad-data mtejba, u jiġbru, janalizzaw u jużaw id-data għall-ġestjoni tad-destinazzjonijiet u r-rapportar dwar is-sostenibbiltà, filwaqt li jinsaħaq li din it-tranżizzjoni tgħin tiżgura turiżmu sostenibbli ta’ kwalità għolja; jenfasizza li l-iskambju koordinat tad-data fil-livelli kollha jippermetti monitoraġġ f’ħin reali u tbassir intelliġenti, filwaqt li jagħti s-setgħa lid-destinazzjonijiet biex jimmaniġġjaw il-flussi tal-viżitaturi fl-attrazzjonijiet kulturali u naturali, jipprevjenu l-iffullar żejjed, jimmaniġġjaw ir-riżorsi, jappoġġjaw l-isforzi biex titnaqqas l-istaġjonalità u jadattaw għall-bidliet; jenfasizza l-fatt li l-evoluzzjoni rapida tal-IA ġenerattiva tirriskja li tippremja atturi kbar u teknoloġikament sofistikati fis-suq tat-turiżmu, tiggrava l-inugwaljanzi eżistenti u tħalli lil ħafna destinazzjonijiet u SMEs lura jekk l-appoġġ u l-bini tal-kapaċitajiet ma jżommux l-istess ritmu; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, tipprovdi finanzjament immirat u gwida dwar l-istrumenti finanzjarji għall-SMEs biex jitrawmu d-data, id-diġitalizzazzjoni u l-adozzjoni tal-IA fis-settur tat-turiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jappella għal approċċ sistemiku għat-turiżmu, li jissostitwixxi l-loġika frammentata bbażata fuq is-suq jew fuq il-prodott b’mudelli ta’ governanza integrati; jappoġġja l-ħolqien ta’ metrika komprensiva li tkopri, fost affarijiet oħra, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, il-kundizzjonijiet tal-impjiegi, il-benesseri tal-komunità lokali, l-effiċjenza fir-riżorsi, id-degradazzjoni ambjentali u l-emissjonijiet tal-karbonju, abbażi ta’ metodoloġiji ta’ kalkolu globalment aċċettabbli, biex jiġi promoss tfassil ta’ politika trasparenti, jiġu ggwidati l-investimenti responsabbli u tkun possibbli l-komparabbiltà tad-data bejn id-destinazzjonijiet; jilqa’ l-iżvilupp ta’ sett ta’ indikaturi tat-turiżmu sostenibbli fil-livell tad-destinazzjonijiet liema indikaturi jkunu rikonoxxuti globalment u armonizzati, filwaqt li jinnota li l-metodoloġija qed tiġi ppilotata miċ-Ċentru ta’ Kompetenza tal-UE biex tiġi appoġġjata l-ġestjoni tad-data f’destinazzjonijiet intelliġenti (D3HUB), b’input mingħand 40 DMO Ewropea u mis-Sistema Ewropea ta’ Indikaturi tat-Turiżmu (ETIS); jinsisti li approċċ fil-livell tal-UE għall-indikaturi tat-turiżmu sostenibbli għandu jkun kompatibbli bis-sħiħ mal-oqfsa eżistenti, bħall-qafas statistiku għall-kejl tas-sostenibbiltà tat-turiżmu jew il-qafas metodoloġiku tal-kont satellita tat-turiżmu, filwaqt li jippermetti standardizzazzjoni u l-użu ta’ parametri referenzjarji effettivi u jiżgura proċessi ta’ rapportar simplifikati li jnaqqsu d-domandi amministrattivi fuq in-negozji tat-turiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jisħaq li governanza ċċentrata fuq id-data u fuq diversi livelli hija essenzjali biex tinkiseb is-sostenibbiltà u jiġu indirizzati b’mod effettiv il-kriżijiet imprevedibbli, bħall-pandemiji u kriżijiet oħra relatati mas-saħħa, xokkijiet ġeopolitiċi, eventi klimatiċi u naturali estremi, tfixkil teknoloġiku jew ikkawżat mill-bniedem u tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, kif ukoll kriżijiet strutturali dejjem akbar, bħat-tnaqqis demografiku, id-depopolazzjoni u n-nuqqas ta’ akkomodazzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitqiesu t-trasport tal-merkanzija u l-loġistika fl-għodod ta’ preparatezza għall-kriżijiet, fid-dawl tar-rwol vitali tagħhom fis-salvagwardja tal-kontinwità tas-servizzi tat-turiżmu u tal-ktajjen tal-provvista; jinnota bi tħassib li l-eżitazzjoni tal-partijiet ikkonċernati li jikkondividu d-data – xprunata minn riżervi b’rabta mat-teknoloġija, mas-sovranità tad-data, mal-fiduċja, mar-riskji legali u mal-kostijiet – qed tnaqqas ir-ritmu tal-introduzzjoni tal-Ispazju Komuni Ewropew tad-Data dwar it-Turiżmu; jirreferi għad-Dashboard tat-Turiżmu tal-UE u għad-D3HUB bħala eżempji b’saħħithom ta’ kif l-għarfien aggregat fil-livell tal-UE jista’ jiggwida l-azzjoni lokali u jsostni l-ktajjen tal-provvista tat-turiżmu fi żminijiet ta’ inċertezza; itenni li dawn il-mekkaniżmi jiżguraw li d-DMOs u l-SMEs ikollhom aċċess simplifikat għal data interoperabbli biex jappoġġjaw teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza, u b’hekk isaħħu u jissalvagwardjaw ir-reżiljenza fil-ktajjen tal-valur tagħhom kollha; jenfasizza, barra minn hekk, il-kontributi tad-D3HUB biex id-destinazzjonijiet turistiċi jiġu megħjuna jagħmlu użu strateġiku mid-data, jisħaq li din l-inizjattiva hija essenzjali għat-tisħiħ tal-governanza mmexxija mid-data u għat-tħejjija tas-settur għat-tranżizzjoni diġitali, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-kontinwità tiegħu lil hinn mill-2026 f’konformità mal-objettivi strateġiċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw pjattaforma ċentralizzata bbażata fuq data verifikabbli biex jimmappjaw eventi maġġuri madwar l-UE li jistgħu jwasslu għal tfixkil lokali, speċjalment f’reġjuni vulnerabbli, u jistabbilixxu mekkaniżmu Ewropew iddedikat għall-ġestjoni tal-kriżijiet għat-turiżmu biex jissaħħu l-preparatezza, il-prevenzjoni tal-kriżijiet u r-reżiljenza f’każ ta’ kriżijiet futuri; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tintegra l-mekkaniżmu ma’ għodod avvanzati ta’ preparatezza għall-kriżijiet u miżuri ta’ rispons rapidu, inklużi sistemi ta’ twissija bikrija, ippjanar ta’ kontinġenza, infrastruttura u kurituri strateġiċi tat-trasport, u appoġġ immirat permezz ta’ proċeduri flessibbli, biex jissaħħu r-reżiljenza u s-sikurezza tat-turiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Josserva li s-sensibilizzazzjoni dwar it-teknoloġija u l-ambjent qed jixprunaw bidla minn żjarat passivi f’postijiet turistiċi għal esperjenzi bi skop, personalizzati u responsabbli; jenfasizza l-potenzjal ta’ sistemi ta’ rakkomandazzjoni li jiġġeneraw l-itinerarji biex jitrawwem turiżmu bil-mod u mmexxi mill-komunità bħall-eskurżjonijiet bir-rota jew bil-mixi li huma ta’ benefiċċju għall-SMEs lokali, għall-komunitajiet, għall-produtturi lokali, inklużi dawk rikonoxxuti minn indikazzjonijiet ġeografiċi, kif ukoll għall-kulturi u għall-prodotti; jinsisti, madankollu, li, biex jikkapitalizza minn dan il-potenzjal, is-settur jeħtieġlu jintegra lill-gruppi u liċ-ċittadini lokali fil-katina tal-valur tat-turiżmu flimkien ma’ korporazzjonijiet kbar, pereżempju permezz ta’ appoġġ minn esperti fl-użu tal-għodod diġitali, l-istabbiliment ta’ kunsilli ta’ diversi partijiet ikkonċernati bir-rwol li jiġu kkonsultati jew jagħtu pariri dwar liċenzji, il-kapaċità ta’ ospitalità, il-limiti u l-ippjanar, u d-diversifikazzjoni tal-offerti tiegħu biex inaqqas id-dipendenzi tas-suq u dawk staġjonali; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu inizjattivi edukattivi bbażati fl-iskejjel u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni usa’ biex tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni dwar il-prattiki tat-turiżmu sostenibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tiswir tal-futur tat-turiżmu bil-ħiliet u bl-involviment kulturali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jisħaq li forza tax-xogħol kwalifikata u valorizzata hija s-sinsla tal-ekonomija tat-turiżmu tal-Ewropa; jinnota li l-isfidi strutturali, bħal pagi baxxi f’ċerti setturi tat-turiżmu, impjieg informali, xogħol part-time u mhux iddikjarat, l-istaġjonalità, taħriġ limitat u, xi drabi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena, ikomplu jipperpetwaw in-nuqqas ta’ ħaddiema u ħiliet fit-turiżmu, iggravati aktar minn inugwaljanza persistenti bejn il-ġeneri, peress li n-nisa jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-forza tax-xogħol tat-turiżmu u jiddominaw okkupazzjonijiet b’pagi baxxi, li jirrikjedu ħafna ħaddiema, u temporanji; jirrikonoxxi li f’xi Stati Membri sar progress fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tal-arranġamenti tal-ħinijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni, inkluż permezz ta’ ftehimiet kollettivi aġġornati wara l-pandemija tal-COVID-19; jappella, madankollu, għal avvanz ulterjuri lejn suq tax-xogħol tat-turiżmu bbażat fuq impjiegi ta’ kwalità, pagi ġusti, protezzjoni soċjali affidabbli u impjiegi matul is-sena kollha, inkluż matul l-istaġuni anqas intensivi; jiġbed l-attenzjoni, fl-istess ħin, għall-valur tat-taħriġ imħallas matul il-ħinijiet tax-xogħol u l-importanza li tali opportunitajiet jiġu estiżi għall-ħaddiema staġjonali matul l-istaġuni anqas intensivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jenfasizza d-domanda dejjem akbar għal forza tax-xogħol adattabbli u reżiljenti għall-kriżijiet, mgħammra b’ħiliet diġitali u ekoloġiċi biex jiġu implimentati soluzzjonijiet innovattivi li jibbilanċjaw it-tkabbir ekonomiku mal-ġestjoni ambjentali; jisħaq li t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi joffru opportunitajiet biex jinħolqu impjiegi aħjar, aktar sikuri u aktar reżiljenti tul il-ktajjen tal-valur tat-turiżmu, u jħeġġeġ biex dawn l-opportunitajiet jiġu sfruttati bis-sħiħ, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tfassil ta’ programmi ta’ taħriġ speċjalizzati għall-professjonisti tat-turiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jappella għal aġenda kkoordinata fl-UE kollha għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol tat-turiżmu, f’konformità mal-patt għall-ħiliet, sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema, jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, jingħelbu l-ostakli għall-mobbiltà, jiġu indirizzati d-domandi għal ħiliet li qed jevolvu u jissaħħu l-attraenza u l-kompetittività fit-tul tas-settur, filwaqt li jiġi żgurat valur dejjiemi għad-destinazzjonijiet Ewropej u jiġi promoss l-istil ta’ ħajja Ewropew; jipproponi l-introduzzjoni ta’ kard ta’ ħiliet fit-turiżmu, imfassla b’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali u rikonoxxuta fl-Istati Membri u fis-setturi kollha tal-industrija tat-turiżmu, biex jiġu ddokumentati t-taħriġ akkreditat, il-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali; jissuġġerixxi li t-taħriġ jingħata u jiġi kofinanzjat permezz ta’ programmi tal-UE, inklużi l-Fond Soċjali Ewropew Plus, Erasmus+, u l-programmi tas-Suq Uniku u l-programm Ewropa Diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jissottolinja li t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid iridu jimxu id f’id mal-valorizzazzjoni ta’ kull rwol – mill-konnessjonijiet umani, li huma indispensabbli għall-forniment ta’ servizzi ta’ kwalità għolja u kulturalment adattati, għal rwoli eżiġenti mil-lat fiżiku li jsostnu ħafna servizzi tat-turiżmu – filwaqt li jiġi żgurat li l-ebda aspett minn dawn ma jintilef hekk kif is-settur jaqleb lejn mudelli diġitalment aktar xprunati; jinnota li kemm il-ħiliet personali kif ukoll ix-xogħol fiżiku għadhom sottovalutati f’termini ekonomiċi u ta’ politika, u spiss ma jkollhomx rikonoxximent, taħriġ jew remunerazzjoni formali komparabbli ma’ dawk ta’ rwoli tekniċi jew maniġerjali; jappella biex dawn il-ħiliet u r-rwoli jiġu rikonoxxuti, valorizzati u ppremjati kif xieraq, peress li dan huwa essenzjali biex tiżdied il-kwalità tal-impjiegi, tiġi avvanzata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiġi żgurat li d-dimensjoni umana tat-turiżmu tiġi rikonoxxuta u mrawma bis-sħiħ fil-mudell tat-turiżmu tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Iħeġġeġ kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn in-negozji tat-turiżmu, il-fornituri tal-edukazzjoni u l-awtoritajiet pubbliċi biex javvanzaw programmi ta’ taħriġ u apprendistati ta’ kwalità għolja u jindirizzaw id-domandi għall-ħiliet tal-futur; jissottolinja l-importanza ta’ inizjattivi mmirati – bħall-kurrikuli allinjati mal-industrija, perkorsi ta’ karriera ċari u programmi ta’ mentorship – li jagħtu spinta l-attraenza għaż-żgħażagħ tal-karrieri fl-ospitalità u jgħinu biex tinbena forza tax-xogħol aktar b’saħħitha u aktar kwalifikata fis-settur; jinsisti li dawn l-inizjattivi jridu jsarrfu f’eżiti ta’ impjiegi ta’ kwalità, inklużi kuntratti fit-tul, opportunitajiet għall-progressjoni tal-karriera u żidiet fil-pagi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jissottolinja li l-kultura, minsuġa fil-fond fl-istil ta’ ħajja tagħna, hija fundamentali għall-attraenza tat-turiżmu tal-Ewropa u għall-identitajiet nazzjonali u Ewropej tagħna; ifakkar li din in-nisġa kulturali tinkludi, fost ħafna elementi oħra, tradizzjonijiet sostenibbli, wirt arkeoloġiku u lingwi lokali, li l-preservazzjoni tagħhom tirrifletti rispett ġenwin għall-identitajiet reġjonali u nazzjonali u l-kontinwità tal-komunitajiet lokali; jilqa’ l-isforzi li saru minn ċerti Stati Membri biex jirritornaw xogħlijiet kulturali u artefatti fil-postijiet ta’ oriġini tagħhom; jenfasizza l-qafas strateġiku l-ġdid tal-Boxxla Kulturali għall-Ewropa bħala strument ewlieni għat-tisħiħ tad-dimensjoni kulturali tal-politiki tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-offerta diversa u b’elementi għonja tat-turiżmu tal-UE, tpoġġi l-inċentivi tal-UE, bħal DiscoverEU, il-Kapitali Ewropej tal-Kultura u ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, fuq quddiem nett tal-promozzjoni ta’ Destinazzjoni L-Ewropa fl-istrateġija l-ġdida għal turiżmu sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Ifaħħar ir-rwol vitali tal-ħaddiema kulturali professjonali, tal-organizzazzjonijiet lokali u tal-voluntiera bħala kustodji tal-wirt kulturali tal-Ewropa, li xogħolhom ivarja mill-manutenzjoni u l-konservazzjoni tas-siti għall-involviment pubbliku permezz ta’ sensibilizzazzjoni tal-komunità u tours iggwidati; jenfasizza r-rwol tagħhom fit-tisħiħ tad-distintività u tal-attraenza tal-Ewropa bħala destinazzjoni globali tat-turiżmu; jinnota li l-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u r-remunerazzjoni inadegwata spiss jonqsu milli jirriflettu l-valur tal-kontribut tagħhom għas-salvagwardja u għat-trażmissjoni tal-wirt kulturali tal-Ewropa, sitwazzjoni li tista’ tiġi ggravata aktar biż-żieda ta’ pressjoni kompetittiva minn servizzi bbażati fuq pjattaforma li jwaqqgħu l-prezzijiet tat-tours kulturali u tas-servizzi ta’ gwida permezz ta’ prattiki ta’ tipping u tariffi ta’ konnessjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jirrikonoxxi, f’dan il-kuntest, l-impenn notevoli tal-voluntiera, li jiddedikaw ħin personali sinifikanti, inkluż matul il-liv annwali tagħhom, biex jappoġġjaw il-preservazzjoni kulturali fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tipproponi linji gwida biex tinċentiva u tippermetti lil individwi jinvolvu ruħhom fil-volontarjat kulturali, inkluż permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni u jippromwovu r-rikonoxximent tal-voluntiera kulturali madwar l-UE; jisħaq li l-promozzjoni tal-volontarjat kulturali ssaħħaħ l-għanijiet tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet u ttejjeb il-programmi attwali tal-UE, bħall-Erasmus+, billi tħeġġeġ l-apprendiment interġenerazzjonali, l-iskambju tal-ħiliet u involviment kulturali aktar profond; jisħaq li l-objettiv fit-tul huwa l-professjonaliżmu, u jappella għal skema minn passjoni għal professjoni li tippermetti t-taħriġ, iċ-ċertifikazzjoni u remunerazzjoni ġusta, kofinanzjata permezz ta’ Erasmus+, Ewropa Kreattiva u FSE+, biex dawk li jippreservaw l-identità tagħna jiġu megħjuna jiżviluppaw karrieri vijabbli tal-għażla tagħhom; jissottolinja li l-iskema għandha tibqa’ volontarja, fejn il-liv kulturali qatt ma jkun marbut ma’ impenji professjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jrawmu l-volontarjat b’modi li jarrikkixxu l-ħajja kulturali u jikkomplementaw l-impjieg kulturali professjonali, aktar milli jissostitwuh;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-finanzjament tal-UE jsir disponibbli għall-wirt intanġibbli fl-ambitu tal-QFP li jmiss sabiex jiġi pprovdut appoġġ dirett għal inizjattivi li jipproteġu u juru t-tradizzjonijiet kulturali – minn prattiki marittimi u nawtiċi bħat-tbaħħir għal-lingwi lokali u l-artiġjanat, inklużi l-indikazzjonijiet ġeografiċi – filwaqt li tiġi żgurata t-trażmissjoni interġenerazzjonali tagħhom u jissaħħaħ l-involviment tal-komunità f’turiżmu sostenibbli u responsabbli; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat rikonoxximent ġust għal dawk li jinvestu fil-wirt u fil-ħiliet, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi inizjattivi ta’ turiżmu indiġenu u mmexxi mill-komunità li jissalvagwardjaw l-għarfien tal-antenati, jikkonservaw il-bijodiversità u jrawmu esperjenzi awtentiċi, li jirrispettaw il-kultura u li jsostnu l-għajxien lokali; jappella, barra minn hekk, għal finanzjament tal-UE li jappoġġja lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi li jkunu qed jaħdmu biex jirreġistraw indikazzjoni ġeografika skont ir-Regolament (UE) 2023/2411<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/2411 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti artiġjanali u industrijali u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1001 u (UE) 2019/1753 (ĠU L, 2023/2411, 27.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2411/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li dan jiġi rikonoxxut bħala strument essenzjali għat-tisħiħ tal-wirt artiġjanali reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jisħaq li l-proġetti ffinanzjati jippromwovu t-trasferiment tal-għarfien fl-oqsma u fis-setturi kollha u jisfruttaw il-potenzjal strateġiku tat-turiżmu biex jiġi ssalvagwardjat il-wirt intanġibbli u jissaħħu l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tiegħu għall-komunitajiet lokali, b’distribuzzjoni territorjali aktar uniformi u allokazzjoni aktar ġusta tul il-katina tal-valur tat-turiżmu; jirrimarka, barra minn hekk, li l-finanzjament għandu jagħti prijorità lil proġetti li javvanzaw il-koeżjoni territorjali, speċjalment f’reġjuni fejn il-wirt intanġibbli huwa l-aktar f’riskju u fejn it-turiżmu kulturali jista’ jrawwem l-iżvilupp lokali u jappoġġja ż-żamma tal-popolazzjoni; jissottolinja r-rwol tas-sħubijiet pubbliċi-privati fit-tisħiħ tal-ħila tas-settur tat-turiżmu li jipproteġi, jippromwovi u jsaħħaħ il-wirt kulturali, u jappella għal kollaborazzjoni aktar profonda bejn l-awtoritajiet u l-atturi tal-industrija u tal-komunità biex jiġu massimizzati l-eżiti sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jappella għal rapportar annwali lill-Parlament dwar il-progress lejn turiżmu sostenibbli, ibbażat fuq l-introduzzjoni operattiva tad-Dashboard tal-UE għat-Turiżmu u indikaturi li jistgħu jitkejlu li jkopru l-ambjent, il-konnettività, il-prontezza tal-infrastruttura, il-kwalità tal-impjiegi u l-benesseri tal-komunità lokali, biex iservu ta’ informazzjoni għad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament u r-għar-riformi futuri;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>