<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0126</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2024: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0081/2026 - Rapporteur: Gerben-Jan Gerbrandy)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2025/2146(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (COM(2025)0359 – C10‑0146/2025)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4944, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4944/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/2817, 6.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2817/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5409, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5409/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5407, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5407/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102, l-Artikolu 106(3) u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0081/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2025/2146(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102, l-Artikolu 106(3) u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0081/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fiċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Parlament Ewropew (il-“Parlament”) iddikjara li għandu aċċertament raġonevoli li l-kontijiet, fl-aspetti materjali kollha, jippreżentaw b’mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati tal-operati u l-fluss tal-flus tal-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, f’konformità mal-proċedura tas-soltu, intbagħtu 55 mistoqsija lill-amministrazzjoni tal-Parlament u t-tweġibiet bil-miktub waslu u ġew diskussi pubblikament mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fit-8 ta’ Diċembru 2025, fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali, il-Viċi Presidenti tal-Parlament responsabbli għall-Baġit, l-Awditur Intern, u d-direttur tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi dejjem hemm lok għal titjib, u huwa meħtieġ skrutinju biex jiġi żgurat li t-tmexxija politika, il-Membri u l-amministrazzjoni tal-Parlament ikunu trasparenti u jkollhom integrità, u għalhekk jinżammu obbligati jagħtu rendikont liċ-ċittadini tal-Unjoni, u jikkontribwixxu għal aktar kwalità, effiċjenza u effikaċja tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, inkluża d-dixxiplina fiskali, filwaqt li tiġi salvagwardata l-kredibbiltà tal-Parlament fl-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ kwittanza fuq istituzzjonijiet oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi ċ-ċertezza legali hija waħda mill-prinċipji gwida għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet amministrattivi; billi għadd dejjem akbar ta’ regoli u obbligi jaf iwassal għal konfużjoni u ambigwità fejn iċ-ċertezza legali hija meħtieġa għall-membri u l-uffiċċji tagħhom, u dan jobbliga lill-amministrazzjoni tikkomunika b’mod ċar, komprensiv u legalment sod;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Membri għandhom jirċievu appoġġ finanzjarju u loġistiku mill-amministrazzjoni biex iwettqu bis-sħiħ il-mandat tagħhom; billi r-relazzjonijiet bejn il-Membri, l-uffiċċji tagħhom, u l-amministrazzjoni huma mibnija fuq fiduċja reċiproka, li għandha tkun prinċipju gwida meta l-Membri jingħataw appoġġ finanzjarju; billi dan għandu jiġi rifless fil-livell ta’ kontrolli u rieżamijiet ex ante u ex post applikati mill-amministrazzjoni; billi huwa evidenti li proċeduri ċari, proporzjonati, immirati, standardizzati u simplifikati huma l-aħjar mod u l-aktar mod effettiv biex jitwettqu rieżamijiet u kontrolli tal-intitolamenti finanzjarji, bl-għan aħħari li jiġu żgurati l-ogħla livell ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont, tiżdied il-leġittimità demokratika u b’hekk il-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-fiduċja fl-integrità tal-Parlament u fl-istat tad-dritt hija ta’ importanza kbira għall-funzjonament tad-demokrazija Ewropea, filwaqt li jiġu rispettati bis-sħiħ id-drittijiet taċ-ċittadini;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Membri huma protetti b’eżenzjoni mir-responsabbiltà għall-voti mitfugħa u l-opinjonijiet espressi fil-qadi ta’ dmirijiethom u huma protetti mill-prosekuzzjoni u r-restrizzjonijiet fuq il-libertà personali tagħhom waqt li jaqdu dmirijiethom fil-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-eliminazzjoni tal-inugwaljanzi huma valuri fundamentali tal-Unjoni kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE); billi l-Unjoni hija impenjata li tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-attivitajiet kollha tagħha skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’hekk tistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi skont l-Artikolu 249, il-Bureau għandu jadotta pjan ta’ azzjoni dwar il-ġeneru biex jintegra perspettiva tal-ġeneru fl-attivitajiet kollha tal-Parlament;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2024 ammontaw għal EUR 2 383 miljun, jew 20,2 % tal-Intestatura 7 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj).</FIELD></FOOTNOTE> allokati għat-total tan-nefqa amministrattiva għall-2024 għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u li jirrappreżentaw żieda ta’ 6,05 % meta mqabbla mal-baġit tal-2023 (EUR 2 247 miljun);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li d-dħul totali mdaħħal fil-kontijiet fil-31 ta’ Diċembru 2024 kien ta’ EUR 281 517 001 (meta mqabbel ma’ EUR 255 205 473 fl-2023); jinnota li d-dħul assenjat li sar disponibbli fl-2024 kien jammonta għal EUR 40 277 555 (meta mqabbel ma’ EUR 50 186 995 fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li s-sitt kapitoli li ġejjin kienu jirrappreżentaw 85,7 % tal-impenji totali: Il-Kapitolu 1 0 “Membri tal-istituzzjoni”, il-Kapitolu 1 2 “Uffiċjali u persunal temporanju”, il-Kapitolu 1 4 “Persunal ieħor u servizzi esterni”, il-Kapitolu 2 0 “Bini u kostijiet relatati”, il-Kapitolu 2 1 “Proċessar ta’ data, tagħmir u għamara” u l-Kapitolu 4 2 “Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota ċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2024 u li huma rrapportati fil-kontijiet annwali tal-Parlament Ewropew għas-Sena Finanzjarja 2024, ir-Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja għat-Taqsima I: il-Parlament Ewropew, u r-Rapport dwar il-Kuntratti u l-Konċessjonijiet Mogħtija mill-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li 12-il trasferiment ġew approvati mill-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament (“trasferimenti C”), f’konformità mal-Artikoli 31 u 49 tar-Regolament Finanzjarju, fis-sena finanzjarja 2024, li jammontaw għal EUR 82 768 000 jew 3,47 % tal-approprjazzjonijiet finali; jinnota li l-President awtorizzat disa’ trasferimenti (“trasferimenti P”), f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, li jammontaw għal EUR 11 479 000 jew 0,4 % tal-baġit tal-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tas-Segretarju Ġenerali għas-simplifikazzjoni, l-amministrazzjoni tajba u t-tisħiħ tal-funzjoni ta’ skrutinju tal-Parlament; jinnota b’sodisfazzjon li s-simplifikazzjoni qed tintlaqa’ mhux biss bħala għan li għandu jintlaħaq iżda bħala prinċipju gwida li għandu jiġi applikat sistematikament fl-oqsma kollha tal-ħidma tal-Parlament, filwaqt li jiġu żgurati proċessi (amministrattivi) aktar effettivi u aċċessibbli; jilqa’ l-enfasi kontinwa fuq l-attività ewlenija tal-Parlament, l-attivitajiet leġiżlattivi, baġitarji u ta’ skrutinju tiegħu, u b’mod partikolari l-ħolqien ta’ erba’ direttorati ġenerali tematiċi, inkluż id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Baġitarji;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2024 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-“Qorti”) twettaq valutazzjoni speċifika tan-nefqa amministrattiva u ta’ nefqa oħra bħala grupp ta’ politiki uniku għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni; jenfasizza li n-nefqa amministrattiva tinkludi nefqa fuq ir-riżorsi umani inklużi l-pensjonijiet, li fl-2024 kienu jammontaw għal madwar 69 % tan-nefqa amministrattiva totali, u fuq bini, tagħmir, enerġija, komunikazzjonijiet u teknoloġija tal-informazzjoni; jenfasizza li l-ħidma tal-Qorti fuq ħafna snin tindika li, kumplessivament, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-Intestatura 7 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-“Amministrazzjoni Pubblika Ewropea” irrappreżentat EUR 13,3-il biljun jew 6,9 % tal-baġit tal-Unjoni fl-2024, li minnhom EUR 2,4 biljun jew 18,1 % huma destinati għall-Parlament; jisħaq fuq il-fatt li l-Qorti sabet li l-livell ta’ żball fl-infiq fuq l-“Amministrazzjoni Pubblika Ewropea” ma kienx materjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li r-rapport annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2024 eżamina speċifikament is-sistemi superviżorji u ta’ kontroll tal-Parlament, b’mod partikolari l-implimentazzjoni ta’ standards ta’ kontroll intern, il-ġestjoni tar-riskju, u l-funzjonament ta’ kontrolli ewlenin definiti fir-Regolament Finanzjarju, inklużi kontrolli ex ante u ex post fuq il-pagamenti, kif ukoll kampjun statistikament rappreżentattiv ta’ 70 tranżazzjoni li jkopru l-firxa sħiħa ta’ nfiq taħt din l-Intestatura tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u l-informazzjoni dwar il-konformità mar-regoli u r-regolamenti mogħtija fir-rapporti annwali tal-attività tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar ir-regoli interni tal-Parlament; jinnota li l-amministrazzjoni tal-Parlament hija soġġetta għar-Regolament Finanzjarju u għar-regoli tiegħu dwar l-akkwist pubbliku; jinnota, madankollu, li għall-gruppi politiċi, il-Bureau adotta r-Regoli li jirregolaw l-użu ta’ approprjazzjonijiet mil-linja baġitarja 400, li fihom għadd ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti proċeduri ta’ akkwist; ifakkar li l-gruppi politiċi jimmaniġġjaw il-fondi allokati lilhom f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni indiretta tal-fondi billi b’analoġija jiġi applikat l-Artikolu 62(1), il-punt (c), tar-Regolament Finanzjarju; iqis li dawn ir-regoli nfushom jissostitwixxu l-“ftehimiet ta’ kontribuzzjoni” imsemmija fl-Artikolu 158(7) tar-Regolament Finanzjarju; jisħaq li awditur estern wieħed għal kull grupp, magħżul minn lista ta’ ditti tal-awditjar imfassla mill-amministrazzjoni tal-Parlament, jiċċertifika l-kontijiet annwali rispettivi tagħhom sabiex jiżgura konformità li tiżgura livell newtrali ta’ kontroll; jenfasizza li l-Qorti teżamina wkoll l-attivitajiet tal-gruppi politiċi fir-rapport annwali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li tliet awdituri biss ġew inklużi fil-lista ta’ ditti tal-awditjar magħżula biex jawditjaw il-kontijiet tal-gruppi politiċi, u jesprimi dispjaċir għall-għażla limitata disponibbli; jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ FINS) jistinka biex jinkludi aktar ditti tal-awditjar esterni fil-lista billi attivament jistieden lill-awdituri Ewropej kwalifikati kollha, inklużi dawk ibbażati barra l-Belġju, filwaqt li jipprovdi għadd suffiċjenti ta’ alternattivi sabiex il-gruppi politiċi jkollhom aktar għażliet minn fejn jagħżlu awditur li jikkonforma mal-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Aċċertament (IAASB); jinnota wkoll li l-baġits allokati mill-gruppi politiċi għall-awditi għandhom jiżdiedu biex jiġi żgurat awditu aktar bir-reqqa dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba u tiġi attirata firxa usa’ ta’ għarfien espert tal-awditjar; jinnota d-direzzjoni u l-gwida diġà pprovduti lill-awdituri esterni u jħeġġeġ lid-DĠ FINS jiżgura l-kwalità tal-awditi esterni li jiċċertifikaw il-kontijiet tal-gruppi politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li skont l-Artikolu 1.4 tar-Regoli dwar l-użu ta’ approprjazzjonijiet mill-partita baġitarja 400, il-gruppi politiċi għandhom ikunu responsabbli lejn l-istituzzjoni għall-użu ta’ approprjazzjonijiet, fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilhom mill-Bureau; jirrimarka li għandhom jiżguraw li l-approprjazzjonijiet jintużaw f’konformità ma’ dawn ir-Regoli; jilqa’ l-isforzi tal-amministrazzjoni tal-Parlament biex tassisti lill-gruppi politiċi bl-għan li tiggwida l-għarfien u l-kapaċità tagħhom dwar il-ġestjoni finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li l-baġit tal-Unjoni jista’ jingħata lill-partiti politiċi Ewropej fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni; jinnota li l-Qorti awditjat tranżazzjoni waħda, fejn qieset in-nefqa ineliġibbli, u sabet li l-amministrazzjoni tal-Parlament kienet tal-istess opinjoni u kienet ħadet passi biex tirkupra n-nefqa relatata; jilqa’ l-imġiba tal-amministrazzjoni tal-Parlament f’dak ir-rigward, u b’mod partikolari l-impenn tiegħu li japplika approċċ orizzontali, li jiggarantixxi trattament ugwali tal-partiti politiċi kollha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rapport annwali tal-Awditur Intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li, fil-laqgħa li saret fit-8 ta’ Diċembru 2025 bejn il-kumitat responsabbli u l-awditur intern, l-awditur intern ippreżenta r-rapport annwali tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ u jappoġġja l-azzjonijiet li l-awditur intern qabel dwarhom mad-direttorati ġenerali responsabbli bħala riżultat tal-inkarigi ta’ assigurazzjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS); jinnota li s-segwitu għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġi awditjat b’mod sistematiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li l-proċess ta’ segwitu tal-2024 irriżulta f’24 mis-57 azzjoni li tqiesu bħala implimentati b’mod effettiv u għalhekk ivvalidati mill-IAS; jinnota li l-profil tar-riskju residwu ta’ 33 azzjoni li suppost saret kien jikkonċerna 24 azzjoni b’riskju sinifikanti, prinċipalment relatati maċ-ċibersigurtà u l-ġestjoni tal-identità u l-aċċess; jinnota l-kooperazzjoni msaħħa mad-Direttorat Ġenerali għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u ċ-Ċibersigurtà (DĠ ITEC) biex jiġu mmonitorjati l-implimentazzjoni u r-riskju residwu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi li, f’konformità mal-Artikolu 118(9) tar-Regolament Finanzjarju, ir-rapporti u s-sejbiet tal-awditur intern, kif ukoll ir-rapport tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni, għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku, filwaqt li tiġi żgurata l-aderenza mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità, hekk kif l-awditur intern ikun ivvalida l-azzjoni; jinnota li, fil-prattika, ir-rapporti jiġu ppubblikati biss hekk kif ir-rakkomandazzjonijiet kollha jkunu ġew implimentati; jieħu nota li l-Membri tal-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit għandhom id-dritt li jitolbu aċċess kunfidenzjali għar-rapport tal-awditjar intern fid-dawl tal-proċedura ta’ kwittanza u jilqa’ l-fatt li l-awditur intern jirrapporta lill-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit dwar l-attivitajiet tal-awditjar annwali mwettqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-programm kontinwu ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u titjib tal-IAS, li primarjament iħejji għall-introduzzjoni tal-istandards globali l-ġodda tal-awditjar intern li kellhom isiru effettivi f’Jannar 2025; jilqa’, b’mod partikolari, l-adozzjoni tal-karta tal-awditjar aġġornata mill-Bureau u t-tħejjija ta’ strateġija 2025–2029 għall-funzjoni tal-awditjar intern li tirrifletti b’mod qawwi l-ħtieġa ta’ bidla pożittiva u approċċ immexxi mill-etika; iqis il-fatt li 70 % tal-membri tal-persunal tal-IAS għaddew mill-eżami ta’ ċertifikazzjoni biex isiru awditur intern bħala indikatur ulterjuri tat-titjib tal-kwalità;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prijoritajiet politiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li, f’konformità mal-Artikoli 1.3.2, 2.7.1 u 2.7.2 tar-Regoli dwar l-użu tal-approprjazzjonijiet mill-partita baġitarja 400, dak li qabel kien il-grupp politiku Identità u Demokrazija (Grupp ID) ippreżenta r-rapport finanzjarju finali tiegħu fit-8 ta’ Ottubru 2024 li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Lulju 2024; ifakkar li l-amministrazzjoni tal-Parlament irċeviet l-arkivju finanzjarju sħiħ tal-Grupp ID kemm f’format elettroniku kif ukoll f’format stampat u wettqet verifika ex post ibbażata fuq ir-riskju tal-kontijiet tal-2024, b’enfasi fuq il-kontrolli tal-konsistenza u l-ittestjar ta’ kampjuni ta’ kuntratti u donazzjonijiet ta’ riskju għoli; ifakkar fis-sejbiet tal-amministrazzjoni tal-Parlament li mill-anqas EUR 4 333 635,78 tal-approprjazzjonijiet tal-partita baġitarja 400 intefqu indebitament mill-grupp matul il-leġiżlatura 2019–2024, u dan espona lill-Parlament għal riskju finanzjarju u għar-reputazzjoni sinifikanti; ġew identifikati nuqqasijiet fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku, u dawn jirrappreżentaw riskji sinifikanti għar-reputazzjoni tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ħabbar li f’Lulju 2025 fetaħ investigazzjoni dwar l-allegat użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni mill-Grupp ID bejn l-2019 u l-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq li l-amministrazzjoni tal-Parlament bagħtet il-fajl tal-każ u tikkoopera bis-sħiħ mal-investigazzjoni tal-UPPE; jinnota li l-Bureau qed jistenna li jsir jaf l-eżitu tal-investigazzjoni tal-UPPE qabel ma jieħu kwalunkwe azzjoni ta’ rkupru; jistieden lill-Bureau jikkomunika lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament aġġornament bil-miktub dwar is-sitwazzjoni attwali qabel ma jibda ċ-ċiklu ta’ kwittanza li jmiss; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tieħu l-miżuri kollha meħtieġa b’mod parallel mal-investigazzjoni kriminali tal-UPPE, il-miżuri protettivi amministrattivi interim (inklużi tpaċija u/jew riżervi prekawzjonarji, fejn ikun legalment fattibbli) biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u r-reputazzjoni tal-Parlament; iqis li, skont l-Artikolu 3(3) tal-Arranġament ta’ Ħidma bejn il-Parlament Ewropew u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-UPPE se jinforma lill-Parlament dwar investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin jew li ngħalqu li fihom il-Parlament jidher li huwa f’pożizzjoni li jieħu miżuri ta’ prekawzjoni biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni inklużi proċeduri dixxiplinari jew proċeduri ta’ rkupru fil-limiti ta’ żmien applikabbli; jinnota li l-proċedimenti kriminali m’għandhomx jintużaw awtomatikament bħala ġustifikazzjoni ġeneralizzata għal nuqqas ta’ azzjoni possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Bureau jiżgura li l-awdituri esterni jikkonformaw bis-sħiħ mal-ittra ta’ inkarigu, u jiżgura, għal awditi futuri, sorveljanza adegwata mill-awdituri esterni għall-gruppi billi jagħmel aktar sigħat disponibbli għall-awdituri esterni biex iwettqu r-rwol ta’ sorveljanza tagħhom; jistieden lid-DĠ FINS jiżgura persunal adegwat fi ħdan id-DĠ FINS responsabbli għall-partita baġitarja 400 biex jipprovdi gwida aktar ċara dwar l-interpretazzjoni korretta tar-regoli għall-partita baġitarja 400 biex tiġi evitata d-diskrepanza bejn il-kunsiderazzjonijiet tal-awdituri esterni u d-DĠ FINS, b’rispett sħiħ tal-indipendenza tal-awdituri, b’mod partikolari fir-rigward tal-akkwist, u jipprovdi aktar taħriġ u appoġġ dwar l-akkwist lill-gruppi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jniedi riflessjoni dwar is-sistema ta’ awditjar estern fis-seħħ għall-partita baġitarja 400;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ l-użu tal-Parlament bħala pjattaforma għas-sensibilizzazzjoni dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika; jisħaq fuq l-importanza li l-missjonijiet tal-Unjoni u tal-Parlament jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inklużi dawk li jipprovdu appoġġ, protezzjoni, u servizzi essenzjali lin-nisa u l-bniet li huma vittmi ta’ vjolenza sesswali f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u ta’ wara kunflitt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifakkar fl-Opinjoni tal-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit għall-Bureau dwar il-grupp politiku Identità u Demokrazija — Xoljiment u rapport finanzjarju finali 2024, kif approvata fl-4 ta’ Settembru 2025, li titlob li tiġi esplorata l-possibbiltà li jinfetħu mingħajr dewmien il-proċeduri meħtieġa bil-ħsieb li jiġi rkuprat l-ammont ta’ nefqa ineliġibbli malajr kemm jista’ jkun, biex jiġu vvalutati l-obbligazzjonijiet potenzjali tal-(ex)Membri responsabbli u l-ġerarkija għall-awtorizzazzjoni intenzjonali jew b’negliġenza gravi tan-nefqa irregolari; jirrakkomanda lill-Bureau jissospendi, għad-durata tal-inkjesta, l-awditur estern li ċċertifika l-kontijiet tal-Grupp ID mil-lista ta’ kumpaniji tal-awditjar esterni approvati li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-gruppi politiċi, jissostitwixxi l-awditur sospiż immedjatament u jiżgura li jkun hemm għadd suffiċjenti ta’ għażliet alternattivi disponibbli għall-gruppi politiċi; jistenna l-analiżi mill-amministrazzjoni tal-Parlament tal-kontijiet tal-2024 tal-grupp Patrijotti għall-Ewropa (PfE);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li l-gruppi politiċi għandhom awtonomija sostanzjali fuq is-servizzi tal-IT tagħhom, li jintużaw biex jaħżnu informazzjoni relatata mal-attivitajiet tagħhom; jinnota li, f’dinja ġeopolitikament turbolenti, tali data għandha tinħażen fuq servers Ewropej minn fornituri Ewropej biex jiġu evitati dipendenzi u riskji esterni; jilqa’ għalhekk it-tħabbira reċenti li tiġi pprovduta infrastruttura tal-cloud sigura u sovrana biex tiġi eliminata din id-dipendenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tinżamm l-integrità istituzzjonali u li jiġi pprevenut indħil estern mhux dovut; jikkundanna kwalunkwe tentattiv mhux xieraq biex jiġu influwenzati l-attivitajiet leġiżlattivi tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni rrikonoxxiet allegazzjonijiet rigward l-użu ta’ fondi tal-Unjoni għal attivitajiet ta’ promozzjoni mmirati lejn il-Parlament minn diversi entitajiet iżda ddikjarat li tali attivitajiet jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament applikabbli; jirrikonoxxi, madankollu, li dan seta’ xorta waħda involva riskji għar-reputazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ifakkar li l-allegazzjonijiet ta’ influwenza Russa fil-Parlament ħolqu riskji serji għall-integrità demokratika, filwaqt li jinnota li xi Membri appoġġjaw b’mod miftuħ lir-Russja, inkluż fl-attivitajiet sekondarji tagħhom, u li dan jissottolinja l-ħtieġa ta’ salvagwardji aktar b’saħħithom; jinnota li r-rispons tal-Parlament għall-indħil barrani sar aktar viġilanti, madankollu, għandhom jittieħdu miżuri aktar robusti biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva kontra influwenza esterna mhux dovuta; jissottolinja, f’dan il-kuntest, ir-responsabbiltà essenzjali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li jwettaq l-investigazzjonijiet fil-fond kollha meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li l-2024, inkluż fit-tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej, kienet sena kkaratterizzata minn riskji akbar ta’ ndħil barrani u operati ta’ influwenza mmirati lejn l-istituzzjonijiet demokratiċi u r-rappreżentanti eletti; ifakkar li l-allegazzjonijiet pubbliċi u l-investigazzjonijiet dwar tentattivi biex jiġu influwenzati l-pożizzjonijiet politiċi u l-imġiba tal-votazzjoni jissottolinjaw il-ħtieġa ta’ mekkaniżmi robusti ta’ prevenzjoni u identifikazzjoni fi ħdan il-Parlament; jistieden lill-Parlament, għalhekk, jiżgura salvagwardji interni, rekwiżiti ta’ trasparenza u kooperazzjoni mal-korpi rilevanti tal-Unjoni, sabiex tiġi protetta l-integrità tal-Parlament u tal-baġit tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifakkar li l-Artikolu 4 tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew Rigward l-Integrità u t-Trasparenza jirrikjedi dikjarazzjonijiet preċiżi tal-interessi finanzjarji mill-Membri; jitlob li jiġu pprovduti biżżejjed dettalji fid-dikjarazzjonijiet dwar attivitajiet esterni mħallsa jew mhux imħallsa, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tħassib dwar il-kwalità tal-kontrolli fuq il-kunflitti ta’ interess, li huma essenzjali biex jiġu żgurati l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-ġestjoni effettivi tal-kunflitti ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jieħu nota, fl-interess tat-trasparenza, tal-pubblikazzjoni obbligatorja tal-laqgħat u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi privati, b’mod partikolari d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ materjali u finanzjarju; jinnota, madankollu, li l-qafas attwali jġarrab kwistjonijiet rikorrenti relatati mal-kompletezza u ċ-ċarezza, li jistgħu jnaqqsu l-effettività ġenerali tiegħu; iqis li gwida mtejba lill-Membri, kif ukoll segwitu proporzjonat u konsistenti mill-amministrazzjoni fejn id-dikjarazzjonijiet jidhru li mhumiex preċiżi jew inkonsistenti, jistħoqqilhom attenzjoni bir-reqqa, b’mod partikolari fid-dawl tat-tħassib relatat mal-indħil barrani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-allegazzjonijiet li l-Istati Membri kienu involuti fi spjunaġġ u mmiraw lill-Parlament; jinnota li l-Kummissjoni stabbiliet grupp intern biex jinvestiga dawn l-affermazzjonijiet; iħeġġeġ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkondividi s-sejbiet tal-grupp ta’ ħidma mal-Parlament, dment li tali kondiviżjoni ma tikkomprometti l-ebda proċediment legali li jkun għadu għaddej jew potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Parlament isaħħaħ il-miżuri protettivi, inklużi l-ġestjoni sigura tal-apparat, il-kanali ta’ rapportar rapidu tal-inċidenti għall-Membri u l-persunal, u t-tgħarrif regolari dwar it-theddid f’kooperazzjoni mas-CERT-UE u l-korpi rilevanti tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura r-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota l-potenzjal tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) biex tiġi żgurata informazzjoni preċiża u trasparenti fl-Unjoni u fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tagħha, filwaqt li sistemi tal-IA mfassla u rregolati kif xieraq jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati u mmitigati l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni, jippromwovu l-obbligu ta’ rendikont u jirrispettaw standards għoljin ta’ trasparenza sabiex tinżamm il-fiduċja pubblika u tissaħħaħ il-governanza demokratika; huwa mħasseb dwar id-dominanza tal-għodod tal-IA minn kumpaniji f’pajjiżi terzi u mill-kunsiderazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data u tal-kunfidenzjalità meta jsir użu minn għodod tal-IA ta’ partijiet terzi; jitlob trasparenza sħiħa rigward l-użu tas-sistemi tal-IA fid-deċiżjonijiet u l-proċeduri tal-Parlament, inkluża l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dettaljata dwar l-algoritmi, u l-valutazzjonijiet tal-impatt; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tagħmel sett ta’ għodod tal-IA disponibbli kemm għall-Membri kif ukoll għall-persunal tal-Parlament, adattat għall-ħtiġijiet ta’ kull kategorija, li jwieġeb għall-ħtiġijiet kummerċjali tal-Membri u jiggarantixxi l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-data pproċessata minnu billi juża infrastruttura fuq il-post biex tipprevjeni l-iżvelar ta’ data, u ma jiżvelax informazzjoni lil partijiet terzi, f’konformità mal-politiki attwali rigward l-użu tal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota l-użu dejjem akbar tal-IA u tal-għodod ibbażati fuq mudelli kbar tal-lingwa fil-ġestjoni tar-riżorsi umani u jirrikonoxxi l-potenzjal li għandha għal titjib fl-effiċjenza li għandu jiġi esplorat aktar; jisħaq fl-istess ħin fuq il-ħtieġa ta’ governanza ċara, sorveljanza umana, trasparenza u salvagwardji robusti għall-protezzjoni tad-data; jistieden lill-amministrazzjoni tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-kamp ta’ applikazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u s-salvagwardji etiċi ta’ tali għodod;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li skont ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, ġeneralment tintuża votazzjoni sigrieta għall-elezzjonijiet u għall-votazzjonijiet li jikkonċernaw persuni individwali; jinnota wkoll li votazzjoni għandha wkoll issir b’vot sigriet jekk jintalab dan minn għadd ta’ Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu għoli; jieħu nota f’dan il-kuntest li l-Kumitat tal-Parlament għall-Affarijiet Kostituzzjonali ngħata l-kompitu li jivvaluta l-użu ta’ din l-aħħar possibbiltà u jistenna l-konklużjonijiet u l-proposti tal-kumitat; iqis li l-votazzjonijiet b’sejħa tal-ismijiet jikkostitwixxu strument ewlieni biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni; jistieden lill-Parlament jippreżenta miżuri li jevitaw l-abbuż tal-votazzjoni permezz tal-proċedura ta’ votazzjoni sigrieta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-progress imwettaq fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2025; jitlob li dan il-pjan ta’ azzjoni jsir pubbliku u jiġi implimentat malajr permezz tal-pjan direzzjonali tiegħu dwar il-ġeneru u jiġi vvalutat bir-reqqa b’rapporti regolari li jimmonitorjaw il-progress li jkun sar; jilqa’ l-ħidma tan-Network għall-Integrazzjoni tal-Perspettiva tal-Ġeneri fil-Parlament;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-Direttorat Ġenerali għall-Presidenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ifakkar li d-Direttorat Ġenerali għall-Presidenza (DĠ PRES) jipprovdi għarfien espert u jiffaċilita l-ħidma leġiżlattiva u parlamentari tal-President, il-Plenarja u l-korpi ta’ tmexxija tal-Parlament u tal-Membri f’kull stadju tal-proċess parlamentari u leġiżlattiv; ifakkar li huwa responsabbli wkoll għar-relazzjonijiet interistituzzjonali, għall-appoġġ protokollari għaż-żjarat uffiċjali u l-avvenimenti sponsorjati mill-President, għall-ġestjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni, u għall-ġestjoni tal-posta uffiċjali u rreġistrata; jinnota li sal-31 ta’ Diċembru 2024, kien hemm 406 membru tal-persunal, li 320 minnhom kienu uffiċjali, 29 kienu membri tal-persunal temporanji, 55 kienu membri tal-persunal bil-kuntratt, wieħed kien espert nazzjonali sekondat u wieħed kien membru tal-persunal ta’ aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, l-approprjazzjonijiet finali tad-DĠ PRES ammontaw għal EUR 2 970 957, u dan jirrappreżenta 0,2 % tal-baġit tal-Parlament; jenfasizza li, minn dak l-ammont, ġie impenjat total ta’ EUR 2 930 107; jilqa’ l-użu għoli tal-approprjazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li l-attivitajiet tad-DĠ PRES kienu influwenzati mit-tmiem tad-disa’ u l-bidu tal-għaxar leġiżlatura, u li dan ikkawża sfidi għall-kapaċità ta’ ppjanar u finalizzazzjoni tal-plenarja fi tmiem id-disa’ leġiżlatura minħabba l-għadd kbir ħafna ta’ fajls tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja maqbula fl-aħħar xhur tal-leġiżlatura, u l-kostituzzjoni tal-Parlament il-ġdid fil-bidu tal-għaxar leġiżlatura bl-elezzjoni tal-President u tal-Bureau;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Ifaħħar lid-DĠ PRES għall-attivitajiet tiegħu dwar l-implimentazzjoni u s-segwitu tar-regoli l-ġodda dwar l-integrità u t-trasparenza li kienu jinkludu l-ewwel valutazzjoni ġenerali tal-implimentazzjoni teknika tar-riforma, u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-forniment ta’ għarfien espert tekniku u servizzi dwar kwistjonijiet ta’ trasparenza, integrità u obbligu ta’ rendikont; jilqa’ wkoll ir-rwol tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri fil-monitoraġġ ta’ kif il-Membri jikkonformaw mal-Kodiċi ta’ Kondotta u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jitlob li jitkomplew il-kooperazzjoni u d-djalogu interistituzzjonali dwar l-integrità u t-trasparenza fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; ifakkar li l-Parlament jibqa’ marbut bil-Ftehim li jistabbilixxi korp interistituzzjonali għall-istandards etiċi għall-membri tal-istituzzjonijiet u l-korpi konsultattivi msemmija fl-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; ifakkar li l-Parlament huwa għalhekk meħtieġ jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tiegħu mingħajr aktar dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li d-DĠ PRES kompla l-kooperazzjoni effettiva tiegħu mal-Kunsill u mal-Kummissjoni dwar l-elementi kollha li jikkonċernaw is-segretarjat interistituzzjonali tar-reġistru ta’ trasparenza, bil-ħsieb li jkompli jtejjeb l-operat tar-Reġistru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jenfasizza d-dewmien persistenti fit-trattament mill-Kummissjoni tal-mistoqsijiet Parlamentari għal tweġibiet bil-miktub f’dawn l-aħħar snin; jesprimi dispjaċir li l-proċess sar dejjem aktar burokratiku u bil-mod, u dan irriżulta f’nuqqas sistematiku ta’ rispett għall-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 144 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament; jinnota bi tħassib li fl-2024 il-Kummissjoni wieġbet sal-iskadenzi stabbiliti fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament għal proporzjon limitat biss ta’ mistoqsijiet bil-miktub, inkluża rata partikolarment baxxa għall-mistoqsijiet ta’ prijorità, u f’ħafna każijiet wara l-iskadenza; jisħaq li l-itwal żmien biex tingħata tweġiba kien ta’ 475 jum; ifakkar li t-tweġibiet f’waqthom huma element essenzjali tal-iskrutinju parlamentari u tar-responsabbiltà demokratika; jilqa’ l-isforzi li saru mid-DĠ PRES f’dawn l-aħħar snin biex jiġu rispettati l-iskadenzi stabbiliti; jistieden lid-DĠ PRES jaħdem biex jiżgura konformità sħiħa mal-iskadenzi stabbiliti mill-Parlament u jsegwi, inkluż fil-livell politiku, arranġamenti aktar vinkolanti mal-Kummissjoni dwar it-tweġibiet għall-mistoqsijiet bil-miktub sal-iskadenzi u jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jsir, bl-għan li jerġgħu jiġu stabbiliti l-mistoqsijiet Parlamentari għal tweġibiet bil-miktub bħala strument ta’ sorveljanza effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li l-ipproċessar intern, inklużi l-editjar, it-traduzzjoni u l-kontrolli tal-ammissibbiltà, jikkontribwixxi għaż-żmien globali li tieħu t-trażmissjoni tal-mistoqsijiet bil-miktub; jistieden lill-amministrazzjoni tkompli tissimplifika dawn il-proċeduri, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-kwalità lingwistika u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data, sabiex tappoġġja l-ħidma ta’ skrutinju tal-Membri b’mod aktar effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lid-DĠ PRES jimpenja ruħu b’mod attiv mal-parlamenti ta’ Stati Membri oħra u ta’ pajjiżi terzi biex jiżviluppa proposti għal mekkaniżmi ta’ skrutinju effettivi, kif ukoll modi biex jittejbu l-kwalità u l-attendenza fid-dibattiti plenarji fi ħdan il-Parlament; jistieden lid-DĠ PRES jislet tagħlimiet mill-istruttura tas-seduti ta’ smigħ tal-kungress;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Parlament reċentement beda l-proċedura leġiżlattiva biex jemenda l-liġi elettorali tal-Unjoni sabiex jintroduċi alternattiva temporanja ġdida ta’ votazzjoni bi prokura għall-Membri matul l-aħħar stadji tat-tqala u l-maternità bikrija; jilqa’ l-fatt li, bil-vot tiegħu fit-13 ta’ Novembru 2025 fil-plenarja, il-Parlament impenja ruħu favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-inklużività u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata minkejja l-fatt li liv tal-ġenituri usa’ mhuwiex kopert mill-att;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li bħalissa mhijiex disponibbli data aġġornata dwar l-attendenza fil-livell tal-Kumitati; jistieden lis-servizzi tal-Parlament jippubblikaw kull sena dawn iċ-ċifri ta’ attendenza fil-livell tal-Kumitati aggregati għal kull Kumitat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li l-missjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM) hija li jiżgura li ċ-ċittadini jifhmu l-importanza tal-Parlament sabiex ikunu jistgħu jtejbu l-involviment fil-proċess demokratiku Ewropew; jenfasizza li l-kompiti ewlenin tiegħu huma li jikkollabora mal-media, biex jinforma, jispjega u jtejjeb il-viżibbiltà tal-ħidma tal-Parlament, li jżid l-għarfien dwar il-Parlament fost iċ-ċittadini fl-Istati Membri kollha, il-partijiet ikkonċernati u l-mexxejja tal-opinjoni permezz tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs) li jinsabu fl-Istati Membri, li jrawwem l-interazzjoni maċ-ċittadini permezz ta’ proġetti ta’ viżitaturi, avvenimenti u kampanji ta’ informazzjoni mtejba u l-preżenza tiegħu fuq il-media soċjali, u li jipprovdi għarfien espert lill-Membri u lill-gruppi politiċi dwar suġġetti bħall-analiżi strateġika tal-media u l-monitoraġġ tal-opinjoni pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota li l-approprjazzjonijiet finali tad-DĠ COMM ammontaw għal EUR 137 463 777 fl-2024, li jirrappreżentaw 5,8 % tal-baġit tal-Parlament; jenfasizza li, minn dak l-ammont, ġie impenjat total ta’ EUR 137 467 355; jilqa’ l-użu għoli tal-approprjazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-komunikazzjoni rigward l-elezzjonijiet Ewropej kienet fuq quddiem nett tal-attivitajiet tad-DĠ COMM fl-2024, b’mod partikolari bil-kampanja ta’ komunikazzjoni ta’ suċċess “Go-to-vote”, sħubijiet ma’ aktar minn 300 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u aktar minn 18 000 ġurnalist infurmati; jinnota li l-proġetti strateġiċi kollha tad-DĠ COMM fl-2024, b’rata ta’ tlestija ta’ 94 %, kienu mmirati lejn l-elezzjonijiet Ewropej, filwaqt li s-6 % li jifdal kienu relatati mal-implimentazzjoni tal-istruttura l-ġdida tas-sit web;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li d-DĠ COMM iffaċilita l-kopertura tal-elezzjonijiet Ewropej, li laħqet volum rekord ta’ rapportar (+18 % meta mqabbel mal-elezzjonijiet preċedenti), li d-DĠ COMM jirrapporta bħala partikolarment notevoli fil-mumenti finali taċ-ċiklu elettorali fejn il-lejl tal-elezzjoni (fid-9 ta’ Ġunju 2024) ġie kopert minn 149 stazzjon televiżiv f’51 pajjiż, u li l-maġġoranza tar-rapportar sar online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota r-rwol tal-EPLOs fil-kollegament bejn il-Parlament u l-pubbliku u l-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri b’mod ġenerali, u fil-komunikazzjoni dwar l-Elezzjonijiet Ewropej; jinnota li l-EPLOs kollha ġew mgħammra b’servizzi awdjoviżivi għall-Membri, il-gruppi politiċi u partijiet terzi biex jużawhom fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jappella għal monitoraġġ adegwat tan-nefqa tal-EPLOs u taċ-Ċentri tal-Europa Experience;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kritiku tal-EPLO f’Washington għat-trawwim tar-relazzjonijiet trans-Atlantiċi u t-tisħiħ tar-rabta bejn il-parlamenti tal-Istati Uniti u tal-Unjoni; jenfasizza li, fid-dawl tal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti u l-isfidi globali emerġenti, ir-rwol tal-EPLO f’Washington huwa saħansitra aktar kruċjali; jappella għal baġit u persunal adegwati biex jappoġġjaw l-attivitajiet tal-EPLO f’Washington;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li fl-2024 infetħu 14-il ċentru tal-Europa Experience, li attiraw għadd totali ta’ 957 209 viżitatur, b’għadd ta’ viżitaturi li jvarja ħafna, filwaqt li Strażburgu (381 687) u Berlin (122 672) attiraw l-akbar għadd ta’ viżitaturi, Copenhagen (18 182) u Dublin (8 312) attiraw l-iżgħar għadd ta’ viżitaturi, mdankollu ċ-ċentru ta’ Dublin infetaħ biss f’Ottubru 2024; jinnota r-rimarka li ċ-ċentri tal-Europa Experience jintużaw bħala ċentru tal-Unjoni għall-involviment demokratiku mill-EPLOs fl-Istati Membri rispettivi u li joffru opportunitajiet biex jattiraw udjenza usa’ għall-messaġġi tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu evalwati bir-reqqa t-tagħlimiet meħuda miċ-ċentri tal-Europa Experience s’issa, b’mod partikolari fir-rigward tat-tiftix għal bini adegwat u kif il-gruppi fil-mira jistgħu jintlaħqu b’mod effettiv, l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki, u l-adattament tal-iżvilupp futur taċ-ċentri tal-Europa Experience għall-ħtiġijiet lokali u l-impatt muri; jisħaq li din ir-rivalutazzjoni għandha tmexxi l-aġġustamenti jew ir-rikunsiderazzjonijiet futuri f’espansjoni ulterjuri, filwaqt li tiżgura li l-investimenti futuri kollha jkunu aktar effiċjenti biex jaqdu l-iskop maħsub taghħom li jqarrbu l-Parlament lejn iċ-ċittadini u jtejbu l-fehim tagħhom tal-proċess demokratiku tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Ifakkar li regoli ġodda dwar il-pagament ta’ sussidji għal gruppi ta’ viżitaturi sponsorjati ġew adottati mill-Bureau fil-11 ta’ Settembru 2023, b’data tad-dħul fis-seħħ tal-1 ta’ Jannar 2024; jinnota li fl-2024, 300 000 viżitatur sponsorjat u mhux sponsorjat ġew mistiedna mill-Membri fi Brussell u fi Strażburgu; jinnota li s-sussidji għal tali gruppi ta’ viżitaturi ammontaw għal 17 % tan-nefqa tad-DĠ COMM fl-2024; jinnota l-isforzi addizzjonali implimentati mill-gruppi politiċi li jappoġġjaw ukoll lill-Membri tagħhom fl-interazzjoni maċ-ċittadini, inklużi ż-żgħażagħ, biex tiġi żgurata informazzjoni adegwata dwar il-ħidma tal-Membri fi Strażburgu u Brussell bil-finanzjament mill-fondi taħt il-partita baġitarja 400;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota l-ġlieda kostanti li qed tiffaċċja l-Unjoni fir-rigward tas-salvagwardja tal-valuri tal-Unjoni u l-integrità tal-proċess demokratiku; jirrikonoxxi t-tentattivi dejjem akbar mill-atturi barranin biex jinfluwenzaw il-ħidma tal-Parlament u jenfasizza l-ħtieġa ta’ viġilanza fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni li toriġina minn barra l-Unjoni; ifakkar f’dak ir-rigward fir-Riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni (2022/2075(INI)), u tat-23 ta’ Jannar 2025 dwar id-diżinformazzjoni u l-falsifikazzjoni tal-istorja min-naħa tar-Russja biex tiġġustifika l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna (2024/2988(RSP)); jilqa’ l-azzjonijiet meħuda mill-Parlament għall-prevenzjoni u għar-rispons għad-diżinformazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li jinżammu miżuri proattivi biex tiġi ppreżervata l-integrità tad-dibattitu pubbliku u tal-voti tal-Parlament, filwaqt li jirrikonoxxi li għadu ma seħħ l-ebda inċident sinifikanti; jenfasizza l-valur miżjud ta’ inizjattivi bħal-laqgħat ta’ verifika tal-fatti u s-summits, li għandhom rwol kruċjali fit-trawwim tat-trasparenza, l-għoti ta’ għodod lill-partijiet ikkonċernati biex jiġġieldu l-miżinformazzjoni, u t-tisħiħ tal-kollaborazzjoni fost l-organizzazzjonijiet ta’ verifika tal-fatti fl-Unjoni u lil hinn minnha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-Direttorat Ġenerali għall-Persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Ifakkar li d-Direttorat Ġenerali għall-Persunal (DĠ PERS) huwa responsabbli għall-ġestjoni xierqa u effiċjenti tar-riżorsi umani fil-Parlament u jiżgura li l-Membri jkunu appoġġjati minn forza tax-xogħol b’livell għoli ta’ ħiliet biex ikunu jistgħu jissodisfaw il-mandat tagħhom kif xieraq; jinnota li sal-31 ta’ Diċembru 2024, kien hemm 499 membru tal-persunal, li 290 minnhom kienu uffiċjali, 82 kienu membri tal-persunal temporanji, 120 kienu membri tal-persunal bil-kuntratt, tnejn kienu esperti nazzjonali sekondati u ħamsa kienu membri tal-persunal ta’ aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota li fl-2024 l-approprjazzjonijiet finali tad-DĠ PERS ammontaw għal EUR 1 225 341 375 (EUR 1 163 329 780 fl-2023), li jirrappreżentaw 51,4 % tal-baġit tal-Parlament; jenfasizza li, minn dak l-ammont, ġie impenjat total ta’ EUR 1 160 835 147; jilqa’ l-użu għoli tal-approprjazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2024, id-DĠ PERS kompla jorganizza kompetizzjonijiet u proċeduri ta’ selezzjoni, filwaqt li ttratta grupp dejjem akbar ta’ applikanti, u organizza wkoll erba’ kompetizzjonijiet speċifiċi għal ċerti nazzjonalitajiet; jilqa’ l-isforzi li għamel id-DĠ PERS biex jorganizza l-kompetizzjonijiet, jiżgura t-tlestija tagħhom fil-ħin u jżomm l-istandards ta’ kwalità meħtieġa; jilqa’ l-fatt li aktar minn 441 kandidat irnexxielhom jintagħżlu biex jiġu inklużi fil-listi ta’ riżerva; jesprimi dispjaċir, madankollu, li l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) iltaqa’ ma’ problemi sistematiċi fl-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet u n-nuqqas ta’ grupp disponibbli ta’ kandidati adattati għall-ħtiġijiet tal-Parlament; jesprimi dispjaċir li t-tul medju bejn il-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kompetizzjoni u l-intervista finali għal kull kompetizzjoni, huwa ta’ aktar minn sena; jirrikonoxxi d-diffikultajiet ġenerali li jiltaqgħu magħhom id-DĠ PERS u direttorati ġenerali oħra biex jattiraw u jżommu t-talent, li għandu impatt fuq il-prestazzjoni tal-forza tax-xogħol tal-Parlament; jitlob proċeduri ta’ selezzjoni aktar effiċjenti, immirati aħjar u iqsar li jirriżultaw f’żieda fl-attraenza tal-Parlament bħala impjegatur u jippermettu lid-direttorati ġenerali jirreklutaw malajr il-profili speċjalizzati meħtieġa biex jappoġġjaw ix-xogħol tagħhom; jisħaq li l-proċeduri ta’ selezzjoni jridu jitwettqu b’rispett sħiħ tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u bilanċ ġeografiku, filwaqt li tiġi żgurata rappreżentanza ġusta tal-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jilqa’ kompetizzjonijiet tal-Parlament speċifiċi għal ċerti nazzjonalitajiet bil-ħsieb li jittejjeb il-bilanċ ġeografiku fost il-membri tal-persunal tal-Parlament billi jinħoloq grupp usa’ ta’ kandidati minn Stati Membri sottorappreżentati; jinnota, madankollu, li analiżi tad-data dwar il-persunal tal-Parlament skont in-nazzjonalità u l-grupp ta’ funzjoni tiżvela żbilanċ persistenti fil-progressjoni tal-karriera, fejn il-persunal minn ċerti Stati Membri, għalkemm rappreżentat tajjeb fl-amministrazzjoni, jibqa’ sottorappreżentat fi gruppi ta’ funzjoni superjuri u f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; jesprimi dispjaċir għall-iżbilanċ ġeografiku fil-maniġment superjuri u intermedju tal-Parlament; ir-reklutaġġ għandu dejjem ikun ibbażat fuq il-mertu u għandu dejjem jirrispetta prinċipji fundamentali bħall-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u l-proporzjonalità; jenfasizza li huwa meħtieġ titjib, u jistieden lis-Segretarju Ġenerali, f’kooperazzjoni mad-DĠ PERS, jippreżenta miżuri konkreti, li jkunu jistgħu jitkejlu u li jkunu marbuta bi skadenzi, biex jiġu indirizzati dawn l-iżbilanċi, u jirrapporta regolarment lill-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit u lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress miksub fil-korrezzjoni tal-iżbilanċ ġeografiku fi ħdan il-persunal tal-Parlament; jistieden lis-Segretarju Ġenerali u lid-DĠ PERS jinkludu fir-rapportar regolari lill-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit informazzjoni lil hinn mill-għadd globali tal-persunal u jinkludu data dwar, b’mod partikolari, l-iżvilupp tal-karriera u l-promozzjonijiet skont in-nazzjonalità u l-grupp ta’ funzjoni, il-ħatra ta’ pożizzjonijiet maniġerjali u superjuri, il-parteċipazzjoni fil-ġestjoni tat-talent u l-programmi ta’ tmexxija u l-użu ta’ ħatriet u dmirijiet temporanji bħala parti mill-perkorsi tal-iżvilupp tal-karriera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota l-kisba ewlenija tad-DĠ PERS tar-reklutaġġ effiċjenti ta’ għadd bla preċedent ta’ 1 339 Assistent Parlamentari Akkreditat (APAs) mis-sessjoni kostituttiva ta’ Lulju, bl-għadd totali ta’ APAs li għandhom kuntratti effettivi sa tmiem is-sena żdied għal 2 024, u l-off-boarding ta’ madwar 800 APA; iqis li l-APAs huma ta’ vantaġġ kbir għall-Istituzzjoni u jfaħħar lid-DĠ PERS għall-isforzi tiegħu biex jappoġġja reklutaġġ effiċjenti u effikaċi mill-Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-ħidma tal-APAs hija parti integrali mill-ħidma tal-Membri u għalhekk tal-Parlament; jinnota li wara l-adozzjoni tal-istatut tal-APAs fl-2009, l-istatus tagħhom matul is-snin ġie protett mir-regoli; jinnota l-isforzi li għamel il-Parlament biex joħloq qafas għall-għoti ta’ appoġġ lill-APAs; jappella għal konformità xierqa mar-regoli stabbiliti; jinnota, li minn dak iż-żmien, l-APAs jipparteċipaw f’missjonijiet uffiċjali fit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament; jilqa’ l-fatt li r-regoli dwar ir-rimborż tal-missjonijiet tal-APAs bejn it-tliet postijiet tax-xogħol ġew allinjati ma’ dawk applikabbli għall-uffiċjali, u dan jiżgura trattament ugwali għall-APAs; jistieden lill-Bureau u lill-amministrazzjoni tal-Parlament jikkonsultaw formalment lill-Kumitat tal-APA dwar ir-reviżjonijiet u r-riformi li jħallu impatt dirett fuq id-drittijiet tal-APAs; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tesplora l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ perjodu ta’ avviż fil-kuntratti tal-APAs fil-każ tat-tluq mhux mistenni ta’ Membru; itenni t-talba tiegħu lill-Konferenza tal-Presidenti u lill-Bureau biex jirrevedu d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet u tal-missjonijiet barra mill-Unjoni; jissottolinja li tali reviżjoni għandha tqis il-possibbiltà li l-APAs, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, jakkumpanjaw lill-Membri f’delegazzjonijiet u missjonijiet uffiċjali tal-Parlament; jenfasizza li din il-bidla ma tirriżulta fl-ebda bidla fil-pakkett u tkun newtrali għall-baġit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jisħaq li s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, inklużi r-riskji psikosoċjali (stress, eżawriment, fastidju), huma prijorità; jappella lill-Bureau jirrikonoxxi formalment ir-riskji psikosoċjali bħala riskji okkupazzjonali u jadotta pjan ta’ prevenzjoni għall-Parlament kollu b’objettivi li jistgħu jitkejlu; jitlob l-introduzzjoni ta’ valutazzjonijiet tar-riskju li jkopru x-xogħol mill-bogħod, il-missjonijiet u l-iskadenzi stretti, kif ukoll kanali ta’ rapportar kunfidenzjali, taħriġ għall-maniġers u djalogu soċjali regolari; jinsisti fuq l-infurzar tad-dritt ta’ skonnessjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Ifakkar li l-APAs ma jistgħux jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet interni tal-Parlament; jistieden lill-Bureau jesplora l-possibbiltà li jippermetti lill-APAs, skont kundizzjonijiet li għad iridu jiġu ddeterminati, jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet interni b’mod simili għall-persunal tal-Parlament; jisħaq li involviment aktar b’saħħtu tal-APAs fl-istrutturi interni tal-Parlament jista’ jwassal għal forza tax-xogħol aktar inklużiva, diversa u ġeografikament ibbilanċjata; jenfasizza l-importanza taż-żamma u t-trasferiment tal-għarfien fi ħdan il-Parlament fir-rigward tal-metodi ta’ ħidma interni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinnota bi tħassib kbir ir-rapporti ta’ vjolazzjoni ta’ data ċċentrati fuq l-applikazzjoni għar-reklutaġġ tal-Parlament PEOPLE, li affettwaw prinċipalment lill-membri mhux permanenti tal-persunal tal-Parlament, inklużi l-APAs; jesprimi dispjaċir li l-ksur tad-data kien jinvolvi d-dettalji ta’ karti tal-identità, ċertifikati tat-twelid, diplomi, storja tal-impjiegi, rekords mediċi, drittijiet għal intitolamenti, assigurazzjoni u dokumenti relatati mal-prova ta’ ħidma li f’xi każijiet imorru lura 10 snin; jilqa’ l-iskema ta’ rimborż li introduċa s-Segretarju Ġenerali, f’konformità mad-dmir ta’ diliġenza tal-Parlament, biex ikopri l-ispejjeż tas-sostituzzjoni tal-karti tal-identità u/jew tal-passaporti tal-utenti tal-applikazzjoni PEOPLE li ġew affettwati, b’EUR 51 874 tħallsu sal-lum; jesprimi dispjaċir li l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn il-pajjiż ta’ oriġini għal dawn il-proċeduri amministrattivi ma kinux koperti; jistieden lill-amministrazzjoni tiżgura li l-miżuri ta’ appoġġ ikunu effikaċi u ekwi, inklużi gwida ċara ta’ punt uniku ta’ servizz, appoġġ għall-protezzjoni tal-identità u rimborż li ma jħallix lill-persuni affettwati jġarrbu spejjeż amministrattivi inevitabbli marbuta ma’ proċeduri ta’ sostituzzjoni tad-dokumenti; jinnota li l-amministrazzjoni pprovdiet l-analiżi tagħha tar-raġunijiet għall-ksur lill-awtorità ta’ kwittanza; jistieden lill-amministrazzjoni tipprovdi lill-persunal affettwat, inklużi ex membri tal-persunal, analiżi ċara tar-raġunijiet għall-ksur u l-miżuri meħuda biex tiġi rkuprata s-sistema kkonċernata; huwa konxju bis-sħiħ li l-Parlament se jibqa’ mira għal attakki ċibernetiċi fil-futur u li l-ogħla viġilanza possibbli hija essenzjali; jilqa’ l-miżuri meħuda mill-amministrazzjoni biex tkompli ssaħħaħ il-maturità taċ-ċibersigurtà u l-governanza tal-ambjent tal-IT tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jinnota li d-DĠ PERS implimenta sistema ġdida tal-IT, APA-People, li ssaħħaħ il-proċess ta’ reklutaġġ billi tiċċentralizza l-ġestjoni tal-kuntratti u tippermetti l-aċċess tal-Membri, flimkien ma’ proċedura kompletament diġitalizzata għall-kontrolli tar-reklutaġġ mediku; jistieden lid-DĠ PERS, f’kooperazzjoni mad-DĠ ITEC, jiżgura li ċ-ċibersigurtà ta’ din is-sistema tilħaq l-istandard u tipprevjeni l-iżvelar ta’ data personali; iqis li ċ-ċibersigurtà tas-sistemi tal-IT li fihom id-data personali tal-membri kollha tal-persunal hija tal-akbar importanza u jistieden lid-DĠ PERS jikkoopera mill-qrib mad-DĠ ITEC biex jikseb dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jinnota li fl-2024, id-DĠ PERS appoġġja l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet direzzjonali dwar il-ġeneru u d-diversità u żviluppa korsijiet ta’ taħriġ dwar id-diversità u l-inklużjoni għall-membri kollha tal-persunal; jilqa’ l-fatt li l-Unità tal-Ugwaljanza, l-Inklużjoni u d-Diversità (EIDU) tad-DĠ PERS issimplifikat il-proċedura interna ta’ akkomodazzjoni raġonevoli tagħha fl-2024, filwaqt li rawmet l-ugwaljanza, l-inklużjoni u d-diversità, u pprovdiet ukoll pariri lill-Unità tat-Tagħlim u l-Iżvilupp dwar akkomodazzjoni raġonevoli għall-korsijiet ta’ taħriġ; jilqa’ l-fatt li l-unità organizzat ukoll 20 kors ta’ taħriġ u avveniment ta’ sensibilizzazzjoni għal 2 334 parteċipant, inkluż kors ġdid dwar id-diversità u l-inklużjoni għall-membri kollha tal-persunal, u ospitat avvenimenti dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-diżabbiltà u l-inklużjoni tal-LGBTQI+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni interistituzzjonali komuni rigward allowance għall-akkomodazzjoni għall-persunal ta’ grad aktar baxx li jgħix il-Lussemburgu; iqis li dan huwa strument meħtieġ biex jiġi appoġġjat persunal ta’ grad aktar baxx biex jiġu bbilanċjati l-ispejjeż għoljin b’mod sproporzjonat tal-akkomodazzjoni, kif ukoll għodda meħtieġa biex tiżdied l-attraenza tas-sit tal-Lussemburgu tal-Parlament; jinnota li l-istrument huwa temporanju u jistieden lill-Parlament jiżgura prevedibbiltà fit-tul għall-persunal ikkonċernat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Ifakkar fit-tnedija tal-kampanja wiesgħa tal-Parlament kontra l-fastidju “Magħqudin kontra l-Fastidju” fit-22 ta’ Ottubru 2024, li tikkontribwixxi għal ambjent tax-xogħol sikur; jilqa’ l-fatt li minbarra l-kampanja ta’ informazzjoni, il-kors ta’ taħriġ “Rispett u dinjità fuq il-post tax-xogħol - Prevenzjoni tal-kunflitti u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol” għall-Membri kien obbligatorju u l-Membri lestewh fl-ewwel sena tal-leġiżlatura; jenfasizza li l-effikaċja ta’ dawn il-miżuri għandha tiġi evalwata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jilqa’ l-possibbiltà li l-membri tal-persunal jagħmlu telexogħol lil hinn mill-post tax-xogħol; jinnota li l-membri tal-persunal tal-Parlament jistgħu jużaw din il-forma ta’ telexogħol għal ħamest ijiem fis-sena; jinnota li istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni jipprovdu medja ta’ 15-il jum fis-sena; jitlob monitoraġġ u evalwazzjoni proattivi tal-modi ġodda ta’ ħidma; ifakkar fl-importanza ta’ djalogu ġenwin mal-membri tal-persunal dwar kwistjonijiet kruċjali relatati ma’ modi ġodda ta’ ħidma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jisħaq li s-servizzi ta’ kwalità għall-indukrar tat-tfal ipprovduti lill-Membri u lill-persunal huma miżuri kruċjali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-politika dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-faċilità għall-indukrar tat-tfal Wayenberg fi Brussell għat-tfal ta’ età preprimarja ilha tbati fil-kwalità minħabba l-bidla frekwenti tal-fornitur tas-servizz mill-2020; jitlob, f’dan ir-rigward, li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jiġu adottati standards ta’ kwalità għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Parlament lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 dwar il-politika tal-Kummissjoni dwar l-integrità, b’mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (2018/2624 (RSP)) “biex tagħmel rieżami tal-proċedura amministrattiva tagħha għall-ħatra ta’ uffiċjali għolja bl-objettiv li jiġi żgurat għalkollox li jintgħażlu l-aħjar kandidati f’qafas ta’ trasparenza massima u opportunitajiet indaqs”; huwa tal-fehma li l-Parlament, fir-rigward tal-proċeduri tal-ħatra, għandu dejjem jissodisfa l-ogħla standards f’termini ta’ trasparenza, obbligu ta’ rendikont u amministrazzjoni tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jistieden lill-Parlament jottimizza l-użu tar-riżorsi umani tiegħu, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ taħriġ kontinwu, bl-għan li tissaħħaħ l-effikaċja u l-effiċjenza tas-servizzi interni; jitlob li jiġi pprovdut taħriġ tal-ewwel għajnuna fil-livell bażiku u intermedju b’mod regolari, kif ukoll li t-taħriġ tal-ewwel għajnuna jsir parti volontarja mill-programm ta’ onboarding għal persunal ġdid; jistieden lill-amministrazzjoni tesplora l-possibbiltà li jiġu installati defibrillaturi addizzjonali bil-ħsieb li jissaħħu s-saħħa u s-sikurezza għall-Membri u l-persunal, inkluż l-għoti ta’ taħriġ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Ifakkar li d-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO) huwa responsabbli għall-bini, ix-xogħlijiet, il-ġestjoni tal-faċilitajiet u l-loġistika tal-Parlament; jinnota li d-DĠ INLO jipprovdi wkoll il-catering u t-trasport, u jimmaniġġja u jgħammar l-uffiċċji u l-ispazji tal-laqgħat tal-Parlament; ifakkar li d-DĠ INLO b’mod partikolari mmaniġġja l-portafoll tal-bini tal-Parlament ta’ madwar 1,3 miljun m² fi Brussell, fil-Lussemburgu, fi Strażburgu, fl-Uffiċċji ta’ Kollegament u fil-faċilitajiet tal-Europa Experience fl-Istati Membri; jinnota li sal-31 ta’ Diċembru 2024, id-DĠ INLO kien magħmul minn 635 membru tal-persunal, li minnhom 311 kienu uffiċjali, 20 kienu membri tal-persunal temporanji, u 326 kienu membri tal-persunal bil-kuntratt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jinnota li fl-2024 l-approprjazzjonijiet finali tad-DĠ INLO ammontaw għal EUR 258 638 966, li jirrappreżenta 10,9 % tal-baġit tal-Parlament; jenfasizza li, minn dak l-ammont, ġie impenjat total ta’ EUR 256 935 431; jinnota l-użu għoli ta’ approprjazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Ifakkar fl-appoġġ espress mill-maġġoranza l-kbira tal-Parlament għal sede unika; jinnota li skont it-TUE, il-Parlament għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strażburgu, fejn għandhom isiru t-12-il perjodu ta’ sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar u li kwalunkwe bidla fit-Trattati tirrikjedi l-unanimità tal-Istati Membri; jinnota li fi ħdan il-qafas attwali tat-Trattat permezz tal-ottimizzazzjoni tal-operati jista’ jinkiseb iffrankar; jitlob li jiġu stabbiliti stadji importanti konkreti u pjan ta’ azzjoni biex jinkiseb tnaqqis identifikat fl-ispejjeż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tkompli tivvaluta l-kwalità, l-ipprezzar u l-firxa ta’ servizzi tal-catering offruti fil-Parlament, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-kriterji tal-akkwist jibbilanċjaw b’mod adegwat il-kunsiderazzjonijiet tal-prezz u tal-kwalità; jistieden lid-DĠ INLO jesplora għażliet biex tissaħħaħ il-kompetizzjoni fost il-fornituri ta’ servizzi tal-catering sabiex jittejbu l-istandards tas-servizz, l-għażla u l-kosteffettività, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ avvenimenti uffiċjali u servizzi tal-viżitaturi; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tirrapporta lura lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar l-eżitu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2024, l-amministrazzjoni implimentat l-istrateġija tal-bini lil hinn mill-2019 tal-Parlament, u laħqet l-objettivi ewlenin tagħha; jinnota b’sodisfazzjon li d-DĠ INLO, wara snin ta’ espansjoni kawża tat-tkabbir tas-setgħat istituzzjonali tal-Parlament, issa jikkonċentra fuq il-konsolidazzjoni tal-istokk tal-bini tal-Parlament u r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti, jilqa’ l-impenn tad-DĠ INLO li jkompli jiżviluppa r-rwol tal-Parlament fil-bliet ta’ Strażburgu, Brussell u l-Lussemburgu, filwaqt li jrawwem proġetti ta’ interess komuni, u jgħaqqad is-siti maż-żoni tal-madwar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tkompli ssegwi strateġija tal-bini attiva, li tintegra l-ħtiġijiet infrastrutturali u loġistiċi, tirrieżamina l-miżuri ta’ ffrankar tal-ispejjeż, bħall-użu ta’ teknoloġiji ibridi għal-laqgħat, u l-konsolidazzjoni tal-attivitajiet parlamentari; jistieden lill-Parlament jiżgura li l-objettivi tiegħu għall-integrazzjoni tal-bijodiversità jitqiesu wkoll fil-ġestjoni tal-bini u fil-proġetti ta’ rinnovazzjoni, inkluża stima tal-ispejjeż assoċjati; jinnota li proġetti kbar ta’ bini jinvolvu negozjati kumplessi u skrutinju legali sinifikanti; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tiżgura rapportar ex post strutturat lill-awtorità ta’ kwittanza dwar tali proġetti, inklużi proċessi ta’ negozjar, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u valutazzjonijiet legali, sabiex jissaħħu t-trasparenza u t-tagħlim istituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jinnota bi tħassib in-nuqqas persistenti ta’ kmamar tal-laqgħat u tas-seminars fil-Parlament, li jagħmel il-prenotazzjoni tal-ispazji dejjem aktar diffiċli u jirrikjedi ppjanar minn ħafna qabel; jesprimi dispjaċir li din is-sitwazzjoni xxekkel l-organizzazzjoni effiċjenti tal-ħidma parlamentari u tillimita l-flessibbiltà għall-Membri u l-membri tal-persunal; jieħu nota tar-rinnovazzjoni li jmiss tal-bini SPAAK li hija konformi mar-rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-Unjoni; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament timplimenta miżuri biex timmitiga l-impatt tar-rinnovazzjoni u tiżgura li jkun hemm biżżejjed faċilitajiet disponibbli biex jappoġġjaw il-ħtiġijiet operattivi tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jieħu nota tal-proġetti ta’ bini fl-2024, u b’mod partikolari, it-tlestija tal-parti tal-Punent tal-bini ADENAUER II fil-Lussemburgu, li jlaqqgħu flimkien il-membri kollha tal-persunal u s-servizzi tal-Parlament taħt l-istess saqaf; jinnota li l-padiljun il-ġdid tas-sigurtà u tal-akkoljenza tal-viżitaturi fil-bini WEISS fi Strażburgu tlesta fil-ħin għall-bidu tal-leġiżlatura l-ġdida f’Lulju 2024; jinnota l-akkwist tal-bini TRÈVES II fi Brussell, li jkompli jikkonsolida l-istokk tal-bini tal-Parlament fil-kwartier Ewropew tal-belt; jitlob li jingħata skeda ta’ żmien aġġornata għall-interkonnessjoni ta’ TRÈVES I u TRÈVES II mal-binjiet ċentrali ewlenin fi Brussell; jitlob li jiġu indirizzati xi problemi strutturali li għadhom pendenti fil-bini TRÈVES I bħas-sistema tat-tisħin instabbli, in-nuqqas ta’ arja kkundizzjonata u ta’ toilets għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa, l-iżolazzjoni akustika ħażina, kif ukoll il-problema tad-drenaġġ; iħeġġeġ tindif aktar frekwenti tal-ventijiet tal-arja tat-tisħin fil-binja SPINELLI biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ trab u moffa fl-uffiċċji u biex tittejjeb is-saħħa tal-persunal fuq il-post tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Ifakkar li matul il-laqgħa tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2023, il-Bureau ddiskuta l-passi għar-rinnovazzjoni tal-binja SPAAK; jinnota li l-Bureau esprima preferenza għal rinnovazzjoni ambjentali komprensiva u approva l-proġett fil-11 ta’ Diċembru 2023; jinnota li d-DĠ INLO għamel progress fil-proġetti preliminari b’rabta mar-rinnovazzjoni tal-binja SPAAK billi nieda studji b’rabta mas-sala teknika ċentrali ġdida tad-Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi (DĠ LINC), ir-riorganizzazzjoni tal-punt ta’ servizz stampat, iċ-ċaqliq tal-kabinetti u ż-żona tal-media u tal-istampa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jieħu nota li EUR 4 miljun huma inklużi fl-istimi tal-2026 għall-istudji u l-ħidma preparatorja tal-kuntrattur relatati mar-rinnovazzjoni tal-binja SPAAK filwaqt li l-istima tal-ispejjeż globali hija ta’ EUR 36 miljun; jinnota għalhekk li EUR 32 miljun tal-ispejjeż relatati mar-rinnovazzjoni tal-binja SPAAK mhumiex inklużi fl-istimi tal-2026; jinnota li s-Segretarju Ġenerali beħsiebu jkopri dawn l-ispejjeż permezz ta’ trasferiment ta’ tlaqqit jew l-użu ta’ self; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jipprovdi lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament informazzjoni dettaljata dwar self possibbli biex ikopri dawn l-ispejjeż mill-aktar fis possibbli; jinnota li minn Diċembru 2024, l-ispejjeż diretti tal-proġett SPAAK ammontaw għal EUR 14,12-il miljun; huwa tal-fehma li l-evoluzzjoni tal-ispejjeż tar-rinnovazzjoni tal-binja SPAAK trid tiġi mmonitorjata mill-qrib u bir-reqqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jinnota li d-DĠ INLO jiżviluppa kunċett għall-ottimizzazzjoni tal-ispazju għall-uffiċċji bl-għan li l-uffiċċji attwali jintużaw b’mod li juża l-potenzjal sħiħ tal-membri tal-persunal tal-Parlament u jżommhom soċjalment involuti fil-Parlament; jinnota li għal dan il-kunċett il-binjiet MARTENS, TRÈVES II u ARENDT fi Brussell jintużaw bħala ispirazzjoni, b’enfasi fuq “post tax-xogħol ibbażat fuq l-attività” inklużi oqsma soċjali għal laqgħat, laqgħat informali u skambji; jinnota li ġie studjat ukoll kunċett ġenerali għall-binja KOHL, filwaqt li tqiesu l-limitazzjonijiet strutturali u r-restrizzjonijiet baġitarji tiegħu; jistieden lid-DĠ INLO jagħmel il-perspettivi tal-utenti ċentrali għall-iżvilupp ta’ dan il-kunċett u jagħti prijorità lill-implimentazzjoni tiegħu fil-bini fejn l-ottimizzazzjoni hija meħtieġa l-aktar, u dejjem f’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jirrimarka li fl-2024 il-biċċa l-kbira tas-sits disponibbli fil-flotta tal-vetturi li jivvjaġġaw bejn Brussell u Strażburgu għas-sessjonijiet plenarji baqgħu mhux okkupati; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tesplora t-twessigħ tal-grupp ta’ utenti biex tagħmel użu aktar effiċjenti tal-flotta tas-servizz, filwaqt li tiżgura li l-Membri jkollhom sit garantit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Iħeġġeġ lill-gym joffri aktar korsijiet li jappoġġjaw il-benesseri fiżiku u mentali, sabiex tintlaħaq firxa usa’ ta’ persunal;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Direttorat Ġenerali għall-Finanzi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Ifakkar li d-DĠ FINS huwa l-korp amministrattiv responsabbli għall-affarijiet baġitarji u finanzjarji tal-Parlament; jinnota li sal-31 ta’ Diċembru 2024, kien hemm 262 membru tal-persunal, li minnhom 134 kienu uffiċjali, 51 kienu membri tal-persunal temporanji, 77 kienu membri tal-persunal bil-kuntratt, u ma kien hemm l-ebda membru tal-persunal ta’ aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jinnota li fl-2024 l-approprjazzjonijiet finali tad-DĠ FINS ammontaw għal EUR 442 954 175, li jirrappreżenta 18,6 % tal-baġit tal-Parlament; jenfasizza li, minn dak l-ammont, ġie impenjat total ta’ EUR 441 848 935 (99,75 %); jilqa’ l-użu għoli ta’ approprjazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jistieden lid-DĠ FINS jinvolvi ruħu b’mod attiv f’dak li jirrigwarda r-rakkomandazzjonijiet tal-Aħjar Prattiki għall-Parlamenti fl-Ibbaġitjar (2022–23) tal-OECD u jsaħħaħ l-implimentazzjoni ta’ bbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni; ifakkar li ħafna Stati Membri diġà adottaw ibbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni u rrapportaw iffrankar sinifikanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jinnota li l-pressjoni fiskali attwali titlob prudenza u effiċjenza finanzjarja, anke fi ħdan il-baġit amministrattiv tal-Parlament, sabiex tintwera responsabbiltà istituzzjonali, fejn xieraq u mingħajr ma jiġi pperikolat ir-rwol tiegħu fl-ambjent istituzzjonali tal-Unjoni u l-funzjonijiet ewlenin tiegħu; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tesplora għodod innovattivi tal-ibbaġitjar, inkluż ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, li jistgħu jtejbu t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-effiċjenza tal-proċess tal-ibbaġitjar, filwaqt li jiżguraw li r-riżorsi pubbliċi jintefqu b’mod responsabbli; jinnota li tali għażliet ma għandhomx ikunu għad-detriment tal-impenji finanzjarji diġà ppjanati jew meħuda u bl-ebda mod ma għandhom jaffettwaw il-kwalità tas-servizzi pprovduti lill-Membri u lill-persunal u lanqas l-obbligi finanzjarji mġarrba abbażi tar-regoli eżistenti fis-seħħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jinnota li l-2024 kienet sena speċjali għad-DĠ FINS peress li kienet is-sena tal-elezzjonijiet Ewropej, li saru f’Ġunju 2024; jinnota li l-attivitajiet ta’ appoġġ għall-Membri żdiedu b’mod sinifikanti fl-2024 f’termini tal-immaniġġjar tad-drittijiet u l-obbligi kemm tal-Membri uxxenti kif ukoll ta’ dawk eletti ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jirrakkomanda li d-DĠ FINS jistabbilixxi approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-kontroll u l-awditjar tan-nefqa u l-proċessi tal-Membri, f’konformità mal-prinċipji ta’ governanza tajba, b’mod partikolari t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont, il-kapaċità ta’ rispons u l-ekwità; jirrikonoxxi li huwa essenzjali li jkun hemm livell bażi ta’ kontroll (ibbażat fuq kampjun) biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli; jilqa’ l-fatt li f’każ ta’ riskju ogħla ta’ nfiq irregolari minn Membru, l-amministrazzjoni tista’ teżerċita d-dritt tagħha li tivverifika l-fondi kkonċernati; jenfasizza li, filwaqt li tali kontrolli jintlaqgħu tajjeb, l-effikaċja tagħhom tiddependi mit-twettiq ta’ segwitu f’waqtu għall-infiq irregolari li jkun ġie identifikat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jirrikonoxxi l-problema biex jiġu attirati membri tal-persunal lejn id-DĠ FINS, ikkawżata minn nuqqas ta’ kandidati fuq il-listi tal-EPSO fl-oqsma tal-finanzi u tal-IT, u d-diffikultajiet biex jiġu attirati membri tal-persunal lejn il-Lussemburgu, fejn huma bbażati 45 % tal-pożizzjonijiet tad-DĠ FINS; jinnota d-diffikultà biex jiġu attirati membri tal-persunal lejn il-Lussemburgu minħabba li r-remunerazzjoni fis-suq tax-xogħol lokali hija ugwali jew aħjar milli fil-Parlament, u l-għoli tal-ħajja huwa elevat, b’mod partikolari fir-rigward tal-akkomodazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jieħu nota tal-inizjattiva “Trasformazzjoni Diġitali u Kapitali tad-DĠ FINS tal-2024”, li l-ewwel żewġ programmi tagħha (“Trasformazzjoni diġitali għal servizzi finanzjarji mtejba għall-Membri” u “Trasformazzjoni diġitali għal servizzi mtejba għall-amministrazzjoni tal-Parlament”) ifittxu li jkomplu t-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi offruti mid-DĠ FINS, kemm jekk ikunu Membri kif ukoll jekk ikunu atturi finanzjarji tal-istituzzjoni; jinnota li t-tielet programm strateġiku (“Trasformazzjoni Kapitali għal post tax-xogħol aktar produttiv u koeżiv”) għandu l-għan li joħloq ambjent tax-xogħol aktar produttiv u koeżiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma li saret mid-DĠ FINS wara l-Elezzjonijiet Ewropej tal-2024, bit-tluq tal-Membri uxxenti, u l-akkoljenza ta’ Membri ġodda u l-proċedimenti amministrattivi relatati; ifakkar fil-welcome village ta’ suċċess u l-informazzjoni minn diversi servizzi miġbura flimkien ħalli l-Membri jkunu jistgħu jagħmlu użu minn għażla unika biex jiġu infurmati u jagħmlu d-dikjarazzjonijiet meħtieġa fil-bidu tal-mandat tagħhom; ifaħħar lid-DĠ FINS talli ħejja 705 fajl individwali, inklużi simulazzjonijiet tal-istatus tad-drittijiet soċjali u finanzjarji tagħhom, u talli pprepara l-erba’ avviżi mill-Kwesturi biex jinforma lill-Membri dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fi tmiem il-leġiżlatura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jinnota d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ffirmata mid-direttur ġenerali tad-DĠ FINS; jinnota r-rimarka li saret fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar ir-riskju residwu ta’ żbalji jew irregolaritajiet fir-rimborż ta’ ċerti spejjeż tal-ivvjaġġar għall-Membri, prinċipalment fir-rigward tat-talbiet għal rimborż għall-ivvjaġġar bil-karozza, u l-ħlas tal-allowance għad-distanza u d-durata; jinnota l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni ssuġġeriti mid-DĠ FINS u jitlob l-implimentazzjoni rapida ta’ miżuri li jnaqqsu r-riskju; jitlob li jiġi pprovdut rapport lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-impatt finanzjarju u l-effikaċja tal-miżuri meħuda,li jippreżenta l-ispejjeż tal-kontroll ta’ għażliet differenti bbażati fuq l-evidenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jinnota bi tħassib li r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-Membri spiss jaqbeż it-tliet xhur; jistieden lill-amministrazzjoni u lid-DĠ FINS jaċċelleraw b’mod sinifikanti l-proċeduri ta’ rimborż, inkluż permezz ta’ aktar diġitalizzazzjoni, proċessi ta’ verifika simplifikati u skadenzi interni aktar ċari, b’rispett sħiħ għar-rekwiżiti tal-kontroll finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma intensifikata fuq l-“Akkademja tal-Finanzi tal-PE mid-DĠ FINS” li kienet tikkonċerna l-forniment ta’ tnax-il tutorial bil-vidjo online, minbarra l-offerta eżistenti ta’ korsijiet ta’ taħriġ wiċċ imb wiċċ u ibridi; jissottolinja l-importanza tat-taħriġ dwar kwistjonijiet finanzjarji għall-membri tal-persunal fil-Parlament kollu, u jilqa’ s-sessjonijiet ta’ taħriġ dwar l-akkwist għall-membri tal-persunal tal-gruppi politiċi, u jistieden lid-DĠ FINS jipprovdi appoġġ imsaħħaħ lill-gruppi politiċi fil-proċessi tal-akkwist pubbliku, b’mod partikolari fid-dawl tas-sejbiet tal-Qorti; jissuġġerixxi lid-DĠ FINS jipprovdi allinjament tal-prattiki applikati minn gruppi politiċi differenti fil-qasam tal-akkwist pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jenfasizza li l-Membri huma liberi li jiddokumentaw l-użu tagħhom tal-fondi fl-ambitu tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali (GEA); jenfasizza li jistgħu jagħmlu dan b’mod volontarju fid-dettall jew skont it-tip ta’ spiża, waħedhom jew bl-appoġġ ta’ awditur estern, u li jistgħu jagħżlu li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata kollha kemm hi jew parti minnha fuq il-paġna online tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament; jilqa’ l-fatt li lista ssimplifikata tat-tipi ta’ spejjeż hija integrata fil-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri u li ġiet adottata wkoll emenda li tiċċara l-possibbiltà li l-Membri jużaw l-allowance għall-ispejjeż ġenerali f’każ ta’ eżawriment ta’ allowances oħra; jinnota li l-Membri kollha ġew infurmati dwar l-ispeċifiċitajiet ta’ din l-allowance; iqis it-trasparenza massima prattika tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jinnota li l-allowance għall-ispejjeż ġenerali kienet ta’ EUR 4 950 fix-xahar fl-2024 u tammonta għal madwar EUR 40 miljun fis-sena; ifakkar li ma sar l-ebda indiċjar tal-allowance fl-2022 jew fl-2024; jinnota li l-Parlament jikkonforma mar-regoli attwali rigward l-allowance għall-ispejjeż ġenerali; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn għall-Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jinnota li l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni attwali tal-Istatut tal-Membri jistabbilixxu rekwiżiti ta’ trasparenza għall-ġestjoni finanzjarja tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali; jinnota li, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2022, il-Bureau adotta din id-deċiżjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Direttorat Ġenerali għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u ċ-Ċibersigurtà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Ifakkar li d-DĠ ITEC jipprovdi lill-Parlament servizzi u tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), servizzi ta’ vidjokonferenzi u multimedia kif ukoll servizzi ta’ pubblikazzjoni u stampar; jinnota li sal-31 ta’ Diċembru 2024, kien hemm 579 membru tal-persunal fid-DĠ ITEC, li minnhom 369 kienu uffiċjali, 70 kienu membri tal-persunal temporanji u 140 kienu membri tal-persunal bil-kuntratt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jistieden lill-Parlament jadotta strateġija komprensiva ta’ trasformazzjoni diġitali, li tinkorpora soluzzjonijiet tekniċi għall-ġestjoni tad-dokumenti u l-komunikazzjoni biex tiġi żgurata t-trasparenza, tittejjeb l-effiċjenza, tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà u jsir progress lejn amministrazzjoni mingħajr karti; jappella għall-iżvilupp ta’ pjattaformi diġitali faċli għall-utent biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni elettronika, li jippermettu liċ-ċittadini tal-Unjoni jipprovdu feedback dwar il-leġiżlazzjoni proposta u jaċċessaw l-attivitajiet tal-Parlament f’ħin reali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jinnota li fl-2024 l-approprjazzjonijiet finali tad-DĠ ITEC ammontaw għal EUR 179 396 522, li jirrappreżenta 7,5 % tal-baġit tal-Parlament; jenfasizza li, minn dak l-ammont, ġie impenjat total ta’ EUR 179 349 479; jilqa’ l-użu għoli ta’ approprjazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jieħu nota tal-isforzi kontinwi tad-DĠ ITEC biex jipprovdi ċ-ċibersigurtà fil-kuntest ta’ theddid u riskji dejjem akbar li jaffettwaw lill-Parlament; jinnota d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (ĠU L, 2023/2841, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2841/oj).</FIELD></FOOTNOTE> li fformalizza l-missjoni tas-CERT-UE bħala s-Servizz taċ-Ċibersigurtà għall-entitajiet tal-Unjoni; jinnota li r-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 jistabbilixxi wkoll Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà (IICB), responsabbli għall-monitoraġġ u l-appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament fl-entitajiet kollha tal-Unjoni; jinnota li l-Parlament ilu President ta’ dan il-bord mill-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jieħu nota li wara d-deċiżjoni tal-Bureau ta’ Frar 2021 dwar il-ħtieġa li ċ-ċentru tad-data tal-Parlament jiġi ospitat fl-ogħla standard industrijali disponibbli (Tier IV), id-DĠ ITEC ta l-kuntratt fl-2022, u dan ippermetta l-istabbiliment u t-tnedija taċ-ċentru tad-data fl-2023; jenfasizza li dan l-investiment sinifikanti jiżgura infrastruttura valida għall-futur għas-snin li ġejjin, u huwa kruċjali għaż-żamma ta’ ambjent tax-xogħol ibridu robust għall-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jissottolinja li ċ-ċibersigurtà trid titqies bħala prijorità integrali u kontinwa fl-istadji kollha tal-operati minflok sempliċement bħala mira; jenfasizza li ċ-ċibersigurtà tirrikjedi strateġija komprensiva li tinkludi l-aspetti kollha tal-governanza diġitali fil-Parlament; jitlob rieżami tal-istrutturi ta’ governanza tal-IT tal-Parlament, u jippromwovi approċċ aktar robust u adattabbli għaċ-ċibersigurtà li jqis iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tas-sistemi tal-informazzjoni, fid-dawl tal-għadd dejjem akbar ta’ applikazzjonijiet, bħalissa aktar minn 20, li huma direttament aċċessibbli permezz tal-internet; jenfasizza li din is-sitwazzjoni tirrikjedi sorveljanza msaħħa biex il-vulnerabbiltajiet jiġu minimizzati u d-data istituzzjonali tiġi protetta minn theddid estern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jitlob investimenti kontinwi fl-infrastruttura taċ-ċibersigurtà, kif ukoll edukazzjoni kontinwa u riżorsi għall-membri tal-persunal, biex tiġi rinforzata kultura ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-Parlament kontra theddid diġitali potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jinnota l-enfasi fuq il-ħolqien ta’ sensibilizzazzjoni fost il-Membri u l-persunal kollha dwar iċ-ċibersigurtà; jilqa’ l-offerta ta’ taħriġ ipprovduta mid-DĠ ITEC u d-DĠ PERS; jinnota l-għadd kbir ta’ parteċipanti fil-korsijiet ta’ taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà, li laħqu t-33 parteċipant għall-korsijiet ta’ taħriġ u mill-anqas 1 800 parteċipant f’attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jinnota li s-sistema attwali ta’ Ġestjoni tar-Riżorsi Umani (Portal tal-HRM) għadha mhijiex integrata biżżejjed ma’ sistemi oħra tal-Parlament; jieħu nota li proċeduri sempliċi bħal talbiet għal liv xorta jirrikjedu li l-APAs iniżżlu, jipprintjaw, jiskennjaw u jibagħtu d-dokumenti manwalment, filwaqt li l-bilanċi tal-liv iridu jiġu vverifikati fuq pjattaforma separata; jisħaq li dawn il-proċessi frammentati joħolqu piż amministrattiv bla bżonn u ineffiċjenzi fil-fluss tax-xogħol; jistieden lill-amministrazzjoni timmodernizza u tissimplifika dawn il-proċeduri u tiżgura interoperabbiltà sħiħa bejn l-għodod tal-HRM u sistemi oħra tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Jenfasizza li l-appoġġ għall-Membri ġie estiż biex jinkludi l-ħinijiet mhux tax-xogħol u l-jiem tal-għeluq tal-uffiċċji; jinnota li biex tiġi ssodisfata l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet u tal-prattiki ta’ ħidma tal-Membri, abbażi ta’ stħarriġ tal-utenti u ta’ talbiet diretti tal-Korpi ta’ Tmexxija, ġie varat sett ġdid ta’ servizzi ddedikati għall-appoġġ tal-IT għall-apparati privati MacOS u iOS tal-Membri; jenfasizza li qed tiġi promossa l-assistenza teknika għall-media soċjali, flimkien ma’ firxa sħiħa ta’ servizzi relatati mal-aspetti tekniċi tal-ħolqien awdjoviżiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza ġdid għall-IA, b’Bord ta’ Governanza tal-IA li jissorvelja l-istrateġija u l-pjan direzzjonali tal-Parlament dwar l-IA u jiżgura l-konformità regolatorja u s-sorveljanza etika, Grupp ta’ Tmexxija Inter-DĠ dwar l-IA responsabbli li jabbozza strateġiji tal-IA, jiżviluppa kapaċitajiet ewlenin u jiżgura s-sikurezza u s-sostenibbiltà fit-tul, u Ċentru ta’ Kompetenza tal-IA fi ħdan id-DĠ ITEC, li jiggwida, jippromwovi u jimmonitorja l-inizjattivi tal-IA fil-Parlament kollu; jinnota li dan il-qafas ta’ governanza se jiżgura t-trasparenza u l-konformità mar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2024 bid-dispożizzjonijiet tiegħu jsiru applikabbli mill-2025 ’il quddiem; jinnota li l-membri tal-persunal tal-Parlament jistgħu jagħmlu użu minn għodod ġenerattivi tal-IA disponibbli għall-pubbliku ta’ partijiet terzi jekk dawn jirrispettaw il-linji gwida dwar l-użu ta’ għodod tal-IA disponibbli għall-pubbliku għall-membri tal-persunal tal-Parlament, approvati mis-Segretarju Ġenerali fis-16 ta’ April 2024, bil-fehim strett li dawn jappoġġjaw id-dmirijiet professjonali biss; jistieden lill-amministrazzjoni żżid l-isforzi tagħha biex tħarreġ lill-persunal fl-użu effiċjenti u sigur ta’ teknoloġiji ġodda bħall-IA;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kwistjonijiet orizzontali b’implikazzjonijiet fuq il-baġit tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2024 </STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING BOLD="on">Trasparenza u etika</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, waslu sitt rapporti ta’ każijiet ta’ informaturi fl-ambitu tar-Regoli Interni li jimplimentaw l-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal, ħamsa permezz ta’ kanali uffiċjali u wieħed minn istituzzjoni oħra tal-Unjoni; jinnota li każ wieħed ġie riferut lill-UPPE, tnejn wasslu għal inkjesti amministrattivi, u wieħed intbagħat lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Membri, bir-rapport estern jiskatta wkoll inkjesta; jesprimi tħassib li fl-2024 il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-Kawża T-793/22 li l-Parlament ma kienx ħa l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li informatur ikollu protezzjoni bbilanċjata u effettiva kontra kwalunkwe forma ta’ ritaljazzjoni; jinnota li l-Qorti sabet ukoll li l-Parlament ma pproteġiex b’mod adegwat il-kunfidenzjalità tal-informatur; iħeġġeġ lill-Parlament jallinja bis-sħiħ ir-regoli interni tiegħu mad-Direttiva (UE) 2019/1937.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li t-taħriġ dwar l-etika baqa’ prijorità u li permezz ta’ 13-il sessjoni biss ta’ “Let’s Talk Ethics” tħarrġu 178 membru tal-persunal, il-korsijiet imfassla apposta laħqu 109 parteċipanti, u t-taħriġ ta’ induzzjoni obbligatorja għall-APAs kiseb rata ta’ tlestija ta’ 72 %; jilqa’ l-fatt li l-kors il-ġdid għall-maniġers dwar it-tmexxija etika u l-prevenzjoni tal-fastidju ħarreġ 320 maniġer fi 33 sessjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Jinsisti li jissaħħu l-miżuri ta’ trasparenza, obbligu ta’ rendikont u governanza etika; iqis li l-Parlament huwa obbligat jiżgura kultura ta’ integrità li tinkorpora standards etiċi fl-operati ta’ kuljum biex ma tiġix imminata l-fiduċja taċ-ċittadini u tissaħħaħ il-leġittimità tiegħu fis-sorveljanza; jitlob il-kontinwazzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni u d-djalogu dwar l-integrità, it-trasparenza u l-istandards ta’ kondotta fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jirrikonoxxi l-evalwazzjoni pożittiva tal-implimentazzjoni teknika tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew Rigward l-Integrità u t-Trasparenza, kif irrappurtat lill-Bureau; jappella għal sforzi addizzjonali biex tissaħħaħ it-trasparenza fis-setturi u s-servizzi kollha tal-Parlament, b’enfasi partikolari fuq il-produzzjoni leġiżlattiva; f’dan ir-rigward jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament biex ma tillimitax l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ trasparenza għal-livell maniġerjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Ifakkar li r-regoli jipprojbixxu lill-Membri milli jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ lobbjar imħallsa marbuta direttament mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni; jissottolinja li l-fatt li wieħed ikollu pożizzjonijiet remunerati f’entitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza, filwaqt li fl-istess ħin jeżerċita funzjonijiet parlamentari fl-istess qasam ta’ politika jew jinvolvi ruħu f’kuntatti relatati mal-Kummissjoni jew mal-Kunsill, huwa inkompatibbli ma’ dawn ir-regoli; jitlob li tali sitwazzjonijiet jiġu eżaminati kif xieraq u, fejn jiġi stabbilit ksur, li jiġu applikati sanzjonijiet proporzjonati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda fl-użu tar-Reġistru ta’ Trasparenza bħala għodda ta’ informazzjoni u ta’ referenza għall-attivitajiet ta’ rappreżentanza ta’ interess fil-livell tal-Unjoni; jilqa’ l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tal-IT biex jittejjeb ir-Reġistru tat-Trasparenza, iżda jinnota li s-Segretarjat tiegħu għadu nieqes mill-fondi u mill-persunal; jinnota li l-kwalità tal-entrati fir-Reġistru tat-Trasparenza tjiebet u jfakkar fil-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-kontrolli tal-kwalità tad-data ta’ applikanti ġodda; jilqa’ l-istabbiliment ta’ standards robusti fil-Parlament fir-rigward tat-trasparenza u tal-aċċess għall-istituzzjonijiet għall-entitajiet elenkati fir-reġistru tat-trasparenza; jitlob li jkun hemm interkonnessjoni bejn ir-reġistru ta’ trasparenza u s-sistema ta’ trasparenza finanzjarja sabiex ikunu jistgħu jsiru kontroverifiki tal-entitajiet elenkati fir-reġistru ta’ trasparenza u tiġi vverifikata l-adegwatezza tad-data ppreżentata; itenni, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa ta’ skrinjar finanzjarju komprensiv minn qabel tal-entitajiet kollha qabel ma jiġu elenkati fir-reġistru tat-trasparenza, u f’dan ir-rigward jappella biex ir-reġistru tat-trasparenza jiġi pprovdut b’riżorsi adegwati għall-funzjonament tiegħu u għall-infurzar effikaċi tar-regoli interni tiegħu; jistieden ukoll lill-amministrazzjoni tal-Parlament tiżgura t-trasparenza tal-media interistituzzjonali u tiżvela l-mezzi kollha tal-media li jirċievu fondi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>123.</NO.P>Jistieden lill-Qorti teżamina b’mod speċifiku l-finanzjament tal-media;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u IA</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>124.</NO.P>Jistieden lill-Parlament ikompli jsaħħaħ l-isforzi tiegħu u jindirizza sfidi kritiċi konkreti bħaċ-ċibersigurtà u l-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>125.</NO.P>Ifakkar li l-qafas ta’ Governanza tal-IA ġie stabbilit mill-Bureau f’Marzu 2024; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jiġu adottati strateġija komprensiva dwar l-IA u pjan direzzjonali, inkluża proposta għal pjan ta’ azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>126.</NO.P>Jinnota li qed isir progress fil-ħidma fuq il-pjattaforma interna tal-Parlament iddedikata għall-IA ġenerattiva; itenni li din il-pjattaforma hija element ewlieni għall-implimentazzjoni konformi u sigura tal-proġetti tal-IA, b’mod partikolari għall-appoġġ tal-Membri fl-attivitajiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>127.</NO.P>Jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tiżgura li l-proġetti tal-IA jitwettqu f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta’ governanza, filwaqt li tipprovdi aċċess b’mod li jissalvagwardja d-data sensittiva kif ukoll jippermetti l-użu ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>128.</NO.P>Jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament issaħħaħ it-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-ħidma parlamentari billi tagħmel użu minn soluzzjonijiet tal-IA biex tippermetti d-disponibbiltà sistematika ta’ traskrizzjonijiet diġitali, li jistgħu jiġu mfittxija u li jistgħu jerġgħu jintużaw tad-dibattiti kollha tal-kumitati, inklużi skambji mal-Kummissarji, l-esperti u l-partijiet ikkonċernati; jisħaq li tali traskrizzjonijiet għandhom ikunu disponibbli fil-ħin; jissottolinja li aċċess imtejjeb għad-dibattiti tal-kumitati jsaħħaħ l-iskrutinju demokratiku, il-memorja istituzzjonali u l-fehim taċ-ċittadini tal-ħidma leġiżlattiva tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>129.</NO.P>Jirrikonoxxi t-titjib sinifikanti li sar fis-sit web tal-plenarja, inkluża l-aċċessibbiltà mtejba tal-għodod ta’ verifika tal-votazzjoni b’sejħa tal-ismijiet, li kkontribwew għal trasparenza u preċiżjoni akbar tar-rekords tal-votazzjoni parlamentari; madankollu jitlob għal aktar titjib fl-użu u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-votazzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Skema ta’ Pensjoni Volontarja (VPS)</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>130.</NO.P>Jinnota s-sottofinanzjament tal-Iskema ta’ Pensjoni Volontarja, karatterizzata minn defiċit ta’ EUR 105 miljun fi tmiem l-2024 u assi limitati ta’ EUR 23,17 miljun previsti li jiġu eżawriti sa tmiem l-2026; jinnota li l-obbligi ġejjin minn impenji ta’ pagament legali lil aktar minn 900 membru sa mill-anqas l-2074;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>131.</NO.P>Jinnota li, fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2023, il-Bureau ddeċieda dwar taħlita ta’ miżuri biex jibdel il-kundizzjonijiet tal-iskema tal-pensjoni volontarja ħalli tiġi indirizzata s-sitwazzjoni; jenfasizza li dawn il-miżuri kienu jinkludu li l-pensjoni nominali titnaqqas b’50 % mhux biss għall-benefiċjarji futuri li għandhom drittijiet għall-pensjoni fil-proċess li jiġu akkwistati iżda wkoll għall-benefiċjarji attwali li diġà għandhom drittijiet għall-pensjoni akkwistati, li l-indiċjar annwali tal-ammonti tal-pensjoni jiġi ffriżat, u li l-età tal-irtirar tiżdied minn 65 għal 67 għall-benefiċjarji li għadhom ma laħqux l-età tal-pensjoni; jenfasizza li l-effetti ġew stmati mill-attwarji biex inaqqsu l-obbligu tal-pensjoni fil-każ tal-pensjoni volontarja mill-1 ta’ Lulju 2023 b’suppożizzjoni attwarjali fl-1 ta’ Lulju 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>132.</NO.P>Jinnota li l-Bureau introduċa wkoll “klawżola ta’ salvagwardja” li tippermetti lill-benefiċjarji jippreżentaw talba lill-Kwesturi għal żieda fl-ammont tal-pensjoni f’każijiet fejn it-tnaqqis ikun sostanzjali; jinnota li l-Bureau introduċa wkoll il-possibbiltà ta’ rtirar volontarju u definittiv mill-iskema ta’ pensjoni volontarja fil-forma ta’ somma f’daqqa finali ta’ darba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>133.</NO.P>Jinnota li d-deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta’ Ġunju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 227, 29.6.2023, p. 5).</FIELD></FOOTNOTE> ġiet ikkontestata minn 405 benefiċjarju volontarju tal-iskema tal-pensjoni quddiem il-Qorti Ġenerali; ifakkar fir-rimarki li għamel is-Segretarju Ġenerali fis-seduta ta’ smigħ tat-8 ta’ Diċembru b’antiċipazzjoni għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali u l-azzjonijiet potenzjali; jinnota li fis-17 ta’ Diċembru 2025 il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tiċħad ir-rikorsi tal-ex Membri; jitlob lill-amministrazzjoni u lill-Bureau jindirizzaw il-kwistjoni u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>134.</NO.P>Ifakkar li r-Regolament Finanzjarju jispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-awtorità baġitarja u lill-pubbliku dwar l-għoti ta’ kuntratti mill-Parlament; jinnota li r-Regolament Finanzjarju jirrikjedi l-pubblikazzjoni tal-kuntratti mogħtija li għandhom valur ogħla minn EUR 15 000, valur li jikkorrispondi għal-limitu li jekk jinqabeż iwassal biex proċedura kompetittiva ta’ offerti ssir obbligatorja; jinnota li, minn total ta’ 192 kuntratt mogħtija fl-2024, 95 kienu bbażati fuq proċedura miftuħa, b’valur ta’ EUR 814,2 miljun, u wieħed fuq proċedura ristretta, b’valur ta’ EUR 208 000; jinnota li 81 kuntratt ingħataw permezz ta’ proċeduri nnegozjati, b’valur ta’ EUR 173 miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>135.</NO.P>Jilqa’ l-pubblikazzjoni mill-Parlament ta’ kuntratti ta’ aktar minn EUR 15 000; jistieden lill-Parlament itejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ akkwist tiegħu, inkluż billi jippubblika data strutturata li tinqara minn magna kull fejn dan ikun legalment u teknikament fattibbli, u billi jintegra aspettattivi ċari ta’ diliġenza dovuta u mekkaniżmi ta’ infurzar fil-ktajjen tal-provvista tiegħu permezz tal-ġestjoni tal-kuntratti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>136.</NO.P>Jinnota li l-għadd u l-valur totali ta’ kuntratti mogħtija naqas fl-2024 (192) meta mqabbel mal-2023 (242); jinnota li, b’riżultat ta’ dan, l-għadd ta’ proċeduri miftuħa u nnegozjati u l-valuri tagħhom huma aktar baxxi milli fl-2023;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Gruppi politiċi (partita baġitarja 400)</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>137.</NO.P>Jinnota li l-2024 kienet sena ta’ sfida biex tiġi ppreżentata n-nefqa kontabbilizzata taħt il-partita baġitarja 400 għal żewġ raġunijiet, l-ewwel għax kienet sena elettorali Ewropea, bin-nefqa maqsuma bejn l-ewwel nofs tal-2024 (id-disa’ leġiżlatura) u t-tieni nofs tal-2024 (l-għaxar leġiżlatura), u t-tieni minħabba l-fatt li l-kontijiet finali li ġew awditjati għall-ewwel nofs tal-2024 ta’ wieħed mill-gruppi politiċi (il-Grupp ID) kien fihom irregolaritajiet serji; jinnota li l-Viċi Presidenti, fis-seduta ta’ smigħ tat-8 ta’ Diċembru, indikaw ukoll li ntalbet informazzjoni addizzjonali rigward il-kontijiet għat-tieni nofs tal-2024, liema informazzjoni l-Bureau kien għadu qed jistenna qabel ma jieħu d-deċiżjoni li jgħaddi l-informazzjoni lill-awtorità ta’ kwittanza; jinnota l-ittra tal-20 ta’ Jannar 2026 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li tippreżenta r-rapporti tal-awditjar għat-tieni nofs tal-2024 għal sebgħa mit-tmien gruppi politiċi; jinnota l-opinjoni mhux kwalifikata għal kull rapport; jinnota li r-rapport tal-Grupp PfE għat-tieni nofs tal-2024 għadu nieqes minħabba skambji kontinwi bejn dak il-grupp politiku u s-servizzi kompetenti tal-Parlament; jistieden kemm lill-Grupp PfE kif ukoll lis-servizzi kompetenti tal-Parlament isolvu malajr il-kwistjonijiet miftuħa u jinfurmaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżitu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>138.</NO.P>Jinnota r-rapporti tal-media jakkużaw lill-Grupp PfE li uża ħażin mill-anqas EUR 171 644 f’fondi matul it-tieni nofs tal-2024; jinnota li l-amministrazzjoni tal-Parlament talbet kjarifika mill-Grupp PfE; jinnota li l-awtorità ta’ kwittanza għadha ma ġietx infurmata iżda tistenna li tiġi infurmata mingħajr dewmien dwar kwalunkwe żvilupp ulterjuri u dwar l-eżitu tas-segwitu amministrattiv f’din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>139.</NO.P>Jinnota rapporti mir-rivista tal-aħbarijiet Ġermaniża “Stern”, li jallegaw li Membru tal-Grupp Ewropa tan-Nazzjonijiet Sovrani (ESN) ospita kungress tal-grupp li kien jinvolvi persunal u membri tal-familja, bi spejjeż potenzjali imposti fuq il-baġit tal-Parlament taħt il-partita 400, u li allegatament inġabru donazzjonijiet matul dan l-avveniment għal network tan-nisa tal-lemin marbut ma’ familja mill-qrib u persunal tal-Membri tal-Grupp ESN; ifakkar li n-nefqa taħt il-partita baġitarja 400 trid tkun strettament limitata għall-attivitajiet parlamentari tal-gruppi politiċi u tikkonforma bis-sħiħ mar-regoli applikabbli; iħeġġeġ lid-DĠ FINS jinvestiga l-każ; u jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza mingħajr dewmien jekk jinstab xi nuqqas ta’ konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>140.</NO.P>Ifakkar fir-responsabbiltà finanzjarja esklużiva fdata lill-gruppi politiċi u l-impenn tagħhom li jiżguraw ġestjoni finanzjarja tajba, kontrolli effikaċi u obbligu ta’ rendikont sħiħ għall-fondi pubbliċi; jappella għal mekkaniżmi ta’ sorveljanza adegwati fi ħdan id-DĠ FINS billi jsiru disponibbli aktar riżorsi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>141.</NO.P>Jenfasizza li l-preżervazzjoni tal-integrità demokratika u l-istabbiliment ta’ ambjent ġust għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej huma kruċjali għall-funzjonament effikaċi u l-kredibbiltà tal-Unjoni; jirrimarka li l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (“l-Awtorità”), korp indipendenti tal-Unjoni, ilha involuta b’mod attiv f’dan l-impenn mill-istabbiliment tagħha fl-1 ta’ Settembru 2016 u mill-1 ta’ Jannar 2017 meta kisbet l-istatus operattiv sħiħ tagħha; jirrimarka li l-Awtorità hija inkarigata mil-leġiżlatur tal-Unjoni li tirreġistra, timmonitorja l-konformità, u meta jkun meħtieġ, timponi sanzjonijiet fuq il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>142.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Awtorità laħqet b’mod proattiv u qajmet kuxjenza fost network ta’ korpi u istituzzjonijiet rilevanti għad-difiża komuni tad-demokrazija Ewropea; jenfasizza li, b’mod partikolari, l-Awtorità ħadmet mal-Parlament, li huwa responsabbli għas-segretarjat tal-Kumitat ta’ Persuni Eminenti Indipendenti, biex timmassimizza l-effiċjenza proċedurali; jinnota li l-kooperazzjoni dwar l-aspetti operattivi ssaħħet ukoll ma’ diversi partijiet ikkonċernati oħra tal-Unjoni, inklużi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data; jinnota li l-Awtorità saħħet il-kooperazzjoni tagħha mal-Europol billi ffirmat Memorandum ta’ Qbil dwar l-iskambju strateġiku ta’ informazzjoni dwar l-interferenza illegali permessa miċ-ċibersigurtà fid-demokrazija tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>143.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, l-Awtorità ħarġet diversi rakkomandazzjonijiet preventivi ta’ konformità lill-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej biex tindirizza r-riskji ta’ konformità qabel ma jimmaterjalizzaw, speċjalment biex ittejjeb il-proċessi interni tagħhom fil-qasam tad-donazzjonijiet, il-kontribuzzjonijiet u l-attivitajiet li jippjanaw li jorganizzaw; jilqa’ l-fatt li l-Awtorità pprovdiet ukoll gwida fuq talba fi 11-il każ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>144.</NO.P>Jinnota li l-Awtorità, fi tmien każijiet, tat lill-partiti politiċi Ewropej u lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej l-opportunità għal miżuri korrettivi relatati mal-kontrolli tal-konformità finanzjarja li jikkonċernaw donazzjonijiet ipprojbiti, u każijiet ta’ finanzjament ta’ entitajiet oħra fil-kuntest ta’ attivitajiet konġunti; jilqa’ l-fatt li l-Awtorità tkompli timmonitorja jekk il-miżuri korrettivi b’effetti fit-tul humiex qed jiżguraw konformità sostnuta fl-oqsma kkonċernati; jinnota li l-Awtorità adottat deċiżjoni waħda ta’ sanzjoni matul l-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>145.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità baqgħet ukoll tippubblika gwida estensiva fuq is-sit web tagħha li tirreferi għall-aktar oqsma ta’ riskju identifikati b’mod komuni u strutturi potenzjalment problematiċi fil-governanza tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej; jilqa’ l-fatt li kkomunikat ukoll is-sejbiet u l-gwida tagħha ta’ interess ġenerali lill-partiti politiċi Ewropej u lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>146.</NO.P>Jilqa’ l-pubblikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2025 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L, 2025/2445, 8.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2445/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li jintroduċi rekwiżiti ġodda għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej bl-għan li jissaħħu l-integrità demokratika u r-reżiljenza; jissottolinja b’mod partikolari li l-partiti politiċi Ewropej issa jridu jiżguraw ukoll il-konformità tal-partiti membri tagħhom, u fil-każ tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tal-organizzazzjonijiet membri tagħhom, mal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni kif minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE; jinnota wkoll li s-salvagwardji kontra l-indħil barrani ġew imsaħħa, u li s-sistema ta’ sanzjonijiet riveduta tirrikjedi li jiġu imposti sanzjonijiet għal ksur kwantifikabbli – bħal ksur tar-regoli ta’ donazzjoni jew il-projbizzjoni fuq l-għoti ta’ finanzjament lil partiti nazzjonali – mingħajr ma tiġi offruta opportunità għal miżuri korrettivi; jinnota b’mod pożittiv f’dan il-kuntest il-gwida preventiva komprensiva offruta mill-Awtorità permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Konformità Regolatorja (“R-CAP”) tagħha sabiex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni bla xkiel u effikaċi; iħeġġeġ id-deċiżjoni li jiġu introdotti kontrolli tal-eliġibbiltà anke fi ħdan l-organizzazzjonijiet membri, sabiex tiġi żgurata koerenza sħiħa anke tal-organizzazzjonijiet membri mal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE u biex tinżamm l-integrità demokratika fil-finanzjament tal-Parlament tal-partiti politiċi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>147.</NO.P>Jinnota li l-Awtorità tista’ tibda verifika tal-konformità mal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni biss fuq talba mressqa mill-Parlament, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>148.</NO.P>Jisħaq, li fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni mwessa’ tal-proċedura ta’ verifika tal-valuri, li issa tapplika wkoll għall-partiti membri u għall-organizzazzjoni membru, u novitajiet oħra fir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, inklużi l-aġġornamenti milqugħa għall-protezzjoni tad-demokrazija Ewropea kontra l-indħil barrani, huwa essenzjali li jissaħħu b’mod xieraq ir-riżorsi umani tal-Awtorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>149.</NO.P>Jinnota li fl-2024, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 402 intużaw kif ġej<FOOTNOTE><FIELD> L-ammonti kollha huma espressi f’EUR.</FIELD></FOOTNOTE>:
</ACTION><ACTION>

<TGROUP COLS="7"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="18.62*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="14.06*"/><COLSPEC COLNAME="C3" COLNUM="3" COLWIDTH="12.49*"/><COLSPEC COLNAME="C4" COLNUM="4" COLWIDTH="14.64*"/><COLSPEC COLNAME="C5" COLNUM="5" COLWIDTH="13.47*"/><COLSPEC COLNAME="C6" COLNUM="6" COLWIDTH="14.08*"/><COLSPEC COLNAME="C7" COLNUM="7" COLWIDTH="12.64*"/>
<ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Partit (2024)
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
Abbrevjazzjoni
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
Riżorsi proprji
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
Kontribuzzjoni finali tal-PE<FOOTNOTE><FIELD> Komposta mit-tieni parti tal-finanzjament finali tal-2023 u l-ewwel parti tal-finanzjament finali tal-2024 skont id-Deċiżjoni tal-Bureau tad-9 ta’ Marzu 2026.</FIELD></FOOTNOTE>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
Dħul totali
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
Kontribuzzjoni tal-PE bħala % tan-nefqa rimborżabbli (massimu 90 %)
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
Riżerva Speċifika wara l-2024

l-għeluq<FOOTNOTE><FIELD> Il-kontijiet tal-GAAP għall-2024 aġġustati skont l-impatt tar-riklassifikazzjonijiet mill-għeluq tal-2024.</FIELD></FOOTNOTE>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Partit Popolari Ewropew
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
EPP
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">

</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
11 655 962
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
13 780 012
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
90 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
261 623
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Partit tas-Soċjalisti Ewropej
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
PES
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
1 579 596
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
8 399 744
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
9 979 340
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
90 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
987 745
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Partit tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
ALDE
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
766 992
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
5 726 982
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
6 493 974
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
90 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
414 768
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Partit Ewropew tal-Ħodor
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
EGP
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
713 874
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
6 020 217
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
6 734 091
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
90 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
993 646
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Partit tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
Partit ECR
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
780 974
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
3 430 937
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
4 211 911
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
90 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
-273 939
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Partit Identità u Demokrazija<FOOTNOTE><FIELD> “Patriots.eu” minn Lulju 2024.</FIELD></FOOTNOTE>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
Partit ID
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
219 813
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
1 323 019
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
1 542 832
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
90 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
22 063
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Partit tax-Xellug Ewropew
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
EL
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
211 643
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
2 095 650
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
2 307 293
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
90 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
-42 833
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Partit Demokratiku Ewropew
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
PDE
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
204 400
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
1 650 075
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
1 854 475
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
90 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
154 132
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Alleanza Ħielsa Ewropea
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
EFA
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
232 056
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
1 056 844
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
1 288 899
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
90 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
-7 391
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Moviment Politiku Kristjan Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> “Partit Politiku Kristjan Ewropew” minn Marzu 2025.</FIELD></FOOTNOTE>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
ECPM
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
100 896
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
985 861
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
1 086 757
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
90 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
-59 624
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
<STRING BOLD="on">TOTAL</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">

</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
<STRING BOLD="on">6 934 294</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
<STRING BOLD="on">42 345 292</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
<STRING BOLD="on">49 279 586</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">

</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
<STRING BOLD="on">2 450 191</STRING>
</ENTRY></ROW>
</TGROUP>

</ACTION><ACTION>
<NO.P>150.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 403 intużaw kif ġej<FOOTNOTE><FIELD> L-ammonti kollha huma espressi f’EUR.</FIELD></FOOTNOTE>:
</ACTION><ACTION>

<TGROUP COLS="8"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="19.05*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="14.1*"/><COLSPEC COLNAME="C3" COLNUM="3" COLWIDTH="9.39*"/><COLSPEC COLNAME="C4" COLNUM="4" COLWIDTH="9.1*"/><COLSPEC COLNAME="C5" COLNUM="5" COLWIDTH="13.78*"/><COLSPEC COLNAME="C6" COLNUM="6" COLWIDTH="13.78*"/><COLSPEC COLNAME="C7" COLNUM="7" COLWIDTH="10.16*"/><COLSPEC COLNAME="C8" COLNUM="8" COLWIDTH="10.64*"/>
<ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Fondazzjoni (2024)
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
Abbrevjazzjoni
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
Affiljata mal-partit
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
Riżorsi proprji
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
Għotja finali tal-PE
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
Dħul totali
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
Għotja tal-PE bħala % tal-ispejjeż eliġibbli (massimu 95 %)
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C8" VALIGN="MIDDLE">
Riżerva Speċifika wara l-2024

l-għeluq<FOOTNOTE><FIELD> Il-kontijiet tal-GAAP għall-2024 aġġustati skont l-impatt tar-riklassifikazzjonijiet mill-għeluq tal-2024.</FIELD></FOOTNOTE>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Ċentru għall-Istudji Ewropej Wilfried Martens
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
ĊSEWM
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
EPP
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
808 035
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
6 378 510
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
7 186 545
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
95 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C8" VALIGN="MIDDLE">
1 320 717
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Fondazzjoni għal Studji Progressivi Ewropej
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
FEPS
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
PES
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
663 502
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
5 204 666
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
5 868 168
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
93 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C8" VALIGN="MIDDLE">
251 466
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Forum Liberali Ewropew
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
ELF
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
ALDE
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
373 621
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
2 722 333
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
3 095 954
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
89 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C8" VALIGN="MIDDLE">
638 880
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Fondazzjoni Ħadra Ewropea
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
GEF
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
EGP
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
170 098
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
2 317 344
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
2 487 442
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
95 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C8" VALIGN="MIDDLE">
40 821
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Direzzjoni Ġdida - Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> “Direzzjoni Ġdida - Il-Fondazzjoni għall-Konservatiżmu Ewropew” minn Lulju 2025.</FIELD></FOOTNOTE>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
ND
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
Partit ECR
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
200 408
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
1 894 279
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
2 094 686
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
95 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C8" VALIGN="MIDDLE">
134 704
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Fondazzjoni Identité et Démocratie<FOOTNOTE><FIELD> “Il-Fondazzjoni Patrijotti għall-Ewropa” minn Ottubru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
Fondazzjoni ID
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
Partit ID
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
114 557
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
531 757
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
646 313
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
95 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C8" VALIGN="MIDDLE">
-62 575
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Transform Europe
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
TE
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
EL
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
82 852
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
1 234 833
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
1 317 685
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
95 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C8" VALIGN="MIDDLE">
69 496
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Istitut tad-Demokratiċi Ewropej
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
IED
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
PDE
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
39 000
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
530 090
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
569 090
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
87 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C8" VALIGN="MIDDLE">
-113 763
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Fondazzjoni Coppieters
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
Coppieters
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
EFA
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
102 481
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
536 397
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
638 878
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
95 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C8" VALIGN="MIDDLE">
288 315
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Sallux
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
SALLUX
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">
ECPM
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
28 952
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
420 000
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
448 952
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">
93 %
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C8" VALIGN="MIDDLE">
8 781
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
<STRING BOLD="on">TOTAL</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">

</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C3" VALIGN="MIDDLE">

</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C4" VALIGN="MIDDLE">
<STRING BOLD="on">2 583 505</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C5" VALIGN="MIDDLE">
<STRING BOLD="on">21 770 208</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C6" VALIGN="MIDDLE">
<STRING BOLD="on">24 353 713</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C7" VALIGN="MIDDLE">

</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C8" VALIGN="MIDDLE">
<STRING BOLD="on">2 576 842</STRING>
</ENTRY></ROW>
</TGROUP>

</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>