<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0129</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2024: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Awdituri</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0052/2026 - Rapporteur: Pasquale Tridico)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2025/2149(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (COM(2025)0359 – C10‑0149/2025)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4944, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4944/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5409, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5409/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5407, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5407/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0052/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju-Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 li tinkludi xi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2025/2149(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0052/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta’ baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) hija l-awditur estern tal-Unjoni, fdat, permezz ta’ ħidma ta’ awditjar indipendenti, professjonali u li tħalli impatt, biex jivvaluta l-ekonomija, l-effettività, l-effiċjenza, il-legalità u r-regolarità tal-azzjoni tal-Unjoni biex ittejjeb l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja, u b’hekk ittejjeb il-fiduċja taċ-ċittadini u tirrispondi b’mod effettiv għall-isfidi attwali u futuri li qed tiffaċċja l-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 287 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kull sena mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987, il-Qorti kellha l-kontijiet tad-dħul u n-nefqa tagħha awditjati minn awditur estern indipendenti u, mir-rapport dwar is-sena finanzjarja 1992, ir-rapporti tal-awditur estern ġew ippubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-obbligu ta’ rendikont tal-maniġment fil-konfront tal-awtoritajiet baġitarji huwa pprovdut permezz tar-rapport annwali tal-attività tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti, li l-għan tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 74(9) tar-Regolament Finanzjarju, huwa li jipprovdi informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riżorsi, inklużi s-sistemi, u dwar l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-Qorti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, bit-twettiq tal-kompiti tagħha b’mod trasparenti u indipendenti, il-Qorti tikkontribwixxi għas-sorveljanza demokratika, għad-dibattitu pubbliku u għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Qorti ħadet pożizzjoni li skontha, sabiex tivvaluta l-governanza tal-Unjoni, l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza tagħha u l-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni u tad-data rrapportati dwar l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, l-aħjar soluzzjoni tkun li l-Qorti tingħata l-mandat li tawditja l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni stabbiliti mit-Trattati jew skonthom u l-istrutturi intergovernattivi kollha ta’ rilevanza ewlenija għall-funzjonament tal-Unjoni; billi l-Parlament jappoġġja bil-qawwa l-Qorti u jilqa’ inizjattivi li jkunu jsaħħu l-kapaċità tal-Qorti li twettaq il-mandat tagħha;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Qorti jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li ammonta għal EUR 13,3-il biljun fl-2024 (li jirrappreżenta 6,9 % tal-baġit totali tal-Unjoni); jinnota li l-baġit tal-Qorti ta’ madwar EUR 0,2 biljun jirrappreżenta madwar 1,5 % tan-nefqa amministrattiva totali tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti, fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2024 (ir-“rapport tal-Qorti”) eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt l-intestatura “Amministrazzjoni”, l-istess numru bħal fl-2023; jinnota li l-Qorti tiddikjara ulterjorment li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani, inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2024 kienet tammonta għal madwar 69 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), u li l-ħidma tagħha tul bosta snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 16 (23 %) mis-70 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tat-tliet żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li r-rapporti finanzjarji tal-Qorti jiġu awditjati minn awditur estern indipendenti sabiex jiġu applikati l-istess prinċipji ta’ trasparenza, obbligu ta’ rendikont u indipendenza li l-Qorti tapplika fil-konfront ta’ dawk soġġetti għall-awditjar tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ r-Rapport Speċjali 24/2024 tal-Qorti u s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-qafas tal-impjieg taċ-Ċivil tal-Unjoni; ifakkar li hija tqis li huwa importanti li jkun hemm investigazzjoni aktar fil-fond dwar in-nefqa amministrattiva u jtenni t-talba tiegħu li fil-ħidma tagħha tinkludi data komprensiva dwar l-istituzzjonijiet kollha sabiex tiġi pprovduta bażi koerenti għal proċedura ta’ kwittanza konsistenti; jistieden lill-Qorti żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza aġġornata dwar kwalunkwe inizjattiva dwar din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota t-tħabbira tal-1 ta’ Ottubru 2025 mill-Qorti dwar l-introduzzjoni ta’ approċċ ta’ awditjar rivedut għall-Impriżi Konġunti mis-sena finanzjarja 2025 ’il quddiem; jinnota li din il-bidla kienet xprunata, fost l-oħrajn, minn restrizzjonijiet fil-kapaċità tal-persunal u mill-waqfien tal-awditi tal-Impriżi Konġunti fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, li qabel kien jawditja l-Impriżi Konġunti, u b’hekk ġiet limitata d-disponibbiltà ta’ aċċertament komplementari tal-awditjar; jinnota wkoll li l-approċċ il-ġdid jipprevedi daqs adegwat tal-kampjun tal-awditjar, il-konsolidazzjoni tax-xogħol tal-awditjar għall-Impriżi Konġunti kollha u l-ħruġ ta’ żewġ dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni separati, appoġġjati minn rapporti tematiċi u speċjali addizzjonali; jistieden lill-Qorti tiżgura li l-metodoloġija riveduta tiġi implimentata fil-ħin u li tkompli tissodisfa l-ogħla standards ta’ kwalità, affidabbiltà u aċċertament tal-awditjar għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-baġit ġenerali (approprjazzjonijiet C1) tal-Qorti għall-2024 kien jammonta għal EUR 185 655 890, ekwivalenti għal żieda ta’ 6,05 % minn EUR 175 059 922 fl-2023; jinnota li ż-żieda kienet primarjament dovuta għal aġġustamenti fis-salarji; jinnota li għall-2024, 89,50 % tal-approprjazzjonijiet (żieda minn 88,50 % fl-2023) kienu għall-membri u l-persunal tagħha, filwaqt li 10,50 % kienu għall-bini, it-tagħmir u n-nefqa mixxellanja (tnaqqis minn 11,60 % fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li r-rati ta’ implimentazzjoni għall-impenji u l-pagamenti għall-2024 baqgħu għoljin, kważi l-istess bħal fl-2023, filwaqt li r-rata ta’ użu għall-approprjazzjonijiet kienet ta’ 97,30 % u l-pagamenti kienu jirrappreżentaw 94,81 % tal-impenji totali fl-2024; jinnota żieda fl-approprjazzjonijiet ikkanċellati fi tmiem is-sena minn madwar EUR 3,4 miljun fl-2023 għal EUR 4,4 miljun fl-2024; ifaħħar lill-Qorti talli fl-2024 żammet iż-żmien medju għall-ħlas tal-fatturi taħt 11-il jum; iħeġġeġ lill-Qorti żżomm dixxiplina stretta tal-kostijiet, tkompli tipprijoritizza l-effiċjenza operazzjonali, u tkompli tnaqqas il-kanċellazzjonijiet ta’ tmiem is-sena, u b’hekk ittejjeb l-effiċjenza u l-valur għall-flus tal-approprjazzjonijiet tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-Qorti wettqet regolarment rieżamijiet baġitarji matul is-sena, li fl-2024 irriżultaw f’29 trasferiment baġitarju li jammontaw għal madwar EUR 4,5 miljun, tnaqqis minn madwar EUR 5,7 miljun fl-2023; jinnota li dawk it-trasferimenti kienu meħtieġa biex jissaħħu l-linji baġitarji relatati, fost l-oħrajn, ma’ proġetti tal-IT (+20,28 %), sistemazzjoni fil-bini (+560,18 %), u tagħmir u installazzjonijiet tekniċi (73,53 %); jinnota li, skont it-tweġibiet tal-Qorti għall-kwestjonarju ppreżentat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għall-kwittanza baġitarja tal-2024 (il-“Kwestjonarju”), kienu meħtieġa wkoll riallokazzjonijiet minħabba livell ogħla minn dak ibbaġitjat ta’ inflazzjoni u l-indiċjar tal-prezzijiet li rriżulta li affettwaw kuntratti ġodda u eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li, skont il-Kwestjonarju, l-impatt tal-gwerra illegali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna nħass mill-Qorti permezz ta’ żidiet xprunati mill-inflazzjoni fl-ispejjeż tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-loġistika fl-2024; jilqa’ l-miżuri tal-Qorti biex tiġġieled tali effetti billi twettaq analiżijiet aktar dettaljati qabel it-tqegħid fis-suq bil-għan li tiżgura ppjanar realistiku u akkwist effettiv; jinnota wkoll b’sodisfazzjon li l-ispejjeż tal-Qorti għall-konsum tal-enerġija (Partita Baġitarja Nru. 2024) naqsu b’mod sinifikanti, minn EUR 1 556 671 fl-2023 għal EUR 887 827 fl-2024, l-aktar minħabba tnaqqis fil-prezz fiss tal-elettriku, f’konformità mal-kuntratt interistituzzjonali mal-fornitur ikkonċernat; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jtejbu l-ġestjoni tal-baġit tagħhom, inkluż billi jqisu l-volatilità tal-prezzijiet, speċjalment fis-settur tal-enerġija, meta jikkonkludu kuntratti mal-fornituri tas-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-impenji li jammontaw għal madwar EUR 9,9 miljun għat-Titolu 1 tal-Baġit u madwar EUR 8,4 miljun għat-Titolu 2 tal-Baġit ġew riportati awtomatikament mill-2024 għall-2025 biex ikopru l-ispejjeż, fost l-oħrajn, għall-missjonijiet, it-taħriġ u t-traduzzjoni; jinnota li ammont ta’ EUR 602 000 ġie riportat b’deċiżjoni, filwaqt li dak l-ammont huwa marbut ma’ trasferiment baġitarju approvat mill-awtoritajiet baġitarji għas-sostituzzjoni tal-liftijiet K1 tal-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li fl-2024 l-approprjazzjonijiet ibbaġitjati (C1) għall-missjonijiet tal-membri u l-persunal tal-Qorti kienu ta’ EUR 2 860 000 (żieda minn EUR 2 722 000 fl-2023); jinnota li, minn dawk l-approprjazzjonijiet, fl-2024 ġie impenjat ammont ta’ EUR 2 469 344, li minnhom tħallsu EUR 2 184 344 (jiġifieri rata ta’ implimentazzjoni ta’ 88,46 %);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, skont il-Kwestjonarju, fir-rigward tal-partita baġitarja tal-Qorti għall-pubblikazzjonijiet, l-approprjazzjonijiet ibbaġitjati naqsu minn EUR 810 000 fl-2014 għal EUR 300 000 fl-2024 minħabba żieda fil-produzzjoni interna tar-rapporti u l-promozzjoni virtwali tal-pubblikazzjonijiet; jinnota li l-istimi tal-Qorti għal dik il-partita baġitarja komplew jonqsu fis-snin baġitarji ta’ wara; jinnota wkoll it-tendenza tal-Qorti li tnaqqas il-baġit għall-interpretazzjoni u s-servizzi tal-esperti (konsultazzjonijiet, studji eċċ.) u l-pjan li tiddekummissjona t-telefonija fissa tagħha biex tiġġenera aktar iffrankar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’, kif rifless fir-rispons tal-Qorti għad-diversi punti mqajma mill-awtorità ta’ kwittanza fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ kwittanza tal-2023 (minn hawn ’il quddiem ir-“Rapport ta’ Segwitu”), il-ħidma li għaddejja mill-Qorti biex tirrevedi l-gwida tal-missjonijiet tagħha sabiex tindirizza, b’mod proattiv (jiġifieri fil-mument tat-tħejjija tal-missjoni), kwistjonijiet bħall-kosteffiċjenza u modi kif jiġi minimizzat l-impatt ambjentali, fost l-oħrajn; jistieden lill-Qorti żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress magħmul f’dak ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-awditur estern iddikjara li r-riżorsi allokati kienu ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom u li l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti mill-uffiċjali awtorizzanti pprovdew il-garanziji meħtieġa biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet finanzjarji kienu konformi mar-regoli u r-regolamenti applikabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja li l-Qorti hija l-awditur estern tal-Unjoni u l-pedament ta’ obbligu ta’ rendikont finanzjarju indipendenti fil-konfront tal-baġit tal-Unjoni; jisħaq li, f’kuntest ta’ tkabbir bla preċedent fin-nefqa tal-Unjoni, fil-volum tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u fil-kumplessità ta’ strumenti finanzjarji ġodda, il-Qorti jeħtiġilha tingħata riżorsi li jkunu proporzjonati mal-iskala u l-kumplessità tal-mandat tal-awditjar tagħha; jappoġġja d-dixxiplina kontinwa tal-kostijiet eżerċitata mill-Qorti; jistieden lill-awtoritajiet baġitarji biex, huma u jadottaw baġits futuri, jiżguraw li l-Qorti jkollha riżorsi adegwati biex tiskrutinizza l-arkitettura finanzjarja tal-Unjoni li qed tespandi b’pass imgħaġġel;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li l-Qorti qattgħet total ta’ 3 176 jum fl-Istati Membri u barra mill-Unjoni, meta mqabbla ma’ 4 897 jum fl-2023, u 1 244 jum fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u ditti privati tal-awditjar, meta mqabbla ma’ 1 370 fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li, matul l-2024, il-Qorti ppreżentat żewġ rapporti annwali, tliet rapporti annwali speċifiċi, 28 rapport speċjali, erba’ rieżamijiet u tliet opinjonijiet, li jammontaw għal 40 dokument (tnaqqis minn 45 dokument fl-2023); jilqa’ l-enfasi tal-Qorti, permezz ta’ rapporti speċjali u rieżamijiet, fl-2024 fuq sfidi urġenti li l-Unjoni qed tiffaċċja rigward suġġetti ewlenin bħall-istrumenti finanzjarji fil-politika ta’ koeżjoni, it-trasparenza tal-finanzjament li jingħata mill-Unjoni lill-NGOs, il-korpi tal-Unjoni li jiġġieldu l-frodi, is-sigurtà tal-provvista tal-gass, l-investiment fl-intelliġenza artifiċjali (IA), l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-assorbiment tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (l-“RRF”), it-triq lejn vetturi b’emissjonijiet żero, l-appoġġ għar-rifuġjati fit-Turkija u l-politika industrijali tal-Unjoni dwar l-idroġenu; jilqa’ wkoll ir-rapporti ppjanati tal-Qorti dwar l-RRF f’oqsma bħat-trasparenza u t-traċċabbiltà, kif ukoll dwar l-arkitettura u l-istrateġija tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-frodi u l-appoġġ tal-Unjoni għall-Ukrajna, il-Moldova u l-Georgia; jinnota titjib fir-rigward tas-sodisfazzjon tal-partijiet ikkonċernati bil-ħidma tal-Qorti, bi stħarriġ imwettaq fl-2024 li juri li 89 % tar-rispondenti (żieda minn 85 % fl-2023) qiesu r-rapporti tal-Qorti utli u li 82 % (żieda minn 78 %) qiesu li l-ħidma tal-Qorti kellha impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Qorti tipprovdi valutazzjonijiet aktar dettaljati u sistematiċi tal-effetti konsegwenzjali tal-programmi ffinanzjati mill-Unjoni fuq l-Istati Membri, kemm dawk b’rati ta’ assorbiment għoljin kif ukoll dawk b’rati ta’ assorbiment baxxi tal-fondi tal-Unjoni; jisħaq li analiżi komprensiva tal-impatti ekonomiċi, soċjali, amministrattivi u territorjali ta’ tali effetti konsegwenzjali, inklużi l-effetti transfruntiera u distributtivi, issaħħaħ l-evalwazzjoni tal-impatt fit-tul, il-valur miżjud u s-sostenibbiltà tal-infiq tal-Unjoni u tappoġġja tfassil ta’ politika infurmat aħjar kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li l-Qorti għandha sett ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tkejjel il-progress li sar lejn l-ilħuq tal-għanijiet strateġiċi tagħha, f’konformità mal-istrateġija 2021-2025 tal-Qorti; jinnota l-għanijiet strateġiċi tal-Qorti għall-2024: it-titjib tal-arranġamenti tal-obbligu ta’ rendikont, tat-trasparenza u tal-awditjar, l-immirar ta’ oqsma u suġġetti fejn l-awditi jistgħu jżidu l-aktar valur u l-għoti ta’ assigurazzjoni tal-awditjar b’saħħitha f’ambjent diffiċli u li qed jinbidel; jistieden lill-Qorti tippreżenta l-KPIs tagħha, il-grad ta’ progress miksub u l-miri b’mod miġbur fil-qosor fil-futur (format ta’ tabella); jistieden lill-Qorti tkompli tiżviluppa l-KPIs abbażi tal-prestazzjoni u r-riżultati tal-politiki Ewropej sabiex tkejjel b’mod ċar l-impatt tal-politiki segwiti mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Qorti tikkonsolida s-sejbiet tagħha f’analiżi komparattiva tal-prestazzjoni u tiżviluppa metodoloġija għal “boxxla tal-prestazzjoni” tal-programmi tal-Unjoni; jemmen li tali strument, filwaqt li jirrispetta d-diversità tal-politiki, jipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza, lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u lill-pubbliku ġenerali bi gwida ċara dwar liema programmi jużaw ir-riżorsi b’mod effettiv u liema jistgħu jkunu kandidati għat-terminazzjoni jew għar-ristrutturar fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Japprezza l-fatt li l-Qorti tkejjel l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha abbażi tas-segwitu mwettaq mill-awdituri tagħha; jinnota li, fl-2024, il-Qorti analizzat ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni u lil istituzzjonijiet oħra fir-rapporti tagħha tal-2020; jinnota li 93 % tad-19-il rakkomandazzjoni li saru fir-rapport annwali tal-2020 tal-Qorti u 88 % tal-186 rakkomandazzjoni fir-rapporti speċjali tal-2020 tal-Qorti kienu ġew implimentati jew bis-sħiħ, jew f’xi wħud mill-aspetti, jew inkella fil-biċċa l-kbira tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li, skont ir-Rapport ta’ Segwitu, il-Kummissjoni qablet li tipprovdi lill-Qorti estrazzjoni manwali tad-data mill-għodda ARACHNE; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-aċċess tal-Qorti għal FENIX, l-għodda ta’ rapportar dwar l-RRF, għadu kwistjoni miftuħa, u l-Kummissjoni tagħti lill-Qorti aċċess parzjali għal xi wħud biss mill-moduli FENIX, u l-informazzjoni li fihom ma jiġux aġġornati fil-ħin; jilqa’ ż-żieda rrapportata fl-għadd ta’ utenti tal-Qorti li għandhom aċċess għal FENIX; jappoġġja, madankollu, it-talba tal-Qorti li l-Kummissjoni tagħti lill-Qorti aċċess sħiħ mill-aktar fis possibbli; ifakkar li d-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni pprova jagħti aċċess lill-Qorti għall-fajls ta’ FENIX fi żmien ġimagħtejn mill-approvazzjoni ta’ talba għal pagament; jinsab allarmat, madankollu, li fil-prattika, din l-iskadenza mhijiex qed tiġi rrispettata f’ħafna każijiet u f’xi każijiet kien hemm dewmien sa xahrejn u nofs, fatt li naqqas b’mod sinifikanti l-ħeffa li biha ġew ippreżentati s-sejbiet tal-Qorti jew immina l-effettività u l-puntwalità tal-ħidma tal-awditjar tal-Qorti, b’mod partikolari dwar nefqa b’riskju għoli bħall-RRF; ifakkar f’dan il-kuntest lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha skont l-Artikolu 263 tar-Regolament Finanzjarju li tagħti lill-Qorti aċċess komprensiv għas-sistemi u l-bażijiet tad-data rilevanti kollha (ARACHNE, FENIX, ARES, fost l-oħrajn); jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tirrimedja din is-sitwazzjoni mingħajr dewmien, inkluż billi tikkonkludi arranġament interistituzzjonali li jiżgura l-aċċess sħiħ, sistematiku u f’ħin reali lill-Qorti għall-bażijiet tad-data rilevanti kollha, inklużi ARACHNE u FENIX; jistieden lill-Qorti tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar titjib konkret miksub;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li l-Qorti, fi tmiem l-2024, kellha 961 membru tal-persunal (tnaqqis minn 969 fl-2023), inklużi aġenti temporanji (192 fl-2024, tnaqqis minn 204 fl-2023), persunal kuntrattwali (84 fl-2024, tnaqqis minn 86 fl-2023) u esperti nazzjonali sekondati (26 fl-2024, l-istess bħal fl-2023); ifakkar fl-importanza li jiġu pprovduti kuntratti permanenti lill-impjegati sabiex jinżammu l-ħiliet, jiġu żgurati l-kontinwità u ambjent tax-xogħol produttiv u stabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, 54 % tal-persunal tal-Qorti kienu nisa (żieda minn 53 % fl-2023) u 46 % kienu rġiel; jesprimi dispjaċir għall-fatt li n-nisa jirrappreżentaw biss 30 % tal-maniġment superjuri tal-Qorti, l-istess bħal fl-2023; jesprimi dispjaċir ukoll għat-tnaqqis fil-proporzjon ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ maniġment intermedju minn 40 % għal 37,30 % fl-2023; ifakkar fil-fatt li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija prinċipju bbażat fuq it-Trattat li għandu jiġi rrispettat mill-istituzzjonijiet kollha u jistieden lill-Qorti tkompli bl-isforzi tagħha biex tippromwovi l-bilanċ bejn il-ġeneri għall-maniġment intermedju u superjuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li, skont il-Kwestjonarju, il-Qorti impjegat 64 trainee, li 59 minnhom irċevew benefiċċju ta’ kull xahar fl-2024; jilqa’ l-programm il-ġdid tal-Qorti, bit-titolu TraineEca Career Development, li għandu l-għan li joffri opportunitajiet ta’ impjieg lill-aktar trainees li jistħoqqilhom; jinnota, barra minn hekk, il-pjan tal-Qorti li toffri traineeships speċjali fil-qasam tal-IA lil gradwati universitarji u studenti fil-livell ta’ dottorat reċenti f’dak il-qasam; iġedded l-enfasi tiegħu li t-traineeships għandhom jiġu remunerati f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar traineeships ta’ kwalità fl-Unjoni (2020/2005(INL)), li titlob li l-internships kollha fl-Unjoni għandhom ikunu mħallsa; jenfasizza li t-traineeships mhux imħallsa jikkostitwixxu forma ta’ sfruttament tal-ħaddiema żgħażagħ u ostaklu għall-opportunitajiet indaqs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li, skont il-Kwestjonarju, fl-2024 ir-reklutaġġ ta’ uffiċjali kompla jkun ta’ sfida għall-Qorti, minħabba n-nuqqas ta’ attraenza tal-Lussemburgu bħala post tax-xogħol jew in-nuqqas ta’ interess fl-impjiegi tal-awditjar u tal-kontroll fost il-ħaddiema żgħażagħ; jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti indirizzat din il-kwistjoni billi organizzat proċeduri ta’ selezzjoni regolari mmirati lejn it-trainees tal-Qorti, organizzat kompetizzjonijiet interni biex jinżamm it-talent li jistħoqqlu l-aktar u żiedet l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni; iħeġġeġ lill-Qorti tkompli b’dawn li-isforzi sabiex tissalvagwardja l-kontinwità tal-attività tagħha; jirrikonoxxi, f’dan il-kuntest, li hija meħtieġa klawżola ta’ kompetizzjoni bil-ħsieb li jiġu organizzati wkoll kompetizzjonijiet tal-EPSO esklużivament għal-Lussemburgu; ifaħħar lill-Qorti talli ssieħbet fi ftehim interistituzzjonali li permezz tiegħu l-persunal reklutat minn istituzzjonijiet tal-Unjoni bbażati fil-Lussemburgu jirċievi benefiċċju għall-akkomodazzjoni mill-2025 sabiex jikkumpensa għall-għoli tal-ħajja fil-Lussemburgu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinsab konxju li l-Qorti ma għandha l-ebda rwol fil-proċess tas-selezzjoni għall-membri skont l-Artikolu 286(2) tat-TFUE; ifakkar, madankollu, li għad hemm żbilanċ sinifikanti bejn il-ġeneri fost il-membri tal-Qorti, billi hemm biss 10 nisa fost is-27 membru; jiddispjaċih għall-fatt li diversi Stati Membri qatt ma nnominaw mara għall-Qorti; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex iqisu l-ħtieġa ta’ bilanċ bejn il-ġeneri meta jipproponu kandidati, bl-għan li jkun hemm kompożizzjoni aktar ibbilanċjata u rappreżentattiva tal-Qorti, filwaqt li jiżguraw li n-nomini jkomplu jkunu bbażati fuq kriterji ta’ mertu, kwalifika u indipendenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ikompli jesprimi dispjaċir għall-prattika tal-Kunsill li jinnomina membri tal-Qorti minkejja li dawn ġew irrifjutati mill-Parlament; itenni t-talba tiegħu għal reviżjoni tal-proċedura ta’ nomina, li tkun tagħti lill-Parlament rwol vinkolanti fl-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-kandidati għall-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Japprezza r-reġim estensiv ta’ telexogħol, offrut mill-Qorti sabiex jiġu mmitigati l-isfidi ta’ reklutaġġ, sa 10 ijiem fix-xahar, li minnhom ħamest ijiem jistgħu jkunu telexogħol minn barra l-post tal-impjieg, b’limitu massimu ta’ 30 jum fis-sena; jinnota li, skont il-Kwestjonarju, il-Qorti rrevediet ir-regoli ta’ ħidma ibrida tagħha fl-2024 biex tqis, fost affarijiet oħra, il-feedback riċevut; jistieden lill-Qorti twettaq kontrolli regolari biex tiżgura li dawk ir-regoli jiġu rrispettati; jinnota b’sodisfazzjon li, skont il-Kwestjonarju, il-Qorti tieħu azzjoni b’diversi modi biex tiżgura l-benesseri fiżiku u mentali tal-persunal tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota żieda kemm fir-rati ta’ pożizzjonijiet tax-xogħol vakanti kif ukoll fir-rati tad-dawran, minn 6,60 % fl-2023 għal 7,90 % fl-2024 fil-każ tar-rati tad-dawran, u minn 2,27 % għal 2,49 % fil-każ tar-rati ta’ pożizzjonijiet tax-xogħol vakanti, u r-rata tad-dawran tirrappreżenta l-għadd ta’ persunal li jitlaq bħala proporzjon tal-persunal kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li diversi nazzjonalitajiet, b’mod partikolari mill-Istati Membri Nordiċi, huma sottorappreżentati fost il-persunal tal-Qorti; jinnota li hemm riskju li s-sitwazzjoni tkompli sejra lura minħabba t-tixjiħ tal-persunal u n-nuqqas ta’ reklutaġġ ta’ kandidati minn dawk l-Istati Membri; ifakkar fl-isforzi rikorrenti tal-Qorti biex tindirizza dan l-iżbilanċ billi żżid il-pubbliċità għall-avviżi ta’ kompetizzjoni u pożizzjonijiet vakanti tal-Qorti fi Stati Membri sottorappreżentati b’mod sinifikanti, tikkoopera mal-membri tal-Qorti biex ixxerred l-avviżi tagħha u tilħaq kandidati potenzjali billi tattendi fieri tal-karrieri f’ċerti Stati Membri; jinnota, barra minn hekk, li, skont ir-Rapport ta’ Segwitu, il-Qorti żviluppat ukoll pjan ta’ azzjoni b’10 azzjonijiet matul il-ħames snin li ġejjin, bil-ħsieb li treġġa’ lura s-sottorappreżentanza attwali ta’ ċerti Stati Membri; jistieden lill-Qorti żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress u l-eżitu tal-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan ta’ azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Ifakkar li, fi tmiem l-2023, imtlew id-29 pożizzjoni addizzjonali (aġenti temporanji) kollha meħtieġa għall-awditu tal-RRF li jammonta għal EUR 723,8 biljun; jifhem, madankollu, li l-materjalità, il-kumplessità u l-ammonti kbar tal-RRF u l-iżborżi rapidi minnha għadhom joħolqu sfidi u li r-riżorsi attwali mhumiex biżżejjed biex jiżguraw b’mod sistematiku li n-nefqa tal-RRF tikkonforma mar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali u biex jindirizzaw iż-żieda fl-attivitajiet tal-Unjoni; ifaħħar l-isforzi li saru mill-Qorti biex twettaq dmirijietha fir-rigward tal-RRF s’issa minkejja l-inadegwatezza tar-riżorsi disponibbli; jappoġġja, f’dan il-kuntest, it-talba tal-Qorti biex id-29 aġent temporanju reklutati għal awditi relatati mal-RRF jiġu kkonvertiti f’pożizzjonijiet permanenti; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-Qorti tiġi pprovduta b’mod konsistenti b’livelli adegwati ta’ persunal u li tkun strutturalment mgħammra biex tissodisfa kemm il-mandat tagħha kif ukoll ir-responsabbiltajiet addizzjonali li jirriżultaw minn strumenti ta’ finanzjament futuri bbażati fuq il-prestazzjoni bħall-Qafas Finanzjarju Pluriennali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li fl-2024 ukoll, il-Qorti qabżet il-mira tat-taħriġ professjonali ta’ ħamest ijiem taħriġ mhux lingwistiku fis-sena għall-awdituri, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti, u jumejn għall-membri tal-persunal li mhumiex awdituri (5,8 u 3,9 rispettivament);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, l-assenza medja minħabba mard kienet ta’ 9,9 ijiem għal kull membru tal-persunal, kważi l-istess bħal fl-2023; jinnota, barra minn hekk, li fl-2024, tliet membri tal-persunal (meta mqabbla ma’ erbgħa fl-2023) kienu assenti minħabba mard fit-tul, definit bħala assenza minħabba mard li ddum aktar minn 200 jum f’sena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li fl-2024 ġew irrapportati 13-il każ ta’ burnout, żieda minn seba’ każijet fl-2023; jinnota bi tħassib iż-żieda sinifikanti fil-każijiet ta’ burnout irrappurtati fl-2024; jistieden lill-Qorti twettaq analiżi bir-reqqa tar-raġunijiet għal din iż-żieda sinifikanti, inkluż dwar id-distribuzzjoni tal-ammont ta’ xogħol, il-fatturi organizzattivi u r-riskji strutturali, u tintegra s-sejbiet ibbażati fuq l-evidenza fil-prattiki tagħha ta’ ppjanar u ġestjoni tar-riżorsi umani, bil-ħsieb li tipprevjeni b’mod effettiv il-burnout u ttejjeb l-ambjent tax-xogħol; jilqa’ l-fatt li l-Qorti ħadet diversi passi biex tnaqqas ir-riskju ta’ burnout billi introduċiet programm sħiħ ta’ benesseri, filwaqt li offriet taħriġ ta’ reżiljenza, ippubblikat u implimentat linji gwida dwar ir-ritorn għax-xogħol wara liv minħabba mard fit-tul, kompliet toffri l-ewwel għajnuna għas-saħħa mentali u pprovdiet appoġġ finanzjarju lill-persunal billi kopriet l-ispiża ta’ 10 sessjonijiet ma’ psikologu tal-għażla tagħhom; jinnota, b’mod partikolari, li fl-2024 il-Qorti organizzat erba’ sessjonijiet ta’ taħriġ obbligatorju għall-maniġers, b’enfasi fuq il-benesseri tal-persunal, il-prestazzjoni, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-prevenzjoni tal-burnout;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Ifaħħar l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, l-istħarriġ u s-sessjonijiet ta’ taħriġ tal-Qorti, offruti lill-persunal tagħha, lill-membri tagħha, jew lit-tnejn li huma, fl-2024, dwar il-politika tal-Qorti kontra l-fastidju u l-politika dwar ir-rispett fuq il-post tax-xogħol; jinnota bi tħassib li fl-2024 kien hemm investigazzjoni amministrattiva waħda dwar allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali u psikoloġiku li ġiet segwita minn azzjoni dixxiplinari abbażi tal-konklużjoni li kien hemm imġiba mhux xierqa min-naħa tal-persuna li qed tiġi investigata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li, skont il-Kwestjonarju, fl-2024 il-Qorti ħadet ħafna azzjonijiet, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar id-Diversità u l-Inklużjoni (D&I) 2021-2025, f’diversi oqsma bħar-reklutaġġ, it-taħriġ, l-iżvilupp tal-karriera, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sensibilizzazzjoni tal-persunal; jinnota li l-Qorti tintegra d-D&I fil-proċessi ta’ ġestjoni, evalwazzjoni, ċertifikazzjoni u promozzjoni tal-prestazzjoni tagħha, kif ukoll fil-programmi ta’ taħriġ tagħha, u fl-2024 13-il maniġer wettqu valutazzjoni volontarja tad-D&I; jilqa’ l-kors ta’ taħriġ speċjalizzat bit-titolu “Women managers rise up: skilling for success” (Maniġers nisa nqumu: it-taħriġ f’ħiliet għas-suċċess) li l-Qorti organizzat biex tħeġġeġ lin-nisa jsegwu rwoli maniġerjali; jilqa’ wkoll il-programmi l-ġodda ta’ azzjoni pożittiva tal-Qorti għat-trainees u l-persunal kuntrattwali mmirati lejn persuni b’diżabbiltà, u kull sena jiġu offruti żewġ traineeships lil persuni b’diżabbiltà rikonoxxuta; jinnota b’sodisfazzjon li fl-2024 il-Qorti organizzat ir-raba’ Ġimgħa ta’ Sensibilizzazzjoni dwar id-Diżabbiltà tal-Qorti, fejn tnieda Pjan Direzzjonali dwar id-Diżabbiltà ġdid, li jenfasizza l-isforzi tal-Qorti lejn post tax-xogħol aktar inklużiv; jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tippubblika wkoll rieżamijiet ta’ nofs it-terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għad-D&I sabiex tiżgura t-trasparenza u l-involviment fl-organizzazzjoni kollha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kritiku tal-Qorti bħala l-awditur estern indipendenti tal-Unjoni u l-gwardjan tal-finanzi tagħha, li jirrikjedi li l-Qorti żżomm l-ogħla standards ta’ integrità, professjonaliżmu u obbligu ta’ rendikont, kif ukoll il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera reċiproka bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li sservi bħala istituzzjoni mudell biex tispira l-fiduċja u l-kredibbiltà; ifakkar li, f’konformità mal-Artikolu 285 tat-TFUE, il-membri tal-Qorti jeħtiġilhom jeżerċitaw indipendenza sħiħa u jaderixxu mal-ogħla prinċipji etiċi, filwaqt li juru l-integrità, l-oġġettività, l-imġiba professjonali, id-dinjità, l-impenn u l-lealtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota bi tħassib ir-rifjut tal-Qorti li tneħħi l-immunità tal-eks President tagħha u d-deċiżjoni tal-Qorti li tiċħad it-talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) biex għadd ta’ membri tal-persunal tal-Qorti jitħallew jixhdu f’investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja; jinnota, abbażi tar-Rapport ta’ Segwitu, li l-Qorti ma neħħietx l-immunità msemmija minħabba li l-UPPE ma pprovdiex lill-Qorti “biżżejjed informazzjoni li tippermettilha tifhem liema azzjonijiet il-persuni kkonċernati huma akkużati bihom u sa liema punt tali azzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu mġiba kriminali”, u li l-Qorti bbażat ruħha fuq il-ġurisprudenza bħala parti mill-qafas legali applikabbli b’appoġġ għal dik il-pożizzjoni; jinnota li, fl-10 ta’ Frar 2025, l-UPPE ppreżenta appell (kawża numru T-99/25) quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 263(4) tat-TFUE kontra d-deċiżjoni tal-Qorti li tiċħad it-talba tal-UPPE li jippermetti lil għadd ta’ membri tal-persunal tal-Qorti jixhdu f’investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja; jinnota wkoll li l-appell imsemmi hawn fuq ma kkontestax in-nuqqas ta’ tneħħija tal-immunità tal-persuni kkonċernati; jisħaq li d-dmir tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ta’ kooperazzjoni sinċiera jirrikjedi li l-awtorizzazzjonijiet għas-smigħ tal-persunal bħala xhieda f’investigazzjonijiet kriminali jiġu rrifjutati biss f’ċirkostanzi strettament eċċezzjonali; iħeġġeġ lill-Qorti tiċċara l-kriterji applikati meta tiddeċiedi dwar talbiet mill-UPPE, u tiżgura li tali deċiżjonijiet ma jkunux jistgħu jitqiesu bħala li jostakolaw l-investigazzjonijiet ġudizzjarji; jistieden lill-Qorti żżomm livell għoli ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont fil-kooperazzjoni tagħha mal-UPPE u korpi oħra tal-Unjoni responsabbli li jiġġieldu kontra l-frodi u l-imġiba ħażina u tiżgura li l-immunità ma tiġix invokata biex ixxekkel investigazzjonijiet ġudizzjarji leġittimi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li fl-2024 ma kien hemm l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fil-Qorti; jinnota, barra minn hekk, li, fl-2023, il-Qorti varat ukoll il-proċess ta’ aġġornament tar-regoli tal-Qorti dwar it-twettiq ta’ investigazzjonijiet amministrattivi u proċeduri dixxiplinari, li ġie ffinalizzat fil-bidu tal-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti għandha fis-seħħ qafas etiku robust li jinkludi linji gwida etiċi applikabbli kemm għall-membri kif ukoll għall-persunal tal-Qorti u kodiċi ta’ kondotta għall-membri tal-Qorti; jinnota li l-Qorti għandha wkoll Kumitat tal-Etika li jiltaqa’ regolarment biex jirrieżamina kwistjonijiet etiċi rilevanti, inklużi l-attivitajiet esterni tal-membri, u li huwa ffurmat minn żewġ membri tal-Qorti u membru estern wieħed; jinnota mir-rapport annwali tal-Kumitat tal-Etika għall-2024 li l-Kumitat tal-Etika kellu sitt laqgħat u rċieva 17-il dikjarazzjoni minn membri attwali tal-Qorti (dwar attivitajiet esterni) u minn eks membri tal-Qorti (dwar l-okkupazzjonijiet maħsuba tagħhom wara li ma baqgħux fil-kariga), u kollha kemm huma nħarġitilhom opinjoni pożittiva fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-Qorti jimtlew kull sena u kull meta jkun hemm bidla sinifikanti u jiġu ppubblikati fuq is-siti web tal-Qorti; jinnota b’sodisfazzjon li d-dettalji dwar il-missjonijiet tal-membri tal-Qorti, inklużi l-ispejjeż, huma ppubblikati wkoll online; ifaħħar lill-Qorti talli fl-2024 iffinalizzat il-ħidma fuq l-aġġornament tar-regoli tagħha dwar it-twettiq ta’ miżuri amministrattivi u dixxiplinari; jinnota li, skont il-Kwestjonarju, fl-2024 ma nstab l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, skont il-Kwestjonarju, kull sena l-Qorti torganizza avveniment ta’ taħriġ ta’ jum dwar l-etika; jinnota wkoll li l-Qorti pprovdiet lill-persunal kollu, inklużi dawk ġodda u l-maniġers, b’korsijiet relatati mal-etika, inklużi tliet sessjonijiet ta’ ħidma dwar l-etika fl-2024; jinnota li tali korsijiet attiraw 681 parteċipant dik is-sena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, la l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u lanqas l-Ombudsman ma bdew investigazzjonijiet li jinvolvu lill-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Itenni l-kritika tiegħu, espressa f’riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti, tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-2022 dwar l-ivvjaġġar u l-missjonijiet tal-membri tagħha u l-użu tas-sewwieqa u tal-karozzi minnhom, li tmur kontra l-prinċipju ġenerali li l-flotta tal-karozzi ma għandha, taħt l-ebda ċirkostanza, tintuża barra mill-qadi strett tad-dmirijiet tal-membri tal-Qorti; itenni wkoll l-appell tiegħu lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni biex jaqblu dwar sistema unika rigward l-użu tal-karozzi tas-servizz li għandha tiġi applikata orizzontalment, li tnaqqas il-konfużjoni u żżid it-trasparenza u l-effiċjenza fl-użu tal-fondi pubbliċi; jilqa’ l-fatt li, fl-2024, il-Qorti, flimkien mal-QGUE, stiednet lill-Kummissjoni tipparteċipa fi djalogu interistituzzjonali bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar regoli komuni rigward l-użu tal-karozzi uffiċjali; jinnota, f’dan il-kuntest, li, skont il-Kwestjonarju, inħoloq grupp ta’ ħidma <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING>, u dan iltaqa’ diversi drabi u ħareġ diversi rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Qorti żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress magħmul f’din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Ifakkar fil-fatt li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Qorti wettaq awditu dwar il-qafas etiku applikabbli għall-persunal u l-membri tal-Qorti; jinnota li, skont ir-Rapport Finali (02/2023) mibgħut mill-Qorti lill-President tal-Parlament fid-9 ta’ Lulju 2024 u skont il-Kwestjonarju, l-IAS ħareġ 16-il rakkomandazzjoni, li 15 minnhom diġà tlestew, b’waħda minnhom, dwar il-kunflitti ta’ interess tal-persunal, għadha għaddejja; iħeġġeġ lill-Qorti tiffinalizza r-rakkomandazzjoni pendenti mingħajr dewmien u jistedinha żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata kif xieraq dwar il-progress li jkun sar f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2024 ma ġie identifikat l-ebda każ ta’ korruzzjoni jew frodi fl-operazzjonijiet interni tal-Qorti; japprezza lill-Qorti talli organizzat taħriġ preventiv dwar il-politiki u l-proċeduri kontra l-korruzzjoni, fejn 10 sessjonijiet minnhom saru fl-2024 u li għalihom attendew total ta’ 257 persuna; japprezza l-fatt li, skont ir-Rapport ta’ Segwitu, fl-2024 il-Qorti ppubblikat dokument konsolidat uniku dwar l-indirizzar ta’ kwistjonijiet relatati mal-frodi fil-kuntest tal-attivitajiet tal-awditjar tagħha, li jipprovdi gwida komprensiva u dettaljata lill-awdituri tal-Qorti, u b’hekk jarmonizza kif l-awli tal-awditjar tal-Qorti jindirizzaw każijiet ta’ suspett ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li nkixfu matul il-ħidma tal-awditjar estern, u jikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-konsistenza; jinnota li r-riskju ta’ frodi b’rabta mal-operazzjonijiet interni tal-Qorti huwa ġestit permezz tal-qafas ta’ kontroll intern tal-Qorti mfassal biex jipprevjeni, jidentifika, jikkoreġi u jsegwi kwalunkwe irregolarità li tinvolvi membri jew persunal tal-Qorti li tista’ taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jinnota wkoll il-fehma tal-Qorti li t-tfassil ta’ strateġija awtonoma kontra l-frodi għall-operazzjonijiet interni “jkun jinvolvi piż amministrattiv sproporzjonat, minħabba l-kontrolli estensivi diġà fis-seħħ”, iżda jkompli jitlob lill-Qorti tadotta strateġija kontra l-frodi li tkopri t-tipi kollha ta’ operazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota l-fehma tal-Qorti, kif espressa fir-Rapport ta’ Segwitu, li r-rwol tagħha bħala istituzzjoni tal-awditjar estern indipendenti jpoġġiha barra mill-ambitu tipiku tal-entitajiet li jfittxu li jinteraġixxu mal-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u li jwettqu lobbjar fil-konfront tagħhom; huwa tal-fehma li dan l-argument ma japplikax bis-sħiħ minħabba li l-Qorti toħroġ rapporti speċjali li fihom il-Qorti teżamina jekk l-objettivi tal-politiki u l-programmi tal-Unjoni ntlaħqux, u dan jagħti lill-ħidma tal-Qorti dimensjoni politika jew konsultattiva, anke jekk il-Qorti ma tkunx korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet; ifakkar, barra minn hekk, li hemm korpi oħra mhux deċiżjonali u konsultattivi tal-Unjoni li ssieħbu formalment mar-Reġistru tat-Trasparenza tal-Unjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex tingħaqad mar-Reġistru tat-Trasparenza mingħajr dewmien, f’konformità mal-prattiki ta’ korpi oħra tal-Unjoni li ma jiħdux deċiżjonijiet, sabiex tissaħħaħ il-fiduċja pubblika filwaqt li tiġi ppreservata bis-sħiħ l-indipendenza tagħha bħala l-awditur estern tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li, skont il-Kwestjonarju, il-baġit totali tal-IT (hardware, software, servizz tal-IT u telekomunikazzjoni) tal-Qorti impenjat naqas bi 12,10 % minn madwar EUR 10,8 miljun fl-2023 għal madwar EUR 9,5 miljun fl-2024; jinnota, fost il-proġetti ewlenin tal-IT tal-Qorti ffinanzjati fl-2024, l-aġġornament tas-sit web u l-intranet tagħha, il-migrazzjoni għal soluzzjoni ta’ aċċess remot aktar sigura u l-implimentazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ ġestjoni tat-traduzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jappoġġja bil-qawwa l-isforzi tal-Qorti biex tiżviluppa ekosistema tal-għarfien tal-awditjar permezz tad-diġitalizzazzjoni; jinnota, f’dan il-kuntest, li, skont il-Kwestjonarju, fl-2024 il-Qorti implimentat diversi inizjattivi biex issaħħaħ il-kapaċitajiet diġitali u l-effiċjenza operazzjonali tagħha, inklużi l-integrazzjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-awditjar, iż-żieda fl-interoperabbiltà bejn is-sistemi u l-applikazzjonijiet, l-introduzzjoni tal-Assistent tal-Qari tad-Dokumenti (DORA) biex tappoġġja l-ġestjoni tal-għarfien fl-attivitajiet tal-awditjar, it-tnedija tas-Servizz tal-Kollezzjoni BibliotECA Discovery u l-adozzjoni ta’ politika ġdida dwar l-arkivjar diġitali; jenfasizza li l-akkoppjament tad-diġitalizzazzjoni ma’ għadd akbar ta’ żjarat fuq il-post għandu jwassal għal eżiti tal-awditjar aktar effiċjenti u preċiżi; iħeġġeġ aktar investimenti f’għodod tal-awditjar assistiti mill-IA u l-interoperabbiltà tas-sistemi biex tissaħħaħ il-preċiżjoni tal-awditjar, jitnaqqas il-piż amministrattiv, u jiġi mmassimizzat il-valur għall-flus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Japprezza l-pubblikazzjoni tal-istrateġija inizjali u l-pjan direzzjonali għall-varar tal-Intelliġenza Artifiċjali tal-Qorti għall-2024-2025; jinnota b’sodisfazzjon li, skont il-Kwestjonarju, il-Qorti għamlet progress kostanti fl-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija, billi ffokat, fost l-oħrajn, fuq l-ittestjar u t-tħejjija għall-introduzzjoni ta’ għodod bħal Microsoft Copilot u GPT@EC, is-sensibilizzazzjoni tal-persunal b’taħriġ immirat dwar l-IA, kif ukoll l-ittestjar ta’ applikazzjonijiet tal-IA fil-ħidma tal-awditjar u l-kondiviżjoni tas-sejbiet preliminari; jilqa’, barra minn hekk, it-tisħiħ tal-governanza tal-IA tal-Qorti, billi fl-2024 il-Qorti stabbiliet il-Kumitat Konsultattiv dwar l-IA u ħatret korrispondent tal-IA; jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat Konsultattiv dwar l-IA, li r-rwol tiegħu huwa li jappoġġja u jagħti pariri lill-Qorti fit-twettiq tal-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-qafas legali u etiku li jirregola l-użu tal-IA, huwa magħmul minn persunal b’taħlita ta’ għarfien espert biex jiżgura approċċ komprensiv u fehim tal-impatt tal-IA; jistieden lill-Qorti, bħala parti mill-istrateġija tagħha dwar l-IA, tiżviluppa indikaturi ċari biex tivvaluta l-valur miżjud, ir-riskji u l-limitazzjonijiet tal-għodod tal-awditjar appoġġjati mill-IA, u tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar l-impatt tagħhom fuq il-kwalità, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-awditjar; jisħaq li l-IA jrid jintuża f’konformità ma’ prinċipji stretti ta’ użu etiku, trasparenza, protezzjoni tad-data, sorveljanza mill-bniedem, u protezzjoni kontra preġudizzju algoritmiku jew użu ħażin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li, skont il-Kwestjonarju, il-Qorti għamlet progress fl-implimentazzjoni tal-pjan taċ-ċibersigurtà tagħha, billi fl-2024 laħqet diversi objettivi intermedji, inkluża l-adozzjoni ta’ sistema ta’ awtentikazzjoni mingħajr password permezz tal-Windows Hello for Business, l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ fiduċja żero biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-aċċess għas-sistemi bbażati fuq il-cloud u l-EU login, u l-varar ta’ għodda ta’ Ġestjoni tal-Aċċess Privileġġat biex tiġi protetta aħjar l-amministrazzjoni tas-sistema tal-IT; jinnota wkoll li l-Qorti tejbet ukoll il-preparatezza tagħha għaċ-ċibersigurtà billi ħadet sehem fl-Eżerċizzju Konġunt ta’ Sensibilizzazzjoni u Preparatezza taċ-Ċibersigurtà (JASPER), organizzat b’mod konġunt mis-Servizz taċ-Ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), u żiedet is-sensibilizzazzjoni tal-persunal permezz ta’ eżerċizzji ta’ simulazzjoni tal-phishing biex jiġu mmitigati r-riskji tal-inġinerija soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-Qorti esperjenzat attakk ċibernetiku, iddikjarat li sar minn grupp favur ir-Russja, li bblokka s-sit web pubbliku tagħha, bħala parti minn azzjoni koordinata biex jiddestabbilizza l-elezzjonijiet Ewropej fl-2024; jilqa’ l-impenn tal-Qorti li tivvaluta mill-ġdid ir-riskji taċ-ċibersigurtà mill-anqas kull sentejn; iħeġġeġ l-implimentazzjoni kontinwa ta’ taħriġ regolari tal-persunal dwar it-theddid ċibernetiku biex tissaħħaħ ir-reżiljenza istituzzjonali; jistieden lill-Qorti żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-eżitu ta’ kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju għaċ-ċibersigurtà li l-Qorti tista’ twettaq fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (ĠU L, 2023/2841, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2841/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi ppjanati għall-2025 li għandhom l-għan li jkomplu jsaħħu t-trasformazzjoni diġitali u ċ-ċibersigurtà, bħall-varar ta’ Microsoft Copilot, l-implimentazzjoni ta’ mudelli tal-IA ġenerattiva lokali u l-installazzjoni ta’ awtentikazzjoni bijometrika fuq il-laptops; jinnota wkoll il-pjan tal-Qorti li taġġorna l-infrastruttura tal-IT tagħha b’servers ġodda, tinstalla kapaċitajiet ġodda b’appoġġ għal laqgħat ibridi u ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-Kumitat Interistituzzjonali għat-Trasformazzjoni Diġitali dwar teknoloġiji emerġenti bħall-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistenna li l-politika riveduta dwar il-firem elettroniċi, introdotta mill-Qorti fl-2025, se tkompli tiffaċilita l-użu ta’ firem elettroniċi avvanzati u tnaqqas id-dipendenza fuq proċeduri bbażati fuq il-karta, b’mod partikolari għal dokumentazzjoni kuntrattwali esterna; jistenna bil-ħerqa d-diġitalizzazzjoni kontinwa tal-proċessi tal-approvazzjoni u tal-iffirmar; jirrikonoxxi l-impatt kwalitattiv pożittiv tad-diġitalizzazzjoni fuq il-flussi tax-xogħol tal-awditjar, il-kollaborazzjoni u t-trasparenza, li jikkontribwixxu għal eżiti tal-awditjar aktar aġli u affidabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi kontinwi tal-Qorti biex issaħħaħ il-ħiliet tal-persunal permezz tal-programm ta’ taħriġ tagħha dwar id-data u t-teknoloġija dwar l-użu tal-awditu tad-data u t-teknoloġija, żviluppat f’kooperazzjoni mat-tim tad-DATA tal-Qorti; jinnota li din l-inizjattiva tappoġġja t-trasformazzjoni diġitali tal-istituzzjoni billi trawwem kultura ta’ innovazzjoni u tipprovdi perkors ta’ apprendiment strutturat mil-livelli bażiċi sa dawk avvanzati fix-xjenza tad-data, l-IA u l-awditjar tal-IT; jirrikonoxxi l-firxa wiesgħa ta’ korsijiet mogħtija fl-2024, inklużi moduli dwar l-apprendiment awtomatiku, iċ-ċibersigurtà, il-qafas legali li jirregola l-użu tal-IA u l-viżwalizzazzjoni tad-data, kif ukoll taħriġ prattiku tal-IT dwar Microsoft Office u għodod speċifiċi għall-awditjar, li jsaħħu l-għarfien espert tekniku u l-effiċjenza operazzjonali tal-awdituri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Binjiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għall-2024, l-approprjazzjonijiet impenjati tas-sena attwali għall-binjiet tal-Qorti u l-ispejjeż assoċjati ammontaw għal madwar EUR 5,7 miljun (l-istess bħal fl-2023), b’rata ta’ implimentazzjoni ta’ 51,30 % fl-2024, tnaqqis minn 62,26 % fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li l-Qorti nediet studju ġdid dwar is-sinjalar fil-bini fl-2024 bħala segwitu għar-riżultati tal-awditu tal-aċċessibbiltà tal-bini kollu tal-Qorti li twettaq fl-2023; jinnota wkoll li, skont il-Kwestjonarju, il-Qorti kompliet bl-isforzi biex ittejjeb il-bini tagħha billi qieset ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà meta mmodernizzat jew irrinnovat il-liftijiet u ż-żoni komuni fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota dan li ġej fost il-proġetti relatati mal-bini tal-Qorti li bdew jew ġew iffinalizzati fl-2024: it-trasformazzjoni tal-kamra preċedenti taċ-Ċentru tad-Data, l-ewwel fażi tal-modernizzazzjoni tas-sistema awdjoviżiva fil-kamra tal-konferenzi K2, l-installazzjoni ta’ żewġ kċejjen żgħar u x-xogħol fuq is-saqaf tal-bini K2;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ b’apprezzament l-isforzi kontinwi tal-Qorti biex tkun istituzzjoni sostenibbli; jinnota li fl-2024 il-Qorti ħarġet ir-raba’ rapport tagħha dwar is-sostenibbiltà li jkejjel l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-operazzjonijiet tal-Qorti; jinnota b’sodisfazzjon li 91 % tar-rapporti speċjali u r-rieżamijiet tal-Qorti ppubblikati fl-2024 koprew suġġetti rilevanti għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti; jilqa’ l-fatt li fl-2024 40 % tal-kuntratti ta’ akkwist tal-Qorti kienu jinkludu kriterji tal-ekonomija ekoloġika u ċirkolari u 98 % tax-xiri ta’ oġġetti u servizzi mill-Qorti kienu mingħand fornituri lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota li l-Qorti hija ċċertifikata taħt l-iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) u ilha tħaddan politika ambjentali mill-2014, li ġiet aġġornata fl-2025; jinnota li l-Qorti tkejjel l-impronta tal-karbonju tagħha bl-użu tal-aħħar verżjoni tal-metodu “Bilan Carbon”, li jkopri kampijiet ta’ applikazzjoni fil-livell operazzjonali (l-attivitajiet tal-Qorti) u f’dak organizzattiv (it-tliet binjiet fil-Lussemburgu); jinnota li l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tal-Qorti fl-2024 kienu ta’ 9 108 tunnellati ta’ CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>, jiġifieri tnaqqis ta’ 15 % meta mqabbla mal-emissjonijiet fl-2014, iżda żieda ta’ 1,60 % meta mqabbla ma’ dawk fl-2023; jinnota li x-xiri ta’ oġġetti u servizzi u t-trasport tal-passiġġieri kkontribwew l-aktar għat-total tal-emissjonijiet tal-Qorti fl-2024, jiġifieri 31 % u 29 %, rispettivament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni ambjentali tal-Qorti li tippreżenta r-riżultati għall-2024, inklużi l-azzjonijiet li diġà ttieħdu u dawk ippjanati għall-implimentazzjoni, li għandhom l-għan li jnaqqsu l-impatt ambjentali tal-attivitajiet tal-Qorti u li jiksbu jew jaqbżu l-objettivi annwali tal-prestazzjoni ambjentali tagħha; jinnota li l-Qorti tkejjel il-prestazzjoni ambjentali tagħha permezz ta’ sett ta’ indikaturi u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza; jinnota li l-Qorti għandha sett ta’ objettivi ġenerali u speċifiċi skont il-programm ambjentali tagħha għall-2023-2025, li l-biċċa l-kbira minnhom intlaħqu fl-2024, b’mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija tal-Qorti (l-elettriku: -24 %; it-tisħin: -21,80 %), l-emissjonijiet fl-arja (-30 %) u l-konsum tal-ilma (-45 %) u ż-żieda fl-għadd ta’ proċeduri ta’ akkwist li jinkludu kriterji ambjentali (aktar minn 30 %); jinnota, madankollu, treġġigħ lura tat-tendenza fir-rigward tal-għadd ta’ paġni stampati (+9,1 %) u tat-tnaqqis tal-ġenerazzjoni annwali tal-iskart (+27,50 %); japprezza l-azzjonijiet tal-Qorti biex tikkontrobilanċja l-impatt negattiv tagħha fuq il-bijodiversità; jinnota li l-Qorti tospita fil-bini tagħha diversi kolonji ta’ naħal li jipproduċu l-għasel li jinħasad minn voluntiera tal-persunal u tipparteċipa f’inizjattivi biex jitħawlu siġar fil-Lussemburgu u pparteċipat f’attivitajiet oħra relatati mal-ekoloġija bħala parti mill-parteċipazzjoni tal-Qorti fil-Jiem interistituzzjonali tal-EMAS tal-Unjoni tal-2024; jilqa’ l-fatt li l-għadd ta’ membri tal-persunal li jużaw ir-roti komuni tal-belt żdied minn 172 fl-2023 għal 201 fl-2024; jilqa’ l-appoġġ tal-Qorti għall-użu tal-mobbiltà għall-ivvjaġġar, bħaċ-ċikliżmu, billi jiġu koperti l-ispejjeż tal-abbonamenti għall-iskema ta’ kondiviżjoni tar-roti tal-belt tal-Lussemburgu, jew it-trasport pubbliku, billi jiġu rimborżati parzjalment il-biljetti staġjonali għall-persunal transfruntier, u l-għadd ta’ persunal li jieħu vantaġġ minn dak it-tip ta’ skema ta’ rimborż żdied minn 28 fl-2023 għal 30 fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Ifakkar li, fl-2023, il-Qorti ffirmat konvenzjoni mal-awtoritajiet Lussemburgiżi biex tistabbilixxi pjan ta’ mobbiltà; jinnota li, skont il-Kwestjonarju, il-pjan ta’ mobbiltà ġie ppreżentat tard, f’April 2025, u li r-riżultati tal-analiżi tal-pjan se jiġu kkunsidrati meta jiġi żviluppat il-programm EMAS għall-2026-2028;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-kooperazzjoni interistituzzjonali ssaħħaħ l-effiċjenza permezz tal-użu ta’ għodod u servizzi kondiviżi, filwaqt li tiġġenera ffrankar li jippermetti r-riallokazzjoni interna tal-persunal, li jiżgura prezzijiet aħjar minħabba l-ekonomiji ta’ skala u li jipprovdi aċċess għal għarfien espert speċjalizzat fi ħdan korpi oħra tal-Unjoni; josserva li, fl-2024, il-Qorti kompliet jew espandiet il-kooperazzjoni tagħha permezz ta’ ftehimiet eżistenti u ġodda dwar il-livell ta’ servizz (FLS), inkluż dwar il-ġestjoni tal-pensjonijiet, it-trasformazzjoni tar-riżorsi umani u l-ħruġ tal-laissez-passer tal-Unjoni, u permezz tal-parteċipazzjoni f’kumitati u sħubijiet interistituzzjonali bħas-Sistemi Finanzjarji Kondiviżi u ċ-Ċibersigurtà u t-Trasformazzjoni Diġitali; jinnota wkoll li din il-kollaborazzjoni ffaċilitat l-iskambju u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tal-IT, li fl-2024 wasslu għal iffrankar baġitarju sinifikanti f’oqsma, inklużi l-IT, il-ġestjoni tal-missjonijiet u r-riżorsi umani, fejn il-Qorti użat għodod żviluppati mill-Kummissjoni għar-riżorsi umani, it-taħriġ u t-traduzzjoni elettronika bi spiża ta’ madwar EUR 500 000 u s-servizzi ta’ kontabbiltà SAP ospitati mill-Kunsill bi spiża ta’ madwar EUR 170 000; jilqa’ l-użu kontinwu mill-Qorti tas-servizzi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Ifakkar għal darba oħra li l-kooperazzjoni effettiva bejn il-Qorti u l-Kummissjoni se tibqa’ limitata sakemm il-Kummissjoni ma tadottax il-metodoloġija tal-Qorti għall-valutazzjoni tar-rati ta’ żball, li hija bbażata fuq evalwazzjoni indipendenti u komprensiva tal-ksur kollu tar-regoli, b’kuntrast mal-enfasi tal-Kummissjoni fuq l-iżbalji li jistgħu jiġu rkuprati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tikkoopera mill-qrib kemm mal-OLAF kif ukoll mal-UPPE, inkluż billi torganizza sessjonijiet ta’ ħidma u avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni u tiskambja l-għarfien u l-esperjenza; jilqa’ l-impenn tal-Qorti li tkompli tibgħat kwalunkwe suspett <STRING ITALIC="on">prima facie</STRING> bbażat fuq l-evidenza lill-OLAF, lill-UPPE jew lit-tnejn li huma; jinnota li fl-2024 il-Qorti għaddiet 19-il każ ta’ frodi suspettata lill-OLAF u sebgħa minn dawk il-każijiet lill-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinsab konvint li sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni ta’ data u l-kejl tar-riskju tista’ tkun sors siewi ta’ data, ħaġa li tkun tippermetti lill-Qorti, lill-OLAF u lill-UPPE jsaħħu l-isforzi ta’ awditjar u kontroll tagħhom; jisħaq li l-aċċess bla limitu għal dik is-sistema u għad-data tagħha għandu jiġi pprovdut mingħajr ebda restrizzjoni mhux ġustifikata u li tali aċċess ikun jippermetti immedjatament l-esplorazzjoni u l-użu ta’ aktar għodod diġitali u teknoloġiji emerġenti fi ħdan l-awditi tal-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jissottolinja r-rwol importanti tal-Qorti fl-Arkitettura tal-Unjoni Kontra l-Frodi; jinnota li l-awditi u r-rapporti speċjali tal-Qorti jidentifikaw b’mod sistematiku dgħufijiet, irregolaritajiet u riskji, u b’hekk jiskattaw azzjonijiet korrettivi u ta’ rkupru mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u minn atturi oħra tal-Arkitettura Kontra l-Frodi; jinnota li, permezz ta’ din il-funzjoni ta’ sorveljanza, il-Qorti mhux biss ittejjeb it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont iżda ssaħħaħ ukoll il-kapaċità ġenerali tad-deterrenza u tad-detezzjoni tas-sistema tal-UE, filwaqt li tiżgura li l-fondi pubbliċi jiġu ġestiti tajjeb u protetti kontra l-frodi u l-użu ħażin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jilqa’ r-rieda tal-Qorti għall-istabbiliment ta’ djalogu interistituzzjonali annwali bejn il-Qorti, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għal darba oħra għall-fatt li, minkejja aċċess imtejjeb għad-dokumenti u l-informazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Qorti ma għandhiex mandat biex tawditja l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-fondi proprji tal-BEI; jitlob li l-Qorti tingħata dak il-mandat, minħabba l-missjoni tal-BEI li jsegwi l-objettivi tal-Unjoni u r-rwol dejjem akbar tiegħu fix-xenarju ekonomiku u politiku tal-Unjoni, li jestendi lil hinn mill-utilizzazzjoni tal-baġit tal-Unjoni biex jiggarantixxi l-operazzjonijiet tiegħu; ifakkar li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali 05/2023 bit-titolu “Ix-xenarju finanzjarju tal-UE - Struttura frammentata li teħtieġ aktar simplifikazzjoni u obbligu ta’ rendikont”, iddikjarat li għandu jiġi stabbilit mandat ta’ awditjar pubbliku għat-tipi kollha ta’ finanzjament għall-politiki tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, skont il-Kwestjonarju, kien hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Qorti u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS), primarjament permezz tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Qorti; jinnota li tali kooperazzjoni tkopri l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (UE) 2018/1725, attivitajiet ta’ kondiviżjoni tal-għarfien u skambji u kontributi interistituzzjonali oħra fil-qasam tal-IA; japprezza l-parteċipazzjoni tal-Qorti fl-eżerċizzju “Personal data Breach awareness in cybersecurity incident handling” (Sensibilizzazzjoni dwar il-Ksur ta’ Data Personali fit-trattament tal-inċidenti taċ-ċibersigurtà), organizzat mill-EDPS u l-ENISA, li kellu l-għan li jżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-ġestjoni tal-ksur ta’ data personali fost il-persunal;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li, fl-2024, il-baġit allokat għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ promozzjoni tal-Qorti ammonta għal EUR 225 000 (l-istess bħal fl-2023), b’rata ta’ użu ta’ 92,32 % (żieda minn 81,13 % fl-2023); jinnota li l-biċċa l-kbira tal-baġit intefqet fuq is-servizzi ta’ monitoraġġ tal-media (EUR 80 000) u l-azzjonijiet tal-istampa (EUR 18 133,91), segwiti min-nefqa fir-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, li prinċipalment kienet tikkonsisti fl-ispiża ta’ pjattaforma tal-intelligence politika (EUR 62 100), attivitajiet ta’ komunikazzjoni (EUR 32 543,37), media soċjali (EUR 8 604,66) u pubblikazzjonijiet (EUR 6 346,47);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jappoġġja l-istrateġija tal-media dejjem tikber tal-Qorti, li rriżultat f’rekord ta’ aktar minn 24 000 artiklu tal-istampa li ġew ippubblikati online fl-2024, li jkopru r-rapporti tal-awditjar tal-Qorti, pubblikazzjonijiet oħra jew il-Qorti b’mod ġenerali, u b’hekk ġiet ikkonfermata x-xejra ’l fuq fil-kopertura osservata matul dawn l-aħħar snin (2023: 22 000; 2022: 20 000; 2021: 18 000); jinnota b’apprezzament li, skont ir-rapport tal-Qorti, kien hemm żieda fil-viżitaturi tas-sit web tal-Qorti, imniedi fl-2023, b’780 000 żjara fl-2024 (2023: 700 000), 1 295 025 viżwalizzazzjoni unika tal-paġni u 56 440 tniżżil; jilqa’ l-fatt li, sa tmiem l-2024, l-erba’ kontijiet ewlenin tal-media soċjali tal-Qorti (X, LinkedIn, Facebook, Instagram) kienu attiraw aktar minn 61 500 segwaċi, żieda minn 55 000 fl-2023 u 49 500 fl-2022; ifaħħar lill-Qorti talli nediet l-ewwel bullettin ta’ LinkedIn (ECA Insights) tagħha ta’ kull xahar f’Novembru 2024, li jipprovdi punti ewlenin ta’ rapporti reċenti u previżjonijiet tal-awditi li jmiss u li attira aktar minn 8 500 abbonat sal-aħħar ta’ dik is-sena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Qorti għandha sit web aċċessibbli b’mod diġitali (livell A++), li jiġi awditjat darbtejn fis-sena minn konsulent estern biex jivvaluta l-konformità tas-sit web mal-istandards ta’ aċċessibbiltà rilevanti u biex jidentifika l-ostakli għall-aċċessibbiltà għall-utenti b’diżabbiltà; japprezza li, b’mod ġenerali, l-implimentazzjoni tal-aċċessibbiltà hija vvalutata bħala tajba ħafna, u jinnota li ġew proposti xi rakkomandazzjonijiet biex ikompli jittejjeb u jinżamm il-punteġġ tal-aċċessibbiltà tas-sit web bħala riżultat tal-awditu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jinnota li fl-2024 il-Qorti ħarġet 44 stqarrija għall-istampa b’24 lingwa tal-Unjoni, kif ukoll diversi noti ta’ informazzjoni, avviżi għall-media u dikjarazzjonijiet awdjo lesti għall-użu b’ċerti lingwi; jinnota wkoll li l-Qorti organizzat 20 laqgħa għall-istampa online u 14-il laqgħa għall-istampa addizzjonali speċifiċi għall-pajjiż għar-rapport annwali f’dik is-sena; jenfasizza li, b’kollox, il-laqgħat għall-istampa tal-Qorti attiraw 876 ġurnalist, li l-biċċa l-kbira minnhom kienu jirrappreżentaw l-mezzi tax-xandir nazzjonali ewlenin fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-Rapport Speċjali 11/2025 tal-Qorti: It-trasparenza tal-finanzjament li jingħata mill-UE lill-NGOs; jinnota bi tħassib il-problemi identifikati fih, inklużi n-nuqqasijiet fit-trasparenza, il-klassifikazzjoni u s-sorveljanza; jissottolinja l-ħtieġa li l-Qorti tkompli u ssaħħaħ il-monitoraġġ u r-rapportar tagħha dwar dawn il-kwistjonijiet biex tiżgura konformità sħiħa mar-regoli finanzjarji, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza u l-valuri fundamentali tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Qorti, f’dan il-kuntest, tħejji rapport speċjali dwar il-finanzjament tal-Unjoni pprovdut lill-NGOs attivi fil-kuntest ta’ Gaża u lill-organizzazzjonijiet involuti fl-iżvilupp tal-kotba tal-iskola Palestinjani; jissottolinja li tali skrutinju huwa kruċjali biex jiġi żgurat li l-fondi tal-Unjoni ma jiġux iddevjati, direttament jew indirettament, lejn organizzazzjonijiet terroristiċi jew l-affiljati tagħhom, u lanqas ma jintużaw b’mod li jippromwovi l-mibegħda, ir-radikalizzazzjoni, jew l-inċitament għall-vjolenza, u biex tiġi żgurata konformità sħiħa mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni, l-istandards ta’ trasparenza, u l-valuri fundamentali tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li sabiex jiżdied l-involviment pubbliku, il-Qorti ilha mill-2024 tipprovdi liċ-ċittadini opportunità li jikkontribwixxu għall-programm ta’ ħidma tagħha billi jagħmlu suġġerimenti ta’ awditjar permezz tas-sit web tal-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Japprezza li l-Qorti tivvaluta l-impatt u l-utilità probabbli ta’ xogħolha, skont il-perċezzjoni tal-qarrejja tar-rapporti tagħha fil-Parlament, fil-Kunsill, fil-Kummissjoni, fl-aġenziji tal-Unjoni, fir-rappreżentanzi permanenti tal-Istati Membri, fl-aġenziji u fl-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tal-Istati Membri, fl-NGOs, fl-istituzzjonijiet akkademiċi, fil-media u minn partijiet oħra; jinnota, f’dan il-kuntest, li l-Qorti ilha mill-2018 twettaq stħarriġiet elettroniċi anonimizzati biex titlob lill-qarrejja tagħha jipprovdu feedback kwalitattiv dwar rapporti magħżula u jagħmlu suġġerimenti ġenerali għal xogħolha; jisħaq li, fl-2024, 89 % tar-rispondenti kienu jqisu li r-rapporti tal-Qorti huma utli għal xogħolhom u 82 % kienu jqisu li dawn ir-rapporti kellhom impatt; jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2024, il-Qorti ppreżentat ir-riżultati tal-ħidma tagħha f’578 okkażjoni quddiem diversi partijiet ikkonċernati (eż. il-Parlament, il-Kunsill u l-parlamenti nazzjonali), żieda minn 456 fl-2023 u 437 fl-2022.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>