<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0127</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2024: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0051/2026 - Rapporteur: Pasquale Tridico)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2025/2147(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (COM(2025)0359 – C10‑0147/2025)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4944, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4944/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5409, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5409/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5407, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5407/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0051/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta’ kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 li tinkludi xi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2025/2147(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0051/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tirriżulta l-ewwel u qabel kollox mir-rispett strett għat-Trattati, li jistabbilixxu l-bilanċ istituzzjonali u d-distribuzzjoni ċara tal-kompetenzi; billi t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-ġestjoni finanzjarja tajba huma obbligi essenzjali tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni meta jonfqu flus il-kontribwenti; billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u fl-obbligu ta’ rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Parlament huwa l-unika istituzzjoni responsabbli mill-għoti tal-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, u billi l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill huwa taqsima tal-baġit tal-Unjoni, u għalhekk huwa legalment marbut bit-Trattati u bir-Regolament Finanzjarju biex jiżgura t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-ġestjoni finanzjarja tajba, irrispettivament min-natura intergovernattiva tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), il-Kunsill Ewropew ma għandux jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit tal-Unjoni taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, wara li tqis il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u billi, skont il-qafas stabbilit, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 235(4) u l-Artikolu 240(2) tat-TFUE, il-Kunsill huwa megħjun mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (is-“Segretarjat”), u billi s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill huwa kompletament responsabbli mill-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-Taqsima II tal-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Parlament ilu għal aktar minn għoxrin sena jimplimenta l-prattika stabbilita sew u rispettata tal-għoti tal-kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni, u billi l-Kummissjoni taqbel li l-prattika li tingħata l-kwittanza lil kull istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħhom għandha tkompli tiġi segwita;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, mill-kwittanza tal-baġit tal-2009, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza impedixxa lill-Parlament milli jeżerċita r-rwol tiegħu ta’ skrutinju demokratiku u ripetutament irriżulta fir-rifjut tal-Parlament li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni u riċevituri tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandhom ikunu trasparenti u responsabbli b’mod demokratiku lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u soġġetti għal skrutinju demokratiku tal-infiq tal-fondi pubbliċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Artikolu 15(3) tat-TFUE jirrikjedi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jiżguraw, fir-Regoli ta’ Proċedura tagħhom, li l-proċedimenti tagħhom ikunu trasparenti, filwaqt li f’diversi inkjesti u deċiżjonijiet tagħha l-Ombudsman Ewropew (l-“Ombudsman”) ikkritikat lill-Kunsill għan-nuqqas ta’ trasparenza tiegħu, u dan jissuġġerixxi li l-Kunsill naqas kompletament milli jifhem ir-rabta kritika bejn id-demokrazija u t-trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tikkonferma d-dritt tal-kontribwenti u tal-pubbliku li jinżammu infurmati dwar l-użu tad-dħul pubbliku u li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tagħha tal-25 ta’ Jannar 2023 fil-Kawża T-163/21<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023, <STRING ITALIC="on">De Capitani</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Kunsill</STRING>, T-163/21, CLI:EU:T:2023:15.</FIELD></FOOTNOTE>, <STRING ITALIC="on">De Capitani</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Kunsill</STRING>, iddikjarat, dwar it-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni, li d-dokumenti prodotti mill-Kunsill fil-gruppi ta’ ħidma tiegħu mhumiex ta’ natura teknika iżda huma ta’ natura leġiżlattiva u għalhekk huma soġġetti għal talbiet ta’ aċċess għal dokumenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Kunsill jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li ammonta għal EUR 13,3-il biljun fl-2023 (li jirrappreżenta 6,9 % tal-baġit totali tal-Unjoni); jinnota li l-baġit tal-Kunsill ta’ madwar EUR 0,7 biljun jirrappreżenta madwar 5,26 % tan-nefqa amministrattiva totali tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2024 (ir-“rapport tal-Qorti”) eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt l-intestatura “Amministrazzjoni”, l-istess numru bħal fl-2023, filwaqt li l-Qorti tiddikjara wkoll li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani, inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2024 kienet tammonta għal madwar 69 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), u li l-ħidma tagħha fuq ħafna snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 16 (23 %) mis-70 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tat-tliet żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità; jinnota li r-rapport tal-Qorti ma identifika l-ebda kwistjoni speċifika dwar il-Kunsill;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sitwazzjoni attwali tal-proċedura ta’ kwittanza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li mill-2009 u għal darb’oħra għas-sena finanzjarja 2023, il-Parlament kellu jirrifjuta li jagħti kwittanza lill-Kunsill minħabba li dan għadu jirrifjuta li jikkoopera mal-Parlament dwar il-proċedura ta’ kwittanza minkejja l-isforzi ripetuti min-naħa tal-Parlament biex tiġi stabbilita kooperazzjoni kostruttiva, u b’hekk jipprevjeni lill-Parlament milli jieħu deċiżjoni infurmata bbażata fuq skrutinju serju u bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li, fit-22 ta’ Settembru 2025, is-servizzi rilevanti tal-Parlament, f’isem ir-rapporteur għall-proċedura ta’ kwittanza, bagħtu kwestjonarju lis-Segretarjat li kien fih 103 mistoqsijiet importanti għall-Parlament sabiex jingħata lok għal skrutinju bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill u tal-maniġment tal-Kunsill; jinnota wkoll li ntbagħtu kwestjonarji simili lill-istituzzjonijiet l-oħra kollha, li kollha kemm huma pprovdew lill-Parlament tweġibiet dettaljati għall-mistoqsijiet kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, fit-3 ta’ Ottubru 2025, is-Segretarjat informa għal darb’oħra lill-Parlament li ma kienx se jwieġeb il-kwestjonarju tal-Parlament u li l-Kunsill ma kienx se jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ organizzata fis-6 ta’ Novembru 2025 bħala parti mill-proċedura ta’ kwittanza, li pparteċipaw fiha l-istituzzjonijiet l-oħra kollha mistiedna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti kwittanza skont l-Artikolu 319 tat-TFUE kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament f’konformità mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, jiġifieri s-setgħa li jagħti l-kwittanza sabiex tinżamm it-trasparenza u tiġi żgurata responsabbiltà demokratika fil-konfront tal-kontribwenti tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jissottolinja li l-Artikolu 59(1) tar-Regolament Finanzjarju jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom u, għalhekk, isibha inkomprensibbli li l-Kunsill jemmen li huwa xieraq li għandha tingħata kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq fuq il-prattika stabbilita sew u rispettata segwita mill-Parlament għal aktar minn 20 sena li ilu jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni, inkluż il-Kunsill; ifakkar li l-Kummissjoni ddikjarat in-nuqqas ta’ kapaċità tagħha li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fehma mtennija tal-Kummissjoni li l-prattika li tingħata kwittanza lil kull istituzzjoni tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħha u għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni għandha tkompli tiġi segwita direttament mill-Parlament biex tiġi ppreżervata l-konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba; ifakkar li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra kollha jikkooperaw bis-sħiħ mal-Parlament fil-proċedura ta’ kwittanza, u jqis li r-rifjut tal-Kunsill li jagħmel dan mhuwiex ġustifikat u huwa inkompatibbli mal-prinċipju tal-lealtà istituzzjonali skont it-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li s-sitwazzjoni attwali timplika li l-Parlament jista’ biss jivverifika r-rapporti tal-Qorti u tal-Ombudsman kif ukoll l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kunsill, li tagħmilha impossibbli għall-Parlament li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza; jissottolinja li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Kunsill idgħajjef il-prerogattiva tal-Parlament li jissodisfa b’mod effikaċi r-rwol ta’ sorveljanza tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas ta’ rieda politika mill-Kunsill, għal aktar minn għaxar snin, li jikkollabora mal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ kwittanza, u b’hekk ħoloq punt strutturali mhux viżibbli fis-sistema ta’ kontrokontrolli tal-Unjoni, u li dan kellu effett negattiv dejjiemi fuq iż-żewġ istituzzjonijiet u skredita l-ġestjoni u l-iskrutinju demokratiku tal-baġit tal-Unjoni u fuq il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni bħala entità trasparenti; jisħaq li tali tfixkil istituzzjonali persistenti jimmina l-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera stabbilit fit-Trattati; iqis li n-nuqqas kontinwu ta’ kooperazzjoni jirriskja li jkompli jdgħajjef il-leġittimità tal-qafas ta’ governanza baġitarja tal-Unjoni; jissottolinja li l-Kunsill jeħtieġlu jaderixxi mal-istess standards ta’ obbligu ta’ rendikont u trasparenza bħal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Itenni li r-rifjut kontinwu tal-Kunsill li jinvolvi ruħu fil-proċedura ta’ kwittanza huwa ksur inaċċettabbli tar-responsabbiltà demokratika. jappella għall-introduzzjoni ta’ miżuri konkreti u effikaċi biex jiġi żgurat li kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni li tonqos milli tikkonforma mal-obbligi ta’ trasparenza tinżamm kompletament responsabbli, billi jiġu esplorati miżuri prattiċi f’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament Finanzjarju, u l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, li jinċentivaw il-kooperazzjoni, inkluża kundizzjonalità msaħħa fl-arranġamenti amministrattivi u r-rekwiżiti ta’ rapportar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li l-ġurisprudenza tal-QĠUE tappoġġja d-dritt tal-kontribwenti u tal-pubbliku li jinżammu infurmati dwar l-użu tad-dħul pubbliku; jitlob, għalhekk, rispett sħiħ għall-prerogattiva u r-rwol tal-Parlament bħala garanti tal-prinċipju tar-responsabbiltà demokratika; jistieden lill-Kunsill isegwi kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza u jinsisti fuq l-applikazzjoni sħiħa tal-Artikolu 14(1) tat-TFUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li fis-6 ta’ Mejju 2025, matul l-intervent tiegħu fil-plenarja tal-Parlament, ir-Rappreżentant tal-Presidenza tal-Kunsill esprima r-rieda ta’ din tal-aħħar “li tinvolvi ruħha f’kooperazzjoni sinifikattiva u prammatika bejn l-istituzzjonijiet tagħna” f’dak li jirrigwarda l-kwittanza fir-rigward tat-taqsima tal-Kunsill tal-baġit tal-Unjoni, u jappella biex din l-intenzjoni tissarraf f’azzjonijiet konkreti u immedjati; jistieden, għalhekk, lill-Kunsill ikompli kemm jista’ jkun malajr in-negozjati mal-Parlament fl-ogħla livell, bl-involviment tas-Segretarji Ġenerali u l-Presidenti taż-żewġ istituzzjonijiet, sabiex jintemm l-istaġnar u tinstab soluzzjoni li tirrispetta l-kompetenzi istituzzjonali tal-Parlament u tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza u tiżgura t-trasparenza u l-kontroll demokratiku robust tal-implimentazzjoni tal-baġit; itenni t-talba tiegħu li s-servizzi legali tal-Kummissjoni u tal-Kunsill jipprovdu opinjoni dwar il-potenzjal ta’ soluzzjonijiet bbażati fuq it-Trattat biex jinfurzaw l-obbligu ta’ rendikont tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li, filwaqt li s-sitwazzjoni attwali trid tittejjeb permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali aħjar fil-qafas tat-Trattati, reviżjoni tat-Trattati tista’ tagħmel il-proċedura ta’ kwittanza aktar ċara u aktar trasparenti billi tagħti lill-Parlament il-kompetenza espliċita biex jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni fuq bażi individwali; jisħaq, madankollu, li sakemm isir tali rieżami, is-sitwazzjoni attwali trid tittejjeb permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali msaħħa; iħeġġeġ f’dan is-sens lill-Kunsill jinvolvi ruħu b’mod attiv mal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li, minkejja n-nuqqas ta’ rieda li ilu jeżisti min-naħa tal-Kunsill li jikkoopera fil-proċedura ta’ kwittanza, il-Parlament, madankollu, jenfasizza xi prijoritajiet politiċi u jistabbilixxi xi osservazzjonijiet dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Kunsill u osservazzjonijiet oħra rilevanti għall-proċedura ta’ kwittanza f’dan ir-rapport, b’mod li jirrispetta s-sovranità nazzjonali, it-Trattati u l-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Kunsill mal-Parlament, l-osservazzjonijiet fit-taqsimiet li ġejjin jibbażaw primarjament fuq informazzjoni aggregata ppubblikata fuq is-sit web tal-Kunsill, li tipprovdi dettall limitat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prijoritajiet politiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifakkar li fl-2024, l-Unjoni qablet li tipprovdi appoġġ finanzjarju prevedibbli lill-Ukrajna permezz tal-Faċilità għall-Ukrajna għall-2024–2027; jisħaq li, f’dan il-kuntest, il-Kunsill u s-Segretarjat għandhom responsabbiltà akbar biex jiżguraw it-trasparenza, l-integrità u l-ġestjoni finanzjarja tajba fl-infiq amministrattiv kollu relatat mal-Kunsill marbut mat-teħid ta’ deċiżjonijiet, mal-laqgħat u mal-arranġamenti loġistiċi relatati mal-Ukrajna, inkluż rapportar ċar tal-ispejjeż relatati u l-ġestjoni tal-kuntratti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill jeżerċita l-prerogattiva tiegħu fil-proċeduri ta’ nomina u ħatra għal ħafna istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni mingħajr ma jqis il-fehmiet tal-partijiet interessati jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota bi tħassib il-prattika tal-Kunsill rigward il-ħatriet li jsiru minn Stati Membri individwali għall-biċċa l-kbira tal-pożizzjonijiet li jistgħu jillimitaw il-punt sa fejn jiġu vverifikati l-kwalifiki professjonali tal-kandidati; jinsisti, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jsir rieżami tal-prerogattiva tal-Kunsill bil-għan li tiġi ggarantita u msaħħa l-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji kkonċernati u tiżdied il-leġittimità ta’ dawk li jinħatru; jissuġġerixxi li possibbiltà minnhom li tista’ tiġi stabbilita biex jiġi żgurat li l-kandidati jkollhom il-kwalifiki meħtieġa tkun li jiġi applikat l-istess skrinjar minn bord estern użat għan-nomini tal-imħallfin u tal-avukati ġenerali tal-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Ifakkar li, skont l-Artikolu 286(2) tat-TFUE, il-Kunsill jaħtar il-membri tal-Qorti wara konsultazzjoni mal-Parlament; ifakkar li, abbażi ta’ dan il-prerekwiżit, il-Parlament jagħti opinjoni dwar il-kandidati; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill ripetutament injora r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-rwol konsultattiv tiegħu rigward il-ħatra tal-membri tal-Qorti; ifakkar li għalkemm l-opinjoni tal-Parlament mhijiex vinkolanti fuq il-Kunsill, il-kandidati li rċevew opinjoni mhux favorevoli rtiraw il-kandidaturi tagħhom billi aċċettaw id-deċiżjoni tal-Parlament, u b’hekk irrikonoxxew ir-rwol tal-Parlament bħala l-awtorità superviżorja demokratika marbuta mas-salvagwardja tal-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill jirrikonoxxi r-rwol tal-Parlament billi jikkoopera fil-proċedura ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq li l-iżbilanċ persistenti bejn il-ġeneri fost il-Membri tal-Qorti jimmina l-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tal-ugwaljanza; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jindirizza din il-kwistjoni billi jirrevedi l-proċedura ta’ nomina u jieħu miżuri konkreti, bħar-rekwiżit li l-Istati Membri jippreżentaw mill-anqas żewġ kandidati ta’ ġeneri differenti, u b’hekk tiġi żgurata kompożizzjoni bbilanċjata u rappreżentattiva tal-Qorti filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tal-mertu, tal-eċċellenza u tal-opportunitajiet ugwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jafferma mill-ġdid it-talba tiegħu għall-ħolqien ta’ Kunsill tal-Ministri tad-Difiża bħala forum istituzzjonali għall-koordinazzjoni politika u strateġika; iqis li konfigurazzjoni permanenti u ddedikata tal-Kunsill dwar id-difiża tirrifletti l-ħtieġa li l-Unjoni tassumi responsabbiltà akbar għas-sigurtà u d-difiża tagħha stess, filwaqt li tikkomplementa l-istabbiliment ta’ Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża fil-Parlament u ta’ kariga ta’ Kummissarju għad-Difiża u għall-Ispazju fil-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li s’issa l-Kunsill injora r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħtieġa ta’ konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jinsisti li forum istituzzjonali speċifiku jiżgura integrazzjoni aktar b’saħħitha tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki u l-istrateġiji tal-Unjoni kif ukoll koordinazzjoni u progress essenzjali fil-fajls ewlenin relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifakkar li l-imħallfin u l-avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja jinħatru bi qbil komuni tal-gvernijiet tal-Istati Membri wara konsultazzjoni ma’ bord responsabbli biex jagħti opinjoni dwar l-adegwatezza tal-kandidati prospettivi biex iwettqu d-dmirijiet meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li, fid-deċiżjoni tagħha tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar l-inizjattiva strateġika dwar l-isponsorizzazzjoni tal-presidenza tal-Kunsill, l-Ombudsman ħeġġet lill-Kunsill iqis kif ġew implimentati r-regoli mhux vinkolanti adottati mill-Kunsill għall-użu tal-isponsorizzazzjoni mill-presidenza tiegħu (“il-Gwida”) u jesplora miżuri possibbli oħra li jistgħu jgħinu biex jittaffew ir-riskji assoċjati mal-użu tal-isponsorizzazzjoni, li jinkludu r-riskju ta’ kunflitti ta’ interess, kif ukoll riskji għar-reputazzjoni; jinnota bi tħassib mir-rapport annwali tal-Ombudsman għall-2024 li l-Kunsill għadu ma indirizzax bis-sħiħ it-tħassib pubbliku dwar l-użu tal-isponsorizzazzjoni korporattiva, peress li hemm “nuqqas ta’ trasparenza rikorrenti dwar l-identità tal-isponsors, in-natura tal-appoġġ tagħhom, u x’jiksbu lura” u l-isponsors xorta setgħu jużaw il-logo tal-presidenza għal skopijiet kummerċjali; jistieden lill-Kunsill jagħmel il-Gwida vinkolanti; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jipprovdi baġit lill-Presidenzi tal-Kunsill ħalli jiżguraw standards adegwati u uniformi ta’ effiċjenza u effikaċja fil-ħidma tal-Kunsill b’mod ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Presidenzi tal-Kunsill b’rotazzjoni jieqfu jużaw l-isponsorizzazzjoni korporattiva biex tikkontribwixxi ħalli tkopri l-ispejjeż tagħhom peress li dan jinvolvi riskju li jinħolqu kunflitti ta’ interess, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-workshop li sar mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fis-27 ta’ Ġunju 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jieħu nota tal-involviment dejjem jikber tal-Kunsill Ewropew fil-fajls leġiżlattivi, u tali rwol jirrikjedi sorveljanza u kooperazzjoni msaħħa mal-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura ta’ kwittanza; jistieden lill-Kunsill jiżgura li l-azzjonijiet tiegħu jitwettqu bi trasparenza u b’obbligu ta’ rendikont, f’konformità mal-istandards applikabbli għal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, biex tinżamm il-fiduċja taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jiddispjaċih immens talli l-Gvern Ungeriż għamel użu ħażin mir-rwol tiegħu fil-Presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill tal-2024 billi involva ruħu f’laqgħat internazzjonali ta’ livell għoli li dgħajfu l-valuri ewlenin tal-Unjoni u l-pożizzjonijiet komuni miftiehma; jistieden lill-Kunsill jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe mġiba minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza li ma tkunx konformi mal-valuri tal-Unjoni, u jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-Presidenzi futuri jwettqu l-funzjonijiet tagħhom f’konformità sħiħa mal-prinċipji tal-Unjoni, u b’hekk jissalvagwardja l-integrità u l-kredibbiltà tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq li filwaqt li l-votazzjoni b’unanimità għadha prinċipju ewlieni tat-Trattati, l-applikazzjoni tagħha tista’, f’ċerti ċirkostanzi u f’oqsma ta’ politika kritiċi, taffettwa l-iskedi ta’ żmien u l-effikaċja tal-Unjoni, inkluż billi tipparalizza l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u, għaldaqstant, tagħmlu suxxettibbli għal rikatt mill-Istati Membri, speċjalment dawk li jonqsu milli jirrispettaw l-istat tad-dritt; itenni f’dan is-sens id-dispjaċir tiegħu rigward il-pożizzjoni ostruttiva tal-Gvern Ungeriż fi ħdan il-Kunsill Ewropew; jinnota li l-istaġnar politiku li għaddej bħalissa għadu jimmina l-fiduċja u l-effikaċja tal-Kunsill Ewropew; jitlob riformi mmirati tat-trattati jew, bħala alternattiva, titjib prattiku, fi ħdan il-qafas eżistenti tat-Trattat, biex jissaħħu t-trasparenza, it-teħid demokratiku ta’ deċiżjonijiet, l-obbligu ta’ rendikont u l-effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsill Ewropew; itenni, f’dan il-kuntest, it-talba tiegħu lill-Kunsill tal-Ministri biex jgħaddi mill-unanimità għall-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal deċiżjonijiet f’oqsma ta’ interess strateġiku għall-Unjoni; jinnota wkoll li r-rekwiżit ta’ unanimità kien impediment sinifikanti għal rispons b’mod effikaċi għall-azzjoni tar-Russja, b’mod partikolari fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet li huma soġġetti għal tiġdid kull tliet xhur, u b’hekk dan ir-rekwiżit jirriskja li jdgħajjef il-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi b’mod deċiżiv u trasparenti, u jimmina l-fiduċja taċ-ċittadini u l-kredibbiltà tal-Unjoni bħala attur ġeopolitiku; jistieden lill-Kunsill jaqleb għal votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata f’oqsma kritiċi, partikolarment ir-reġimi ta’ sanzjonijiet, sabiex l-Unjoni tkun tista’ taġixxi b’mod effikaċi fil-konfront tal-isfidi globali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifakkar li, skont l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew għandu rwol strateġiku ċentrali biex lill-Unjoni jipprovdilha l-impetu meħtieġ għall-iżvilupp tagħha u biex jiddefinixxi d-direzzjonijiet u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tagħha, filwaqt li ma jeżerċitax funzjonijiet leġiżlattivi; jenfasizza l-valur miżjud uniku tal-Kunsill Ewropew bħala forum għal koordinazzjoni politika ta’ livell għoli fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għal darb’oħra għall-fatt li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ma nqasamx f’żewġ baġits separati b’mod ċar kif irrakkomandat mill-Parlament f’riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti sabiex jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, mhux l-anqas rigward il-Kunsill Ewropew, peress li bħalissa huwa impossibbli li tinkiseb informazzjoni affidabbli rigward l-ispejjeż tiegħu; jitlob li din is-separazzjoni tinkludi linji baġitarji distinti għan-nefqa relatata mal-laqgħat, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-komunikazzjoni u tar-rappreżentanza, sabiex l-awtorità ta’ kwittanza tkun tista’ tiddistingwi bejn l-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill u tivvaluta x-xejriet maż-żmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li l-baġit għall-Kunsill kien ta’ EUR 676 881 123 fl-2024, li jirrappreżenta żieda ta’ 4,47 % meta mqabbel mal-2023; jinnota li din iż-żieda hija prinċipalment relatata mar-reviżjoni tal-parametri tal-aġġornament tas-salarji minħabba l-inflazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali kienet ta’ 96,40 % fl-2024 (meta mqabbla ma’ 97,01 % fl-2023) u r-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 87,95 % fl-2024 (meta mqabbla ma’ 86,39 % fl-2023); jinnota li madwar EUR 24 miljun f’approprjazzjonijiet ġew ikkanċellati fi tmiem l-2024, li minnhom madwar 62 % oriġinaw minn linji baġitarji marbuta ma’ nefqa relatata mal-persunal; jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-ammont totali riportat mill-2023 għall-2024, jiġifieri EUR 85 520 696, kienet ta’ 91 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li l-approprjazzjonijiet riportati mill-2024 għall-2025 ammontaw għal EUR 78,6 miljun (tnaqqis minn madwar EUR 85,5 miljun mis-sena preċedenti) li jkopru prinċipalment is-sistemi tal-kompjuter, l-ispejjeż tal-interpretazzjoni pprovduta fl-2024 li għaliha għadu ma ntlaħaqx qbil dwar il-fatturi mas-servizzi tal-Kummissjoni fiż-żmien tal-għeluq, il-binjiet, l-informazzjoni u l-avvenimenti pubbliċi, it-tagħmir tekniku, għas-sikurezza u s-sigurtà, il-laqgħat u l-konferenzi relatati l-aktar ma’ fatturi li għadhom ma waslux għall-organizzazzjoni tal-Kunsill Ewropew, il-laqgħat u s-summits tal-Kunsill fl-2024, l-għamara u nefqiet oħrajn relatati mal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li l-Kunsill wettaq 42 trasferiment baġitarju fl-2024 f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, sabiex isaħħaħ diversi linji baġitarji, inklużi “Sistemazzjoni tal-bini”, “Xogħol biex il-bini jkun sigur”, “Akkwist ta’ tagħmir u software” u “Xiri u sostituzzjoni ta’ tagħmir u installazzjonijiet tekniċi”; jinnota li tlieta minn dawk it-trasferimenti, li kienu jirrikjedu li l-awtorità baġitarja tiġi infurmata f’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolament Finanzjarju, ammontaw għal madwar EUR 12,8-il miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li ż-żmien medju għall-pagamenti tal-fatturi żdied minn 13 għal 15-il jum mill-2023 għall-2025, ferm anqas mil-limitu ta’ żmien massimu ta’ 30 jum, u b’hekk ġie evitat l-imgħax fuq il-pagamenti tard;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li l-ispejjeż tal-missjonijiet, li jinkludu kemm l-ispejjeż tal-missjonijiet mis-Segretarjat kif ukoll l-ispejjeż tal-missjonijiet tal-membri tal-persunal relatati mal-Kunsill Ewropew, naqsu bi 18,50 % minn madwar EUR 5,2 miljun fl-2023 għal madwar EUR 4,3 miljun fl-2024, filwaqt li l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegazzjonijiet imġarrba mill-Presidenzi u d-delegazzjonijiet nazzjonali naqsu bi 2,61 % minn madwar EUR 15,3-il miljun fl-2023 għal madwar EUR 14,9-il miljun fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jippubblika diżaggregazzjoni annwali tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tar-rappreżentanza tal-uffiċjali għolja, inklużi l-President tal-Kunsill Ewropew, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u s-Segretarjat, f’format faċli għall-utent aċċessibbli għall-pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar mekkaniżmi ta’ kontroll insuffiċjenti rigward l-użu min-naħa tal-Kunsill ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta’ kuntratturi esterni; jappella għal divulgazzjoni sħiħa tal-kuntratti kollha li jaqbżu l-EUR 50 000, b’dettalji dwar il-kamp ta’ applikazzjoni, ir-riżultati u l-entitajiet li rebħu l-kuntratti, ħalli jiġi evitat l-użu ħażin potenzjali tal-fondi pubbliċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar trasparenza limitata rigward l-użu min-naħa tal-Kunsill ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta’ kuntratturi esterni; jitlob li l-kuntratti ta’ valur għoli u l-kuntratti qafas kollha, inklużi l-modifiki tal-kuntratti, ir-riżultati u l-indikaturi tal-prestazzjoni, jiġu ppubblikati fuq inizjattiva proprja; iħeġġeġ trasparenza bbażata fuq ir-riskju bi skrutinju partikolari tal-kuntratti marbuta mal-IT, tal-komunikazzjonijiet u tas-servizzi ta’ reputazzjoni, u jitlob li jsir rapportar annwali dwar id-dipendenza fuq kuntratturi esterni meta mqabbla mal-kapaċità interna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li l-attivitajiet tas-Segretarjat ġew iggwidati mill-għanijiet pluriennali adottati fl-2022 u minn sett ta’ objettivi speċifiċi li jiżguraw teħid ta’ deċiżjonijiet kontinwu fil-Kunsill u jiġu rieżaminati fuq bażi annwali; jinnota l-prijoritajiet tas-Segretarjat fl-2024 li jinkludu l-ottimizzazzjoni tal-ambjent tax-xogħol, it-trawwim ta’ kultura orjentata lejn il-klijent, it-tmexxija tat-trasformazzjoni ekoloġika, it-tgawdija tal-benefiċċji tat-trasformazzjoni diġitali u ż-żieda fl-effiċjenza organizzazzjonali ġenerali; japprezza li s-Segretarjat appoġġja l-organizzazzjoni ta’ sitt Kunsilli Ewropej, żewġ laqgħat informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern u Summit tal-Euro fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jilqa’ l-użu tad-data fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, b’mod partikolari abbażi tad-dashboard finanzjarju ta’ kull xahar, li juri indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fis-servizzi kollha tas-Segretarjat u fid-dashboard tal-maniġers b’informazzjoni intuwittiva ewlenija mid-data tar-riżorsi umani sabiex jiġu ffaċilitati l-ġestjoni u d-deċiżjonijiet ta’ kuljum fil-qasam tar-riżorsi umani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li fl-2024 is-Segretarjat għen biex jiġu organizzati 4 164 laqgħa għall-Kunsill (tnaqqis minn 4 429 laqgħa fl-2023) u 152 laqgħa/żjara/missjoni għall-President tal-Kunsill Ewropew (żieda minn 124 fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-kontroll intern tas-Segretarjat li huwa bbażat fuq standards aċċettati internazzjonalment u mfassal biex jiżgura l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet, l-affidabbiltà tar-rapportar, is-salvagwardja tal-assi u l-informazzjoni, il-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-irregolaritajiet, u l-ġestjoni adegwata tar-riskju; jinnota li nżammet is-segregazzjoni tad-dmirijiet fil-proċessi finanzjarji, li r-reġistri tar-riskju ġew immonitorjati perjodikament u li l-kontrolli awtomatizzati u t-taħriġ finanzjarju għall-membri tal-persunal ikkontribwew għal ambjent ta’ kontroll robust fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li l-Kunsill bagħat ir-rapport annwali tiegħu dwar l-awditi interni mwettqa fl-2024 lill-awtorità ta’ kwittanza, f’konformità mal-Artikolu 118 tar-Regolament Finanzjarju; jinnota li, fi tmiem l-2024, 82 % tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa matul is-snin 2022–2024 kienu ġew implimentati, 17 % kienu għadhom miftuħa u għal 1 %, ir-riskju kien ġie aċċettat mill-maniġment jew ir-rakkomandazzjonijiet ma kinux għadhom applikabbli; jinnota li erba’ awditi interni ġew iffinalizzati fl-2024; jinnota li, għal tnejn minn dawk l-awditi (wieħed dwar l-appoġġ għall-Faċilità Ewropea għall-Paċi u l-ieħor dwar il-proċessi kontabilistiċi rigward l-assi intanġibbli tas-Segretarjat), l-awditur intern ħareġ diversi rakkomandazzjonijiet ta’ prijorità għolja li ġew aċċettati mis-servizzi awditjati; jitlob li l-Kunsill jipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza sommarju pubbliku tar-rakkomandazzjonijiet ta’ prijorità għolja u skeda ta’ żmien ċara għall-implimentazzjoni, b’mod partikolari fejn l-awditi jikkonċernaw appoġġ għall-Faċilità Ewropea għall-Paċi u l-ġestjoni tal-assi intanġibbli, minħabba l-interess pubbliku akbar u s-sensittività reputazzjonali ta’ tali nfiq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat impjega 3 124 membru tal-persunal fi tmiem l-2024 (żieda minn 3 115 fl-2023); jinnota t-tqassim tal-persunal skont il-funzjoni, filwaqt li s-Segretarjat impjega 2 720 membru permanenti tal-persunal, 401 membru temporanju tal-persunal, 222 aġent kuntrattwali u 26 espert nazzjonali sekondat fl-2024; jinnota li t-tqassim mill-ġdid tal-membri permanenti u temporanji tal-persunal bejn il-kategoriji ta’ impjiegi baqa’ stabbli b’1 497 amministratur (AD), 1 146 assistent (AST) u 232 segretarju (SC) fl-2024, meta mqabbel ma’ 1 474 AD, 1 159 AST u 295 SC rispettivament fl-2023; jinnota li r-rata ta’ okkupazzjoni tat-tabella tal-persunal kienet ta’ 97,4 % fi tmiem l-2024 (żieda minn 97,10 % fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar id-distribuzzjoni tal-ġeneru u dik ġeografika tal-membri tal-persunal fis-Segretarjat; jistieden lill-Kunsill jipprovdi informazzjoni lill-Parlament dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri, id-distribuzzjoni ġeografika u d-diżabbiltajiet tal-membri tal-persunal tiegħu u dwar il-politiki interni relatati; iħeġġeġ lill-Kunsill jippromwovi l-bilanċ ġeografiku tal-membri tal-persunal tiegħu billi joffri grupp usa’ ta’ kandidati mill-Istati Membri sottorappreżentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tas-Segretarjat fl-2024 biex jattira, iżomm u jimmotiva l-membri tal-persunal; jinnota li s-Segretarjat ipparteċipa f’Jiem il-Karrieri, fieri tal-karrieri, avvenimenti tar-riżorsi umani għar-Rappreżentanzi Permanenti u sessjonijiet ta’ informazzjoni għar-rappreżentanti tal-Istati Membri, skambji msaħħa mal-membri tal-persunal ta’ istituzzjonijiet oħra permezz ta’ eżerċizzju interistituzzjonali ta’ job shadowing bil-parteċipazzjoni attiva ta’ 23 membru tal-persunal tas-Segretarjat, ikkontribwixxa għall-modernizzazzjoni tal-operazzjonijiet tal-EPSO, organizza 518-il proċedura ta’ selezzjoni u 127 intervista, kif ukoll kompetizzjonijiet interni għat-tipi kollha ta’ rwoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li s-Segretarjat joffri firxa ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar suġġetti speċifiċi bħall-finanzi, il-miżuri ta’ sigurtà u l-etikett, fost l-oħrajn; jinnota b’mod partikolari metrika mtejba fir-rigward tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-etika tas-Segretarjat, filwaqt li l-involviment tal-persunal dwar kwistjonijiet etiċi ngħata spinta sinifikanti fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota varjetà ta’ miżuri meħuda mill-Kunsill favur is-saħħa u l-benesseri tal-membri tal-persunal tiegħu fl-2024; jinnota f’dan il-kuntest li s-Segretarjat offra appoġġ permezz ta’, fost l-oħrajn, psikologi okkupazzjonali u kliniċi u korsijiet ta’ taħriġ għall-preżervazzjoni tas-saħħa mentali u l-ġestjoni tal-istress; jilqa’ l-involviment tas-Segretarjat fl-organizzazzjoni tal-Ġimgħa Interistituzzjonali tas-Saħħa u s-Sikurezza f’Ottubru 2024 u l-pubblikazzjoni fuq l-intranet tiegħu tas-servizzi u l-attivitajiet kollha stabbiliti fis-Segretarjat biex jiġu appoġġjati l-benesseri u s-saħħa; jinnota li s-Segretarjat żviluppa dashboard b’indikaturi rigward ir-riskji psikosoċjali li għandu l-għan li jimmira aħjar il-miżuri ta’ prevenzjoni u stabbilixxa tim multidixxiplinari li qed jiżviluppa sistema ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza għas-Segretarjat biex jikkontrolla aħjar kwalunkwe riskju fuq il-post tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li s-Segretarjat għandu diversi gruppi jew networks bħall-Grupp u n-Network ta’ Affinità tad-diversità u l-inklużjoni tas-Segretarjat, in-Network Olympia (għall-amministraturi nisa), in-Network LGBTI u n-Network tad-Diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon il-miżuri tas-Segretarjat għall-persuni b’diżabbiltà fil-qafas tal-attivitajiet tiegħu; jinnota li s-Segretarjat stabbilixxa proċedura simplifikata għat-trattament ta’ talbiet għal akkomodazzjoni raġonevoli minn trainees, membri tal-persunal u kandidati b’diżabbiltà; jinnota wkoll li fl-2024 ġew organizzati sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ segwitu għall-uxxiera dwar l-akkoljenza u l-akkumpanjament ta’ viżitaturi b’diżabbiltà differenti; jinnota li s-Segretarjat laqa’ 115-il trainee fl-2024, li minnhom ħamsa ntlaqgħu bħala parti mill-programm ta’ azzjoni pożittiva tas-Segretarjat għat-trainees b’diżabbiltà; jafferma li t-traineeships għandhom jiġu remunerati f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar traineeships ta’ kwalità fl-Unjoni (2020/2005(INL)), li tappella biex jitħallsu l-internships kollha fl-Unjoni; jenfasizza li t-traineeships mhux imħallsa jikkostitwixxu forma ta’ sfruttament tal-ħaddiema żgħażagħ u ostaklu għall-opportunitajiet indaqs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat implimenta regoli ġodda dwar il-ħin tax-xogħol, it-telexogħol u l-liv flimkien mat-tnedija ta’ modulu tal-IT ġdid (Sysper-TIM) għall-ġestjoni tal-ħin tax-xogħol; jinnota b’sodisfazzjon l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ u attivitajiet ta’ komunikazzjoni bħal tutorials bil-vidjo, FAQs, webinars eċċ. dwar ir-regoli l-ġodda u l-modulu l-ġdid;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Itenni li l-imġiba etika tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja tajba u żżid il-fiduċja pubblika u li, kif saħqet il-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha 13/2019, hemm lok għal titjib fl-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; ifakkar, b’mod partikolari, fir-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Qorti rigward it-titjib tal-qafas etiku tal-Kunsill; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta’ qafas etiku komuni tal-Unjoni li jirregola l-ħidma tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill kif identifikat mill-Qorti; jisħaq li l-ebda istituzzjoni tal-Unjoni ma għandha tkun eżentata minn regoli etiċi ċari, vinkolanti u infurzabbli meta tipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni li jinvolvu nefqa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li żewġ komponenti ewlenin tal-qafas etiku tal-Kunsill, il-“Gwida għall-Etika u l-Kondotta” għall-persunal tas-Segretarjat u l-“Kodiċi ta’ Kondotta għall-President tal-Kunsill Ewropew”, huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kunsill mingħajr gwida ulterjuri jew data tal-pubblikazzjoni; jikkritika l-fatt li, minkejja diversi talbiet mill-Parlament, il-kodiċi ta’ kondotta għall-President tal-Kunsill Ewropew ma nġiebx f’konformità ma’ dawk tal-Parlament u tal-Kummissjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ attivitajiet ta’ wara tmiem il-mandat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat jippubblika rapport annwali b’informazzjoni rigward l-attivitajiet okkupazzjonali ta’ eks uffiċjali għolja tas-Segretarjat wara li jħallu s-servizz f’konformità mal-Artikolu 16, it-tielet u r-raba’ paragrafi, tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni; jinnota li, skont ir-rapport dwar l-2024, eks uffiċjal għoli ddikjara l-intenzjoni tiegħu li jinvolvi ruħu f’attivitajiet okkupazzjonali aktar minn 12-il xahar wara li telaq mis-Segretarjat; jinnota li l-kummissjoni konġunta ġiet ikkonsultata qabel ma nħarġet deċiżjoni f’dan il-każ; jinnota b’dispjaċir nuqqas ta’ informazzjoni fuq is-sit web tal-Kunsill dwar jekk id-deċiżjoni meħuda kinitx favur jew kontra l-għoti tal-permess biex wieħed jinvolvi ruħu fl-attività mitluba; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jistabbilixxi regoli ċari, proporzjonati u infurzabbli dwar l-impjieg wara t-terminu għall-uffiċjali għolja, li jibnu fuq il-qafas legali eżistenti u jiżguraw trasparenza xierqa, inkluż meta jkun rilevanti l-iżvelar pubbliku tal-affiljazzjonijiet tas-settur privat, b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji tal-proporzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-parteċipazzjoni tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri fir-reġistru ta’ trasparenza obbligatorju, stabbilit bil-ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, hija kompletament volontarja peress li l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-kundizzjonalità titħalla għad-diskrezzjoni tar-Rappreżentanza Permanenti ta’ kull Stat Membru; jinnota li numru limitat biss ta’ Stati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jirrispettaw l-aħjar prattika li tiġi applikata definizzjoni obbligatorja b’ambitu wiesa’ ta’ lobbist fil-qafas regolatorju tagħhom u jinsisti li r-Rappreżentanzi Permanenti kollha għandhom jieħdu sehem attiv fir-reġistru ta’ trasparenza obbligatorju qabel, matul u wara l-presidenza tal-Kunsill tal-Istat Membru tagħhom; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament li r-rappreżentanti tal-Istati Membri, li jibbenefikaw direttament minn sussidji tal-Unjoni permezz tan-negozji li huma proprjetarji tagħhom, ma għandhomx jitħallew jipparteċipaw f’diskussjonijiet u votazzjonijiet dwar il-politiki jew il-baġit relatati ma’ dawk is-sussidji; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill ma jużax għalkollox ir-reġistru ta’ trasparenza obbligatorju jew ma jaċċettax proposti biex jittejjeb; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex joqgħod lura milli jinvolvi ruħu ma’ lobbisti mhux reġistrati u biex jiżgura li l-uffiċjali għolja tiegħu, inklużi r-Rappreżentanti Permanenti u l-Kapijiet tad-Delegazzjoni, jiżvelaw pubblikament il-laqgħat tagħhom ma’ gruppi ta’ interess u lobbisti f’reġistru ta’ trasparenza standardizzat, simili għall-obbligi imposti fuq il-Membri tal-Parlament u l-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Kunsill għad fadallu biex isir kompletament trasparenti, u dan jaffettwa l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni bħala entità trasparenti u b’hekk jipperikola r-reputazzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi; ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman rigward it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill fl-inkjesta strateġika OI/2/2017/TE u jappoġġjahom; iħeġġeġ lill-Kunsill jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-QĠUE mingħajr dewmien żejjed; ifakkar li l-QĠUE, fis-sentenza tagħha fil-Kawża T-163/21, <STRING ITALIC="on">De Capitani</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Kunsill</STRING>, issottolinjat li, sabiex jiġi żgurat l-aċċess għad-dokumenti leġiżlattivi, hija meħtieġa trasparenza leġiżlattiva aktar ċara mill-Kunsill, u dan jikkorrispondi għall-obbligu tal-Kunsill f’termini ta’ skrutinju pubbliku u obbligu ta’ rendikont tal-koleġiżlaturi bħala l-bażi ta’ kwalunkwe leġittimità demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li, l-Ombudsman fetħet inkjesta fuq inizjattiva proprja ġdida fl-2023 u ffinalizzatha fl-2024 fir-rigward ta’ kif il-Kunsill jittratta t-talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti leġiżlattivi; jinnota l-konklużjonijiet ta’ dik l-inkjesta li sabu li l-Kunsill uża l-protezzjoni tal-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħala raġuni għar-rifjut tal-aċċess għal dokumenti b’argumenti li kienu “vagi, astratti u mhux sostanzjati”; ifakkar fil-fatt li l-QĠUE ċaħdet argumenti li kienu jinkludu l-ħtieġa li tiġi evitata pressjoni esterna jew interpretazzjoni ħażina pubblika jew il-ħtieġa li jiġi protett il-parir legali; jinsab għalhekk imħasseb li l-Kunsill jonqos milli jkun konsistenti mal-ġurisprudenza tal-Unjoni; jitlob lill-Kunsill jirrettifika dawn in-nuqqasijiet billi jiżvela minnufih dokumenti leġiżlattivi, anke jekk dan iwassal għal pressjoni esterna peress li dan huwa fattur fi kwalunkwe proċess demokratiku tat-tfassil tal-liġijiet u jirrifjuta l-aċċess għal dokumenti leġiżlattivi biss f’ċirkostanzi verament eċċezzjonali; jistieden lill-Kunsill jimplimenta mingħajr dewmien il-konklużjonijiet tal-Ombudsman u l-ġurisprudenza rilevanti billi jiżgura li r-rifjuti fil-qafas ta’ “protezzjoni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jkun għaddej” ikunu strettament ġustifikati każ b’każ, motivati b’mod konkret, u soġġetti għal rieżami intern robust; jappella għal pubblikazzjoni proattiva ta’ dokumenti leġiżlattivi ewlenin (inklużi dokumenti tal-gruppi ta’ ħidma u pożizzjonijiet ta’ negozjar) bħala n-norma, u għal rapportar pubbliku annwali dwar ir-raġunijiet ta’ rifjut użati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinnota li t-tim tal-Aċċess għad-Dokumenti rrapporta li rċieva u wieġeb għal numru kbir ta’ talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti fl-2024, jiġifieri 2 872 talba inizjali għal aċċess għad-dokumenti (tnaqqis minn 3 732) li kienu jirrikjedu l-analiżi ta’ 10 096 dokument (tnaqqis minn 13 912-il dokument fl-2023) u 30 applikazzjoni konfermatorja (tnaqqis minn 40 fl-2023); jirrikonoxxi tnaqqis f’dan it-tip ta’ xogħol li x’aktarx ikun dovut għal waqfien fil-ħidma leġiżlattiva tal-Unjoni minħabba l-elezzjonijiet Ewropej fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota li, fost it-talbiet inizjali għall-aċċess, ingħata aċċess sħiħ għal 7 323 dokument (72,5 %) u ngħata aċċess parzjali għal 1 181 dokument (11,70 %), filwaqt li l-aċċess ġie rrifjutat għal 1 592 dokument (15,80 %); jinnota li għall-applikazzjonijiet konfermatorji, ingħata aċċess sħiħ għal 36 dokument u ngħata aċċess parzjali għal 45 dokument, filwaqt li l-aċċess ġie rrifjutat għal 45 dokument; jinnota li t-talbiet inizjali ġew ipproċessati, bħala medja, fi 17-il jum ta’ xogħol u l-applikazzjonijiet konfermatorji f’31 jum ta’ xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota li, bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali 23/2021 dwar il-fastidju psikoloġiku u sesswali fuq il-post tax-xogħol, ittieħdu diversi azzjonijiet fl-2024 bħal sessjonijiet ta’ taħriġ obbligatorji dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u mġiba mhux xierqa għal ħaddiema ġodda, maniġers ġodda u trainees; jinnota li s-Segretarjat għandu grupp ta’ konsulenti kunfidenzjali kontra l-fastidju li ttrattaw 13-il talba għal konsulenza kunfidenzjali relatati ma’ fastidju potenzjali jew imġiba mhux xierqa fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, skont ir-rapporti annwali disponibbli għall-pubbliku, ma tressaq l-ebda każ ta’ frodi jew irregolarità għall-attenzjoni tal-uffiċjali awtorizzanti responsabbli b’delega matul l-2024, u tali każijiet lanqas ma ġew soġġetti għall-kompetenza tal-bord (l-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju) jew tal-OLAF;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, is-Segretarjat kompla jsegwi l-għan tiegħu ta’ trasformazzjoni diġitali, f’konformità mal-prijoritajiet tiegħu tal-Istrateġija Diġitali għall-2022–2025; jinnota li minn 103 proġetti relatati mal-IT fil-pjan ta’ ħidma annwali għal 2024, 11 % tlestew fi tmiem is-sena filwaqt li 3 % ġew ikkanċellati jew amalgamati, u l-maġġoranza tal-proġetti (62 %) għadhom għaddejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li 98 % tal-fatturi ġew sottomessi b’mod elettroniku fl-2024 (żieda minn 97 % fl-2023) u 49 % tal-kuntratti u l-ordnijiet ta’ xiri tas-Segretarjat ġew iffirmati bl-użu ta’ firma elettronika; jinnota wkoll li l-proċeduri l-ġodda kollha ta’ akkwist li jaqbżu l-EUR 143 000 ġew ġestiti bl-Għodda ta’ Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinnota l-prijoritajiet ewlenin tas-Segretarjat fir-rigward tas-sinerġiji interistituzzjonali u l-allinjament tal-proċeduri fil-qasam tal-proċessi tan-negozju tar-riżorsi umani bl-għajnuna ta’ portal ta’ servizz uniku (HR-IT); jinnota li fl-2024 is-Segretarjat iffirma memorandum ta’ qbil mal-Kummissjoni għall-programm pluriennali ta’ trasformazzjoni tar-riżorsi umani, li s-Segretarjat issieħeb miegħu f’Lulju 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jilqa’ l-progress ulterjuri li s-Segretarjat għamel fl-2024 fil-qasam tal-IT u d-diġitalizzazzjoni, bħat-tnedija ta’ għodda ġdida għall-ġestjoni tal-appuntamenti mediċi u tat-tilqim, pjattaforma ġdida għall-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għat-traineeships, l-ewwel fażi tal-proġett POMME li ttejjeb l-applikazzjoni tal-fluss tax-xogħol fir-rigward tal-ippjanar tal-laqgħat u l-iskedar tal-interpretazzjoni, pjattaforma (PreSY) għal ħarsa ġenerali komprensiva tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ fit-tliet binjiet tal-Kunsill, pjattaforma (e-Resto catering) għall-attivitajiet u t-talbiet relatati mal-catering u Collab Conseil, għodda mfassla biex taħżen id-dokumenti loġistiċi kollha meħtieġa fit-tħejjijiet tal-kunsill ministerjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat ittestja diversi għodod ibbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali biex iwieġeb mistoqsijiet dwar ir-Regolamenti tal-Persunal, jibni materjal ta’ tagħlim (kontenut strutturat, studji tal-każijiet, kwiżżijiet jew vidjos ibbażati fuq prompt speċifiku) jew biex jassisti lill-maniġers fl-eżaminazzjoni tas-CVs; jisħaq li l-użu tal-intelliġenza artifiċjali jrid jitwettaq billi jiġu ggarantiti prinċipji stretti ta’ użu etiku, trasparenza, protezzjoni tad-data, sorveljanza mill-bniedem, u protezzjoni kontra preġudizzju algoritmiku jew użu ħażin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jinnota li fl-2024, l-EDPS wettaq awditu dwar l-ipproċessar ta’ data medika, b’mod partikolari ż-żamma, fi ħdan istituzzjonijiet Ewropej ewlenin, inkluż is-Segretarjat; jistieden lis-Segretarjat jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS fir-rigward tal-iżgurar ta’ politiki xierqa dwar iż-żamma ta’ data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jinnota l-attivitajiet tas-Segretarjat, permezz tal-istruttura tas-Servizzi Diġitali tiegħu, li għandhom l-għan li jikkonformaw mar-Regolament il-ġdid dwar iċ-Ċibersigurtà li daħal fis-seħħ fil-bidu tal-2024; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2024 is-Segretarjat żviluppa proċeduri interni għar-rapportar dwar inċidenti ta’ ċibersigurtà, ipprovda kontribut għal-linji gwida kollha tas-Servizz taċ-Ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE) u implimenta servizz ta’ ġestjoni tal-konformità taċ-ċibersigurtà, filwaqt li f’dik is-sena tlestew 11-il rapport ta’ konformità; jilqa’ l-isforzi tas-Segretarjat biex jitlesta r-rieżami inizjali taċ-ċibersigurtà tan-networks diġitali u s-sistemi ta’ informazzjoni kollha tas-Segretarjat; ifaħħar lill-Kunsill għall-involviment tiegħu fit-tħejjija tax-Xahar Ewropew taċ-Ċibersigurtà 2024 li jiffoka fuq l-inġinerija soċjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Binjiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jinnota li fl-2024 twettqu proġetti ewlenin bħar-rinnovazzjoni tal-kmamar tal-laqgħat tal-Kunsill, inkluża għamara ġdida, tal-kurituri tal-uffiċċju u l-uffiċċju tal-akkreditazzjoni Justus Lipsius.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat nieda attivitajiet preparatorji għar-rinnovazzjoni tal-binjiet tiegħu, inklużi Justus Lipsius u l-bini amministrattiv ewlieni; huwa infurmat dwar il-ħtieġa espressa li ssir manutenzjoni sħiħa ta’ dawk il-binjiet, biex jiġu żgurati operazzjonijiet effiċjenti u konformità sħiħa mal-qafas regolatorju tal-Unjoni fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jinnota li l-linja baġitarja 2011 għall-“Ilma, gass, elettriku u tisħin” issaħħet bi 33 % permezz ta’ trasferiment baġitarju fl-2024; jinnota li s-Segretarjat kompla jnaqqas il-konsum tal-enerġija tiegħu, permezz ta’ metodi bħat-tnaqqis tat-tisħin tal-bini u s-sostituzzjoni tal-bojlers fil-bini Justus Lipsius;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jinnota li fl-2024 twettqu proġetti ewlenin, bħar-rinnovazzjoni ta’ xi kmamar tal-laqgħat fil-binjiet LEX u Justus Lipsius, ir-rinnovazzjoni kontinwa tal-kurituri tal-uffiċċji fil-bini Justus Lipsius, it-titjib tal-faċilitajiet/infrastrutturi għar-roti fil-bini tas-SĠK u l-modernizzazzjoni tar-receptions ta’ Justus Lipsius;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill għadu ma implimentax proċedura ta’ akkreditazzjoni simplifikata biex jiffaċilita l-aċċess tal-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni għall-bini tal-Kunsill; jistieden lill-Kunsill jadotta u japplika malajr tali proċedura mingħajr aktar dewmien, fl-ispirtu ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jinnota li, wara awditu estern imwettaq fl-2024, inżammet iċ-ċertifikazzjoni tas-Segretarjat fl-ambitu tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat kiseb iffrankar tal-enerġija fl-2024 billi tejjeb ir-rendiment tal-enerġija tal-infrastrutturi tekniċi tiegħu bħas-sistemi tad-dawl fil-bini li jokkupa; jinnota tnaqqis fil-konsum tal-enerġija tas-Segretarjat b’24,40 % bejn l-2018 u l-2024 u tnaqqis fil-konsum tal-ilma bi 17 % bejn l-2023 u l-2024; jilqa’ l-inizjattivi tas-Segretarjat biex ikompli jnaqqas il-konsum tal-karti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jilqa’ l-prattiki sostenibbli tas-Segretarjat inkorporati f’xi wħud mill-operazzjonijiet tiegħu; jinnota, fost l-oħrajn, li diversi proċeduri ta’ akkwist u kuntratti qafas jinkludu kriterji dwar it-tnaqqis tal-iskart u r-riċiklaġġ tat-tagħmir, li l-Uffiċċju Ekoloġiku jiġi kkonsultat dwar proġetti ta’ akkwist ta’ valur għoli fis-Segretarjat u li r-ristoranti tiegħu kisbu ċ-ċertifikazzjoni ta’ Ikel Tajjeb fl-2024; jilqa’ l-fatt li s-Segretarjat irreveda l-gwida għall-missjonijiet tal-membri tal-persunal fl-2024, li daħlet fis-seħħ fl-2025 u tkopri inċentivi ġodda biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju mill-ivvjaġġar tal-membri tal-persunal; jinnota b’sodisfazzjon żieda, minn 67 % fl-2023 għal 78 % fl-2024, fir-rigward tal-membri tal-persunal li biex marru x-xogħol użaw mezzi sostenibbli, bħat-trasport pubbliku jew ir-roti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-Segretarjat żviluppa strateġija ambjentali li tiddefinixxi perkors mill-2025 sal-2030 biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali tas-Segretarjat u implimenta azzjonijiet ta’ komunikazzjoni biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-membri tal-persunal, id-delegati u l-viżitaturi dwar azzjonijiet relatati mal-ambjent li jistgħu jittieħdu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat xtara vetturi tat-trasport aktar sostenibbli, jiġifieri vettura elettrika u tliet vannijiet żgħar ibridi; jinnota wkoll li l-infrastruttura u l-faċilitajiet għar-roti quddiem il-bini Justus Lipsius tjiebu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Artikolu 319 tat-TFUE jiġi rivedut sabiex jistipula b’mod espliċitu li l-Parlament, minbarra li jagħti kwittanza lill-Kummissjoni, jagħti wkoll kwittanza lil istituzzjonijiet, korpi u organi oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsimiet tagħhom tal-baġit jew tal-baġits tagħhom, bl-għan li jiġu żgurati ċ-ċarezza legali, il-konsistenza u t-trattament ugwali fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill jieħu passi konkreti fi żmien xieraq biex jegħleb il-kunflitt interistituzzjonali u jerġa’ jibda t-taħditiet mal-Parlament Ewropew sabiex jintlaħaq ftehim komuni għat-tkomplija bla xkiel u konformi mat-Trattat tal-proċedura ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jerġa’ jibda n-negozjati fl-ogħla livell biex isolvi l-impass tal-kwittanza li ilu għaddej; jitlob lill-Kummissjoni u lis-Servizz Legali tal-Kummissjoni jipprovdu opinjoni legali dwar il-potenzjal ta’ soluzzjonijiet bbażati fuq it-Trattat biex jinfurzaw l-obbligu ta’ rendikont tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, il-baġit globali għall-komunikazzjoni, filwaqt li jitqiesu t-trasferimenti implimentati matul is-sena, kien ta’ EUR 12 518 610, jiġifieri 5,45 % ogħla mill-baġit tal-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, is-Segretarjat ipprovda servizzi ta’ komunikazzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Grupp tal-Euro, lill-presidenzi b’rotazzjoni (il-Belġju u l-Ungerija), lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Istati Membri u lis-Segretarjat; jinnota li, fl-2024, is-Segretarjat żgura relazzjonijiet kontinwi mal-media, il-media soċjali u l-appoġġ għall-preżenza fuq il-web matul it-tranżizzjoni tad-detenturi ta’ kariga, kopertura awdjoviżiva organizzata u streaming ta’ impenji internazzjonali ewlenin, u żamm appoġġ operattiv ta’ kwalità għolja, inklużi xandir dirett ta’ avvenimenti, servizzi tal-istampa u markar għal summits u laqgħat istituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jinnota li, skont stħarriġ online li twettaq fl-aħħar trimestru tal-2024, 68,30 % tal-utenti (żieda minn 67 % fl-2023) kienu sodisfatti bl-esperjenza ġenerali tagħhom bis-sit web tal-Kunsill, li kellu aktar minn 26 miljun żjara fl-2024 (+7 % meta mqabbel mal-2023), u 71 400 abbonat, meta mqabbel ma’ 57 900 fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jinnota li d-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM) wettaq attivitajiet estensivi ta’ involviment tal-istampa u tal-media matul l-2024, inklużi 76 laqgħa għall-istampa, 771 stqarrija għall-istampa, 84 konferenza stampa u appoġġ komprensiv għall-akkreditazzjoni u l-kopertura tal-media; jinnota wkoll li ċ-ċentru stampa u s-sit web tal-Kunsill intużaw b’mod wiesa’, it-taqsima tal-istampa tas-sit web tal-Kunsill attirat aktar minn 6,4 miljun żjara u kważi 2 miljun żjara fil-paġni tal-laqgħat, li juru interess sostnut tal-pubbliku u tal-media fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, it-timijiet diġitali tas-Segretarjat, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-presidenzi, immonitorjaw u tejbu s-siti web tal-presidenza Belġjana u dik Ungeriża, filwaqt li rreġistraw madwar 407 000 żjara u 1,2 miljun żjara tal-paġna flimkien, u taw titjib kontinwu lis-sit web ewlieni tal-Kunsill bi 19-il sett ta’ titjib xprunat mill-utenti; jinnota wkoll l-implimentazzjoni tal-karatteristiċi tat-traduzzjoni awtomatika u l-aġġornamenti tal-aċċessibbiltà, flimkien ma’ riċerka estensiva tal-utenti biex jittejbu ċ-ċarezza u n-navigabbiltà tal-kontenut online fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, u b’hekk jissaħħu l-firxa diġitali tal-Kunsill u l-involviment tiegħu mal-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>