<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0130</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2024: Baġit ġenerali tal-UE - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">( A10-0053/2026 - Rapporteur: Pasquale Tridico)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2025/2150(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (COM(2025)0359 – C10‑0150/2025)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4944, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4944/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5409, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5409/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5407, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5407/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118 u 260 sa 263 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118 u 266 sa 269 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/427/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0053/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għas-sena finanzjarja 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2025/2150(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0053/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib tat-trasparenza u tal-obbligu ta’ rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (is-“SEAE”) huwa responsabbli għall-ġestjoni tan-nefqa amministrattiva tal-kwartieri ġenerali tiegħu fi Brussell u għan-network tal-145 delegazzjoni u uffiċċju tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-responsabbiltà tas-SEAE ġiet estiża biex tkopri l-ġestjoni amministrattiva tal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ sensiela ta’ Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz (FLS);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra huma eżerċitati mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“Viċi President/Rappreżentant Għoli”) fir-rigward tal-persunal tas-SEAE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-baġit hija rregolata mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli Interni ta’ implimentazzjoni tal-Baġit tas-SEAE (ir-“Regoli Interni”);
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi skont ir-Regoli Interni, is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti b’delega għas-SEAE u d-direttur ġenerali għall-ġestjoni tar-riżorsi għandu r-rwol ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega prinċipali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-rwol tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni huwa li jirrappreżentaw lill-Unjoni u liċ-ċittadini tagħha madwar id-dinja billi jibnu networks u sħubijiet, u li jippromwovu l-valuri tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-pekuljarità tas-SEAE tibqa’ fin-natura u l-oriġini tiegħu, kif kienet meta ġie ffurmat bil-fużjoni ta’ persunal li kien jappartjeni għal dawk li kienu d-dipartimenti tar-relazzjonijiet esterni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li fihom ġew integrati d-diplomatiċi mill-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-effettività u l-kosteffiċjenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni jiddependu fuq il-koordinazzjoni mill-qrib mal-istabbilimenti u n-networks diplomatiċi tal-Istati Membri, b’mod partikolari f’pajjiżi terzi fejn kemm is-SEAE kif ukoll l-Istati Membri għandhom preżenza permanenti, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-istrutturi u l-infiq;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tas-SEAE jaqa’ taħt l-Intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kien jammonta għal EUR 13,3-il biljun fl-2024 (li jirrappreżenta 6,9 % tal-baġit totali tal-Unjoni); jinnota li l-baġit tas-SEAE ta’ madwar EUR 1,239 biljun ġestit mis-SEAE jirrappreżenta madwar 9,54 % tan-nefqa amministrattiva totali tal-Unjoni fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2024 (ir-“rapport tal-Qorti”), eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt l-intestatura amministrazzjoni, għadd simili għal li kien eżaminat fl-2023; jinnota wkoll li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2024 kienet tammonta għal madwar 69 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-binjiet, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni, u li l-ħidma tal-Qorti tul bosta snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 16 (23 %) mis-70 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tat-tliet żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Qorti eżaminat 15-il pagament li saru mis-SEAE, li fosthom sabet żewġ żbalji kwantifikabbli; billi żball wieħed kien jirrigwarda emenda sostanzjali waħda f’kuntratt mingħajr proċedura ta’ akkwist valida u mingħajr miżuri ta’ pubbliċità <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>, l-iżball l-ieħor kien jirrigwarda pagament relatat mal-użu ta’ rata tal-kambju skorretta meta ġie reġistrat pagament tal-kera; jilqa’ l-miżuri meħuda mis-SEAE biex jindirizza dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-baġit finali tas-SEAE għall-2024 kien ta’ EUR 880 165 703, li jirrappreżenta żieda ta’ 7,09 % meta mqabbel mal-2023; jinnota li s-SEAE uża wkoll ammont ta’ EUR 359,1 miljun (inkluż dħul assenjat u ammonti riportati) mill-Kummissjoni biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; barra minn hekk jinnota li s-SEAE rċieva kontribuzzjonijiet addizzjonali b’ammont fiss biex ikopri l-ispejjeż komuni tal-persunal tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fid-delegazzjonijiet u l-kolokazzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll ammonti oħra riċevuti fl-ambitu ta’ ftehimiet ta’ kolokazzjoni u ftehimiet oħra; jinnota, għalhekk, li l-ammont tal-baġit totali ġestit mis-SEAE fl-2024 ammonta għal EUR 1 239,3 miljun (approprjazzjonijiet ta’ impenn), li rrappreżenta żieda ta’ 4,43 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, ir-rata ta’ implimentazzjoni baġitarja tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali (wara t-trasferimenti) kienet ta’ 100 %, filwaqt li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-pagamenti kienet ta’ 88,4 % meta mqabbla ma’ 91,9 % fl-2023; jinnota li ż-żmien medju għall-pagament kien ta’ 13,43-il jum iżda 10,69 % tal-għadd totali ta’ pagamenti li saru fl-2024 (li jikkorrispondu għal total ta’ EUR 57 357 324) kienu jirrappreżentaw pagamenti tard, li wasslu għal ammont ta’ EUR 37 862,61 f’pagamenti ta’ mgħax ta’ indampjenza fl-2024; jistieden lis-SEAE jkompli bl-isforzi tiegħu biex itejjeb l-għadd ta’ pagamenti elettroniċi u d-diġitalizzazzjoni tal-flussi tax-xogħol, b’mod partikolari fir-rigward tal-fatturi elettroniċi fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li s-SEAE informa lill-awtorità baġitarja b’żewġ trasferimenti baġitarji f’konformità mal-Artikolu 29(1) tar-Regolament Finanzjarju u għamel 10 trasferimenti awtonomi f’konformità mal-Artikolu 29(4), għal valur kumplessiv ta’ EUR 53,6 miljun; jinnota li l-għan ewlieni tat-trasferimenti kien li tiżdied il-linja baġitarja 3 0 0 3 dwar il-binjiet u l-ispejjeż assoċjati fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni b’EUR 33,78 miljun, il-linja baġitarja 2 0 0 2 dwar Ħidma ta’ sistemazzjoni u sigurtà b’EUR 1,7 miljun, u l-linja baġitarja 1 2 0 5 dwar Esperti nazzjonali sekondati militari b’EUR 1,37 miljun; jinnota li minbarra t-trasferimenti, il-baġit finali għall-kwartieri ġenerali tas-SEAE ammonta għal EUR 349,2 miljun u l-baġit finali għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ammonta għal EUR 530,9 miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li s-SEAE ffaċċja diversi sfidi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu fl-2024 minħabba impatt qawwi mill-gwerra ta’ aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna, pressjonijiet inflazzjonarji, rati tal-kambju sfavorevoli u l-limitu massimu ta’ 2 % fuq in-nefqa mhux relatata mas-salarji li wassal għal defiċit ta’ EUR 33 miljun għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u dan illimita b’mod sinifikanti l-kapaċità operattiva tagħhom; jinnota b’sodisfazzjon li s-SEAE indirizza dawn l-isfidi permezz ta’ taħlita ta’ ffrankar strateġiku u riallokazzjonijiet/trasferimenti baġitarji; jinnota li t-tnaqqis affettwa prinċipalment il-baġits għall-missjonijiet u r-rappreżentanza, l-infrastruttura u s-sigurtà; jinsab imħasseb li r-restrizzjonijiet baġitarji jista’ jkollhom impatt fuq id-dmir ta’ diliġenza tas-SEAE lejn il-persunal tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward tal-manutenzjoni tal-infrastruttura u l-istandards tas-sigurtà fid-delegazzjonijiet; jilqa’ l-pakkett ta’ miżuri korrettivi iżda jtenni t-talba tiegħu għal baġit konsistenti mal-ħtiġijiet u l-objettivi tas-SEAE; jistieden lis-SEAE jistabbilixxi miri annwali biex inaqqas il-pagamenti tard u l-ispejjeż tal-imgħax tard, u jistandardizza l-flussi tax-xogħol minn tarf sa tarf tal-fatturazzjoni elettronika u tal-akkwist elettroniku fid-delegazzjonijiet kollha; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jtejbu l-ġestjoni baġitarja tagħhom billi jqisu wkoll il-volatilità tal-prezzijiet, speċjalment fis-settur tal-enerġija, meta jikkonkludu kuntratti mal-fornituri tas-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota mis-seduta ta’ smigħ tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT) tal-Parlament tas-17 ta’ Novembru 2025 (is-“Seduta ta’ Smigħ”) li s-SEAE ffaċċja restrizzjonijiet baġitarji sinifikanti f’dawn l-aħħar ftit snin, filwaqt li l-istituzzjoni ġiet inkarigata b’mandat dejjem aktar espansiv u ġarrbet żieda fl-ispejjeż u l-ħtiġijiet għan-network b’145 delegazzjoni; jiddispjaċih li sottofinanzjament tas-SEAE mhuwiex indirizzat strutturalment; jappoġġja l-fehma tas-SEAE li hemm disparità bejn il-kompiti u r-riżorsi li toħloq sfida sinifikanti għall-ħila tas-SEAE li jilħaq għalkollox l-objettivi tiegħu u jappoġġja b’mod effettiv l-aġenda tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-Unjoni, <STRING UNDERLINE="on">u b’hekk</STRING> idgħajjef il-prestazzjoni tal-politika barranija tal-Unjoni, f’mument ta’ bidla ġeopolitika rapida, u l-kredibbiltà tal-Unjoni bħala attur globali; jistieden lis-SEAE jagħti prijorità lill-azzjonijiet li jagħtu valur miżjud ċar lill-Unjoni u liċ-ċittadini tagħha, filwaqt li jevita attivitajiet u proġetti li jissograw li jikkompromettu l-effettività u l-benesseri tal-persunal; jistieden lis-SEAE jirrimedja l-iskarsezza ta’ persunal fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari f’postijiet li jiffaċċjaw sfidi ġeopolitiċi jew ta’ sigurtà kumplessi, u jsaħħaħ it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fil-proċeduri ta’ reklutaġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Qorti twettaq awditu komprensiv tal-prestazzjoni tas-SEAE biex tevalwa l-effiċjenza tal-attivitajiet tiegħu meta mqabbla mas-servizzi diplomatiċi tal-pajjiżi tal-OECD; jitlob li dan l-awditu jidentifika oqsma fejn is-SEAE jipprovdi valur miżjud uniku u insostitwibbli u oqsma fejn l-attivitajiet tiegħu jikkoinċidu ma’ dawk tal-Istati Membri; jistieden fl-istess ħin lis-SEAE jwettaq analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tan-network globali tiegħu u jipprijoritizza r-riżorsi lejn id-delegazzjonijiet f’pajjiżi li jikkontribwixxu b’mod ċar għall-interessi immedjati tal-Unjoni, bħall-prosperità ekonomika, is-sigurtà tal-enerġija, il-protezzjoni tal-fruntieri, u l-prevenzjoni tal-flussi migratorji irregolari; jinsisti fuq l-istabbiliment ta’ indikaturi tal-prestazzjoni ċari u li jistgħu jitkejlu biex jintwera l-“valur għall-flus” mogħti liċ-ċittadini tal-Unjoni u jitlob li s-SEAE jwaqqaf kwalunkwe attività jew missjoni li tiġi evalwata bħala ineffettiva jew żejda wara dawn il-valutazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota wkoll li l-investimenti fi proġetti tal-proprjetà immobbli u tal-IT ġew posposti u li l-għadd ta’ trainees tnaqqas fl-2024; jinnota l-fehma tas-SEAE li dawn il-limitazzjonijiet fl-aħħar mill-aħħar jista’ jkollhom impatt fuq il-preżenza globali tal-Unjoni; iwissi li l-posponiment kontinwu tal-investimenti u t-tnaqqis tal-persunal jissograw li jikkompromettu d-dmir ta’ diliġenza tas-SEAE, b’mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza tal-persunal, is-saħħa mentali tagħhom u s-sigurtà tagħhom fi stazzjonamenti b’livell għoli ta’ riskju; jistieden lis-SEAE jippreżenta riżerva ta’ investiment għal infrastruttura kritika tal-IT, taċ-ċibersigurtà u tad-dmir ta’ diliġenza, inkluża analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u l-impatt operattiv mistenni, sabiex jiġu evitati posponimenti ripetuti li jikkompromettu l-effiċjenza u s-sikurezza tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-limitu massimu finanzjarju tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi ġestita taħt l-awtorità tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli żdied minn EUR 12-il biljun fl-2023 għal EUR 17-il biljun fl-2024, filwaqt li l-EUR 5 biljun addizzjonali huma ddedikati għall-appoġġ militari għall-Ukrajna; jenfasizza li ż-żieda sinifikanti fil-Faċilità Ewropea għall-Paċi tirrikjedi trasparenza msaħħa u sorveljanza parlamentari; jappella għal rappurtar regolari u strutturat lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-ġestjoni tar-riskju, l-arranġamenti ta’ monitoraġġ u l-konformità mal-valuri tal-Unjoni u mad-dritt umanitarju internazzjonali; jistieden lis-SEAE jikkollabora mad-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir u l-Viċinat tal-Lvant tal-Kummissjoni (DĠ għat-Tkabbir u l-Viċinat tal-Lvant tal-Kummissjoni) biex jiżgura sorveljanza u monitoraġġ effettivi tal-proġetti ffinanzjati mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi; jirrikonoxxi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi bħala għodda meħtieġa għaż-żamma tal-paċi, f’era ta’ kompetizzjoni ġeopolitika, li għandha l-għan li tibni l-istabbiltà u kooperazzjoni Ewropea unifikata fil-qasam tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota mit-tweġibiet tas-SEAE għall-kwestjonarju tal-Kumitat CONT għall-kwittanza tal-2024 (il-“Kwestjonarju”) li s-SEAE, fl-2024, kemm fil-kwartieri ġenerali tiegħu kif ukoll fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, nieda total ta’ 71 proċedura ta’ akkwist għal kuntratti ta’ valur għoli, jiġifieri ogħla mil-livell limitu ta’ EUR 143 000 għal provvisti u servizzi stabbilit mid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li 63 minn dawk il-proċeduri kellhom suċċess u ġew iffirmati 63 kuntratt, filwaqt li 8 proċeduri fallew; jinnota li, bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid fid-29 ta’ Settembru 2024, il-ġestjoni tal-proċeduri ta’ akkwist għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi ġiet issimplifikata billi ġie introdott sett separat ta’ limiti massimi għal kuntratti ta’ valur baxx ħafna, baxx u medju, u b’hekk ġiet indirizzata kwistjoni li ilha teżisti relatata mal-kapaċità limitata tal-operaturi lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti kumplessi tar-regoli tal-akkwist tal-Unjoni; jistenna li dawk is-simplifikazzjonijiet jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet kemm tal-pajjiżi ospitanti kif ukoll tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist mingħajr preġudizzju għall-konformità mal-ogħla standards ta’ trasparenza, kompetizzjoni u salvagwardji kontra l-frodi; jistieden lis-SEAE jivvaluta u jirrapporta dwar l-impatt ta’ dawn il-bidliet fuq ir-rati ta’ żball u r-riskji għall-integrità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li fl-2024 ġiet stabbilita Task Force ddedikata biex ittejjeb il-proċeduri ta’ akkwist tas-SEAE kemm fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet; huwa konxju li d-Diviżjoni tal-Awditjar Intern wettqet impenn konsultattiv fl-2024, bl-għan li tipprovdi rieżami indipendenti tal-proċess tal-akkwist, li r-riżultati tiegħu qed jiġu diskussi bħalissa mas-servizzi responsabbli; jistieden lis-SEAE jippubblika l-konklużjonijiet ta’ dan ir-rieżami kif ukoll il-lista ta’ miżuri adottati biex iwieġbu għall-isfidi identifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li l-għadd ta’ kolokazzjonijiet mal-Istati Membri u ma’ sħab oħra tal-Unjoni fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni kien ta’ 137 fl-aħħar tal-2024, jiġifieri waħda anqas mill-2023; jinnota li, mill-għadd totali ta’ kolokazzjonijiet fl-2023, 45 ġew konklużi mal-Istati Membri u l-pajjiżi sħab, 92 ma’ sħab oħra tal-Unjoni, filwaqt li l-kolokazzjoni kienet tirrappreżenta 9 % tas-superfiċje totali tal-uffiċċji fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u kienet tinvolvi aktar minn nofs id-delegazzjonijiet tal-Unjoni (80), li jista’ jitqies bħala eżempju ta’ ottimizzazzjoni b’suċċess tal-ġestjoni tal-bini tas-SEAE, iżda anke bħala indikatur taż-żieda fl-interess tas-sħab li jikkondividu binjiet f’pajjiżi terzi u r-rilevanza tal-kolokazzjoni fl-affarijiet diplomatiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-baġit għall-missjonijiet kien ta’ EUR 21 582 843 fl-2024, li jirrappreżenta żieda ta’ madwar 2,33 % meta mqabbel ma’ EUR 21 091 935 (ċifra aġġornata) fl-2023; jinnota li s-SEAE ma għandux linja baġitarja separata għall-missjonijiet u l-ivvjaġġar għall-Viċi President/Rappreżentant Għoli u li l-ispejjeż tal-missjonijiet u tal-ivvjaġġar għall-Viċi President/Rappreżentant Għoli huma kondiviżi bejn is-SEAE u l-Kummissjoni skont l-iskop tal-missjoni; jinnota madankollu mir-rapport ta’ segwitu tas-SEAE għall-osservazzjonijiet tal-Parlament fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza għall-2023 (ir-“rapport ta’ segwitu”) li s-sistema ta’ ġestjoni interna tas-SEAE tissepara l-missjonijiet tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli mill-ivvjaġġar tal-kollegi li jakkumpanjawha f’allokazzjoni speċjali fuq il-linja baġitarja ewlenija tal-missjoni; jinnota wkoll mill-Kwestjonarju li fl-2024 la l-Viċi President/Rappreżentant Għoli uxxenti u lanqas il-Viċi President/Rappreżentant Għoli maħtur ġdid ma wettqu missjonijiet iffinanzjati mis-SEAE; jifhem mir-Rapport ta’ segwitu li l-impenji kompetittivi tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli u skeda stretta ħafna, spiss iddettati mis-sitwazzjoni ġeopolitika, xi drabi jagħmluha impossibbli għaliha li tivvjaġġa bl-użu ta’ titjiriet regolari jew mezzi oħra ta’ trasport biex taqdi l-obbligi professjonali tagħha; jissottolinja madankollu li l-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaġixxu bħala eżempji tajbin għall-pubbliku u ċ-ċittadini, speċjalment meta jużaw ir-riżorsi tal-Unjoni fit-twettiq ta’ dmirijiethom; jenfasizza li l-għażliet tat-titjiriet għandhom jintgħażlu abbażi ta’ kriterji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba dment li tali alternattivi jkunu disponibbli u allinjati mal-aġenda u l-post tal-laqgħat; jenfasizza li t-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja tajba fl-użu tal-fondi pubbliċi tal-Unjoni jridu jibqgħu prinċipju ewlieni għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, is-SEAE kompla jiffaċċja sfidi politiċi u finanzjarji dejjem akbar, kif ukoll sfidi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt f’ambjent ġeopolitikament dejjem aktar instabbli mmarkata b’theddid ibridu intensifikat għas-sistemi demokratiċi; jinnota li l-gwerra ta’ aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-konsegwenzi ġeopolitiċi tagħha komplew ikunu kwistjoni ewlenija fl-2024; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza u l-ħtieġa li s-SEAE jiżvolġi rwol ewlieni ċentrali u msaħħaħ fil-bini tal-awtonomija strateġika, ir-reżiljenza u s-sigurtà tal-Unjoni, li għandha tiġi ssalvagwardjata wkoll permezz tal-ġlieda sistematika u robusta kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin (FIMI) u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni; jinnota li fl-2024 is-SEAE ppubblika t-tieni rapport tiegħu dwar it-theddid ta’ FIMI, li jagħti dettalji dwar 750 inċident u jesponi l-Operazzjoni “Faċċata Falza” (skema ta’ ħasil ta’ informazzjoni minn entitajiet favur il-Kremlin), u b’hekk ikkontribwixxa għall-attribuzzjoni pubblika u s-sensibilizzazzjoni strateġika tal-indħil ostili sponsorjat mill-Istat, u uża s-Sistema ta’ Twissija Rapida bħala mekkaniżmu ċentrali ta’ koordinazzjoni dwar il-FIMI fil-kuntest tal-protezzjoni tal-integrità tal-elezzjonijiet Ewropej; jinnota l-ħruġ ta’ sett ta’ għodod għall-identifikazzjoni tal-FIMI bbażata fuq l-identità, l-organizzazzjoni tal-konferenza annwali ta’ livell għoli tal-FIMI, l-iżvilupp tal-manwal tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) dwar il-FIMI biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-missjonijiet tal-PSDK li jidentifikaw u jirrispondu għall-attakki ta’ FIMI u l-kontribut għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-media fl-avveniment “Connecting Media Communities” fil-Kosovo, li għalih attendew 130 ġurnalist u verifikatur tal-fatti; ifaħħar ħafna lis-SEAE għall-kampanja tiegħu EUvsDisinfo li analizzat u esponiet l-isforzi tal-FIMI tar-Russja fl-2024; jinnota bi tħassib li l-każijiet ta’ diżinformazzjoni favur il-Kremlin qabżu t-18 000 entrata, u dan jikkonferma l-iskala, il-persistenza u n-natura strateġika tat-theddida ppreżentata b’mod partikolari mir-Russja, flimkien ma’ atturi ostili oħra; jinnota li xi delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom Uffiċjal tal-Komunikazzjoni Strateġika bil-kompitu li janalizza u jindirizza l-FIMI, iżda l-kapaċità tal-ġbir ta’ intelligence tibqa’ r-responsabbiltà tal-Istati Membri; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni msaħħa, kondiviżjoni strutturata tal-informazzjoni u kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Istati Membri u mas-sħab fdati; ifaħħar lis-SEAE għat-tnedija taċ-Ċentru tal-Kondiviżjoni u tal-Analiżi tal-Informazzjoni tal-FIMI biex jissaħħu l-kooperazzjoni u l-għarfien komuni tas-sitwazzjoni; jirrikonoxxi li dawn l-isforzi, appoġġjati minn baġit imsaħħaħ għall-Kapaċità ta’ komunikazzjoni strateġika ta’ EUR 6,12 miljun fl-2024, żguraw rispons aktar robust, koordinat u komprensiv fl-Unjoni kollha għat-theddid tal-FIMI; iħeġġeġ l-iżvilupp u l-espansjoni kontinwi tan-network ta’ “difensuri tal-FIMI” permezz ta’ inizjattivi ta’ bini tal-kapaċitajiet; jissottolinja li finanzjament sostnut u prevedibbli huwa essenzjali biex jiġu żgurati l-kontinwità u l-effettività fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu u l-FIMI; iqis għalhekk li għandhom isiru sforzi biex jiġu miġġielda b’mod effettiv il-kampanji ta’ diżinformazzjoni u n-narrattivi kontra l-UE użati b’mod strateġiku minn reġimi awtoritarji u illiberali li jfittxu li jdgħajfu l-azzjoni esterna tal-Unjoni f’pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi mmodernizzat in-network tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jissaħħaħ iċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (l-INTCEN tal-UE) u ċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE; jenfasizza li t-tisħiħ tal-kapaċità analitika u l-preparatezza għall-kriżijiet jirrikjedu persunal adegwat, sigurtà informatika aġġornata, u riżorsi amministrattivi suffiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar fl-appelli tal-Boxxla Strateġika u tal-Parlament biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-intelligence u tal-għarfien tas-sitwazzjoni tal-Unjoni; jissottolinja li l-ħtiġijiet analitiċi u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet tal-Unjoni, li kulma jmur qegħdin jikbru, jitolbu tisħiħ tar-riżorsi allokati lill-INTCEN tal-UE u liċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE, biex jiġi żgurat li jkunu mgħammra b’mod adegwat biex jissodisfaw il-mandati tagħhom f’ambjent ġeopolitiku dejjem aktar kumpless u impenjattiv; jissottolinja r-rwol ċentrali tal-INTCEN tal-UE fit-twettiq ta’ valutazzjonijiet analitiċi integrati u mis-sorsi kollha b’appoġġ għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-PSDK u jisħaq fuq il-potenzjal tan-network tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri, bħala kontributur ewlieni għall-għarfien sitwazzjonali permezz tal-integrazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti diġà disponibbli fil-livell tal-post; iqis li l-istabbiliment ta’ allokazzjoni baġitarja aktar ċara u aktar viżibbli għall-INTCEN tal-UE jista’ jiffaċilita trasparenza, skrutinju demokratiku u obbligu ta’ rendikont imsaħħa fi ħdan il-proċedura ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment tat-Tarka Ewropea għad-Demokrazija u l-ħolqien ta’ Ċentru għar-Reżiljenza Demokratika bħala passi importanti biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tiġġieled kontra l-FIMI; jilqa’ l-intenzjoni li tespandi t-tarka Ewropea għad-demokrazija proposta għall-pajjiżi tat-tkabbir, biex b’hekk issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jirrispondu għat-theddid bħall-FIMI u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE japprofondixxu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi vulnerabbli tat-tkabbir fil-qasam tar-reżiljenza tal-informazzjoni, taċ-ċibersigurtà u tat-theddid ibridu; jistieden lis-SEAE u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi jsaħħu aktar il-kapaċitajiet rispettivi tagħhom biex jiġġieldu u jikkuntrastaw id-diżinformazzjoni u l-propaganda kontra l-PESK tal-Unjoni, anki billi jinvestu f’kampanji ta’ komunikazzjoni biex tiġi miġġielda l-influwenza mill-barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li d-Diviżjoni tal-Komunikazzjoni Strateġika u l-Prospettiva tas-SEAE tiġi provduta b’riżorsi adegwati biex tiġġieled id-diżinformazzjoni użata mir-reġimi awtoritarji, b’mod partikolari l-Kremlin; ifakkar li fil-Moldova u fl-Ukrajna, l-atturi marbuta mar-Russja strumentalizzaw ir-reliġjon, inkluża l-Knisja Ortodossa taħt il-Patrijarkija ta’ Moska, biex idgħajfu r-reżiljenza demokratika; jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ id-diplomazija bbażata fuq il-fidi tal-Unjoni fi ħdan l-azzjoni esterna tagħha u jappella għal linja baġitarja ddedikata tas-SEAE biex tappoġġja d-djalogu, tippromwovi t-tolleranza bejn ir-reliġjonijiet u tiġġieled l-użu ħażin ġeopolitiku tar-reliġjon;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar lill-Kummissjoni fl-appell tal-Parlament biex il-persunal tas-SEAE jiġi mgħammar b’mod adegwat biex jinvolvi ruħu fi djalogu dwar il-libertà reliġjuża u biex dan isir prijorità importanti fl-azzjoni esterna tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni P10_TA(2025)0086, il-paragrafu 83</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lis-SEAE jirrispondi b’mod riżolut għal din is-sejħa u jġib ir-riżorsi tiegħu għal-livell meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli ssaħħaħ il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK tal-Unjoni b’persunal u riżorsi adegwati u mandati flessibbli biex twieġeb b’mod effettiv għall-isfidi tas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tinżamm il-missjoni ta’ monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia biex tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni fit-territorji okkupati u jiġu żgurati twissija bikrija u rapportar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lis-SEAE jillimita l-kuntatti politiċi mal-awtoritajiet tal-partit Ħolma Georgjana għal kwistjonijiet ta’ neċessità stretta, filwaqt li jżomm u jsaħħaħ l-involviment mas-soċjetà ċivili, il-media indipendenti u l-istituzzjonijiet akkademiċi Georgjani jisħaq fuq l-importanza li jkomplu jiġu promossi n-normi Ewropej, il-valuri demokratiċi u l-perkors Ewropew fost il-popolazzjoni Georgjana u l-forzi politiċi impenjati favur il-prinċipji demokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza li fl-2024 l-Unjoni, b’appoġġ qawwi mis-SEAE, kompliet l-appoġġ politiku, militari, finanzjarju, diplomatiku, umanitarju u ekonomiku komprensiv tagħha lill-Ukrajna b’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja; jissottolinja li stadju importanti ewlieni kien l-iffirmar tal-impenji konġunti ta’ sigurtà bejn l-UE u l-Ukrajna f’Ġunju 2024, u li l-adeżjoni mal-Unjoni hija identifikata bħala l-garanzija aħħarija tas-sigurtà biex jissaħħu r-reżiljenza, id-deterrenza u l-istabbiltà fit-tul tal-Ukrajna; jinnota li s-SEAE ħadem mill-qrib mal-Istati Membri, mal-G7, man-NATO u mas-sħab internazzjonali biex iżomm l-unità, jinforza miżuri restrittivi kontra r-Russja, jipprevjeni ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, u jappoġġja inizjattivi ta’ obbligu ta’ rendikont, filwaqt li jwettaq sensibilizzazzjoni globali estensiva b’appoġġ għal paċi ġusta u dejjiema f’konformità mal-Karta tan-NU u mad-dritt internazzjonali, inkluż segwitu għas-Summit dwar il-Paċi fl-Iżvizzera, appoġġ għall-Formula ta’ Paċi tal-Ukrajna, parteċipazzjoni fil-Pjattaforma Internazzjonali tal-Krimea, appoġġ għall-istabbiliment ta’ Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni, u l-adeżjoni tal-Unjoni f’Ġunju 2024 mal-Koalizzjoni Internazzjonali għar-Ritorn tat-Tfal Ukreni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-appoġġ politiku, militari, finanzjarju u umanitarju kontinwu tal-Unjoni lill-Ukrajna jibqa’ prijorità strateġika u obbligu morali fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni illegali tar-Russja; jissottolinja, madankollu, li l-iskala bla preċedent tal-assistenza tal-Unjoni lill-Ukrajna trid tkun akkumpanjata minn kontrolli, traċċabbiltà u salvagwardji kontra l-frodi ugwalment bla preċedent sabiex jinżamm l-appoġġ politiku u pubbliku fit-tul tal-kontribwenti tal-Unjoni; jistieden lis-SEAE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-OLAF, mal-UPPE u mal-Qorti, jiżgura aċċess sħiħ u f’ħin reali għall-informazzjoni dwar l-użu tal-fondi kollha tal-Unjoni żborżati b’appoġġ għall-Ukrajna, u jirrapporta kull sena lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-irregolaritajiet, l-irkupri u l-miżuri korrettivi identifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar li huwa kruċjali li nkomplu nsaħħu l-appoġġ tagħna għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-iżvilupp f’pajjiżi terzi permezz tal-qafas finanzjarju tal-Strument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali; jenfasizza li ż-żamma ta’ finanzjament speċifiku għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, kif ukoll approċċ għall-iżvilupp ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-appoġġ tagħna ta’ pajjiżi terzi u s-sħubijiet magħhom, jistgħu jservu biex isaħħu l-pożizzjoni tal-Unjoni globalment u jsostnu l-valuri tal-Unjoni; jissottolinja li r-riżorsi għad-Diplomazija Diġitali tal-Unjoni għandhom jiżdiedu aktar fid-dawl tal-kuntest attwali ta’ avvanzi teknoloġiċi rapidi u kompetizzjoni ġeopolitika, b’mod partikolari biex jiġi miġġieled l-awtoritarjaniżmu diġitali, l-indħil barrani u l-użu ħażin tat-teknoloġiji emerġenti; jistieden lis-SEAE jwettaq b’mod sistematiku valutazzjonijiet tar-riskju dwar ir-restrizzjonijiet tal-ispazju ċivili f’pajjiżi sħab u f’pajjiżi terzi, sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament tal-Unjoni jilħaq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti; jinsisti li t-tranżizzjoni ekoloġika għandhom ikunu appoġġjati minn riżorsi finanzjarji u umani adegwati fis-SEAE u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u jkunu integrati b’mod konsistenti fid-djalogi politiċi, fis-sħubijiet u fl-infiq estern, inkluż f’pajjiżi terzi, filwaqt li tiġi żgurata l-koerenza mal-kompetittività, is-sigurtà tal-enerġija u r-reżiljenza ekonomika tal-pajjiżi sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li s-SEAE jirrinforza l-kapaċità amministrattiva u analitika tiegħu f’oqsma ta’ importanza strateġika dejjem akbar, inkluż l-Artiku; jappella għal taħriġ imsaħħaħ tal-persunal, koordinazzjoni mtejba bejn is-servizzi, u riżorsi adegwati biex jiġu appoġġjati l-valutazzjoni tar-riskju, l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-involviment mas-sħab rilevanti; jissottolinja li tali bini tal-kapaċitajiet irid ikun allinjat bis-sħiħ ma’ ġestjoni finanzjarja tajba u ma’ restrizzjonijiet baġitarji eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mir-Rapport ta’ segwitu r-rwol ċentrali u l-azzjonijiet tas-SEAE fil-promozzjoni tal-paċi u l-istabbiltà fil-Lvant Nofsani, inkluż billi jappella għall-aċċess mingħajr xkiel u d-distribuzzjoni sostnuta tal-għajnuna umanitarja fuq skala kbira, f’konformità mal-prinċipji umanitarji internazzjonali; jissottolinja li l-assistenza umanitarja trid titwassal b’mod sikur, effettiv u depolitiċizzat, u ma tridx tiġi ddevjata jew użata ħażin minn gruppi terroristiċi jew armati; jinnota li mill-bidu tal-kriżi f’Gaża, l-Unjoni użat l-istrumenti umanitarji kollha disponibbli biex ittaffi t-tbatija tal-Palestinjani f’Gaża u fix-Xatt tal-Punent, u pprovdiet EUR 450 miljun f’għajnuna umanitarja minn Ottubru 2023, inkluż pakkett ta’ għajnuna inizjali ta’ EUR 120 miljun għall-2025 u fil-każ speċifiku tal-appoġġ tal-Unjoni fil-Palestina, skont il-Kummissjoni, il-mekkaniżmi fis-seħħ “huma solidi u jaħdmu b’mod effettiv” kif affermat mill-ġdid waqt ir-rieżami finanzjarju tal-assistenza tal-Unjoni fil-Palestina li sar f’Novembru 2023; jinnota wkoll li f’April 2025, il-Kummissjoni adottat programm pluriennali komprensiv għall-Palestina b’ammont sa EUR 1,6 biljun għas-snin 2025-2027 biex tappoġġja l-irkupru ekonomiku, ir-reżiljenza u l-governanza fix-Xatt tal-Punent, f’Ġerusalemm tal-Lvant u f’Gaża, u li sa EUR 620 miljun minn dak il-finanzjament se jkun appoġġ finanzjarju dirett lill-Awtorità Palestinjana; jinnota li f’Mejju 2024, il-Kummissjoni ħabbret pakkett ta’ assistenza finanzjarja ta’ EUR 1 biljun biex tgħin lil-Libanu jindirizza l-isfidi domestiċi u reġjonali; jilqa’ f’dan il-kuntest il-fehma tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli espressa waqt is-Seduta ta’ Smigħ, fejn bħala prinċipju fundamentali tad-dritt, “kull min jikkawża d-danni għandu wkoll iħallas għalihom”; jinnota li kwalunkwe stima komprensiva tad-danni tibqa’ prematura dment li l-aċċess għal Gaża ma jkunx possibbli; jisħaq, madankollu, fuq l-importanza li jiġu stabbiliti mekkaniżmi robusti ta’ monitoraġġ u obbligu ta’ rendikont, inkluża informazzjoni affidabbli, indipendenti u verifikabbli, biex tkun tista’ ssir valutazzjoni tad-danni u l-ħtiġijiet hekk kif ikun permess l-aċċess; jistieden lis-SEAE jkompli juża l-istrumenti kollha disponibbli, inklużi l-għodod umanitarji, diplomatiċi u finanzjarji, u, fejn xieraq, miżuri restrittivi, sabiex jirrispetta l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u jippromwovi paċi u sigurtà dejjiema fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar il-Baġit tal-Unjoni għall-2026 u l-importanza li jiġu appoġġjati r-riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali fir-reġjun tal-Viċinat tan-Nofsinhar, inkluż l-indirizzar tal-ħtiġijiet umanitarji li qed jiżdiedu, filwaqt li jiġi żgurat li l-ebda fond tal-Unjoni ma jiġi allokat lil istituzzjonijiet pubbliċi, individwi jew assoċjazzjonijiet marbuta ma’ kwalunkwe tip ta’ moviment terroristiku, u li jmorru direttament kontra l-valuri fundamentali tal-Unjoni, inklużi movimenti Iżlamisti, antisemitiċi, anti-Kristjani u anti-Iżlam; ifakkar li s-SEAE huwa responsabbli biex jipprovdi gwida politika u sorveljanza strateġika dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà sħiħa għall-ġestjoni, l-ikkuntrattar u l-iżborż tar-riżorsi baġitarji tal-Unjoni pprovduti lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali; ifakkar li kien hemm allegazzjonijiet li 19 mit-13 000 impjegat tal-UNRWA f’Gaża kienu involuti fl-attakki terroristiċi ta’ stmellija mwettqa mill-Ħamas kontra Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023; jirrikonoxxi r-rispons tan-Nazzjonijiet Uniti għal dawk l-allegazzjonijiet, inklużi l-investigazzjonijiet varati mill-Uffiċċju tas-Servizzi ta’ Sorveljanza Interna (OIOS) tan-NU, li fi tmiemhom, ġie terminat formalment l-impjieg ta’ disa’ membri tal-persunal fl-interess tal-Aġenzija, u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa permezz tar-Rapport Colonna; jinnota li l-Kummissjoni qed taħdem mal-UNRWA biex ittejjeb il-proċessi ta’ newtralità u s-sistemi ta’ kontroll fl-Aġenzija, f’konformità mas-sejbiet tal-investigazzjonijiet mill-OIOS tan-NU u biex timmonitorja l-applikazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni ppreżentat mill-UNRWA; jinnota l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-UNRWA tibqa’ impenjata li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet miftiehma kif ukoll li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha miftiehma mal-Unjoni għal finanzjament kontinwu fl-2024; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, l-impenn kontinwu u l-monitoraġġ mill-qrib tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-finanzjament ikun marbut ma’ garanziji sodi dwar in-newtralità, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont; jinnota li l-Unjoni ma tiffinanzjax il-kotba tat-tagħlim Palestinjani, u li lanqas mhuma r-responsabbiltà tal-UNRWA, li madankollu tirrevedi l-kotba tat-tagħlim pubblikati kollha biex tindirizza kwalunkwe kontenut problematiku; ifakkar fil-ħtieġa li l-Awtorità Palestinjana tneħħi l-materjal u l-kontenut edukattivi kollha li mhumiex aderenti mal-istandards tal-UNESCO, b’mod partikolari dawk li jinkoraġġixxu l-antisemitiżmu u jinċitaw il-vjolenza, li t-tfal Palestinjani ma għandhomx ikunu esposti għalihom; ifakkar li l-ebda fond tal-Unjoni ma għandu jiġi allokat, direttament jew indirettament, għall-materjal edukattiv imsemmi hawn fuq; jenfasizza li l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għall-Awtorità Palestinjana fil-qasam tal-edukazzjoni għandu jiġi pprovdut bil-kundizzjoni li l-kontenut tal-kotba tal-iskola jkun allinjat mal-istandards tal-UNESCO f’konformità mas-sejbiet tar-rapport tal-Istitut Georg Eckert iffinanzjat mill-Unjoni, li żvela stampa kumplessa fir-rigward tal-kotba tal-iskola;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar ir-rapport, dwar dokumenti interni suspettati tal-Ħamas, b’dati tas-snin bejn l-2018 u l-2022, li oriġinarjament instab mill-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael fl-Istrixxa ta’ Gaża u li wara ġie deklassifikat u mxerred permezz ta’ NGO Monitor, li allegatament jindika tentattivi ta’ infiltrazzjoni u monitoraġġ tal-Ħamas permezz tal-hekk imsejħa “garanti” ta’ NGOs internazzjonali inklużi fi ħdan proġetti umanitarji ffinanzjati mill-Unjoni fl-Istrixxa ta’ Gaża; ifakkar li, fil-biċċa l-kbira b’reazzjoni għat-talbiet tal-Parlament, il-mekkaniżmi ta’ verifika ġew imsaħħa aktar mill-2023, inklużi awditi speċifiċi, analiżijiet tar-riskju u monitoraġġ estern addizzjonali; jenfasizza li kwalunkwe pretensjoni dwar kwalunkwe użu ħażin tal-fondi tal-kontribwenti tal-Unjoni għandha tiġi vverifikata bir-reqqa u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga l-allegazzjonijiet kollha ta’ kwalunkwe tip ta’ infiltrazzjoni indebita u influwenza fi ħdan proġetti umanitarji ffinanzjati mill-Unjoni u tissospendi jew tirkupra l-finanzjament tal-Unjoni fejn jiġi kkonfermat ksur; jissottolinja li kwalunkwe allegazzjoni ta’ użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni ddevjati indirettament lejn organizzazzjonijiet terroristiċi tikkomprometti l-integrità tal-assistenza tal-Unjoni; iwissi li fil-kunflitti armati, id-diżinformazzjoni u l-gwerra tal-informazzjoni segwiti għal skopijiet strateġiċi huma prattiki komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Ifakkar li miljuni ta’ nisa madwar id-dinja iħabbtu wiċċhom ma’ diskriminazzjoni, persekuzzjoni jew vjolenza minħabba r-reliġjon jew it-twemmin tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, ikomplu jiżguraw attenzjoni politika bbilanċjata, koordinazzjoni u trasparenza fl-indirizzar tal-forom kollha ta’ mibegħda u intolleranza abbażi tar-reliġjon, inklużi l-anti-Kristjaneżmu, l-anti-Iżlamiżmu u l-anti-Semitiżmu, u jżommu lill-Parlament infurmat regolarment dwar il-miżuri rilevanti meħuda u r-riżorsi mobilizzati f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota mir-rapport ta’ segwitu l-isforzi kontinwi tas-SEAE biex jappoġġja d-djalogu dwar is-sitwazzjoni politika, ekonomika u soċjali, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jsaħħaħ id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem f’diversi pajjiżi; jilqa’ l-fatt li s-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkomplu jikkollaboraw mar-rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet u l-istituzzjonijiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-partijiet ikkonċernati speċjalizzati fil-governanza demokratika, id-drittijiet tal-bniedem, il-media, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali; jinnota li l-appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u d-difensuri nisa, inklużi dawk indiġeni, huwa fost il-prijoritajiet ewlenin tas-SEAE f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2027, u huwa avvanzat permezz ta’ firxa ta’ attivitajiet bħal djalogi politiċi, rapportar politiku, diplomazija pubblika, fora multilaterali u rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lis-SEAE u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkomplu jsaħħu l-ħidma tagħhom fl-għoti ta’ assistenza, kif ukoll appoġġ loġistiku u teknoloġiku, u fl-involviment mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, f’konformità mal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, b’attenzjoni partikolari għan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li s-Servizz ta’ Governanza Korporattiva (CGS), stabbilit fl-2023, jiżvolġi rwol importanti fit-titjib tal-ġestjoni tas-SEAE billi jappoġġja t-tħejjija tal-pjanijiet ta’ ġestjoni annwali u r-rapporti annwali tal-attività tas-SEAE, isaħħaħ il-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju, jindirizza kwistjonijiet korporattivi sistemiċi fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u jimplimenta l-kunċett ta’ “Delegazzjoni Waħda”, li għandu l-għan li jnaqqas il-frammentazzjoni tal-ġestjoni u tar-rapportar u li jiddokumenta kwistjonijiet rikorrenti u l-aħjar prattiki kemm fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fid-delegazzjoni tal-Unjoni; jistieden lis-SEAE jindirizza malajr id-dgħufijiet fil-kontrolli interni u fil-ġestjoni tad-dokumenti enfasizzati mill-Qorti, bl-għan li tittejjeb l-integrità tal-ġestjoni tal-informazzjoni u jiġi żgurat rapportar konsistenti fid-delegazzjonijiet kollha tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mir-Rapport ta’ segwitu u mill-Kwestjonarju l-isforzi li saru mis-SEAE lejn diplomazija femminista, minkejja li l-Istati Membri għandhom ir-rwol ewlieni fl-istabbiliment tal-linji gwida tal-Unjoni dwar l-azzjonijiet esterni; jilqa’ b’mod partikolari l-azzjoni meħuda biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-impenji tal-Unjoni skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru (GAP) III; jinnota li l-Ambaxxatur tal-Unjoni għall-Ġeneru u d-Diversità impenjat ruħha fi sforzi biex tintegra perspettiva tal-ġeneru fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u fid-dikjarazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet multilaterali ewlenin; jinnota wkoll li tmexxija reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru kompliet tkun element ewlieni fl-istituzzjonalizzazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; jilqa’ f’dan il-kuntest il-ħatra ta’ punti fokali tal-ġeneru f’Novembru 2024; jinnota li l-GAP III se jiskadi fl-2027 u jħeġġeġ, għal dan il-għan, lis-SEAE jiżviluppa GAP IV aktar ambizzjuż, li jkun lest għall-implimentazzjoni mill-2028, u li jiżgura konnessjoni aktar b’saħħitha bejn id-drittijiet u l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-politika estera u ta’ sigurtà tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jissottolinja li l-Unjoni jeħtiġilha żżid il-finanzjament biex issaħħaħ il-linja baġitarja dedikata fl-azzjonijiet tal-politika barranija tal-Unjoni speċifikament għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS), sabiex jiġi żgurat finanzjament konsistenti għall-inizjattivi li jippromwovu tmexxija reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru, jipproteġu d-drittijiet tan-nisa u jiġġieldu l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru (SGBV) f’kuntesti ta’ kunflitt u ta’ wara kunflitt; jenfasizza li finanzjament bħal dan huwa essenzjali biex jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, jiġi pprovdut appoġġ iċċentrat fuq is-superstiti u jiġu integrati l-perspettivi tal-ġeneru fl-isforzi diplomatiċi u ta’ sigurtà tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Iqis il-missjoni ta’ osservazzjoni elettorali bħala strument prattiku u effettiv tal-politika barranija li għadu ċentrali għall-politiki u l-istrateġiji tal-Unjoni ta’ appoġġ għad-demokrazija; jinnota mir-rapport ta’ segwitu li s-SEAE ma għandu l-ebda prospett li jestendi l-ħidma ta’ osservazzjoni lejn il-pajjiżi kandidati u ġirien, minħabba li l-missjonijiet ta’ osservazzjoni jkopru b’mod adegwat dawn il-pajjiżi mmexxija mill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem li uża metodoloġija simili għal dik tal-Unjoni u spiss jikseb esperti mill-istess grupp ta’ professjonisti; itenni madankollu t-talba tiegħu lill-Unjoni biex tiżgura riżorsi adegwati, inkluż għarfien espert dwar l-integrità tal-informazzjoni online u r-riskji ta’ indħil fil-metodoloġiji ta’ osservazzjoni elettorali għall-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mir-Rapport ta’ segwitu l-isforz tal-Unjoni biex tipproteġi lit-tfal f’reġjuni milquta minn kunflitti permezz tad-delegazzjonijiet tagħha fl-2024; jilqa’ l-aġġornament tal-Linji Gwida tal-Unjoni dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati fl-2024 li jipprovdu qafas biex tissaħħaħ il-protezzjoni u jiġi pprevenut ksur gravi fil-konfront tat-tfal fi żminijiet ta’ gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Ifakkar li fl-2021 il-Parlament ippropona proġett pilota “Lejn il-ħolqien tal-Akkademja Diplomatika Ewropea” bl-objettiv li tinħoloq massa kritika ta’ diplomatiċi Ewropej imħarrġa dwar ir-relazzjonijiet barranin u s-sigurtà tal-Unjoni u kultura diplomatika Ewropea li jkollha l-għan li ssaħħaħ ir-rwol tal-Unjoni bħala attur effettiv tal-politika barranija; jinnota li fl-ewwel fażi ta’ dak il-proġett pilota, li kopra s-sena akkademika 2022-2023, ipparteċipaw 42 diplomatiku żagħżugħ, filwaqt li fit-tieni fażi, li kopriet is-sena akkademika 2023-2024, kien hemm 50 parteċipant; jinnota li t-tieni fażi saret fuq żewġ edizzjonijiet identiċi ta’ korsijiet ta’ 4 xhur, segwiti minn assenjazzjoni ta’ taħriġ ta’ xahar fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE fi Brussell; jinnota li l-korsijiet u l-programmi ta’ taħriġ ġew implimentati minn konsorzju akkademiku ffurmat mill-Kulleġġ tal-Ewropa fil-Belġju (Bruges) u fil-Polonja (Natolin); jinnota mill-Kwestjonarju li, f’konformità mal-kuntratt ta’ servizz SEAE/2022/OP/0168-2023, il-Kulleġġ tal-Ewropa pproduċa rapport finali li fih il-valutazzjoni tat-tieni fażi tal-proġett pilota; jistieden lis-SEAE jipprovdi dak ir-rapport lill-awtorità ta’ kwittanza; jinnota mir-rapport tas-SEAE dwar il-kontijiet annwali għas-snin 2022, 2023 u 2024, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għall-fażijiet pilota tal-Akkademja Diplomatika tal-UE, li s-SEAE ħallas EUR 831 000 fl-2022, EUR 120 000 fl-2023 u EUR 862 000 fl-2024; jitlob lis-SEAE jipprovdi lill-Parlament, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, kopji tad-dokumentazzjoni kollha fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist imwettqa, il-kuntratti ffirmati u l-pagamenti magħmula b’rabta mal-fażi 1 u l-fażi 2 tal-proġett pilota tal-Akkademja Diplomatika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota wkoll li fil-21 ta’ Mejju 2024, abbażi tal-esperjenza u l-istruttura żviluppati fil-fażijiet pilota, il-Kunsill adotta deċiżjoni biex tiġi stabbilita Akkademja Diplomatika tal-UE kompluta għal 4 snin akkademiċi li jibdew mis-sena 2024-2025, billi l-attivitajiet ta’ korsijiet u ta’ taħriġ ġew assenjati lill-Kulleġġ tal-Ewropa, filwaqt li l-Akkademja Diplomatika tal-UE se topera taħt ir-responsabbiltà tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli li se tingħata gwida minn kumitat ta’ tmexxija magħmul minn rappreżentant maħtur minn kull Stat Membru, kif ukoll rappreżentant tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; jinnota minn dik id-deċiżjoni li ammont maħsub ta’ EUR 1,72 miljun għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025, filwaqt li l-ġestjoni tan-nefqa b’rabta mal-Akkademja Diplomatika tal-UE hija ssorveljata mill-Kummissjoni permezz tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li, wara l-ħolqien tas-CGS fl-2023, is-SEAE aġġorna l-Qafas ta’ Kontroll Intern (QKI) tiegħu fl-2024 biex jirrifletti r-rwol tal-Uffiċjal Kap tal-Governanza u jintroduċi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ dwar il-kontrolli interni; jinnota mill-Kwestjonarju li l-QKI tas-SEAE huwa allinjat ma’ dak tal-Kummissjoni; jinnota li, minbarra l-valutazzjoni annwali standard tas-sistema ta’ kontroll intern tiegħu, fl-2024 is-SEAE wettaq stħarriġ fost 167 rispondent/membru tal-persunal, kollha b’responsabbiltajiet ta’ Uffiċjali Awtorizzanti b’Sottodelega (AOSD), filwaqt li r-riżultati ta’ dak l-istħarriġ huma diskussi fil-livell tal-maniġment superjuri fil-Kumitat ta’ Kontroll Intern tas-SEAE; jinnota li dak l-istħarriġ xeħet dawl fuq 183 qasam li jeħtieġu attenzjoni, speċjalment fir-rigward tal-isfidi li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni qed jiffaċċjaw bħas-sensibilizzazzjoni dwar il-kontrolli interni u l-ġestjoni tar-riskju, ir-reklutaġġ u ż-żamma ta’ persunal kwalifikat u servizzi tal-IT; jilqa’ l-fatt li s-SEAE fassal pjan ta’ azzjoni biex jirrettifika t-tħassib eżistenti u jindirizza b’mod proattiv ir-riskji potenzjali; jistieden lis-SEAE jżomm lill-awtorità ta’ kwittanza aġġornata dwar dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Iħeġġeġ lis-SEAE jsaħħaħ il-kontrolli interni u s-sistemi ta’ ġestjoni tad-dokumenti, filwaqt li jindirizza d-dgħufijiet identifikati mill-Qorti, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-informazzjoni u r-rappurtar mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li s-SEAE juża żewġ modi ta’ verifika ex ante fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji (impenji, pagamenti u ordnijiet ta’ rkupru); jinnota li tip wieħed ta’ verifika <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> huwa deċentralizzat, jiġifieri jitwettaq indipendentement mill-AOSD responsabbli, għal pagamenti marbuta ma’ fatturi li l-ammont tagħhom huwa (mill-2024) taħt il-15 000; jinnota li, għat-tranżazzjonijiet finanzjarji l-oħra kollha, il-verifika <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> hija żgurata internament mid-diviżjonijiet operattivi jew mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li għall-proċeduri ta’ akkwist, hemm ukoll żewġ modi ta’ verifika ex ante: mod wieħed għal kuntratti li l-valur tagħhom huwa daqs jew akbar mil-limiti tad-Direttiva 2014/24/UE, imwettaq b’mod indipendenti mill-AOSD tad-dipartiment inkarigat mill-fajl tal-akkwist u mod ieħor żgurat internament, mid-dipartiment inkarigat, għal kuntratti ta’ valur baxx (ħafna) u medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li għal żbalji finanzjarji, ir-rata ta’ żball identifikata tikkorrispondi għal żbalji identifikati minn kontrolli ex post (wara li jkun sar il-pagament/l-irkupru) li jikkontribwixxu għal żball residwu li jirrifletti wkoll żbalji preżunti li qed jaffettwaw in-nefqa u d-dħul mhux ikkontrollati; jinnota li fl-2024, ir-rata tal-iżball finanzjarju residwu għan-nefqa tas-SEAE kienet ta’ 0,03 % u għad-dħul kienet ta’ 0,05 %; jinnota fir-rigward tal-iżbalji fl-akkwist, li s-SEAE aġġorna l-metodoloġija tal-kontrolli ex post tiegħu fl-2024, u b’hekk allinjaha mal-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kalkolu tal-iżbalji fl-akkwist, li jiċħad il-kunċett ta’ żball residwu, filwaqt li l-impatt finanzjarju tal-iżbalji fl-akkwist ma jistax jiġi kkwantifikat bl-istess mod kif inhuma l-iżbalji finanzjarji; jinnota li abbażi ta’ din il-metodoloġija l-ġdida, il-valur tal-iżball identifikat fl-akkwist kien ta’ EUR 49 774 108 fl-2024 (żieda minn EUR 23 392 948 fl-2023) jew 4,32 % tal-popolazzjoni awditjata fl-2024 (żieda minn 2,07 % fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li s-SEAE għamel progress tanġibbli fl-2024 fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet pendenti magħmula minn diversi korpi bħad-Diviżjoni tal-Awditjar Intern (IAD) tas-SEAE, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni u l-Qorti; jirrikonoxxi r-rwol tal-Kumitat tal-Progress tal-Awditjar tas-SEAE fl-iżgurar tal-indipendenza tal-IAD u fil-monitoraġġ tal-kwalità tax-xogħol tal-awditjar intern u l-progress li sar fir-rigward tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar intern u estern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota fir-rigward tal-awditi mwettqa mill-IAD li l-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet miftuħa tnaqqas minn erba’ rakkomandazzjonijiet kritiċi u 49 rakkomandazzjoni importanti ħafna għal tlieta kritiċi u 32 rakkomandazzjoni importanti ħafna u tliet pjanijiet ta’ azzjoni ġew rieżaminati, li wieħed minnhom ġie aċċettat bħala sodisfaċenti; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet kritiċi li fadal huma marbuta mal-awditu dwar “Ġestjoni tal-bini tad-Delegazzjoni tal-UE f’Washington” li ddewwem minħabba kwistjonijiet legali u 13 mit-32 rakkomandazzjoni importanti ħafna li fadal huma marbuta mal-awditu dwar “Flussi ta’ informazzjoni bejn is-SEAE, id-DĠ HR u l-PMO”; josserva wkoll li l-IAD nediet rieżami konsultattiv tal-proċessi ta’ akkwist fil-Kwartieri Ġenerali, bdiet valutazzjoni strateġika tar-riskju, wettqet valutazzjoni komparattiva ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, aġġornat il-Karta tal-Missjoni tagħha, u b’hekk lestiet il-pjan ta’ awditjar pluriennali 2022-2024, u ħadet il-passi meħtieġa biex tħejji l-pjan ta’ awditjar strateġiku l-ġdid tagħha li jibda fl-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Josserva li l-IAS iffinalizza żewġ awditi dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi umani u dwar l-istrateġija tas-SEAE kontra l-frodi, bi pjanijiet ta’ azzjoni li qed jiġu implimentati, u nieda awditu ġdid dwar il-kontrolli ex post fi tmiem l-2024, li l-ħidma operattiva għalih kompliet fl-2025; jistieden lis-SEAE jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS li għadhom miftuħa bħala segwitu għall-“Awditu dwar il-proċess ta’ akkwist u l-monitoraġġ tal-kuntratti fis-SEAE” imniedi fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota mir-Rapport annwali tal-attività tas-SEAE (ir-“Rapport tas-SEAE tal-2024”) għall-2024 li l-operazzjonijiet ta’ kull delegazzjoni tal-Unjoni jiġu evalwati perjodikament (kull 4-5 snin) permezz ta’ missjonijiet ta’ spezzjoni u eżerċizzji korporattivi strateġiċi; jinnota li ġew spezzjonati 26 delegazzjoni tal-Unjoni fl-2024 li wasslu għall-formulazzjoni ta’ 1 000 rakkomandazzjoni u parir lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni spezzjonati u lis-servizzi tal-Kwartieri Ġenerali, inklużi sitt rakkomandazzjonijiet kritiċi u madwar 100 rakkomandazzjoni importanti ħafna; jinnota bi tħassib mill-Kwestjonarju li żewġ delegazzjonijiet tal-Unjoni rċevew rakkomandazzjonijiet kritiċi dwar il-ġestjoni interna; jilqa’ l-fatt li s-SEAE applika segwitu strett fiż-żewġ każijiet u, għalkemm spezzjoni waħda għadha miftuħa minħabba l-kumplessità tagħha, is-SEAE qed jappoġġja b’mod attiv lid-delegazzjoni biex issolvi l-kwistjonijiet pendenti u timplimenta l-miżuri korrettivi meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li s-SEAE jinsab ġeneralment fil-ħin biex ilaħħaq l-iskadenza ta’ tmiem l-2025 tal-Qorti għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali 02/2024 tal-Qorti dwar “Ir-rwol ta’ koordinazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna” sa tmiem l-2025; jirrikonoxxi li l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet kollha li għadhom kif inħatru rċevew ittri ta’ missjoni fl-2024 u fl-2025, u li mekkaniżmi ta’ feedback imtejba u l-proċess tal-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali saħħew il-koordinazzjoni bejn il-Kwartieri Ġenerali u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni; jilqa’ l-implimentazzjoni li għaddejja tal-istrateġija ta’ ġestjoni tal-informazzjoni tas-SEAE, inkluża l-introduzzjoni sħiħa tal-pjattaforma kollaborattiva HIVE, użata minn aktar minn 16 500 membru tal-persunal; jinnota l-ħidma kontinwa mal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri dwar it-tisħiħ tal-interoperabbiltà u l-progress fid-diskussjonijiet dwar klassifikazzjoni tas-sigurtà standardizzata; jinnota wkoll it-tlestija tal-valutazzjoni tal-ammont ta’ xogħol tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’Settembru 2024, li infurmat il-ftehim politiku sussegwenti dwar il-modernizzazzjoni tan-network tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’Mejju 2025; jinnota l-istatus tas-SEAE ta’ “servizz assoċjat” fl-awditi mwettqa mill-Qorti, filwaqt li erba’ awditi (Rapporti Speċjali 17/2024, 18/2024, 06/2024 u 04/2025) ġew iffinalizzati fl-2024 u żewġ awditi (Rapport Speċjali 17/2025, 20/2025) tnedew fl-2024 u ġew iffinalizzati fl-2025; jinnota f’dan il-kuntest b’sodisfazzjon il-kooperazzjoni tajba tas-SEAE mad-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni kkonċernati minn dawk l-awditi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota li fl-2024 is-SEAE kien jimpjega, apparti l-persunal lokali, total ta’ 2 902 membri tal-persunal, inklużi 1 268 uffiċjal, 442 aġent temporanju, 619-il aġent kuntrattwali u 573 espert nazzjonali sekondat, meta mqabbla ma’ 2 812-il membru tal-persunal, inklużi 1 245 uffiċjal, 450 aġent temporanju, 603 aġenti kuntrattwali u 514-il espert nazzjonali sekondat fl-2023; ifakkar fl-importanza li jiġu pprovduti kuntratti permanenti sabiex jinżammu l-ħiliet, il-kontinwità u ambjent tax-xogħol produttiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota mir-rapport tas-SEAE tal-2024 li, minn total ta’ 5 355 persuna li jaħdmu fis-SEAE, 47 % kienu qed jaħdmu fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE u 53 % fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fi tmiem l-2024, b’1 622 bħala aġenti lokali fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li, matul is-Seduta ta’ smigħ, il-Membri qajmu tħassib dwar l-allegata tkeċċija ta’ persunal lokali f’ċerti delegazzjonijiet tal-Unjoni mingħajr rispett dovut għal-liġi tax-xogħol lokali; jinnota li, wara dik is-seduta ta’ smigħ, il-Membri tal-Kumitat CONT ressqu mistoqsijiet addizzjonali bil-miktub; jinnota mit-tweġibiet tas-SEAE għal dawk il-mistoqsijiet (it-“Tieni kwestjonarju”), li fl-14 ta’ Mejju 2025 il-Grupp tal-Proġett tal-Kummissarji dwar l-Azzjoni Esterna approva proġett għall-modernizzazzjoni tan-network tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett tinvolvi, fost l-oħrajn, iċ-ċentralizzazzjoni tal-finanzi, il-kuntratti u l-funzjonijiet tal-awditjar għas-sitt delegazzjonijiet tal-Unjoni tal-Balkani tal-Punent fil-kwartieri ġenerali tad-DĠ għat-Tkabbir u għall-Viċinat tal-Lvant, kif ukoll tnaqqis fl-għadd ta’ persunal li jaħdem fuq il-finanzi u l-kuntratti f’dawk id-delegazzjonijiet tal-Unjoni, abbażi ta’ valutazzjonijiet imwettqa f’konsultazzjoni mal-konsulenti legali; jinnota li, fir-rigward tal-pakkett tas-sensji, is-SEAE jsostni li d-drittijiet kollha skont il-liġi lokali u r-regoli interni tal-Unjoni ġew rispettati, bil-pakketti finanzjarji għas-sensji ekonomiċi jkunu l-aktar favorevoli bejn dawk awtorizzati mil-liġi lokali u dawk tal-Unjoni, u dan minkejja t-tħassib espress mill-aġenti lokali fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni rilevanti; jinnota wkoll li s-SEAE f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni qed jissieħeb mill-qrib ma’ ditta legali lokali li tipprovdi gwida dwar kwalunkwe rekwiżit legali lokali, u b’hekk jiżgura l-implimentazzjoni tal-proċess ta’ sensji f’konformità sħiħa mal-liġijiet tax-xogħol lokali applikabbli; jistieden lis-SEAE jikkonsulta bis-sħiħ lir-rappreżentant tal-persunal lokali meta jfassal il-pjan ta’ tkeċċija għall-persunal lokali; jinnota bi tħassib mit-tweġibiet mill-Kwestjonarju li jekk delegazzjoni tal-Unjoni tiġi rilokata f’pajjiż differenti, bħal fil-każ ta’ evakwazzjoni (eż. is-subuffiċċju tas-Sudan li jiċċaqlaq lejn l-Eġittu), l-aġenti lokali impjegati fil-pajjiż ta’ oriġini jingħataw is-sensja, u b’hekk jitħallew lura mingħajr sigurtà; jistieden lis-SEAE jsib soluzzjonijiet vijabbli għas-sigurtà u s-sikurezza tal-membri tal-persunal lokali li jaħdmu b’lealtà fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar rapporti ta’ djalogu soċjali insuffiċjenti u l-inklużjoni ta’ rappreżentanti tal-persunal protetti fost l-aġenti lokali milquta minn sensji f’ċerti delegazzjonijiet tal-Unjoni; ifakkar li r-rispett għal-leġiżlazzjoni tax-xogħol lokali, l-obbligi tad-djalogu soċjali u l-protezzjoni tar-rappreżentanti tal-persunal huma elementi essenzjali ta’ amministrazzjoni tajba u tal-kredibbiltà tal-Unjoni bħala impjegatur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jenfasizza li kwalunkwe ristrutturar, rilokazzjoni jew sensja li tolqot lill-persunal lokali trid tkun preċeduta minn konsultazzjoni b’sinifikat mar-rappreżentanti tal-persunal u akkumpanjata minn miżuri konkreti biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet, is-sigurtà u d-dinjità tal-aġenti lokali, b’mod partikolari f’kuntesti ta’ kriżi jew ta’ evakwazzjoni; jistieden lis-SEAE jivvaluta u jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-kosteffettività tat-tnaqqis tal-persunal meta mqabbel ma’ soluzzjonijiet organizzattivi alternattivi, inklużi l-impatti finanzjarji, operattivi u reputazzjonali fit-tul tas-sensji li jolqtu lill-persunal lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lis-SEAE jkompli jtejjeb is-sigurtà tad-delegazzjonijiet tal-UE, inklużi ċ-ċibersigurtà, is-sigurtà fiżika u l-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni tal-kriżijiet, u jirrapporta b’mod sistematiku dwar il-progress u l-vulnerabbiltajiet li jkun għad fadal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota fl-2024, 46,6 % tal-persunal kollu tas-SEAE kienu nisa (meta mqabbla ma’ 46,8 % fl-2023); jinnota, fir-rigward tar-rappreżentanza tan-nisa u l-karigi li okkupaw fis-SEAE fl-2024, li 40 % kienu amministraturi, 63,78 % kienu assistenti, 73,25 % kienu assistenti segretarji, 56,7 % kienu aġenti kuntrattwali u 26,87 % esperti nazzjonali sekondati; jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport tas-SEAE tal-2024 l-isforzi tal-istituzzjoni biex tikseb rappreżentanza akbar tan-nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali; jinnota f’dan il-kuntest xejra ’l fuq fir-rigward tal-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri, b’37,3 % tan-nisa fl-2024 (meta mqabbla ma’ 31 % fl-2023), iżda tnaqqis żgħir fir-rigward tal-pożizzjonijiet maniġerjali intermedji bi 38,7 % tan-nisa fl-2024 (meta mqabbla ma’ 40,4 % fl-2023); jilqa’ żieda minn 35,5 % fl-2023 għal 36,1 % fl-2024 fir-rigward tar-rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ Kap tad-Delegazzjoni; jilqa’ ż-żieda gradwali fl-għadd ta’ nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali fi ħdan is-SEAE, filwaqt li jinnota li n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-livell AD u rrappreżentati żżejjed fil-livell AST, u li l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-pożizzjonijiet maniġerjali intermedji u superjuri, kemm fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, għadu ma nkisibx għalkollox; jenfasizza li filwaqt li jridu jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għall-persunal fi ħdan il-korpi tal-istituzzjonijiet, l-eċċellenza u l-professjonaliżmu fi ħdan is-SEAE jridu jiġu ppreservati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota mir-Rapport ta’ segwitu l-isforzi tas-SEAE biex jiġu mmobilizzati applikazzjonijiet addizzjonali minn ġeneru sottorappreżentat; jilqa’ f’dan il-kuntest l-organizzazzjoni ta’ erba’ attivitajiet ta’ taħriġ eżekuttiv dwar it-tmexxija reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru (GRL) li koprew 80 % tal-maniġers superjuri tas-SEAE u 29 siegħa sħaħ tul programm ta’ erba’ xhur dwar il-GRL għal 13-il maniġer, inkluż erba’ maniġers minn delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-2024; jinnota wkoll li s-SEAE stabbilixxa n-network il-ġdid tiegħu ta’ Punti Fokali tal-Ġeneru u ħoloq Task Force dwar il-Konvenzjoni ta’ Istanbul li fl-2024 ippreżentat rapport ta’ nofs it-terminu bi pjan ta’ azzjoni; jinnota l-ħidma tal-Ambaxxatur tal-Unjoni għall-Ġeneru u d-Diversità biex tiġi integrata perspettiva tal-ġeneru fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u fid-dikjarazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet multilaterali ewlenin; jistieden lis-SEAE jkompli jipprovdi aġġornamenti dwar l-aħħar żviluppi tal-GAP għall-2021-2025, u l-azzjonijiet meħuda biex tiġi promossa aktar il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-djalogi diplomatiċi u politiċi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota l-isforzi li saru mis-SEAE biex ikollu forza tax-xogħol diversa u rappreżentattiva; jiddispjaċih madankollu dwar in-nuqqas persistenti ta’ bilanċ ġeografiku u diversità reġjonali fis-SEAE, inkluż fil-karigi maniġerjali u fil-funzjonijiet ewlenin tal-kwartieri ġenerali; jinnota li fi tmiem l-2024 tliet Stati Membri (Stat Membru wieħed fl-2025) baqa’ ma kellhom l-ebda Ambaxxatur tal-Unjoni, filwaqt li l-Ambaxxaturi minn ħames Stati Membri okkupaw 56 % tal-pożizzjonijiet kollha ta’ Ambaxxaturi tal-Unjoni, żieda minn 54 % fl-2023; jenfasizza li servizz diplomatiku tal-Unjoni jrid jirrifletti d-diversità tal-Unjoni biex isaħħaħ il-leġittimità, l-għarfien lokali u l-effettività; jistieden lis-SEAE, f’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u s-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika tas-selezzjoni tal-persunal, iżid is-sensibilizzazzjoni mmirata fl-Istati Membri sottorappreżentati (inklużi avvenimenti ta’ informazzjoni u reklutaġġ fil-“pajjiżi ta’ prijorità”), iwessa’ r-riżerva permezz ta’ traineeships, skemi għal professjonisti subalterni u sekondar strutturat, u jtejjeb il-ġustizzja fis-selezzjoni interna permezz ta’ bordijiet tal-għażla b’diversità, kriterji trasparenti u mentoraġġ/sponsorizzazzjoni għall-gruppi sottorappreżentati; ifakkar li r-reklutaġġ irid jibqa’ bbażat fuq il-mertu u konformi mad-dritt tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2024, ir-rata ta’ okkupazzjoni tat-tabella tal-persunal tas-SEAE kienet ta’ 95,3 % (meta mqabbla ma’ 96,7 % fl-2023); jinnota wkoll li d-dawran tal-persunal fis-SEAE laħaq 12,07 % fl-2024 (10,15 % fl-2023); josserva li din iż-żieda tirrifletti l-istruttura speċifika tas-SEAE bħala servizz diplomatiku, ikkaratterizzat minn rotazzjonijiet regolari ta’ persunal mill-korpi diplomatiċi tal-Istati Membri u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ politika stabbli dwar il-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li għaddejja ħidma biex tiġi aġġornata d-deċiżjoni tal-2014 dwar l-esperti nazzjonali sekondati, bit-test rivedut li għandu jiġi ppubblikat fl-2025; josserva li s-SEAE kompla bil-programmi ta’ internship tiegħu billi ospita 62 intern tal-Blue Book fil-kwartieri ġenerali u 566 trainee f’106 delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-2024; jinnota li 531 trainee minn din l-aħħar kategorija tħallsu jew mis-SEAE jew minn istituzzjonijiet oħra, filwaqt li għal 35 student, li ma tħallsux għotjiet għal traineeships, it-traineeship kien obbligatorju bħala parti mill-programm akkademiku tagħhom; jinnota wkoll li s-SEAE kompla wkoll bis-seba’ ċiklu tal-programm tal-Professjonisti Subalterni f’Delegazzjoni (JPD) għall-2023-2025 b’67 JPD stazzjonati fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinnota li fl-2024 is-SEAE kompla jsaħħaħ ambjent tax-xogħol sikur, rispettuż u etiku; jilqa’ l-aċċessibbiltà estiża tat-tagħlim elettroniku obbligatorju dwar ir-rispett u d-dinjità fuq il-post tax-xogħol u r-rikonoxximent u l-indirizzar tal-fastidju: 1 900 membru tal-persunal lestew it-taħriġ fl-2024; jilqa’ l-fatt li 57 % tal-maniġers attendew taħriġ obbligatorju simili fl-2024; ifaħħar lis-SEAE talli offra taħriġ dwar ir-reżiljenza u l-ġestjoni tat-trawma għall-persunal f’żoni ta’ kriżi u għall-Uffiċjali tas-Sigurtà Reġjonali fl-2024; jilqa’ wkoll l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li testendi l-protezzjoni mill-fastidju psikoloġiku u sesswali għall-persunal lokali fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, li issa għandhom aċċess għall-proċeduri formali tas-SEAE f’każ ta’ allegazzjonijiet ta’ fastidju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon l-azzjonijiet meħuda mis-SEAE fl-2024 fil-qafas tal-Aġenda tiegħu dwar id-Diversità u l-Inklużjoni għall-2023-2025, b’mod partikolari l-azzjonijiet immirati lejn il-ġeneru, l-etniċità, id-diżabbiltà, l-età u l-gruppi LGBTIQ+; jinnota f’dan il-kuntest li s-SEAE inkorpora suġġetti dwar id-Diversità u l-Inklużjoni fit-taħriġ, ipprovda informazzjoni lill-persunal LGBTIQ+ dwar sitwazzjonijiet legali u kulturali fil-pajjiżi tal-istazzjonar u saħħaħ l-isforzi tiegħu ta’ reklutaġġ għad-diversità; ifaħħar ukoll lis-SEAE talli aġġorna l-Pjan Direzzjonali tiegħu għal Azzjoni dwar id-Diżabbiltà, għamel stħarriġ dwar kwistjonijiet ta’ diżabbiltà, ipproduċa skedi informattivi dwar l-aċċessibbiltà għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni li wettqu valutazzjoni tal-aċċessibbiltà tas-sit web tiegħu u pprovda għajnuna finanzjarja għal spejjeż mhux mediċi lil 26 membru tal-persunal bi tfal b’diżabbiltà; jistieden lis-SEAE jkompli jħarreġ regolarment lill-persunal maniġerjali u mhux maniġerjali dwar kwistjonijiet tad-diversità, l-ekwità, l-inklużjoni u l-appartenenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li fl-2024 is-SEAE rċieva 16-il talba għal assistenza għal allegazzjonijiet ta’ fastidju psikoloġiku, inklużi diversi li jikkonċernaw l-istess membru tal-persunal, li wasslu għall-ftuħ ta’ erba’ inkjesti amministrattivi, u li allegat każ wieħed li jinvolvi membru tal-persunal tal-Kummissjoni ġie riferut lill-awtorità kompetenti tal-Kummissjoni; jinnota li nbdew ukoll erba’ proċeduri formali għall-aġenti lokali fid-delegazzjoni tal-Unjoni, iżda ma nstabet l-ebda evidenza prima facie li tiġġustifika l-ftuħ ta’ inkjesta amministrattiva; jinnota li sitt każijiet ġew konklużi matul is-sena u li ġew applikati miżuri dixxiplinari jew korrettivi meta xieraq, inklużi sanzjonijiet dixxiplinari f’żewġ każijiet u twissija mhux dixxiplinari f’każ ieħor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li, skont id-definizzjoni applikata mis-Servizz Mediku tal-Kummissjoni, il-liv minħabba mard fit-tul jirreferi għal assenzi li jaqbżu l-20 jum konsekuttiv; jinnota li fl-2023, 323 membru tal-persunal kienu fuq liv minħabba mard fit-tul b’durata medja ta’ 83 jum, filwaqt li fl-2024 dan żdied għal 338 membru tal-persunal, b’durata medja mnaqqsa ta’ 77 jum; jinnota wkoll li, filwaqt li l-għadd eżatt ta’ każijiet ta’ burnout mhuwiex magħruf, proporzjon sinifikanti ta’ liv minħabba mard kien marbut ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa mentali bħal dipressjoni u eżawriment fl-2024; jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tiżviluppa Strateġija dwar is-Saħħa Mentali sabiex tipprovdi qafas strutturat u sostenibbli biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol, inkluża l-prevenzjoni tal-burnout u r-riintegrazzjoni fix-xogħol; iħeġġeġ lis-SEAE jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu formali ta’ valutazzjoni tal-ammont ta’ xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota b’apprezzament mir-rapport tas-SEAE tal-2024 li l-Pjan Direzzjonali għal Azzjoni dwar id-Diżabbiltà ġie aġġornat fl-2024 u ġiet adottata deċiżjoni ġdida fl-2025 biex id-dispożizzjonijiet tas-SEAE, bħal akkomodazzjoni raġonevoli għall-kollegi b’diżabbiltà, jiġu estiżi għall-persunal lokali fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-investigazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) varata fl-2025 dwar każ potenzjali ta’ frodi fl-akkwist, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess u ksur tas-segretezza professjonali, li jinvolvi suspetti qawwija ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni b’rabta mal-għoti mis-SEAE lill-Kulleġġ tal-Ewropa, fil-perjodu 2021-2022, ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti għal programm ta’ taħriġ ta’ disa’ xhur relatat mal-implimentazzjoni ta’ proġett pilota għall-ħolqien tal-Akkademja Diplomatika tal-UE; jissottolinja li l-ħolqien tal-Akkademja Diplomatika tal-UE jirrappreżenta pass strateġiku lejn it-tisħiħ tal-kapaċità diplomatika tal-Unjoni u l-iżvilupp ta’ kultura diplomatika ġenwinament Ewropea; jinnota li l-investigazzjoni tiffoka fuq jekk il-Kulleġġ tal-Ewropa u/jew ir-rappreżentanti tiegħu ġewx infurmati minn qabel dwar il-kriterji għall-għażla tal-proċedura tal-offerti u kellhomx raġuni suffiċjenti biex jemmnu li se jingħataw l-implimentazzjoni tal-proġett, qabel il-pubblikazzjoni uffiċjali mis-SEAE tal-avviż dwar kuntratt; jinnota wkoll li wara rejds fis-SEAE u l-Kulleġġ tal-Ewropa, il-pulizija Belġjana arrestat u mbagħad ħelset diversi persuni suspettati f’Diċembru 2025, jiġifieri eks Viċi President/Rappreżentant Għoli, dak iż-żmien ir-Rettur tal-Kulleġġ tal-Ewropa u d-Direttur tal-Akkademja Diplomatika tal-UE, kif ukoll id-direttur ġenerali  ta’ dak iż-żmien tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għal-Lvant Nofsani, l-Afrika ta’ Fuq u l-Golf, u eks Segretarju Ġenerali tas-SEAE; jinnota bi tħassib li r-Rettur tal-Kulleġġ tal-Ewropa u d-Direttur tal-Akkademja Diplomatika tal-UE rriżenjaw fil-kuntest tal-investigazzjoni li għaddejja marbuta mal-irregolaritajiet fl-akkwist u l-Akkademja Diplomatika tal-UE; jinnota li sitwazzjoni bħal din, li fiha offerta pubblika setgħet ġiet imbagħbsa favur istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja, tissogra li ddgħajjef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, peress li l-allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet fl-akkwist pubbliku jistgħu jixħtu dubju fuq it-trasparenza, il-ġustizzja u t-trattament ugwali tal-kandidati; jifhem madankollu li l-fatti relatati mal-investigazzjonijiet tal-UPPE huma marbuta b’regoli stretti ta’ kunfidenzjalità u ma jistgħux jiġu żvelati fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza u jenfasizza li ma għandhomx jinsiltu konklużjonijiet qabel ma jintemm il-proċess ġudizzjarju; jilqa’ l-fatt li s-SEAE impenja ruħu li jagħmel id-dokumenti rilevanti disponibbli ladarba jingħalqu l-investigazzjonijiet ġudizzjarji; jitlob li kwalunkwe suspett ta’ frodi jiġi investigat kif xieraq, bil-kooperazzjoni sħiħa tas-SEAE; jitlob lis-SEAE, mingħajr preġudizzju għall-investigazzjonijiet li għaddejjin, jislet tagħlimiet sistemiċi minn dan il-każ, sabiex jipprovdi garanziji serji li każijiet bħal dawn ma jirrepetux ruħhom fil-futur; jitlob li l-awtorità ta’ kwittanza tinżamm infurmata dwar l-iżviluppi sussegwenti; jinnota li skont il-ftehim ta’ għotja li jafda l-Akkademja Diplomatika tal-UE lill-Kulleġġ tal-Ewropa, il-Kulleġġ għandu obbligu li jipprovdi rapport ta’ verifika tan-nefqa mar-rapport finali tiegħu, imħejji minn awditur estern u li għandu jiġi ppreżentat dalwaqt għall-2024, u jiżgura trasparenza sħiħa dwar il-EUR 1,8 miljun minfuqa bejn l-2022 u l-2024; jieħu nota wkoll li fl-aħħar ta’ Diċembru 2025, is-SEAE beda l-proċess ta’ rieżami tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1472<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1472 tal-21 ta’ Mejju 2024 dwar Akkademja Diplomatika tal-Unjoni Ewropea (ĠU L, 2024/1472, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1472/oj).</FIELD></FOOTNOTE> li tistabbilixxi l-Akkademja Diplomatika tal-UE billi nieda evalwazzjoni esterna indipendenti tal-Akkademja Diplomatika tal-UE u tal-prestazzjoni tal-Kulleġġ tal-Ewropa fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ tal-Akkademja Diplomatika tal-UE; jistieden lis-SEAE jikkondividi mal-awtorità ta’ kwittanza kemm ir-rapport ta’ verifika tan-nefqa kif ukoll l-evalwazzjoni esterna, biex jiżgura l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza; jistieden lis-SEAE jipprovdi lill-Parlament b’informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern relatati mal-akkwist; jitlob li s-SEAE jippubblika s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force stabbilita fl-2024 biex jissaħħu l-proċessi ta’ akkwist, sabiex ikun jista’ jsir skrutinju pubbliku tal-implimentazzjoni tagħhom u biex istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw mit-tagħlimiet meħuda mis-SEAE fit-titjib tal-proċeduri ta’ akkwist; jinnota, barra minn hekk, id-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Akkademja Diplomatika tal-UE fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2025 li jitlob lill-Kulleġġ tal-Ewropa jiżgura proċess ta’ reklutaġġ trasparenti u kompetittiv, ibbażat fuq il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ pożizzjoni vakanti, għall-ħatra ta’ Direttur ġdid tal-Akkademja Diplomatika tal-UE; jilqa’ l-fatt li l-Kumitat ta’ Tmexxija talab ukoll li l-funzjoni ta’ Direttur tal-Akkademja Diplomatika tal-UE tiġi separata minn dik ta’ Rettur tal-Kulleġġ tal-Ewropa; jissottolinja l-ħtieġa ta’ sorveljanza parlamentari viġilanti u effettiva biex jiġu ssalvagwardjati l-integrità tal-akkwist, l-istandards etiċi, u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u tar-reputazzjoni tal-Unjoni; itenni li t-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja tajba fl-użu tal-fondi pubbliċi tal-Unjoni jridu jibqgħu prinċipju ewlieni għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni, inkluż is-SEAE, u li dan il-prinċipju huwa ġebla tax-xewka għaż-żamma tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-azzjoni esterna tal-Unjoni; jemmen li l-investigazzjoni tal-UPPE ma għandhiex tintuża biex iddgħajjef ir-rwol tal-Akkademja Diplomatika tal-UE, li l-valur miżjud tagħha għandu jiġi rikonoxxut bis-sħiħ, b’mod partikolari fid-dawl tal-feedback konsistentement pożittiv riċevut mill-parteċipanti u mill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinnota r-rapportar tas-SEAE fejn l-ewwel sena sħiħa tal-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi tal-2023 wasslet għal arkitettura aktar robusta u koerenti kontra l-frodi, li ssaħħaħ l-integrità u t-trasparenza ġenerali tal-istituzzjoni; jinnota li dik l-istrateġija ġiet operazzjonalizzata permezz ta’ taħriġ imsaħħaħ ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-frodi u miżuri ta’ prevenzjoni li huma allinjati aħjar mar-responsabbiltajiet speċifiċi ta’ gruppi differenti tal-persunal fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet, it-tixrid ta’ linji gwida interni u t-tisħiħ ta’ kanali ta’ rapportar siguri; jinnota li l-persunal tas-SEAE għandu aċċess għal perkors ta’ apprendiment dwar il-ġlieda kontra l-frodi żviluppat mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), bħala parti mill-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi dwar l-iżvilupp ta’ pjan konġunt ta’ taħriġ dwar l-etika u l-ġlieda kontra l-frodi mas-SEAE; jilqa’ l-promozzjoni kontinwa tas-16-il “prinċipju ta’ mġiba professjonali” matul korsijiet obbligatorji ta’ “Etika u integrità” u “Politika kontra l-fastidju”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li s-SEAE rreġistra żewġ każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fl-2024; jinnota li ż-żewġ każijiet ġew eżaminati mill-OLAF u ngħalqu mingħajr rakkomandazzjonijiet, jew wara investigazzjoni jew fl-istadju tal-għażla; jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport tas-SEAE tal-2024 li s-SEAE beda jaħdem fuq l-iżvilupp tal-politika dwar l-informaturi tiegħu stess; jitlob li l-Parlament jiġi aġġornat dwar il-progress li sar f’din il-kwistjoni; jinsisti li l-qafas tal-informaturi (“whistleblowers”) tas-SEAE jinkludi rapportar kunfidenzjali, il-protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni għall-kategoriji kollha tal-persunal inklużi l-aġenti lokali, u rapportar anonimizzat annwali dwar il-każijiet u l-eżiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li, fl-2024, is-SEAE rreġistra tliet dikjarazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess; josserva li, f’żewġ każijiet relatati mal-proċeduri ta’ akkwist, ġie identifikat u mmitigat riskju potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess billi l-membri tal-persunal ikkonċernati tneħħewlhom xi dmirijiet relatati mal-akkwist; jinnota wkoll li, fit-tielet każ li jikkonċerna r-rimborż tal-ispejjeż, ma nstab l-ebda kunflitt ta’ interess, peress li l-membru tal-persunal ma kellu l-ebda rwol diskrezzjonali fil-kalkolu tar-rimborż; jinnota li s-SEAE rċieva 16-il notifika ta’ attivitajiet ta’ wara s-servizz, inklużi ħamsa li jinvolvu ċaqliq lejn is-settur privat, u pprojbixxa żewġ każijiet ta’ revolving door filwaqt li ma impona l-ebda perjodu ta’ preklużjoni lill-eks membri tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, 11-il każ suspettat ġew riferuti lill-OLAF, li minnhom sebgħa ġew miċħuda fl-istadju tal-għażla u wieħed ingħalaq mingħajr rakkomandazzjonijiet; jinnota wkoll li tliet każijiet - dwar imġiba ħażina jew irregolaritajiet potenzjali fil-kuntest tal-proċeduri ta’ akkwist, l-implimentazzjoni tal-kuntratti u kwistjonijiet ta’ riżorsi umani - baqgħu taħt investigazzjoni; jinnota wkoll li, mit-13-il investigazzjoni tal-OLAF miftuħa fl-2023 relatati mas-SEAE, għaxar każijiet għadhom għaddejjin, li wieħed minnhom huwa marbut ma’ riżerva magħmula mid-delegazzjoni tal-Unjoni fi Sierra Leone fir-rigward ta’ suspett ta’ frodi relatat mal-baġit amministrattiv ta’ dik id-delegazzjoni tal-Unjoni; jistieden lis-SEAE jibqa’ impenjat bis-sħiħ li jikkoopera mill-qrib mal-OLAF dwar każijiet li għaddejjin u jsegwi r-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha tal-OLAF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, is-SEAE ttratta 19-il inkjesta mill-Ombudsman Ewropew, li minnhom 10 kienu jikkonċernaw kwistjonijiet amministrattivi (inklużi tweġibiet imdewma), ħamsa kienu relatati mal-aċċess għad-dokumenti u erbgħa ma’ kwistjonijiet ta’ riżorsi umani, minbarra diversi talbiet informali għal informazzjoni prinċipalment marbuta ma’ missjonijiet, operazzjonijiet u aċċess għad-dokumenti; jinnota b’sodisfazzjon li l-Ombudsman Ewropew ma sabet l-ebda każ ta’ amministrazzjoni ħażina fi kwalunkwe inkjesta miftuħa u konkluża fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li s-SEAE naqas milli jwettaq rieżamijiet xierqa tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, inkluża l-valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet tagħhom u l-klawżoli tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li dan in-nuqqas huwa partikolarment evidenti fil-każ tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni ma’ Kuba, li, għaxar snin wara l-iffirmar tiegħu, falla fl-oqsma kollha, mir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-priġunerija ta’ aktar minn elf priġunier politiku sa tmiem l-2025, gsal-impatt dannuż ta’ Havana fuq is-sigurtà Ewropea, inkluża l-kooperazzjoni politika u militari mill-qrib mar-reġimi f’Moska u f’Minsk, kif muri b’mod partikolari mill-fatt li l-Kubani saru l-akbar grupp ta’ merċenarji li jappoġġjaw lill-forzi Russi fl-aggressjoni tagħhom kontra l-Ukrajna u mill-involviment tagħhom f’atti ta’ sabotaġġ fit-territorju tal-UE, kif muri reċentement fil-Litwanja; jinnota li, minkejja l-ksur sfaċċat ta’ bosta dispożizzjonijiet tal-Ftehim, la ġew attivati l-klawżoli ta’ sospensjoni u lanqas ta’ terminazzjoni, filwaqt li r-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni komplew jingħataw lil Kuba, fejn ir-reġim komunista jikkontrolla l-ekonomija kollha, juża l-fondi ħażin, u jikseb leġittimità politika mill-kooperazzjoni li għaddejja fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni; iqis li jeħtieġ li reġimi bħal dawn ma jkomplux jibbenefikaw minn kooperazzjoni privileġġata mal-Unjoni Ewropea u li l-flus tal-kontribwenti tal-Unjoni ma jridux iservu reġimi bħal dawn; għaldaqstant jappella għall-attivazzjoni tal-Artikolu 86 tal-Ftehim u għat-terminazzjoni tiegħu; jistieden lill-Qorti teżamina b’mod urġenti l-appoġġ kollu mogħti lil Kuba mill-Unjoni sa mill-2016;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jinnota li, fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni, il-Viċi President/Rappreżentant Għoli hija marbuta bir-regoli tar-Reġistru tat-Trasparenza; jenfasizza li filwaqt li s-SEAE mhuwiex istituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u ma għandux rwol dirett fid-dritt tal-Unjoni, huwa għandu rwol importanti fid-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw sanzjonijiet u n-negozjar ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali, li għandhom impatt regolatorju konsiderevoli; jappella lis-SEAE jadotta miżuri ta’ trasparenza interna allinjati mal-istandards tar-Reġistru tat-Trasparenza, inkluża l-pubblikazzjoni proattiva ta’ laqgħat ta’ livell għoli tal-maniġment superjuri rilevanti fejn dan ma jikkompromettix id-diplomazija sensittiva għas-sigurtà għas-SEAE; jinnota b’sodisfazzjon mir-Rapport ta’ segwitu li l-Viċi President/Rappreżentant Għoli bdiet diskussjoni usa’ dwar l-indirizzar tal-kwistjoni fid-dimensjoni esterna b’rakkomandazzjonijiet mistennija sa tmiem l-2025; jistieden lis-SEAE jżomm lill-Parlament aġġornat dwar il-progress li jkun sar f’din il-kwistjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-infiq relatat mal-IT, inklużi l-proġetti, it-tagħmir u ċ-ċibersigurtà, naqas b’6,1 % minn EUR 26,04 miljun fl-2023 għal EUR 24,45 miljun fl-2024; josserva li l-infiq tal-IT għall-kwartieri ġenerali żdied b’37,2 % fl-2024, prinċipalment minħabba investimenti kbar li jappoġġjaw il-migrazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-SEAE, filwaqt li l-infiq fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni tnaqqas b’mod sinifikanti wara investimenti sostanzjali fit-tiġdid tal-hardware u l-konnettività fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni li saru fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Ifakkar li s-SEAE beda jospita u jimmaniġġja l-ambjent tal-IA tiegħu stess fl-2023, li ppermetta li jsiru provi tal-kunċett bħal briefings, minuti ta’ laqgħat u assistent tal-IA; jilqa’ l-adozzjoni tal-Istrateġija dwar l-Intelliġenza Artifiċjali tas-SEAE fl-2024, li tippromwovi approċċ iċċentrat fuq il-bniedem għall-IA f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li jiżgura sistemi etiċi u affidabbli u l-Linji Gwida dwar l-użu tal-IA ġenerattiva ta’ partijiet terzi; jilqa’ l-fatt li s-SEAE espanda l-pjattaforma kollaborattiva u ċċentrata fuq id-dokumenti (HIVE) għall-utenti esterni eż. mill-Istati Membri u s-sistema ta’ ġestjoni (HR HUB) għall-aġenti lokali fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jenfasizza li l-użu ta’ għodod tal-intelliġenza artifiċjali fl-azzjoni esterna jrid ikun akkumpanjat minn salvagwardji stretti dwar il-protezzjoni tad-data, id-drittijiet fundamentali, it-trasparenza u s-sorveljanza mill-bniedem, inkluż fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-kooperazzjoni ma’ sħab ta’ pajjiżi terzi; jappella għal rappurtar regolari lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-SEAE dwar l-Intelliġenza Artifiċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Ifaħħar lis-SEAE għall-azzjonijiet tiegħu biex itejjeb il-preparatezza għaċ-ċibersigurtà, permezz ta’ briefings regolari dwar is-sigurtà li jkopru firxa wiesgħa ta’ persunal u affiljati, flimkien ma’ sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati fuq talba minn gruppi ta’ utenti differenti, inklużi Uffiċjali tas-Sigurtà Reġjonali (RSOs) u Koordinaturi tas-Sigurtà tad-Delegazzjoni tal-Unjoni (DSCs) u eżerċizzji ta’ phishing; jappella lis-SEAE jipprovdi taħriġ obbligatorju dwar iċ-ċibersigurtà lill-membri kollha tal-persunal tas-SEAE; jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju l-għodod - bħaċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà tas-SEAE - li bihom is-SEAE huwa mgħammar biex jimmonitorja t-theddid ċibernetiku u jidentifika l-vulnerabbiltajiet tas-sigurtà f’ħin reali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Ifaħħar lis-SEAE għall-għodod u s-sistemi diġitali li juża fil-ġlieda kontra l-FIMI, bħaċ-Ċentru tal-Kondiviżjoni u tal-Analiżi tal-Informazzjoni tal-FIMI jew is-Sistema ta’ Twissija Rapida; barra minn hekk jinnota mill-Kwestjonarju t-tnedija ta’ kors ta’ apprendiment elettroniku dwar il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, aċċessibbli għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, u t-tlestija ta’ manwal tal-PSDK dwar id-diżinformazzjoni mfassal biex jappoġġja lill-persunal fuq il-post fil-missjonijiet militari u ċivili tal-Unjoni; jilqa’ l-iżvilupp kontinwu tal-inizjattiva ta’ sensibilizzazzjoni EUvsDisinfo u jisħaq fuq l-importanza ta’ aktar kollaborazzjonijiet mal-Istati Membri sabiex jiġi indirizzat b’mod aktar effiċjenti t-theddid ibridu fuq il-post;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju u mir-rapport tas-SEAE tal-2024 li s-SEAE identifika madwar 27 000 twissija, li minnhom 348 kienu jirrikjedu investigazzjoni ulterjuri; josserva li 57 minn dawn tal-aħħar ġew ikkonfermati bħala attakki ċibernetiċi, u ħamsa kellhom impatt sinifikanti fuq l-operazzjonijiet tas-SEAE; jinnota b’sodisfazzjon li s-SEAE identifika t-tattiċi, it-tekniki u l-proċeduri tal-aggressuri u uża din l-analiżi biex isaħħaħ il-kontromiżuri tiegħu; jitlob kjarifika dwar il-punt sa fejn dawn l-attakki affettwaw l-attivitajiet tal-istituzzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Binjiet u sigurtà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jinnota li fl-2024 is-SEAE kellu network globali ta’ 328 binja tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni użati bħala uffiċċji u residenzi għall-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet u tliet binjiet ta’ uffiċċji fil-Kwartieri Ġenerali fi Brussell; jinnota li, sa tmiem l-2024, is-SEAE okkupa tliet binjiet fi Brussell b’erja tas-superfiċje totali ta’ 87 506 m² u għamel użu minn 175 binja ta’ uffiċċji għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, li jammontaw għal 287 000 m² ta’ spazju; jinnota wkoll li l-Unjoni hija s-sid ta’ 23 % ta’ dawn il-binjiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, filwaqt li s-77 % l-oħra huwa mikrija; jinnota bi tħassib mill-Kwestjonarju nuqqas ta’ riżorsi li jillimita l-implimentazzjoni tal-politika tas-SEAE dwar il-binjiet, filwaqt li s-SEAE jkun jeħtieġ aktar esperti tal-infrastruttura biex iżid il-kapaċità tiegħu li jwettaq proġetti tal-proprjetà immobbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li s-SEAE afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jippreżerva n-network ta’ 145 delegazzjoni tal-Unjoni u li jsaħħaħ il-prinċipju ta’ Delegazzjoni Waħda; josserva li l-modernizzazzjoni li għaddejja tfittex li ttejjeb l-effiċjenza u tallinja n-network mal-prijoritajiet tal-Unjoni filwaqt li tindirizza r-restrizzjonijiet baġitarji; jissottolinja li, sakemm jitjiebu l-kundizzjonijiet finanzjarji, se jkomplu jittieħdu miżuri stretti ta’ ffrankar, diskussjonijiet dwar il-kondiviżjoni tal-ispejjeż mal-Kummissjoni u tisħiħ immirat tad-delegazzjonijiet ewlenin tal-Unjoni; jistieden lis-SEAE jimplimenta valutazzjoni perjodika tal-ammont tax-xogħol u metodoloġija tal-ħtiġijiet ta’ persunal għad-delegazzjonijiet, marbuta mal-livell ta’ riskju u mal-espansjoni tal-mandat, biex jiġi evitat l-eżawriment u tittejjeb iż-żamma tal-persunal; jesprimi tħassib dwar il-pjan li jiġu implimentati distinzjonijiet ġodda f’termini ta’ kategoriji u riżorsi fost id-delegazzjonijiet; jiddeplora l-fatt li t-tnaqqis tad-dimensjoni ta’ xi delegazzjonijiet tal-Unjoni u t-tnaqqis tal-persunal, f’bidla mill-enfasi oriġinali tiegħu fuq l-għajnuna għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomika għal xi interessi strateġiċi, jissograw li jdgħajfu l-attivitajiet operattivi u l-preżenza tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi, u jfixklu l-ħila tas-SEAE li jwettaq il-mandat tiegħu u jiddefendi l-valuri tal-Unjoni, b’inċidenza partikolari għar-relazzjonijiet tal-Unjoni man-Nofsinhar Globali u l-Viċinat tan-Nofsinhar; jistieden lis-SEAE jżomm ir-rwol ċentrali u l-prijorità strateġika tiegħu fir-reġjun tal-Mediterran abbażi ta’ valutazzjoni komprensiva tal-isfidi ġeopolitiċi tal-Unjoni, filwaqt li jkompli l-involviment kontinwu tiegħu mal-pajjiżi tal-viċinat tal-Lvant;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Itenni li r-restrizzjonijiet baġitarji jistgħu jwasslu għall-għeluq eċċessiv tal-ambaxxati tal-Unjoni u għall-posponiment tal-installazzjonijiet tas-sigurtà f’għadd ta’ delegazzjonijiet tal-Unjoni, li jfixkel il-kapaċità tas-SEAE li jissodisfa l-mandat tiegħu u jiddefendi l-valuri tal-Unjoni u li jiżgura kif xieraq id-dmir ta’ diliġenza għall-persunal kollu fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu biżżejjed finanzjament lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-Unjoni żżomm in-network tagħha ta’ delegazzjonijiet mhux mittiefsa bħala sinjal tal-impenn globali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jistieden lis-SEAE jsaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni prattika mal-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri f’pajjiżi terzi, inkluż permezz ta’ servizzi kondiviżi, arranġamenti loġistiċi konġunti u kondiviżjoni tal-informazzjoni msaħħa, sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza u jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi tal-Unjoni u dawk nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li, fl-2024, is-SEAE kompla jimplimenta l-politika kollaborattiva tiegħu dwar l-ispazju u l-modi ġodda ta’ xogħol, inkluż l-immarkar madwar l-Unjoni kollha għall-kwartieri ġenerali u d-delegazzjonijiet tiegħu; jenfasizza li l-approċċ jissostitwixxi l-uffiċċji individwali b’oqsma bi skopijiet multipli biex tittejjeb l-effiċjenza spazjali, tiġi appoġġjata l-ħidma f’tim u jitnaqqas l-impatt ambjentali; jinnota wkoll li dawn il-proġetti huma diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal permezz tal-Kumitat tal-Persunal tas-SEAE u li tnieda stħarriġ tal-persunal dedikat għall-binja Belmont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jinnota mir-rapport tas-SEAE tal-2024 li s-SEAE laħaq b’suċċess il-prijoritajiet ewlenin tiegħu għall-2024 dwar il-proprjetà immobbli, inkluż it-tlestija tar-rinnovazzjoni tal-binja NEO, ir-rilokazzjoni tad-diviżjonijiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet u tal-intelligence għal sit aktar sigur u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-progress tajjeb li sar fir-rinnovazzjoni tal-binja Schuman;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li minħabba t-tnaqqis fil-livell tas-sigurtà fid-dinja, is-SEAE kellu jsaħħaħ l-istrutturi tas-sigurtà fl-2024; jilqa’ ż-żieda ta’ EUR 10 miljun fil-baġit tal-2025 biex tissaħħaħ l-infrastruttura tas-sigurtà fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; josserva l-objettiv tas-SEAE li jnaqqas l-għadd ta’ delegazzjonijiet tal-Unjoni li mhumiex konformi mal-istandards tas-sigurtà b’madwar 15 % permezz ta’ installazzjonijiet ġodda u s-sostituzzjoni ta’ sistemi obsoleti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jinnota mir-rapport tas-SEAE tal-2024 li sa tmiem l-2024, l-arranġamenti ta’ kolokazzjoni żdiedu għal 137 (45 mal-Istati Membri u l-pajjiżi sħab u 92 ma’ sħab oħra tal-Unjoni); josserva li l-kolokazzjoni kibret b’mod rapidu, b’aktar mid-doppju f’dawn l-aħħar 6 snin u żdiedet b’aktar minn sitt darbiet mill-2011; jissottolinja li l-kolokazzjoni issa tammonta għal 8 % tal-ispazju għall-uffiċċji tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u tinvolvi 80 delegazzjoni tal-Unjoni, bi prinċipji ta’ sostenibbiltà applikati b’mod konsistenti fl-ambjenti tax-xogħol kondiviżi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jagħmel enfasi fuq l-iżgurar li l-binjiet tiegħu jkunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa; jinnota mill-Kwestjonarju li fl-2024 saru laqgħat regolari mad-diviżjoni tal-proprjetà immobbli tas-SEAE, mad-diviżjoni tas-sigurtà u ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni biex jiġu skambjati l-aħjar prattiki dwar, fost l-oħrajn, l-aċċessibbiltà u l-evakwazzjoni tal-binjiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jenfasizza l-inizjattivi tas-SEAE dwar l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fl-2024, inklużi t-tibdil tal-lampi LED u r-rinnovazzjonijiet ta’ “Modi Ġodda ta’ Xogħol” fil-binja Schuman, l-iżolazzjoni tal-pajpijiet tal-ilma u tat-tisħin, l-ottimizzazzjoni tas-sistemi tal-HVAC u punti stabbiliti standardizzati tat-temperatura; jinnota l-installazzjoni progressiva ta’ stazzjonijiet ċentrali għas-separazzjoni tal-iskart fil-binja Schuman u l-varar sħiħ fil-binjiet Belmont u NEO, flimkien ma’ miżuri kontinwi għall-iffrankar tal-enerġija; jirrikonoxxi l-akkwist ta’ 100 % ta’ elettriku rinnovabbli (EUR 1,569 miljun) u ġenerazzjoni solari fuq il-post ta’ 22,286 kWh, bil-perkors ta’ dekarbonizzazzjoni tal-binja Schuman lejn l-2050 li jikkombina miżuri ta’ ġestjoni u iżolazzjoni fuq terminu qasir ma’ titjib fit-tul bħal installazzjonijiet fotovoltajċi u s-sostituzzjoni tat-tisħin tal-gass b’pompi tas-sħana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jinnota l-ewwel valutazzjoni komprensiva tas-SEAE tal-impronta tal-karbonju tiegħu tal-2024 fil-kuntest tar-reġistrazzjoni tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS); jinnota li dik il-valutazzjoni kopriet il-binjiet tal-kwartieri ġenerali u l-attivitajiet tal-Ambitu 3 ġestiti ċentralment, u wriet żero emissjonijiet tal-Ambitu 2 ibbażati fuq is-suq minħabba xiri ta’ elettriku rinnovabbli 100 %, tnaqqis fl-intensità tal-karbonju minn 4,6 tCO₂e/FTE fl-2019 għal 3,4 tCO₂e/FTE fl-2024 (–28 %), bl-impronta tinkludi madwar 20 % tal-emissjonijiet tal-Ambitu 1 u 80 % tal-Ambitu 3;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jilqa’ l-impenn imsaħħaħ tas-SEAE favur il-mobbiltà sostenibbli, inkluża l-adozzjoni tal-Politika l-ġdida dwar l-Ivvjaġġar għall-Kwartieri Ġenerali fi tmiem l-2024, li żżid ir-rimborż tat-trasport pubbliku għal 90 % minn Jannar 2025; jirrikonoxxi l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jitnaqqas l-impatt ambjentali, l-ilħuq ta’ 64 % tad-distanzi tal-ivvjaġġar bl-ajru fil-klassi ekonomika fl-2024 (li jaqbżu l-mira tal-EMAS ta’ 60 % sal-2030), l-għoti ta’ prijorità lill-ferroviji għal vjaġġi qosra, il-projezzjoni ta’ tnaqqis fl-ivvjaġġar tal-persunal bil-karozza minn 17 % fl-2024 għal 13 % fl-2027, u l-promozzjoni ta’ inizjattivi dwar iċ-ċikliżmu u l-mixi permezz ta’ faċilitajiet imtejba u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Japprezza li l-kunsiderazzjonijiet ta’ sostenibbiltà huma inkorporati fl-akkwist permezz ta’ klawżoli tal-akkwist pubbliku ekoloġiku (APE) fil-mudelli tal-offerti; jinnota li 38 % tal-kuntratti tal-Kwartieri Ġenerali ta’ valur għoli u 87 % tal-mudelli tal-akkwist kienu jinkludu klawżoli tal-APE fl-2024; jinnota b’sodisfazzjon li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni applikaw kriterji ekoloġiċi fl-akkwisti għall-vetturi, it-tagħmir tal-IT u s-servizzi tat-tindif, u huma ppjanati aktar sforzi għall-2025, inkluż ċentru ta’ informazzjoni dedikat għall-APE, għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, fuq il-pjattaforma HIVE; jinnota li fl-2024 ġew iffirmati 16-il offerta ta’ valur għoli konklużi b’indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u 6 kuntratti b’rilevanza għall-APE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li s-SEAE kompla l-kooperazzjoni mill-qrib tiegħu mal-OLAF u mad-direttorati ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ programmi ta’ taħriġ konġunti u perkors kondiviż ta’ taħriġ kontra l-frodi, kif ukoll permezz ta’ azzjonijiet immirati biex jiġu indirizzati riskji speċifiċi ta’ frodi fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; jinnota b’sodisfazzjon li s-SEAE saħħaħ il-qafas operattiv tiegħu billi ffirma arranġamenti ta’ ħidma mal-UPPE f’Ġunju 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Ifakkar li, fl-2023, il-Parlament, il-Kunsill u s-SEAE kellhom diskussjonijiet tekniċi dwar is-sostituzzjoni tal-Ftehim Istituzzjonali tal-2002 bejn il-Parlament u l-Kunsill fil-qasam tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni; jinnota bi tħassib mir-Rapport ta’ segwitu li ma sar l-ebda żvilupp f’din il-kwistjoni fl-2024 minħabba l-Elezzjonijiet Ewropej u l-proċess ta’ nomina tal-Kummissjoni l-ġdida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Ifakkar li, f’konformità mat-Trattati, l-azzjoni esterna tal-Unjoni u s-SEAE huma maħsuba biex jappoġġjaw, jikkoordinaw u jikkomplementaw l-azzjoni diplomatika tal-Istati Membri; jissottolinja l-importanza ta’ kooperazzjoni mill-qrib sabiex jiġu evitati l-ineffiċjenzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni tas-SEAE huma kkoordinati u armonizzati ma’ istituzzjonijiet oħra permezz tan-network tad-Diretturi tal-Komunikazzjoni tal-UE, il-pjattaformi interistituzzjonali mal-Parlament u l-Kummissjoni u s-sottogrupp RELEX dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali u r-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li s-SEAE alloka EUR 1 745 000 – issupplimentati b’EUR 107 968,67 fi krediti C5 – għal informazzjoni u avvenimenti pubbliċi, b’rata ta’ implimentazzjoni ta’ 99,70 % fl-2024; jenfasizza li dan il-finanzjament appoġġja l-akkwist ta’ servizzi diġitali, prodotti ta’ komunikazzjoni u grafiċi, u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti pubbliċi bħal Jum l-Ewropa; jinnota wkoll li l-baġit iffinanzja wkoll il-produzzjoni u t-tixrid ta’ kontenut online, il-ġestjoni tal-kontijiet tal-media soċjali korporattiva u l-assistenza lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fit-tisħiħ tal-preżenza diġitali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju u mir-rapport tas-SEAE tal-2024 li s-SEAE espanda b’mod sinifikanti l-komunikazzjoni strateġika, is-sensibilizzazzjoni pubblika u d-diplomazija kulturali tiegħu, billi għaqqad flimkien kampanji diġitali globali, avvenimenti pubbliċi ewlenin u attivitajiet ta’ Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali msaħħa; josserva li l-kampanji diġitali laħqu udjenzi wiesgħa u ppromwovew il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, l-azzjoni klimatika u l-appoġġ għall-Ukrajna, filwaqt li formati innovattivi għenu biex tiġi involuta demografija aktar żagħżugħa; jinnota li avvenimenti pubbliċi bħall-Jum għall-Pubbliku ta’ Jum l-Ewropa u l-Programm ta’ Viżitaturi tas-SEAE kkontribwew għal fehim akbar tal-politiki tal-Unjoni; jenfasizza li s-SEAE avvanza l-inizjattivi kulturali, inkluż id-Djalogu dwar il-Kooperazzjoni tal-Mużewijiet mal-Afrika, sessjonijiet ta’ ħidma dwar id-diversità kulturali u konferenza dwar il-wirt kulturali organizzata mal-Presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill, filwaqt li ħejja proġetti ewlenin bħall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Expo Osaka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Iħeġġeġ it-tkomplija tal-proċess ta’ żieda fil-komunikazzjoni ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi dwar il-politika tal-Unjoni, kif ukoll aktar sforzi ta’ koordinazzjoni biex jiżdied il-profil tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni, b’mod partikolari fil-pajjiżi kandidati, sabiex jiġu miġġielda t-tentattivi minn atturi li jaġixxu <STRING ITALIC="on">in mala fede</STRING> biex jikkompromettu l-isforzi tal-Unjoni; itenni, barra minn hekk, l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura viżibbiltà sħiħa u sensibilizzazzjoni pubblika tal-appoġġ u l-investimenti tal-Unjoni f’pajjiżi terzi b’sinjalazzjoni ċara u l-bandiera tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju u mir-rapport tas-SEAE tal-2024 li fl-2024 is-SEAE saħħaħ l-impenn strateġiku tiegħu għad-data u s-sovranità diġitali tal-Unjoni billi żgura prattiki stretti tal-media soċjali konformi mal-GDPR, saħħaħ il-kontrolli tas-sigurtà u tal-aċċess, u naqqas id-dipendenza minn fornituri esterni uniċi; jenfasizza li d-diversifikazzjoni tal-pjattaformi - inkluża l-espansjoni għal Bluesky u Threads - flimkien mal-użu ta’ għodod ta’ ġestjoni ospitati mill-Unjoni, taħriġ sistematiku tal-persunal u valutazzjonijiet regolari tar-riskju u tad-diżinformazzjoni, tgħin biex tiżdied ir-reżiljenza u tiġi ssalvagwardjata s-sovranità tal-komunikazzjoni tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jinnota li s-SEAE laħaq, permezz tal-kampanja tiegħu EUvsDisinfo, aktar minn 38 miljun utent u ddokumenta aktar minn 18 000 każ, u dan juri l-iskala u n-natura sistemika tad-diżinformazzjoni favur il-Kremlin fl-2024.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>