<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0128</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2024: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0055/2026 - Rapporteur:  Pasquale Tridico )</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2025/2148(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (COM(2025)0359 – C10‑0148/2025)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4944, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4944/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5409, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5409/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5407, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5407/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0055/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 li tinkludi xi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2025/2148(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0055/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) hija l-istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni, li għandha l-kompitu li tiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni billi tissorvelja l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tat-Trattati u tiżgura l-legalità tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, u mill-organi tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-QĠUE tgħin biex jiġu ppreservati l-valuri tal-Unjoni u, permezz tal-ġurisprudenza tagħha, taħdem lejn il-bini tal-Ewropa filwaqt li tibqa’ responsabbli lejn iċ-ċittadini permezz taċ-ċertezza legali, il-konsistenza tal-ġurisprudenza u r-rispett għal-limiti tal-interpretazzjoni ġudizzjarja;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-QĠUE tinkludi żewġ qrati: il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Parlament u l-Kunsill emendaw il-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-QĠUE (l-“Istatut”)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2019 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L, 2024/2019, 12.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2019/oj).</FIELD></FOOTNOTE> fl-2024 fir-rigward tat-trasferiment ta’ deċiżjonijiet preliminari f’oqsma speċifiċi għall-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Ġenerali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-QĠUE jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kienet tammonta għal EUR 13,3-il biljun fl-2023 (ammont li jirrappreżenta 6,9 % tal-baġit totali tal-Unjoni); jinnota li l-baġit tal-QĠUE ta’ madwar EUR 0,5 biljun jirrappreżenta madwar 3,76 % tan-nefqa amministrattiva totali tal-Unjoni, li huwa tnaqqis minn 3,9 % fl-2023; jenfasizza li, f’każijiet relatati mal-investigazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, il-prinċipji ta’ proċess ġust u d-drittijiet fundamentali jridu jiġu rrispettati bis-sħiħ mill-awtoritajiet kompetenti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2024 (ir-“rapport tal-Qorti”), eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt l-intestatura “Amministrazzjoni”, l-istess għadd bħal fl-2023; il-Qorti tiddikjara ulterjorment li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2024 kienet tammonta għal madwar 69 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-binjiet, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), u li l-ħidma tagħha tul bosta snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 16 (23 %) mis-70 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tal-tliet żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità; jinnota li r-rapport tal-Qorti ma identifika l-ebda kwistjoni speċifika dwar il-QĠUE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-baġit allokat lill-QĠUE fl-2024 kien jammonta għal EUR 503 837 531, li jirrappreżenta żieda ta’ 3,66 % meta mqabbel mal-2023; jinnota li din iż-żieda kienet prinċipalment relatata mal-aġġustamenti tas-salarju previsti għall-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li n-nefqa fuq il-persunal tammonta għal kważi 80 % tal-baġit tal-QĠUE u li l-aġġornamenti tas-salarji qabżu l-previżjonijiet inizjali fl-2024; jenfasizza li, filwaqt li dawn iż-żidiet ġew assorbiti mingħajr rinforzi baġitarji addizzjonali, in-natura rikorrenti tagħhom tqajjem mistoqsijiet fir-rigward tas-sostenibbiltà baġitarja fuq terminu medju taħt ir-restrizzjonijiet attwali tal-QFP; jappella għal titjib fl-ippjanar pluriennali tal-forza tax-xogħol u tal-infiq, mingħajr ma tiġi mminata l-indipendenza ġudizzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota mit-tweġibiet tal-QĠUE għall-kwestjonarju għall-kwittanza tal-2024 li r-rata ta’ implimentazzjoni proviżorja ġenerali tal-baġit fi tmiem l-2024 kienet ta’ 97,72 %, l-istess bħal fl-2023, filwaqt li r-rata ta’ implimentazzjoni finali għall-2024 se tkun disponibbli fi tmiem l-2025; jinnota li ġew sottomessi tliet trasferimenti lill-awtorità baġitarja f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju biex jissaħħu l-linji baġitarji għal “Xiri, xogħol, servizz u manutenzjoni ta’ tagħmir u software”, “Ċentru għat-Tfulija Bikrija” u “Binjiet” minn linji baġitarji oħra, prinċipalment il-linja baġitarja għal “Remunerazzjoni u allowances” tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jaqbel li l-kapaċità tal-QĠUE li tirrispondi għal ammont ta’ xogħol dejjem akbar ġiet ikkontestata minn naħa mil-linji gwida tal-Kummissjoni għat-tħejjija tal-baġit li jillimitaw iż-żieda għan-nefqa kollha mhux relatata mas-salarji għal massimu ta’ 2 % u jiskoraġġixxu t-talbiet għal pożizzjonijiet ġodda, u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas tal-EPSO li jipprovdi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ġabra ta’ kandidati ta’ daqs raġonevoli minn kompetizzjonijiet li minnhom għandhom jiġu reklutati; jinnota, barra minn hekk, li l-effetti inflazzjonarji tal-gwerra illegali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna komplew joħolqu pressjoni baġitarja għall-QĠUE permezz ta’, pereżempju, żieda fl-ispiża tal-missjonijiet jew żieda fil-prezzijiet ta’ oġġetti u servizzi kkuntrattati; ifaħħar lill-QĠUE għall-miżuri tagħha li jtaffu tali effetti billi tnaqqas l-għadd ta’ missjonijiet, trażżan l-infiq fuq l-enerġija u, fuq kollox, tapplika prijoritizzazzjoni tal-proġetti meta tħejji l-estimi tal-baġit; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jtejbu l-ġestjoni baġitarja tagħhom billi jqisu wkoll il-volatilità tal-prezzijiet, speċjalment fis-settur tal-enerġija, meta jikkonkludu kuntratti mal-fornituri tas-servizzi; jistieden lill-QĠUE tkompli ssaħħaħ il-kosteffiċjenza u l-ippjanar proattiv tal-baġit biex tippreserva l-kwalità ġudizzjarja bir-riżorsi disponibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Josserva żieda żgħira fiż-żmien medju għall-pagament minn 23,1 jum fl-2023 għal 23,7 jum fl-2024 u żieda fis-sehem tal-fatturi riċevuti elettronikament, minn 81 % fl-2023 għal 88 % fl-2024; jinnota mis-segwitu tal-QĠUE għall-osservazzjonijiet fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza tal-2023 (ir-“rapport ta’ segwitu”) li għall-fatturi relatati mat-traduzzjoni esterna, il-pagament huwa kkundizzjonat minn proċess ta’ reviżjoni, li huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-kwalità għolja meħtieġa tat-traduzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-baġit tal-missjonijiet tagħha għall-membri u l-persunal tal-QĠUE naqas għat-tieni sena konsekuttiva, minn EUR 638 000 fl-2023 għal EUR 616 000 fl-2024, u dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ madwar 3,44 %;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota b’apprezzament mit-tweġibiet tal-QĠUE għall-kwestjonarju għall-kwittanza tal-2024 l-isforzi li saru mill-QĠUE biex tlesti r-riforma ġudizzjarja għat-trasferiment parzjali tal-ġuriżdizzjoni biex tagħti deċiżjonijiet preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja lill-Qorti Ġenerali u tippermetti l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju l-ġdid mill-1 ta’ Ottubru 2024; jinnota f’dan il-kuntest ir-riorganizzazzjoni tal-istruttura tal-Qorti Ġenerali, il-modifika tar-Regoli ta’ Proċedura (RP) tal-QĠUE, l-adozzjoni ta’ sett ġdid ta’ regoli ta’ prattika tal-Qorti Ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida dwar il-preżentazzjoni u n-notifika ta’ dokumenti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia, l-iżvilupp ta’ software ġdid (“One-stop-shop”) għall-analiżi u l-ipproċessar rapidi tal-kawżi, effiċjenza u kwalità aħjar tal-eżiti ġudizzjarji u l-armonizzazzjoni tal-prattiki tar-reġistri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali; fl-2024; jinnota b’apprezzament li matul l-ewwel tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-riforma, 19-il deċiżjoni preliminari diġà ġew ittrasferiti lill-Qorti Ġenerali, u b’hekk immarkaw l-ewwel riżultati lejn distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-ammont ta’ xogħol bejn iż-żewġ qrati; jinnota li l-uniċi spejjeż addizzjonali assoċjati mal-implimentazzjoni tar-riforma ġudizzjarja kienu dawk relatati mal-IT, għall-iżvilupp tal-One-stop-shop, li jammontaw għal madwar EUR 805 000, filwaqt li f’termini ta’ persunal ir-riforma nżammet newtrali għall-baġit permezz tar-riallokazzjoni ta’ pożizzjonijiet u dmirijiet fl-istituzzjoni; jistieden lill-QĠUE tirrapporta dwar l-impatt konkret tar-riforma ġudizzjarja fuq l-effiċjenza, it-tul tal-proċedimenti u d-distribuzzjoni tal-ammont ta’ xogħol bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali, inkluż l-impatt tal-għodod diġitali fuq il-ħinijiet tal-ipproċessar u l-bilanċ tal-ammont ta’ xogħol; jistieden lill-QĠUE tippreżenta, għall-proċedura ta’ kwittanza li jmiss, evalwazzjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> komprensiva tar-riforma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar 12-il każ li jikkonċernaw il-prinċipju ta’ primazija tad-dritt tal-Unjoni, li minnhom 10 każijiet ta’ deċiżjonijiet preliminari u żewġ każijiet ta’ ksur; itenni li l-prinċipju tal-primazija tad-dritt tal-Unjoni, li jiżgura l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha u jissalvagwardja l-istat tad-dritt bħala valur ewlieni tal-Unjoni huwa fundamentali; jafferma mill-ġdid bil-qawwa li l-primazija tad-dritt tal-Unjoni hija l-pedament tal-ordni legali tal-Unjoni u jenfasizza r-rwol ċentrali tal-QĠUE fid-difiża tal-istat tad-dritt madwar l-Unjoni; jinnota li l-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi li “L-Unjoni għandha tirrispetta l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati kif ukoll l-identità nazzjonali tagħhom, inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali fundamentali tagħhom, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota mit-tweġibiet tal-QĠUE għall-kwestjonarju għall-kwittanza tal-2024 li fl-2024 ġew ippreżentati 920 kawża ġdida lill-Qorti tal-Ġustizzja (meta mqabbla ma’ 821 fl-2023), li minnhom 62,30 % kienu referenzi għal deċiżjonijiet preliminari u 277 kienu appelli kontra deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali; jinnota li l-Qorti Ġenerali rat tnaqqis kbir fl-għadd ta’ kawżi ġodda, minn 1 271 fl-2023 għal 786 fl-2024, li minnhom 35,88 % tal-kawżi kienu rikorsi għall-annullament ta’ atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, 34,10 % kienu jikkonċernaw azzjonijiet relatati mal-proprjetà intellettwali u 9,67 % kienu jikkonċernaw tilwim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-persunal tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jaqbel mal-QĠUE li l-Kummissjoni, bħala gwardjan tat-Trattati, għandha timmonitorja l-konformità tal-Istati Membri mad-deċiżjonijiet tal-QĠUE; itenni t-talba tiegħu lill-QĠUE, strettament fil-limiti tar-rwol tagħha, biex tistabbilixxi mekkaniżmu li jidentifika l-aħjar prattiki u l-prattiki ħżiena fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota żieda fl-għadd ta’ kawżi magħluqa mill-Qorti Ġenerali minn 904 fl-2023 għal 922 fl-2024 u żieda fl-għadd ta’ kawżi magħluqa mill-Qorti tal-Ġustizzja minn 783 fl-2023 għal 863 fl-2024, filwaqt li din iż-żieda tal-aħħar ġiet aċċelerata mis-sostituzzjoni parzjali triennali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-2024; jinnota wkoll żieda fl-għadd ta’ kawżi pendenti fil-Qorti tal-Ġustizzja minn 1 149 fl-2023 għal 1 206 fl-2024, u tnaqqis fl-għadd ta’ kawżi pendenti fil-Qorti Ġenerali minn 1 438 fl-2023 għal 1 302 fl-2024 (inkluża serje ta’ 404 kawżi essenzjalment identiċi magħduda bħala kawża waħda), parzjalment minħabba l-għeluq ta’ ċerti gruppi kbar ta’ kawżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’, fl-istess ħin, it-tnaqqis taż-żmien medju meħud biex jingħalqu l-kawżi skont il-proċedura urġenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li naqas minn 4,3 xhur fl-2023 għal 3,3 xhur fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li t-tul medju tal-proċedimenti għall-kawżi magħluqa mill-Qorti tal-Ġustizzja kien ta’ 17,7-il xahar fl-2024 meta mqabbel ma’ 16,1-il xahar fl-2023, filwaqt li ż-żieda rispettiva b’madwar sitt ġimgħat kienet dovuta għall-kumplessità u l-voluminożità ta’ xi fajls (bħall-azzjonijiet imressqa fl-2020 kontra l-hekk imsejjaħ “pakkett dwar il-mobbiltà” tal-Unjoni u magħluqa fl-2024); jinnota li t-tul medju tal-kawżi magħluqa b’sentenza jew b’ordni mill-Qorti Ġenerali żdied minn 18,2-il xahar fl-2023 għal 18,5-il xahar fl-2024; jisħaq li l-puntwalità tal-proċedimenti ġudizzjarji trid tibqa’ objettiv ewlieni tal-prestazzjoni, peress li t-tul eċċessiv jaffettwa direttament iċ-ċertezza legali għaċ-ċittadini, il-qrati nazzjonali u l-operaturi ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-QĠUE tesplora, f’kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali, għodod ta’ gwida prattika (bħal linji gwida, mudelli ta’ referenza preliminari, u sessjonijiet ta’ taħriġ online) biex tappoġġja formulazzjoni ċara u ffukata tal-mistoqsijiet ippreżentati fid-deċiżjonijiet preliminari, u b’hekk tnaqqas ir-riskju ta’ proċedimenti mhux meħtieġa jew twal iżżejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifaħħar lill-QĠUE għaż-żieda rreġistrata fl-użu tal-applikazzjoni e-Curia, filwaqt li l-għadd ta’ kontijiet miftuħa mill-qrati nazzjonali żdied minn 451 fl-2023 għal 566 fl-2024 u l-perċentwal ta’ atti proċedurali ppreżentati permezz tal-applikazzjoni e-Curia laħaq 91 % fil-Qorti tal-Ġustizzja u 96 % fil-Qorti Ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni żviluppat mill-QĠUE, li jippermetti lill-QĠUE tieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq il-livell ta’ lħuq tal-objettivi tagħha, imkejla permezz ta’ sett ta’ indikaturi operattivi u tal-ammont ta’ xogħol (eż. il-kosteffiċjenza, ir-rati ta’ tlestija tal-proġetti, is-sodisfazzjon tal-utenti u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi) imfassla apposta għal kull dipartiment; jinnota li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni użati mill-QĠUE jkopru firxa wiesgħa ta’ oqsma speċifiċi b’appoġġ għall-ħames objettivi ta’ ġestjoni relatati mal-funzjonament xieraq taż-żewġ qrati, id-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji emerġenti, il-ftuħ u t-trasparenza, il-multilingwiżmu u l-ġestjoni tar-riżorsi umani; jenfasizza l-ħtieġa li l-QĠUE tiżgura li dawn l-indikaturi jkunu trasparenti, orjentati lejn ir-riżultati u rieżaminati regolarment biex jappoġġjaw ġestjoni u obbligu ta’ rendikont effettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-approċċ tagħha rivedut fl-2024 rigward ir-redditu fuq l-investiment tal-inizjattivi ta’ innovazzjoni, billi jqis l-evalwazzjoni tal-ispejjeż permezz ta’ parametri bħall-isforzi ta’ implimentazzjoni u tal-persunal, il-manutenzjoni annwali, l-ispiża tal-kuntratturi u tipi oħra ta’ spejjeż, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-benefiċċji permezz ta’ parametri bħall-gwadanji mbassra, il-vantaġġi strateġiċi u l-għadd ta’ utenti milquta; jinnota li fl-2024, il-QĠUE għamlet ukoll reviżjoni bir-reqqa tas-sistema tagħha biex issegwi l-ġestjoni tal-proġetti u t-traċċar finanzjarju tal-proġetti, bil-ħsieb li tiżgura rapportar u kontroll kompluti fuq is-servizzi ta’ konsulenza tagħha dwar id-diġitalizzazzjoni bbażati fuq iż-żmien sal-2025; iħeġġeġ lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota u mir-rapport tal-awditu intern tal-QĠUE għall-2024 (ir-“rapport intern”) li l-attivitajiet ewlenin tal-awditjar imwettqa mid-dipartiment tal-awditjar intern tal-QĠUE fl-2024 kienu jikkonċernaw awditu tal-proġett tal-QĠUE biex taġġorna l-arranġamenti tas-sigurtà tal-infrastruttura u l-proġetti tal-inventarju tal-proprjetà tagħha, kif ukoll tliet studji: dwar il-bidliet fil-ħtiġijiet tal-kapital uman tal-QĠUE fl-era tal-IA ġenerattiva; dwar il-kompetenzi tal-organizzazzjonijiet u l-impjegati tagħhom f’ambjent li qed jinbidel; u dwar il-benesseri tal-impjegati u t-teknoloġiji emerġenti); jinnota b’apprezzament mir-rapport intern li d-dipartimenti kkonċernati ħadu azzjoni biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar, spiss qabel ma ġew konklużi l-awditi; jinnota wkoll li fir-rigward tal-programm tal-2024, fl-2025 kienet għaddejja ħidma għal awditu tal-liċenzji tal-IT u għall-aħħar parti tal-awditu tal-ġestjoni tax-xiri ta’ għamara u tagħmir; josserva li s-sitwazzjoni attwali rrapportata ta’ dan l-aħħar awditu baqgħet l-istess għal żewġ perjodi ta’ rapportar konsekuttivi; jistieden lill-QĠUE biex fil-futur tippreżenta aġġornament dwar il-monitoraġġ tal-azzjonijiet meħuda dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar intern fil-format ta’ tabella, bl-istatus ta’ implimentazzjoni għal kull azzjoni u rakkomandazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li l-għadd totali ta’ uffiċjali fi tmiem is-sena żdied minn 1 340 (58 %) fl-2023 għal 1 354 (60 %) fl-2024, l-għadd ta’ aġenti temporanji naqas minn 765 (33 %) fl-2023 għal 740 (33 %) fl-2024, u l-għadd ta’ aġenti kuntrattwali naqas minn 198 (9 %) fl-2023 għal 173 (7 %) fl-2024; jinnota li r-rata ta’ okkupazzjoni naqset bi ftit minn 97,11 % fl-2023 għal 96,70 % fl-2024 u d-dawran annwali tal-persunal naqas minn 6,54 % fl-2023 għal 6,32 % fl-2024, b’41 % tat-tluq tal-persunal relatat mal-pensjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja hija magħmula minn 27 Imħallef u 11-il Avukat Ġenerali u l-Qorti Ġenerali hija magħmula minn 54 Imħallef; jinnota wkoll li disa’ Mħallfin ġodda fil-Qorti tal-Ġustizzja u żewġ Imħallfin ġodda fil-Qorti Ġenerali ħadu l-kariga minħabba sostituzzjoni parzjali fl-2024; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-kompożizzjoni tal-ġeneru tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali għadha żbilanċjata ħafna; jesprimi l-apprezzament tiegħu tal-ittra mill-President tal-Qorti Ġenerali lill-President tal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri fl-2024, filwaqt li jistieden lill-Istati Membri jqisu l-ħtieġa ta’ bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw kandidati għas-sostituzzjoni tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali; iġedded it-talba tiegħu lill-Istati Membri biex iqisu l-ħtieġa ta’ bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnomina kandidati għas-sostituzzjoni tal-Imħallfin, filwaqt li jiżguraw li n-nomini jkomplu jkunu bbażati fuq kriterji ta’ mertu, kwalifika u indipendenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, il-persunal tal-QĠUE kien magħmul minn 60,70 % nisa u 39,30 % irġiel; jinnota li r-rappreżentanza tan-nisa kienet l-ogħla fil-gradi ta’ assistenti (69,14 %), filwaqt li sfortunatament kienet l-aktar baxxa fil-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri (35,71 %); jinnota wkoll żieda fid-distribuzzjoni tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ maniġment intermedju minn 43,33 % fl-2023 għal 51,61 % fl-2024; jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport ta’ ġestjoni tal-uffiċjal awtorizzanti b’delega għall-2024 xejra ’l fuq fir-rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali b’mod ġenerali, minn 37,50 % fl-2018 għal 48,70 % fl-2024; jisħaq li s-sottorappreżentanza persistenti tan-nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali superjuri għadha ta’ tħassib u jħeġġeġ lill-qorti tkompli ssaħħaħ miżuri mmirati li għandhom l-għan li jappoġġjaw il-progressjoni tal-karriera u l-perkorsi ta’ tmexxija għan-nisa, b’rispett sħiħ tal-prinċipji tal-mertu u t-trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien ta’ pjan ta’ azzjoni dwar il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-“Konvenzjoni ta’ Istanbul”) li jallinja l-azzjonijiet, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jorganizza azzjonijiet informattivi u ta’ taħriġ għall-persunal kollu sabiex jiġu evitati każijiet ta’ fastidju; jieħu nota ta’ azzjonijiet ulterjuri mħabbra, li jinkludu t-tkomplija tal-kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet nazzjonali li jaħdmu fil-qasam tal-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa, inizjattivi addizzjonali ta’ sensibilizzazzjoni u sessjonijiet ta’ taħriġ li jenfasizzaw, b’mod partikolari, l-impatt tal-mikroaggressjonijiet u l-preġudizzju abbażi tal-ġeneru; jiddispjaċih, f’dan ir-rigward, għan-nuqqas ta’ taħriġ obbligatorju għall-persunal u l-Membri kollha, kif iddikjarat fit-tweġibiet tal-QĠUE għall-kwestjonarju għall-kwittanza tal-2024; iħeġġeġ, għalhekk, l-inklużjoni tal-individwi kollha, kemm il-persunal kif ukoll il-Membri tal-QĠUE, f’sessjonijiet ta’ taħriġ obbligatorji fil-qasam tal-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota b’apprezzament il-varjetà ta’ sforzi u azzjonijiet varati mill-QĠUE fost il-persunal tagħha, inkluż fl-istadju tar-reklutaġġ, favur l-ugwaljanza, l-inklużjoni, ir-rispett reċiproku u d-diversità (D&I); jinnota b’mod partikolari t-tnedija fl-2024 ta’ taħriġ ġdid dwar id-D&I b’enfasi fuq il-prevenzjoni tal-mikroaggressjonijiet u, mill-2025, żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ ġodda dwar l-istabbiliment ta’ limiti tajbin għas-saħħa biex tittejjeb il-prestazzjoni u dwar ambjent mingħajr fastidju organizzati wara rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ ħidma interdipartimentali tal-QĠUE dwar il-Konvenzjoni ta’ Istanbul; jinnota b’apprezzament il-miżuri ta’ appoġġ personalizzati tal-QĠUE (dwar il-kompiti, il-ħinijiet tax-xogħol u l-ispazji tax-xogħol), mill-2022, għall-persunal b’diżabbiltà, il-parteċipazzjoni tal-istituzzjoni fil-ġimgħa ta’ sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà organizzata fl-2024 u l-iżvilupp mill-2025 ta’ programm pilota għat-trainees b’diżabbiltà; jistieden lill-QĠUE tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżitu ta’ dan il-programm tal-aħħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li n-nazzjonalitajiet kollha tal-Unjoni huma rrappreżentati fost il-persunal tal-QĠUE; jinnota, madankollu, li ċerti nazzjonalitajiet huma aktar rappreżentati minn oħrajn, filwaqt li xi wħud minnhom huma fil-biċċa l-kbira rrappreżentati żżejjed; jappoġġja lill-QĠUE biex iżżid l-isforzi tagħha ħalli tirreklama l-avviżi ta’ postijiet vakanti bl-aktar mod wiesa’ possibbli permezz ta’ siti web interistituzzjonali, networks tal-media soċjali u l-EPSO; jinnota, mir-rapport ta’ segwitu, l-impenn tal-QĠUE li tanalizza d-data rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet immirati li għandhom l-għan li jtejbu r-rappreżentanza ġeografika fost il-persunal tagħha inklużi t-trainees; jilqa’ l-isforzi tal-QĠUE biex tqajjem kuxjenza dwar il-programmi ta’ traineeship fost l-amministrazzjonijiet nazzjonali u r-rappreżentanzi permanenti tal-Istati Membri sottorappreżentati;  jinnota b’sodisfazzjon li għat-traineeships fil-qafas tan-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN), fl-2024 il-QĠUE rċeviet applikazzjonijiet minn tliet Stati Membri ġodda li pparteċipaw għall-ewwel darba fil-programm ta’ taħriġ fit-tul tagħha għall-professjonisti nazzjonali tal-ġustizzja.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifaħħar l-azzjonijiet tal-QĠUE fil-qasam tal-multilingwiżmu (legali) fl-2024, bħall-finalizzazzjoni u t-tnedija ta’ sit web dwar il-multilingwiżmu, il-koorganizzazzjoni tal-ewwel edizzjoni ta’ skola tas-sajf flimkien ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, il-kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri biex tiġi żviluppata ġabra ta’ għarfien espert estern biex jiġu indirizzati ż-żidiet fil-volumi tat-traduzzjoni u tiġi koperta kwalunkwe kombinazzjoni lingwistika, azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni għas-suq freelance u aġġornament kontinwu tal-proċeduri u l-ħiliet dwar l-użu ta’ għodod diġitali (inklużi dawk relatati mal-IA) għat-traduzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ifaħħar lill-QĠUE għall-azzjonijiet tagħha biex tindirizza l-isfidi tar-reklutaġġ tal-persunal u tippromwovi lil-Lussemburgu fost il-gradwati żgħażagħ bħala post tax-xogħol; jinnota b’apprezzament il-kontribut tal-QĠUE għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ allowance għall-akkomodazzjoni mħallsa b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2025 lill-persunal fi gradi aktar baxxi, it-tħejjija ta’ kompetizzjonijiet tal-EPSO mmirati speċifikament lejn il-persunal li għandu jiġi impjegat fil-Lussemburgu, kif ukoll sessjonijiet ta’ informazzjoni u skejjel tas-sajf; jinkoraġġixxi kooperazzjoni intensifikata mal-EPSO u istituzzjonijiet oħra biex jitwessa’ l-grupp ta’ kandidati kwalifikati u jissaħħu l-proċessi ta’ selezzjoni kompetittivi f’oqsma speċjalizzati; jinnota mir-rapport ta’ segwitu li l-QĠUE mexxiet f’isem il-Grupp Interistituzzjonali ta’ Livell Għoli proġett/stħarriġ biex tistabbilixxi jekk ikunx fattibbli li jiġu kkuntrattati servizzi ta’ kiri għal akkomodazzjoni temporanja (jiġifieri għal perjodu massimu ta’ sena), bil-prezz tas-suq (jew anqas) li jitħallas direttament mill-membri tal-persunal; jinnota wkoll li l-istħarriġ kien ta’ suċċess u konsegwentement il-grupp ta’ ħidma ppreżenta ftehim dwar il-livell ta’ servizz lill-istituzzjonijiet parteċipanti biex jagħtu mandat lill-QĠUE ħalli twettaq proċedura ta’ negozjar tal-proprjetà immobbli ma’ entitajiet li ppreżentaw proġetti xierqa; jistieden lill-QĠUE żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar is-segwitu ta’ din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li l-QĠUE rreklutat 201 trainee fl-ambitu tal-iskema ġenerali ta’ traineeship (bi ħlas); jinnota wkoll li 34 % tal-kandidati inizjalment magħżula rrifjutaw l-offerta tal-QĠUE wara li saru jafu bl-għoli tal-ħajja qawwi tal-Lussemburgu; itenni l-enfasi tiegħu li t-traineeships għandhom jiġu remunerati f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar traineeships ta’ kwalità fl-Unjoni (2020/2005(INL)), li titlob li l-internships kollha fl-Unjoni għandhom ikunu mħallsa; jilqa’ l-fatt li bħalissa t-trainees kollha fil-QĠUE jirċievu għotja matul is-soġġorn tagħhom, prinċipalment mill-QĠUE u, f’xi każijiet speċifiċi, minn sorsi oħra; jieħu nota li l-QĠUE taċċetta biss ftit trainees (sebgħa fl-2024) imħallsa minn sorsi oħra, u għal perjodi qosra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li fl-2024 ġew iddokumentati 17-il każ ta’ eżawriment, li minnhom tmien każijiet ġodda ġew irrapportati fl-2024 u disa’ każijiet ġew irrapportati fl-2023, filwaqt li l-persunal ikkonċernat irċieva appoġġ u gwida professjonali; jinnota b’apprezzament li, fl-2024, il-QĠUE baqgħet minn ta’ quddiem f’inizjattivi li jippromwovu l-benesseri fiżiku u mentali tal-persunal u jindirizzaw l-eżawriment u r-riskji psikosoċjali, bħal konsultazzjonijiet ma’ assistent soċjali jew psikologu, lectures dwar il-mindfulness u l-bilanċ diġitali, workshops speċjalizzati u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet tas-saħħa, sessjonijiet ta’ taħriġ tal-ewwel għajnuna u r-reklutaġġ ta’ żewġ psikologi part-time; jirrikonoxxi s-suċċess fir-rigward tal-użu ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli, inkluża l-iskema tat-telexogħol tal-QĠUE, li fl-aħħar mill-aħħar tistinka għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li fl-2023 tnediet inkjesta amministrattiva dwar allegat każ ta’ fastidju sesswali li jikkonċerna membru tal-persunal u li dan il-każ ingħalaq fl-2024 b’sanzjoni; jinnota li fl-2024 ma nfetħet l-ebda inkjesta amministrattiva ġdida dwar il-fastidju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Qafas etiku, trasparenza u aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li, kif mitlub fir-rakkomandazzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti, il-kodiċi ta’ kondotta l-ġdid għall-uffiċjali u aġenti oħra tal-QĠUE li jirrifletti l-valuri u l-impenn ta’ din tal-aħħar għal standards etiċi għoljin ġie adottat f’Marzu 2024 u jinnota li l-Kodiċi ta’ Kondotta jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt ta’ interess, id-dmir ta’ lealtà, id-dmir ta’ kunfidenzjalità u diskrezzjoni, l-attivitajiet esterni, l-attivitajiet okkupazzjonali wara t-tluq mis-servizz u l-pubblikazzjonijiet, id-dispożizzjonijiet kontra l-fastidju u japplika wkoll għal esperti nazzjonali sekondati u mħallfin trainees ospitati fl-ambitu tan-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN); jinnota b’sodisfazzjon li l-QĠUE stabbiliet miżuri biex tippreżenta u tispjega l-Kodiċi ta’ Kondotta bl-aktar mod wiesa’ possibbli u biex il-persunal jifhem bis-sħiħ ir-regoli l-ġodda u l-qafas legali usa’ li huma parti minnu, u li t-taħriġ dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal huma obbligatorji għal dawk ġodda u rakkomandati ħafna lill-persunal kollu tal-QĠUE, filwaqt li total ta’ 561 persuna (jiġifieri 24,75 % tal-għadd totali ta’ uffiċjali u aġenti tal-QĠUE) ipparteċipaw f’tali taħriġ fl-2024; jinnota wkoll li taħriġ simili kien ġie offrut ukoll lill-membri l-ġodda tal-QĠUE fl-2024; jinnota b’apprezzament in-network tal-QĠUE ta’ “konsulenti kunfidenzjali” li jassistu lill-membri tal-persunal f’każ ta’ fastidju, kif ukoll il-programm ta’ ġestjoni tat-talenti offrut lil amministraturi b’potenzjal għoli li jkopri, <STRING ITALIC="on">inter alia</STRING>, it-tmexxija etika; iħeġġeġ lill-QĠUE ssaħħaħ progressivament l-għoti ta’ taħriġ dwar il-Kodiċi tal-Kondotta lill-membri kollha tal-persunal mingħajr eċċezzjoni, biex tiżgura fehim kondiviż tal-istandards etiċi fl-istituzzjoni kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li, minbarra l-adozzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta għall-membri u għall-eks Membri tal-QĠUE, id-dikjarazzjoni ta’ interessi tal-membri tiġi ppubblikata online biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali fit-trattament tal-kawżi; jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport ta’ segwitu li fl-2024 il-QĠUE ffirmat il-ftehim li jistabbilixxi l-“Korp tal-Etika tal-UE” interistituzzjonali li, fost il-kompiti tiegħu, għandu t-tfassil ta’ standards minimi komuni għall-imġiba tal-membri tal-istituzzjonijiet firmatarji; jirrikonoxxi li l-QĠUE żżomm status ta’ osservatur f’dak il-korp sabiex tippreżerva l-indipendenza tal-ġudikatura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Josserva l-politika robusta tiegħu dwar l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess fl-istituzzjoni u r-revolving doors, bil-kodiċi ta’ kondotta l-ġdid jiddefinixxi regoli speċifiċi u aktar stretti għall-maniġers u s-segretarji legali; jinnota li tliet dikjarazzjonijiet potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess mill-membri tal-persunal ġew ipproċessati fl-2024, filwaqt li l-ebda waħda minnhom ma kienet tirrikjedi azzjoni korrettiva; jinnota wkoll li fl-2024, 57 membru tal-persunal iddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jaħdmu wara li telqu mill-QĠUE, filwaqt li l-ebda wieħed minnhom ma tqiegħed f’perjodu ta’ preklużjoni; jinnota madankollu li l-perjodu ta’ preklużjoni għal każ ippreżentat fl-2023 minn eks membru ta’ kariga għolja tal-persuna kompla fl-2024; jinnota li ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fil-QĠUE fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota mir-rapport ta’ segwitu li l-politika ta’ rikuża tal-Imħallfin f’każijiet ta’ kunflitt ta’ interess reali jew apparenti diġà hija obbligatorja u li l-QĠUE tibbaża fuq mekkaniżmu ttestjat biex tipprevjeni l-kunflitti ta’ interess, filwaqt li dak il-mekkaniżmu jkopri l-proċess għall-għażla tal-membri tal-QĠUE u jipproduċi effetti sħaħ meta jibdew jaqdu dmirijiethom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li fl-2024, il-membri kollha tal-QĠUE kienu residenti fil-Lussemburgu f’konformità mal-Artikolu 14 tal-Istatut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li l-lista ta’ attivitajiet esterni mwettqa mill-membri kemm tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tal-Qorti Ġenerali ilha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-QĠUE mill-2018 u li tali attivitajiet jiġu approvati biss jekk ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tal-kodiċi ta’ kondotta tal-membri tal-QĠUE u mal-obbligi tagħhom li jkunu disponibbli għall-attivitajiet ġudizzjarji; jilqa’ mir-rapport ta’ segwitu l-impenn tal-QĠUE li tanalizza l-possibbiltajiet li ttejjeb il-kwalità u l-leġġibbiltà tal-informazzjoni ppubblikata relatata mal-attivitajiet esterni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Parlament li saret fl-2023 lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni biex jaqblu dwar sistema unika dwar l-użu ta’ vetturi uffiċjali li għandha tiġi applikata orizzontalment; jinnota f’dan il-kuntest u r-rapport ta’ segwitu li fl-2024 il-QĠUE, il-Qorti, il-Parlament u l-Kummissjoni stabbilew grupp ta’ ħidma interistituzzjonali bl-għan li jiskambjaw informazzjoni dwar il-prattiki rispettivi u jidentifikaw toroq għall-armonizzazzjoni tar-regoli, filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija u l-ispeċifiċitajiet ta’ kull istituzzjoni; ifakkar fl-opinjoni tal-Parlament li l-użu tal-flotta tal-karozzi barra mill-prestazzjoni stretta tad-dmirijiet tal-Membri tal-QĠUE ma għandu jsir fl-ebda ċirkostanza; jinnota wkoll mir-rapport ta’ segwitu li l-grupp ta’ ħidma wettaq valutazzjoni komparattiva dwar il-kwistjoni u qed jeżamina suġġetti oħra relatati mal-ġestjoni tal-flotta tal-karozzi; jistieden lill-grupp ta’ ħidma jaġixxi malajr dwar din il-kwistjoni u jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżitu tal-ħidma u l-konklużjonijiet tiegħu mill-aktar fis possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li l-QĠUE ma rrapportat l-ebda każ ta’ frodi, korruzzjoni jew użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni fl-2024; jinnota li l-istrateġija tal-QĠUE kontra l-frodi hija parti integrali mill-qafas integrat tagħha ta’ kontroll intern u ta’ ġestjoni tar-riskju, b’enfasi partikolari fuq ir-riskji ta’ divulgazzjoni mhux xierqa tal-informazzjoni; jinnota li l-qafas regolatorju intern tiegħu jinkludi deċiżjoni dwar investigazzjonijiet li jikkonċernaw frodi, korruzzjoni jew attività illegali kontra l-interess tal-Unjoni u deċiżjoni u linji gwida dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta inklużi dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni u l-protezzjoni għall-informaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-QĠUE li ssaħħaħ it-trasparenza, l-aċċess għall-ġustizzja u l-ftuħ pubbliku, u b’hekk tikkontribwixxi għat-trawwim tal-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, filwaqt li tibbilanċja tħassib fundamentali ieħor bħas-serenità ġudizzjarja, il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti u l-protezzjoni tad-data personali; jenfasizza li ż-żieda fit-trasparenza trid isservi wkoll biex issaħħaħ il-fiduċja pubblika fil-ġurisprudenza tal-QĠUE; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb iċ-ċarezza, l-aċċessibbiltà u l-prevedibbiltà tal-ġurisprudenza tagħha, b’mod partikolari f’każijiet b’impatt kostituzzjonali jew soċjetali sinifikanti; jinnota li, fl-2024, il-QĠUE kkonsolidat is-servizz ta’ streaming għas-seduti ta’ smigħ tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali fuq is-sit web Curia, u b’hekk tiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadini għall-attivitajiet ġudizzjarji tal-QĠUE; jilqa’ f’dan il-kuntest, bħala riżultat tar-riforma ġudizzjarja adottata fl-2024, iż-żieda fit-trasparenza tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari billi tippermetti l-pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-QĠUE ta’ osservazzjonijiet bil-miktub fi żmien raġonevoli wara l-għeluq tal-kawża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport ta’ segwitu li, wara proġett pilota ta’ suċċess imniedi fl-2022 u l-aġġornament tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha fl-2024, il-Qorti tal-Ġustizzja espandiet is-servizz ta’ streaming biex jinkludi kawżi importanti mismugħa minn Awla ta’ ħames Imħallfin, kif ukoll xandir kważi dirett ta’ seduti ta’ smigħ ta’ sottomissjonijiet orali u xandiriet diretti tal-għoti ta’ sentenzi u ta’ opinjonijiet tal-Avukati Ġenerali; jinnota wkoll li mill-1 ta’ Settembru 2024 ir-reġistrazzjonijiet bil-video tas-seduti ta’ smigħ għall-għoti ta’ sentenzi u opinjonijiet jibqgħu disponibbli b’mod permanenti fuq is-sit web tal-QĠUE u r-reġistrazzjonijiet bil-video tas-sottomissjonijiet orali huma aċċessibbli xahar wara s-seduta ta’ smigħ; jinnota b’apprezzament li l-Qorti Ġenerali ħadet miżuri simili biex tiżgura aċċess estiż tal-pubbliku għall-proċedimenti tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li fl-2024 il-QĠUE rreġistrat 20 talba għal aċċess pubbliku għad-dokumenti amministrattivi u tat aċċess għad-dokumenti amministrattivi fi 15-il każ; jinnota li l-Ombudsman Ewropew ma ttrattat l-ebda każ li jikkonċerna l-QĠUE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li fl-2024, meta mqabbla mal-2023, in-nefqa baġitarja naqset b’9 % għall-proġetti tal-IT u b’69 % għall-proġetti taċ-ċibersigurtà, filwaqt li żdiedet b’16 % għat-tagħmir tal-IT, u bi 2 % għas-servizzi, il-liċenzji u t-tagħmir taċ-ċibersigurtà; josserva li t-tnaqqis sinifikanti fil-proġetti tal-IT huwa dovut għall-fatt li ċerti proġetti taċ-ċibersigurtà daħlu fil-fażi operattiva fl-2024 u għalhekk l-ispejjeż relatati huma inklużi fil-baġit tal-operazzjonijiet standard;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifaħħar lill-QĠUE għall-progress li għamlet f’diversi proġetti diġitali fl-2024, bħall-introduzzjoni tal-programm SIGA aġġornat għad-data integrata u l-ġestjoni tal-kawżi, l-użu akbar u mtejjeb tal-applikazzjoni HAN/Ares (is-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ġestjoni tad-dokumenti tal-QĠUE), l-implimentazzjoni tal-EU Sign (sistema ta’ firem diġitali) u r-reviżjoni sħiħa kemm tas-Sit Curia kif ukoll tal-għodda ta’ tiftix InfoCuria; jirrikonoxxi l-importanza li jiżdied l-użu tal-applikazzjoni e-Curia għall-preżentazzjoni u n-notifika ta’ atti proċedurali b’mezzi elettroniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li l-QĠUE kompliet tawtomatizza l-proċessi tagħha bl-użu, mill-2024, ta’ software robotiku biex tipproċessa kompiti ripetittivi bħat-traskrizzjoni tas-seduti ta’ smigħ u l-ħlas tal-fatturi; jistenna li l-applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ awtomatizzazzjoni tal-proċess robotiċi se tgħin biex jiġu ottimizzati r-riżorsi madwar il-QĠUE; jirrikonoxxi l-importanza tal-kooperazzjoni interistituzzjonali għall-benefiċċju tal-QĠUE fir-rigward tal-effiċjenzi ġġenerati mill-użu ta’ sistemi ewlenin tal-IT għall-ġestjoni tad-dokumenti u tar-rekords (HAN/Ares), HR (Sysper u Kwistjonijiet tal-persunal), il-ġestjoni tar-rekords finanzjarji (SAP) u sistemi oħra tal-Kummissjoni (ibbażati fuq l-IA), pereżempju għas-servizzi tat-traduzzjoni (eTranslation);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota b’interess it-tnedija fl-2024 ta’ proġett pilota li jipprovdi lid-dipartimenti kollha tal-QĠUE b’aċċess għall-assistenti tal-IA; jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata l-aderenza mal-prinċipji etiċi meta jintużaw l-għodod tal-IA u b’mod partikolari mal-Linji Gwida tal-QĠUE dwar l-IA adottati fl-2024, u b’hekk tiġi żgurata s-sorveljanza mill-bniedem fir-rigward tal-prinċipju tal-indipendenza tal-proċedimenti legali; jissottolinja li l-użu tal-għodod tal-IA f’ambjent ġudizzjarju ma għandu qatt jissostitwixxi r-raġunament legali tal-bniedem jew id-diskrezzjoni ġudizzjarja, u lanqas jimmina r-responsabbiltà personali tal-imħallfin; jenfasizza, f’dan il-kuntest, ir-rwol superviżorju tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-IA tal-QĠUE; ifaħħar lill-QĠUE għall-programm ta’ taħriġ komprensiv li stabbiliet fl-2024, li beda b’“xahar ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-IA” li kien jinkludi sessjonijiet ta’ taħriġ, diskussjonijiet madwar mejda animati minn esperti tal-IA, webinars u bootcamps, u b’hekk ħadet l-ewwel pass importanti lejn il-ħolqien ta’ sensibilizzazzjoni tal-membri tal-persunal dwar l-istrateġija, il-linji gwida u l-IA tal-QĠUE b’mod ġenerali; jinnota li l-membri tal-persunal isegwu wkoll korsijiet dwar il-ġestjoni tat-tibdil, it-trasferiment tal-għarfien, il-mentoraġġ, u l-aġilità mentali biex jappoġġjaw l-adattament għat-teknoloġiji emerġenti; jistieden lill-QĠUE tkompli torganizza tali programmi ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota mir-rapport ta’ segwitu li, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid dwar iċ-Ċibersigurtà fil-bidu tal-2024, il-QĠUE stabbiliet pjan ta’ azzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u qed timplimenta proġetti ta’ infrastruttura tal-IT relatati; jinnota li l-QĠUE twettaq mill-anqas tliet testijiet annwali ta’ rkupru minn diżastri li jkopru s-sistemi fuq il-post, is-servizzi tat-telekomunikazzjoni, u l-falliment tal-fornitur tal-internet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li l-kapaċitajiet operattivi taċ-ċibersigurtà komplew jissaħħu fl-2024 biex jikkonformaw mar-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 u jindirizzaw l-għadd dejjem jikber ta’ attakki ċibernetiċi; josserva li ma seħħ l-ebda attakk ċibernetiku kbir fl-2024; jinnota bi tħassib li medja ta’ 142 inċident ta’ sigurtà fix-xahar ġew irreġistrati u analizzati, li xi wħud minnhom kienu jirrikjedu intervent mill-bniedem; jenfasizza li ċ-ċibersigurtà hija investiment strateġiku, essenzjali għas-salvagwardja tal-indipendenza ġudizzjarja, l-integrità tad-data u l-kontinwità tal-attività ġudizzjarja, u għalhekk jissottolinja l-ħtieġa għal investiment sostnut u prevedibbli fil-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà, it-taħriġ tal-persunal u l-kooperazzjoni interistituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Josserva li l-investigazzjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) dwar l-użu tas-servizzi tal-cloud ipprovduti minn Amazon Web Services u Microsoft fl-ambitu tal-kuntratti tal-Cloud II mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni ngħalqet fl-2025; jinnota wkoll li l-QĠUE ma rċeviet l-ebda rakkomandazzjoni wara din l-investigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota li, bħala parti mill-inizjattiva komprensiva tagħha biex iżżid l-aċċessibbiltà u l-inklużjoni għall-persuni b’vulnerabbiltà, il-QĠUE kompliet timplimenta l-approċċ “aċċessibbbiltà mid-disinn” għal kwalunkwe bidla u evoluzzjoni tas-sistemi tal-IT tagħha; jinnota li, wara awditu tas-sit web tal-Curia fl-2023, il-QĠUE qed tadotta teknoloġiji biex ittejjeb l-aċċessibbiltà tas-sit għal firxa wiesgħa ta’ utenti, bħal persuni b’vista batuta, persuni b’telf ta’ smigħ jew diżabbiltajiet intellettwali; iħeġġeġ lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar din il-kwistjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Binjiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota mir-rapport ta’ segwitu li fil-qafas ta’ żewġ proġetti pilota dwar l-aktar użu effiċjenti tal-bini tal-QĠUE, saru diversi sessjonijiet ta’ ħidma fl-2024 li wasslu għall-iżvilupp ta’ żewġ formati mfassla għall-ħtiġijiet ta’ kull servizz; jinnota li s-segwitu ta’ dawk il-proġetti ġie sospiż sabiex l-ewwel jingħata żmien biex jiġi vvalutat l-impatt li l-integrazzjoni tal-IA jista’ jkollha fuq il-metodi ta’ ħidma tal-QĠUE u, fl-aħħar mill-aħħar, fuq l-użu tal-ispazju u l-uffiċċji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, il-QĠUE kompliet issegwi l-inizjattiva komprensiva tagħha biex iżżid l-aċċessibbiltà u l-inklużjoni għall-persuni b’diżabbiltà; jinnota b’mod partikolari li l-QĠUE fasslet pjan ta’ azzjoni fit-tul biex tiżgura li l-binjiet tagħha jissodisfaw l-istandards ta’ aċċessibbiltà legali sal-1 ta’ Jannar 2032 kif meħtieġ mid-dritt Lussemburgiż; japprezza li l-QĠUE stabbiliet inventarju ta’ punti ta’ rimedju għal partijiet mill-infrastruttura tagħha u kkummissjonat perit għal studju tal-fattibbiltà li se jiddetermina l-azzjonijiet meħtieġa li għandhom jittieħdu; iħeġġeġ lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar din il-kwistjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Ifaħħar lill-QĠUE għall-isforzi kontinwi u l-progress sinifikanti tagħha fit-tnaqqis tal-impronta ambjentali tagħha fl-2024, kif muri mill-prestazzjoni tagħha meta mqabbla mal-linja bażi tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-2015 bi tnaqqis għal kull Ekwivalenti għall-Full-Time (FTE) miksub f’ħafna tipi ta’ konsum/emissjonijiet (tisħin: - 37,5 %; elettriku: -29,3 %; karta: -64,2 %, skart tal-uffiċċji u tal-kantin: -40,4 %; emissjonijiet ta’ gassijiet serra: -26,7 %); jinnota titjib ġenerali meta mqabbel mat-tnaqqis irrapportat għall-2023; jirrikonoxxi li dawn ir-riżultati, flimkien mal-kundizzjonijiet tas-suq, wasslu għal tnaqqis ta’ 18 % fin-nefqa fuq l-enerġija meta mqabbla mal-previżjonijiet; ifaħħar, f’dan il-kuntest, l-integrazzjoni robusta tas-sostenibbiltà fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju u tal-obbligu ta’ rendikont tal-Qorti, kif meħtieġ miċ-ċertifikazzjoni tal-EMAS tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jilqa’ l-investimenti sostanzjali fl-2024 biex tissaħħaħ l-effiċjenza enerġetika tal-binjiet tal-QĠUE, inklużi kważi EUR 1,5 miljun għall-installazzjoni mifruxa ta’ dawl LED u aktar minn EUR 0,4 miljun għal xogħlijiet ta’ iżolament tal-bini; jinnota b’sodisfazzjon li l-elettriku mixtri kollu ġie minn sorsi rinnovabbli u li t-tisħin huwa fornut minn sistema distrettwali mħaddma bil-bijomassa; jilqa’ l-impenn tal-QĠUE li tagħmel il-provvista tal-enerġija ekoloġika tagħha valida għall-futur permezz tal-parteċipazzjoni ppjanata fil-Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija (PPAs);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Ifaħħar lill-QĠUE għall-approċċ rigoruż tagħha għall-akkwist sostenibbli, permezz tal-kategorizzazzjoni tas-sejħiet għall-offerti abbażi tal-impatt (“aħdar ħafif”, “aħdar medju”, “aħdar massimu”) tal-klawżoli ambjentali tagħhom, l-użu sistematiku ta’ għodod bħall-awtovalutazzjoni obbligatorja tal-“prestazzjoni ekoloġika” u l-konsultazzjoni tal-Helpdesk interistituzzjonali tal-SPP; jinnota li fl-2024, tmien offerti ewlenin ta’ aktar minn EUR 60 000 kienu “xiri ekoloġiku”, li sitta minnhom inkorporaw klawżoli ambjentali sinifikanti; jilqa’ b’mod partikolari l-implimentazzjoni b’suċċess tal-kuntratt il-ġdid tal-catering, li jirrikjedi prattiki tal-ikel sostenibbli u li għandu ċ-ċertifikazzjoni ISO 14001, u l-ilħuq tal-objettiv li l-offerti “ħodor ħfief” jiġu limitati għal ferm anqas mill-mira ta’ 50 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Ifaħħar lill-QĠUE għall-istrateġija komprensiva u effettiva tagħha dwar il-mobbiltà sostenibbli għall-persunal u l-membri; jinnota f’dan il-kuntest is-sussidji kontinwi għat-trasport pubbliku għall-ivvjaġġar transfruntier u l-iskema tar-roti Vel’ Oh!flimkien ma’ titjib sinifikanti fl-infrastruttura, inkluża l-installazzjoni fl-2024 ta’ bosta punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi u ibridi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota l-bidla sinifikanti lejn metodi ta’ ħidma sostenibbli, b’żieda sostanzjali fl-użu tal-vidjokonferenzi mill-membri tal-QĠUE biex jiġi evitat l-ivvjaġġar, evidenzjata minn 131 missjoni bħal dawn fl-2024 meta mqabbla ma’ tlieta biss fl-2019; jilqa’ wkoll id-diġitalizzazzjoni kontinwa tal-proċessi, li, flimkien mat-tneħħija ta’ 80 % tal-istampaturi personali, kienet mutur ewlieni fit-tnaqqis drastiku tal-konsum tal-karti tal-QĠUE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinnota l-kooperazzjoni tal-QĠUE ma’ istituzzjonijiet oħra u b’mod partikolari l-applikazzjonijiet kondiviżi u s-servizzi ta’ hosting ibbażati fuq ftehimiet fil-livell ta’ servizz (FLS) mal-Kummissjoni kif ukoll il-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali, li ppermettew lill-QĠUE tottimizza l-ispejjeż u r-riżorsi; jirrikonoxxi l-importanza tal-kooperazzjoni interistituzzjonali tal-QĠUE mas-Servizz taċ-Ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA), inkluża l-parteċipazzjoni fi Gruppi Konsultattivi Tekniċi dwar l-għodod, il-metodoloġiji, u s-sensibilizzazzjoni, kif ukoll fl-inizjattiva ġenerattiva dwar l-IA tas-CERT-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li l-QĠUE daħlet f’diversi FLS għall-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-IT, l-użu ta’ għodod tar-riżorsi umani, il-pagament ta’ xi intitolamenti individwali u l-użu tas-sistema ta’ ġestjoni tad-dokumenti HAN/Ares; jilqa’ t-tiġdid tal-ftehim ta’ finanzjament annwali konkluż mas-servizzi tat-traduzzjoni ta’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni; jinnota li fl-2024 iffirmat żewġ memoranda ta’ qbil (MtQ) mal-Kummissjoni u l-Parlament: MtQ dwar il-kondiviżjoni tal-piż finanzjarju relatat mal-użu ta’ għodda ta’ ttestjar mill-bogħod għat-test ta’ akkreditazzjoni interistituzzjonali u MtQ dwar il-kondiviżjoni tal-ispejjeż għal attivitajiet konġunti ta’ sensibilizzazzjoni tas-servizzi ta’ interpretazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Japprezza li l-QĠUE tikkoopera bis-sħiħ mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), mal-Qorti, mal-EDPS u mal-Ombudsman Ewropew; jieħu nota tas-sħubija tal-QĠUE mal-EJTN li tgħin lill-QĠUE fil-ħidma tagħha lejn it-trawwim ta’ kultura ġudizzjarja komuni madwar l-UE, l-iżgurar tal-applikazzjoni konsistenti u uniformi tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha u t-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka bejn il-ġudikaturi nazzjonali u l-QĠUE; japprezza f’dan il-kuntest l-organizzazzjoni ta’ laqgħat annwali ma’ korrispondenti tal-qrati nazzjonali, gruppi tematiċi, webinars u żjarat tar-rappreżentanti tal-QĠUE fil-qrati nazzjonali u viċi versa; jinnota b’mod partikolari għall-2024 il-laqgħa annwali tal-korrispondenti tal-EJTN li saret fi Brussell, iż-żjara f’Varsavja minn delegazzjoni mill-Qorti Ġenerali, kif ukoll il-laqgħa annwali tal-Imħallfin b’konferenza speċjali li saret fil-QĠUE biex tfakkar l-20 anniversarju tat-tkabbir tal-2004; jinnota wkoll mir-rapport ta’ segwitu li fl-2024 għadd akbar ta’ Mħallfin attendew seminars u professjonisti tal-ġustizzja nazzjonali minn tliet Stati Membri ġodda ppreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għall-ewwel darba għall-programmi ta’ taħriġ fit-tul tal-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE u l-Parlament iddeċidew li jorganizzaw laqgħat annwali, li huma maħsuba bħala djalogi dwar suġġetti ta’ interess komuni bħall-amministrazzjoni, il-potenzjal għal titjib tas-sistema ġudizzjarja jew il-perċezzjoni taċ-ċittadini tal-istat tad-dritt; jinnota li l-ewwel laqgħa ta’ dan it-tip saret f’Marzu 2024;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Komunikazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota li l-QĠUE torganizza żjarat regolari b’total ta’ 16 319-il viżitatur irreġistrati fl-2024; jinnota li madwar 2 500 minn dawk il-viżitaturi attendew il-Jum għall-Pubbliku tal-QĠUE dik is-sena; jinnota wkoll li minbarra ż-żjarat regolari, il-QĠUE torganizza wkoll żjarat virtwali; jinnota li 7 % tal-viżitaturi kollha tal-QĠUE fl-2024 kienu virtwali, filwaqt li 43 % minnhom kienu studenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, il-QĠUE saħħet l-isforzi tagħha biex tinvolvi liċ-ċittadini tal-Unjoni billi tejbet is-sensibilizzazzjoni tagħha fuq il-media soċjali; jinnota li, fi tmiem l-2024, l-għadd ta’ abbonati fil-kont LinkedIn tal-QĠUE żdied b’26 % u l-għadd ta’ segwaċi fiż-żewġ kontijiet tal-QĠUE fuq X (li qabel kienet Twitter) żdied bi 2,5 %, filwaqt li l-viżwalizzazzjonijiet fuq il-kanal YouTube tagħha żdiedu b’137 % u l-għadd ta’ abbonati ta’ YouTube tagħha żdied b’aktar minn 329 % meta mqabbel mas-sena preċedenti; jinnota li ż-żieda parabolika fil-viżwalizzazzjonijiet u fl-abbonati kienet parzjalment dovuta għal kampanja promozzjonali organizzata mill-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota li fl-2024 il-QĠUE nediet studju dwar l-espansjoni tal-preżenza tagħha fil-media soċjali, li wassal għad-deċiżjoni li jinfetħu kontijiet fuq Instagram, Bluesky, Threads u WhatsApp fl-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jinnota b’apprezzament azzjonijiet u pjanijiet ewlenin oħra tal-QĠUE biex ittejjeb it-trasparenza u l-aċċessibbiltà u tissodisfa l-ħtiġijiet tal-professjonisti legali, tal-media u tal-pubbliku ġenerali (inklużi l-ġenerazzjonijiet iżgħar), bħar-riforma tas-sit web tal-QĠUE bl-introduzzjoni ta’ magna tat-tiftix (unika) ġdida, it-tnedija ta’ pjattaforma multilingwi ġdida tal-Web TV b’kontenut dwar il-ħidma u d-deċiżjonijiet tal-QĠUE, il-pubblikazzjoni ta’ filmati fuq il-media soċjali, is-simplifikazzjoni tal-lingwaġġ użat fl-istqarrijiet għall-istampa tal-QĠUE u r-reviżjoni tar-rapportar annwali tal-QĠUE biex jiġu pprovduti ħarsiet ġenerali u statistika aktar ċari tal-ġurisprudenza.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>