<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0131</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2024: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0059/2026 - Rapporteur: Pasquale Tridico)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2025/2151(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (COM(2025)0359 – C10‑0150/2025)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4944, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4944/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5409, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5409/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5407, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5407/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0059/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2025/2151(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0059/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (il-“Kumitat”) huwa korp konsultattiv tal-Unjoni li jipprovdi forum għall-konsultazzjoni, id-djalogu u l-kunsens fost ir-rappreżentanti tad-diversi komponenti ekonomiċi, soċjali u ċivili tas-soċjetà ċivili organizzata mill-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Kumitat jikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u, billi jiżgura rabtiet tal-politiki tal-Unjoni maċ-ċirkostanzi ekonomiċi, soċjali u ċiviċi, isegwi l-missjonijiet tiegħu li jfassal aħjar il-liġijiet, jiffavorixxi d-demokrazija parteċipattiva u jippromwovi l-valuri Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-konsultazzjoni tal-Kumitat mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill hija obbligatorja f’ċerti każijiet, u l-Kumitat jista’ wkoll jadotta opinjonijiet fuq inizjattiva proprja tiegħu filwaqt li jgawdi minn ambitu wiesa’ għal riferiment kif stabbilit fit-Trattati, li jippermettilu li jiġi kkonsultat mill-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Kummissjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji (CAF) hija l-korp superviżorju tal-Kumitat għall-proċeduri baġitarji kollha u, b’mod partikolari, l-istabbiliment tal-istimi baġitarji, l-implimentazzjoni tal-baġit, ir-rapport annwali tal-attività, il-kwittanza u s-segwitu għar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”);
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar snin il-Kumitat ħa inizjattivi b’mod konsistenti biex jattira u jżomm miegħu persunal kwalifikat, jottimizza l-istruttura organizzattiva u l-metodi ta’ ħidma tiegħu u jippromwovi ambjent tax-xogħol rispettuż, fil-kuntest ta’ baġit limitat;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi fl-2024 il-Kumitat ħatar Segretarju Ġenerali ġdid li l-mandat tiegħu huwa li jagħmel il-Kumitat aktar effiċjenti, li jħalli impatt u rilevanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi fl-2024 il-Kumitat beda proċess ta’ trasformazzjoni bl-għan li jkun organizzazzjoni mmexxija mill-impatt li tagħti s-setgħa lill-membri tiegħu biex jamplifikaw u jipproteġu l-vuċi tas-soċjetà ċivili organizzata;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>Billi, skont l-Artikoli 300 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa korp konsultattiv li l-mandat tiegħu huwa primarjament li joħroġ opinjonijiet;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Kumitat jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li fl-2024 kienet tammonta għal total ta’ EUR 13,3 biljun, jiġifieri 6,9 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li, fl-2024, il-baġit tal-Kumitat kien jirrappreżenta 1,50 % tal-approprjazzjonijiet tal-intestatura 7 tal-QFP, żieda minn 1,29 % fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2024 (ir-“rapport tal-Qorti”), eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt l-intestatura “Amministrazzjoni”, l-istess għadd li kien eżaminat fl-2023; billi l-Qorti tiddikjara wkoll li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2024 kienet tammonta għal madwar 69 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-binjiet, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), u li l-ħidma tagħha tul bosta snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 16 (23 %) mis-70 tranżazzjoni kien fihom xi żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tat-tliet żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità; jinnota li r-rapport tal-Qorti ma identifika l-ebda kwistjoni speċifika dwar il-Kumitat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li fl-2024 il-baġit finali adottat għall-Kumitat kien ta’ EUR 164 945 524, liema ammont jirrappreżenta żieda ta’ 3,90 % meta mqabbel mal-2023; jinnota mit-tweġibiet tal-Kumitat għall-kwestjonarju ppreżentat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għall-kwittanza tal-baġit tal-2024 (il-“Kwestjonarju”) li żewġ linji baġitarji tal-Kumitat, jiġifieri 1200 (remunerazzjoni u allowances tal-persunal) u 1004 (allowances għall-ivvjaġġar u għas-sussistenza tal-Membri), jikkostitwixxu l-biċċa l-kbira tal-baġit tal-Kumitat, jiġifieri 65,80 % fl-2024, żieda minn 65,58 % fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota l-bidla tal-Kumitat minn approċċ orjentat lejn l-infiq għal approċċ li jiffoka fuq il-ġestjoni tar-riżorsi u l-prijoritizzazzjoni, kif rifless fil-Pakkett Finanzjarju Strateġiku approvat mill-Bureau tal-Kumitat u l-introduzzjoni ta’ eżerċizzji ta’ prijoritizzazzjoni; josserva li dawk il-miżuri għandhom l-għan li jtejbu l-governanza finanzjarja u jallinjaw id-deċiżjonijiet baġitarji mal-objettivi strateġiċi; jinnota l-isforzi biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu razzjonalizzati l-proċessi fl-insegwiment tal-kosteffettività; jistieden lill-Kumitat ikompli jikkonsolida dan l-approċċ billi jintegra l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-ippjanar tal-prospettiva fiċ-ċiklu finanzjarju annwali tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifaħħar lill-Kumitat għal-livell għoli ta’ implimentazzjoni tal-baġit tiegħu tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali , li żdied minn 98,70 % fl-2023 għal 99,21 % fl-2024, bis-saħħa tal-monitoraġġ b’suċċess tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu, iżda wkoll minħabba rata ta’ inflazzjoni għolja li laqtet is-salarji tal-persunal u l-ispejjeż tal-bini; jinnota, f’dak il-kuntest, l-isforzi ta’ riallokazzjoni tal-Kumitat permezz ta’ trasferimenti baġitarji li jammontaw għal EUR 2 487 139 (li jirrappreżentaw 1,51 % tal-baġit tiegħu għall-2024) f’diversi linji baġitarji, bl-aktar żidiet sinifikanti relatati mal-operat u l-manutenzjoni tas-sistemi tas-software (+ EUR 519 682) u mal-binjiet (+ EUR 421 880); jinnota wkoll b’sodisfazzjon li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali żdiedet minn 88,12 % fl-2022 u 90,67 % fl-2023 għal 92,85 % fl-2024 u ż-żmien medju għall-pagament naqas minn 20,14 jum fl-2023 għal 16,06-il jum fl-2024, li hija l-aħjar prestazzjoni tal-Kumitat mill-2021 ’l hawn; iħeġġeġ it-tkomplija tal-monitoraġġ effiċjenti, it-trażżin tal-kostijiet, u r-riallokazzjoni strateġika biex jiġu żgurati l-valur għall-flus u t-trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li r-riport tal-approprjazzjonijiet mill-2023 għall-2024 kien jammonta għal EUR 13 827 713 jew 8,38 % tal-baġit tal-Kumitat għall-2024, li jirrappreżenta tnaqqis mil-livell tas-sena ta’ qabel ta’ EUR 15 466 316 (jiġifieri 9,74 % tal-baġit tal-Kumitat għall-2023); jinnota wkoll li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2023 għall-2024 kienet ta’ 84,74 % fl-2024, jiġifieri inqas mill-86,76 % tal-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li fil-21 ta’ Ġunju 2024, il-Kunsill adotta deċiżjoni ġdida dwar l-għoti ta’ allowances ta’ kuljum u r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar lill-membri tal-Kumitat u s-sostituti tagħhom, fejn l-allowance ta’ kuljum għall-benefiċjarji li jattendu laqgħat wiċċ imb wiċċ huwa stabbilit għal EUR 367 (żieda minn EUR 290) u l-allowance ta’ kuljum għall-benefiċjarji li jattendu laqgħat mill-bogħod b’mezzi elettroniċi huwa stabbilit għal EUR 149 (żieda minn EUR 145); jinnota mill-Kwestjonarju li fl-2024 il-Kumitat irrimborża EUR 259 669 (EUR 294 930 fl-2023) għall-parteċipazzjoni remota, l-ekwivalenti ta’ 1 744 jum ta’ laqgħat (2 006 ijiem ta’ laqgħat fl-2023), filwaqt li l-ammont totali ta’ allowances b’rata fissa mħallsa għall-parteċipazzjoni fil-laqgħat kien ta’ EUR 6 579 196 fl-2024 (filwaqt li fl-2023 kien ta’ EUR 5 902 963); jistieden lill-Kumitat isaħħaħ it-trasparenza u l-proporzjonalità tas-sistema dwar l-allowance għall-parteċipazzjoni remota, sabiex isaħħaħ il-fiduċja pubblika u jenfasizza li l-kumpens finanzjarju għall-attendenza remota jrid ikun strettament ġustifikat; jinnota wkoll li l-Kumitat għandu sistema stabbilita biex jikkonferma l-attendenza reali tal-parteċipazzjoni remota fil-laqgħat permezz ta’ mezzi elettroniċi; iqis li l-attendenza remota hija strument importanti u għodda siewja għall-istituzzjonijiet moderni, li tnaqqas l-ispejjeż tal-laqgħat u tippermetti parteċipazzjoni usa’, bħal peremżempju l-allowance għall-parteċipazzjoni remota fil-laqgħat; jilqa’ l-approċċ tal-Kumitat li jalloka l-allowances għall-parteċipazzjoni remota b’mod ġust u proporzjonat, li jirrifletti r-responsabbiltajiet u r-rekwiżit ta’ tħejjijiet tal-membri; ifakkar li l-membri tal-Kumitat ma jirċevux salarju għall-mandat tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li s-servizzi proprji tal-Kumitat wettqu 10 proċeduri nnegozjati b’valur ta’ bejn EUR 15 000 u EUR 60 000 u proċedura waħda b’offerta waħda għal valur fl-istess kategorija, l-aktar għall-istudji; jinnota li l-Kumitat nieda wkoll sitt proċeduri ta’ akkwist (għal kuntratti qafas) mas-servizzi konġunti kondiviżi mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (il-“KtR”) li jkopru, fost l-oħrajn, il-catering, il-loġistika u l-manutenzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kompla jagħmel pressjoni fuq il-baġit tal-Kumitat fl-2024, minħabba l-inflazzjoni u l-volatilità tas-suq tal-enerġija li ħolqu spejjeż operattivi ogħla; jinnota, matul il-perjodu 2021-2024, żieda stmata ta’ +16,53 % fil-kostijiet fir-rigward tal-kirjiet tal-Kumitat u +15 % fil-kostijiet fir-rigward tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ manutenzjoni u sigurtà; jinnota wkoll mill-Kwestjonarju li l-pagament ta’ lokazzjoni tal-Kumitat żdied b’4,7 % fl-2024, li huwa ogħla mil-limitu massimu ta’ 2 % tal-Kummissjoni għall-ispejjeż mhux relatati mas-salarji; jinnota wkoll li l-ispejjeż tal-enerġija għall-Kumitat naqsu minn EUR 1 923 391 fl-2023 għal EUR 711 608 fl-2024; ifaħħar f’dan il-kuntest lill-Kumitat għall-isforzi tiegħu biex jagħmel l-operazzjonijiet tiegħu aktar kosteffettivi, inkluż permezz ta’ sforzi intensifikati għall-iffrankar tal-enerġija; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni jtejbu l-ġestjoni tal-baġit tagħhom billi jqisu wkoll il-volatilità tal-prezzijiet, speċjalment fis-settur tal-enerġija, meta jikkonkludu kuntratti mal-fornituri tas-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-amministrazzjoni tal-Kumitat tidentifika u timplimenta b’mod attiv miżuri ta’ ffrankar tal-kostijiet, inkluż permezz ta’ użu akbar ta’ teknoloġiji ibridi tal-laqgħat, l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-bini, il-konsolidazzjoni tal-attivitajiet parlamentari u t-tnaqqis tal-ispejjeż loġistiċi bla bżonn; jitlob rapporti ta’ progress regolari dwar il-miżuri implimentati u l-iffrankar miksub;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-persunal tal-Kumitat wettaq 415-il missjoni (300 fl-2023) għal ammont totali ta’ EUR 448 655 fl-2024, li jirrappreżenta żieda ta’ 25 % meta mqabbel mal-2023, minħabba żieda fl-għadd ta’ missjonijiet u l-ispejjeż reali tat-titjiriet u tal-akkomodazzjoni f’lukandi; jinnota l-istima tal-Kumitat li ffranka madwar EUR 40 000 fuq l-ispejjeż tal-missjonijiet fl-2024 meta tiġi applikata rata ta’ inflazzjoni nozzjonali ta’ 21 % għall-perjodu 2020-2023 għall-ammont imħallas għall-missjonijiet mill-Kumitat fl-2019 (jiġifieri EUR 402 097), qabel il-COVID; japprezza l-politika tal-Kumitat li jżomm in-nefqa annwali għall-missjonijiet f’livell minimu strett; jinnota li l-President tal-Kumitat wettaq missjonijiet li ammontaw għal 88 jum fl-2024 (żieda minn 69 jum fl-2023) għal spiża totali ta’ madwar EUR 113 000 (żieda minn madwar EUR 72 000 fl-2023), billi tali missjonijiet kienu meħtieġa biex jippermettu l-parteċipazzjoni tal-President tal-Kumitat f’fora internazzjonali, inizjattivi fil-livell tal-Unjoni u avvenimenti oħra li kienu jirrikjedu l-parteċipazzjoni attiva tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li d-Direttorat Konġunt għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (DIIT) tal-Kumitat u tal-KtR jalloka madwar 4 % tal-baġit tal-IT tiegħu għaċ-ċibersigurtà (żieda minn 3 % fl-2023) li għadu ’l bogħod mill-mira ta’ 10 % prevista fil-leġiżlazzjoni rilevanti; itenni t-talba tiegħu lill-koleġiżlaturi u lill-Kummissjoni biex iqisu dan fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-Kumitat juża aġġornament taċ-ċibersigurtà għaż-żewġ kumitati għal ammont totali ta’ madwar EUR 1,2 miljun, li jġib l-infiq fuq iċ-ċibersigurtà għal 10 % tal-baġit totali tal-IT tal-Kumitat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Kumitat jiżvolġi rwol fundamentali fil-kontribut għall-iżvilupp tal-politika u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni billi jirrappreżenta l-ilħna tal-oqsma kollha tas-soċjetà ċivili organizzata fl-Unjoni, u b’hekk iqarreb lill-Unjoni lejn iċ-ċittadini tagħha u jżid il-leġittimità demokratika tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; ifakkar li bħala parti mill-programm ta’ ħidma annwali tiegħu, il-Kumitat għandu sistema ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni b’indikaturi f’diversi oqsma, bħall-IT, ir-riżorsi umani, it-traduzzjoni u l-komunikazzjoni bbażata fuq ħames valuri ewlenin u ħames objettivi strateġiċi ewlenin, fil-qafas tal-istrateġija tas-segretarjat ġenerali għall-2021-2025; iqis, madankollu, li l-valur miżjud tal-attivitajiet tiegħu għaċ-ċittadini tal-Unjoni għadu fil-biċċa l-kbira sottorappurtat;  jinnota b’sodisfazzjon li mis-segwitu tal-Kumitat għall-osservazzjonijiet fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-2023 tal-Parlament (ir-“Rapport ta’ segwitu”) u l-Kwestjonarju, wara awditu, il-Kumitat nieda proċess strutturat biex itejjeb il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tiegħu billi jallinja l-qafas tal-prestazzjoni tiegħu mal-objettivi strateġiċi permezz ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u indikaturi tal-impatt li għandhom jiġu allinjati mal-għanijiet strateġiċi futuri tal-Kumitat; jilqa’ l-isforzi tal-Kumitat biex jintegra l-kejl tal-impatt fit-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu u jappella għal indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kwantifikabbli u ċari u rappurtar regolari biex jiġu żgurati riżultati li jistgħu jitkejlu u obbligu ta’ rendikont; jistieden lill-Kumitat ikompli jsaħħaħ il-qafas tal-valutazzjoni tal-impatt tiegħu billi juri aħjar kif l-opinjonijiet u l-inizjattivi tiegħu jissarrfu f’eżiti ta’ politika konkreti u benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini, filwaqt li l-maniġment superjuri tal-Kumitat se jkollu rwol ewlieni fl-użu ta’ dawk l-indikaturi; jistenna li jiġi infurmat dwar l-eżitu tal-implimentazzjoni ta’ dan il-qafas il-ġdid permezz tar-rapportar futur tal-Kumitat lill-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat isegwi l-missjoni tiegħu permezz ta’ opinjonijiet, li jirreferu għal proposti leġiżlattivi li jsiru mill-Kummissjoni (konsultazzjonijiet), opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, li jistiednu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu azzjoni, u opinjonijiet esploratorji, li jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Kummissjoni dwar l-inizjattivi ppjanati tagħha, u li l-pożizzjonijiet tal-Kumitat jistgħu jiġu enfasizzati f’riżoluzzjonijiet jew inklużi f’rapporti ta’ evalwazzjoni u informazzjoni; ifaħħar lill-Kumitat għall-prestazzjoni tiegħu fl-għoti ta’ assistenza lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fiċ-ċiklu leġiżlattiv fl-2024; jinnota, f’dan il-kuntest, li, fl-2024, il-Kumitat adotta 142 opinjoni u rapport, tnaqqis minn 213 fl-2023 u organizza 148 seduta u 26 konferenza, meta mqabbla ma’ 146 u 24 rispettivament fl-2023; jirrikonoxxi li t-tiġdid tal-leġiżlatura fl-2024 wassal għal għadd imnaqqas ta’ konsultazzjonijiet u, konsegwentement, tal-għadd ta’ opinjonijiet adottati mill-Kumitat dik is-sena; jinnota li l-membri tal-Kumitat ipparteċipaw f’518-il laqgħa ta’ livell għoli, summit u konferenza fl-2024 meta mqabbla ma’ 429 fl-2023; iħeġġeġ il-prijoritizzazzjoni ta’ inizjattivi li jappoġġjaw it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli bl-isforzi tiegħu biex jiffoka l-ħidma tiegħu fuq oqsma fejn jista’ jagħti kontribut ċar, li jista’ jitkejjel u li hu rilevanti għall-politika, u jkompli jiżviluppa indikaturi bbażati fuq il-prestazzjoni u l-impatt li jmorru lil hinn mill-outputs ibbażati fuq l-attività u jirriflettu aħjar l-eżiti u r-rilevanza għaċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’, mir-Rapport ta’ segwitu, l-impenn tal-Kumitat li jifformula opinjonijiet dwar id-drittijiet tal-ħaddiema, l-inklużjoni soċjali, u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u li jespandi l-ambitu tal-evalwazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-leġiżlazzjoni u l-programmi tal-Unjoni, dment li jkunu disponibbli riżorsi adegwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Japprezza l-azzjonijiet meħuda mill-Kumitat fl-2024 biex itejjeb il-viżibbiltà u l-impatt tal-ħidma tiegħu fiċ-ċiklu politiku u leġiżlattiv; jilqa’ t-tnedija uffiċjali, wara proġett pilota, ta’ format ġdid ta’ opinjonijiet imfassla b’rispons għall-konsultazzjonijiet obbligatorji mill-Parlament, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni; jinnota li l-format il-ġdid itejjeb il-faċilità għall-utent u tal-użu mil-leġiżlatur, filwaqt li jtejjeb ukoll il-prijoritizzazzjoni tal-ħidma tal-Kumitat; jinnota wkoll li, bis-saħħa ta’ segwitu msaħħaħ dwar opinjonijiet magħżula permezz ta’ lista ta’ kontroll u gwida, il-Kumitat jistenna li dawn se jibqgħu rilevanti lil hinn mill-adozzjoni tagħhom u se jikkontribwixxu għal proċessi leġiżlattivi b’diversi saffi; jilqa’ wkoll l-integrazzjoni tal-opinjonijiet tal-Kumitat fl-EU Law Tracker (EULT) minn April 2024, fejn issa jidhru bħala referenzi fil-fajls leġiżlattivi; jinnota b’apprezzament li l-Kumitat adotta wkoll pjan intern biex jantiċipa aħjar il-prijoritajiet tal-Unjoni, itejjeb il-koordinazzjoni interistituzzjonali, isaħħaħ it-tixrid u s-segwitu, u jkejjel l-impatt b’mod aktar sistematiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Japprezza l-azzjonijiet tal-Kumitat meħuda fl-2024 biex itejjeb l-aċċessibbiltà, iċ-ċarezza u l-faċilità ta’ użu tal-opinjonijiet tiegħu għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jissottolinja li tali azzjonijiet huma maħsuba biex isaħħu l-kapaċità tal-leġiżlaturi li jieħdu deċiżjonijiet infurmati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li l-Kumitat għamel progress fuq diversi inizjattivi ewlenin li saħħew il-parteċipazzjoni, l-inklużjoni u l-impatt tal-politika madwar l-Unjoni; jinnota li l-Kumitat ħa t-tmun f’idejh minn Settembru 2024 fl-applikazzjoni tat-Test taż-Żgħażagħ tal-UE fil-proċess tat-tfassil tal-opinjonijiet tiegħu, bl-involviment ta’ network ta’ 73 organizzazzjoni taż-żgħażagħ u billi ttestja fost iż-żgħażagħ madwar 40 opinjoni; jilqa’ u jappoġġja l-inizjattivi tal-Kumitat biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċess tat-tfassil tal-politika; jinnota li l-Kumitat espanda l-involviment tiegħu, b’inizjattiva ta’ djalogu inklużiv mal-pajjiżi kandidati għal tħejjija għat-tkabbir futur, permezz tal-inizjattiva tal-Membri Kandidati tat-Tkabbir, li tippermetti lil 146 rappreżentant tas-soċjetà ċivili jikkontribwixxu direttament għall-opinjonijiet tal-Kumitat, permezz tal-parteċipazzjoni fi gruppi ta’ studju, fil-laqgħat tas-sezzjonijiet u fil-plenarja (li saret f’Ottubru 2024); ifaħħar lill-Kumitat talli mexxa ’l quddiem il-Patt Blu tal-UE tiegħu, u għen ipoġġi r-reżiljenza tal-ilma fuq l-aġenda tal-Unjoni; jissottolinja li l-Kumitat kompla jmexxi l-Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari, u organizza b’mod konġunt il-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika fl-2024, filwaqt li saħħaħ ir-rabtiet mal-atturi tas-soċjetà ċivili fil-biedja organika; iħeġġeġ lill-Kumitat jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-opinjonijiet biex jinkludi aktar beni pubbliċi relatati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u eżiti li jistgħu jitkejlu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Kumitat isaħħaħ l-iżvilupp ta’ strateġija komprensiva ta’ trasformazzjoni diġitali, li tkopri l-intelliġenza artifiċjali (IA), filwaqt li jżomm f’moħħu l-ħtieġa li tiġi żgurata s-sorveljanza mill-bniedem tal-użu tal-IA. L-istrateġija għandha tkopri wkoll l-awtomatizzazzjoni, l-interoperabbiltà u l-governanza tad-data, filwaqt li tkun akkumpanjata minn qafas robust li jiżgura użu sikur, etiku, responsabbli u trasparenti tat-teknoloġiji emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota b’interess mill-Kwestjonarju l-isforzi tal-Kumitat biex jadotta approċċ aktar strateġiku ħalli jagħti prijorità lill-ħidma tiegħu relatata mal-impatt u jintroduċi l-ġestjoni tal-impatt fil-qofol tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jinnota, f’dan il-kuntest, l-organizzazzjoni ta’ tliet seminars strateġiċi ta’ livell għoli mat-tmexxija politika fl-2024 u l-2025, li matulhom l-eżerċizzji ta’ prospettiva kienu fil-qalba tal-iżvilupp ta’ kriterji għall-prijoritizzazzjoni jew id-deprijoritizzazzjoni tal-inizjattivi u għall-iżgurar ta’ allinjament tematiku mal-ħtiġijiet fit-tul tas-soċjetà ċivili, fost objettivi oħra; jinnota li dan l-eżerċizzju ta’ prijoritizzazzjoni se jiġi integrat fl-attivitajiet ewlenin tal-Kumitat, peress li se jitwettaq kull sena u se jiġi kkomplementat, kull sentejn u nofs, minn rieżami tal-korpi, l-attivitajiet u l-avvenimenti ewlenin kollha tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota, fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ konformità tal-2024, livell għoli ta’ konformità b’rata medja ta’ 85 % (87 % fl-2023); jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern naqset minn 78 % fl-2023 għal 66 % fl-2024; jinnota f’dak il-kuntest diskrepanza bejn il-konformità formali u l-effettività fil-prattika fl-operazzjonijiet ta’ kuljum; jistieden lill-Kumitat jindirizza l-kawżi strutturali tat-tnaqqis fl-effettività tal-kontroll intern, b’mod partikolari billi jsaħħaħ il-kultura ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji, itejjeb il-kanali ta’ komunikazzjoni interni, u jaċċellera l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni tad-dokumenti u tal-informazzjoni, fost l-oħrajn; jinnota wkoll li fl-2024, il-Kumitat adotta deċiżjoni riveduta, għas-simplifikazzjoni ta’ 23 tip ta’ verifiki, applikabbli minn Jannar 2025; jilqa’ l-fatt li l-kontrolli ex post li diġà twettqu fir-rigward ta’ dawk il-verifiki kkonfermaw li s-simplifikazzjoni ma introduċietx riskji addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota mir-rapport annwali tal-attività tal-Kumitat għall-2024 (ir-“rapport tal-Kumitat”) li fl-2024 twettqu ħames awditi ġodda dwar l-allowance għad-durata u għad-distanza, il-ġestjoni tar-riskju, il-konsultazzjonijiet, l-indikaturi ewlenin tal-attività u tal-prestazzjoni u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar – li wasslu għal total ta’ 14-il rakkomandazzjoni; jinnota b’mod partikolari s-sejbiet tal-awditur intern fir-rigward tal-allowances għad-durata u għad-distanza, bħan-nuqqas ta’ definizzjoni ċara ta’ “post ta’ residenza abitwali” u rekwiżiti neqsin għad-dokumentazzjoni ta’ sostenn; jinnota wkoll li 13 mir-rakkomandazzjonijiet kienu għadhom miftuħa fl-aħħar ta’ Jannar 2025; jinnota wkoll li seba’ rakkomandazzjonijiet għadhom miftuħa minn awditi preċedenti, b’mod partikolari dwar l-etika u l-integrità, iż-żminijiet ta’ pagament, l-awtorizzazzjonijiet tal-laqgħat, id-delegati tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali u ċ-ċiklu strateġiku; jilqa’ f’dak il-kuntest il-fatt li l-Kumitat adotta regoli ġodda dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-laqgħat, l-allowances u r-rimborżi; jistieden lill-Kumitat jiżgura l-għeluq rapidu tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar pendenti kollha, b’mod partikolari dawk relatati mal-allowances, l-etika u l-integrità, u jkompli jżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha pendenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2024, il-Kumitat kien jimpjega 713-il membru tal-persunal, meta mqabbel ma’ 707 fl-2023; jinnota wkoll li fl-2024 ġew impjegati 48 aġent kuntrattwali u 144 aġent temporanju (li minnhom 42 ġew reklutati fl-2024) (meta mqabbla ma’ 49 aġent kuntrattwali u 130 aġent temporanju fl-2023); jisħaq fuq l-importanza li jiġu pprovduti kuntratti permanenti sabiex jinżammu l-ħiliet, il-kontinwità u ambjent tax-xogħol produttiv u stabbli, u jwissi kontra dipendenza eċċessiva fuq fornituri ta’ servizzi esterni; jinnota wkoll li l-Kumitat kien qed jimpjega 10 fornituri ta’ servizzi u 14-il membru tal-persunal estern li jaħdmu intra muros, minbarra dawk fl-oqsma tal-forniment tal-ikel, il-manutenzjoni, is-sigurtà u s-sikurezza; jieħu nota li r-rata ta’ okkupanza kienet ta’ 96 % (95,50 % fl-2023) u li r-rata ta’ bidla fl-impjegati kienet ta’ 5,60 % fl-2024 (tnaqqis minn 7 % fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifaħħar lill-Kumitat talli fl-2024 kien importatur nett ta’ talent minn istituzzjonijiet oħra għat-tielet sena konsekuttiva, bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tiegħu għar-reklutaġġ u ż-żamma tal-impjegati, billi 42 % tar-reklutaġġi fl-2024 kienu marbuta ma’ trasferimenti interistituzzjonali; jinnota wkoll mir-rapport ta’ segwitu żieda ta’ 11,60 % fl-għadd ta’ applikazzjonijiet riċevuti mill-Kumitat għal pożizzjonijiet permanenti u ta’ 41 % għal pożizzjonijiet ta’ aġenti temporanji u kuntrattwali; jilqa’ l-fatt li l-Kumitat nieda kompetizzjoni interna, miftuħa għall-persunal temporanju u kuntrattwali, b’lista ta’ riżerva mistennija sa tmiem l-2025; jissottolinja li l-kompetizzjonijiet interni huma importanti biex jinżammu t-talent u l-għarfien espert, u jiġu stabbilizzati r-riżorsi umani tal-Kumitat b’mod ġenerali; jinnota b’sodisfazzjon il-parteċipazzjoni tal-Kumitat f’avvenimenti u fieri tal-karrieri (inklużi dawk virtwali) u fil-Jiem għall-Pubbliku; jinnota li fl-2024 il-Kumitat organizza fiera virtwali tal-karrieri ddedikata għal profili ta’ impjiegi u opportunitajiet ta’ karriera speċifiċi, li attirat 270 parteċipant, filwaqt li 19 minnhom anke applikaw għall-ewwel avviż ta’ post vakanti miftuħ fiż-żmien tal-avveniment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi li għaddejjin bħalissa tal-Kumitat biex itejjeb il-qafas tar-riżorsi umani tiegħu bl-għan li jsir impjegatur attraenti u post tax-xogħol kompletament inklużiv fejn kull individwu jkun apprezzat u jkun jista’ jiżviluppa bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu; jinnota li l-Kumitat analizza r-riżultati tal-istħarriġ tal-2023 dwar l-impenn tal-persunal, identifika diversi punti ta’ tħassib u fl-aħħar mill-aħħar nieda azzjonijiet ta’ segwitu mmirati li ttieħdu matul l-2024; jinnota fost dawn l-azzjonijiet l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol (xogħol ibridu, sahra, liv speċjali), ir-reviżjoni tar-regoli dwar l-evalwazzjoni u l-promozzjonijiet, l-adozzjoni ta’ politika ġdida dwar il-mobbiltà u l-ġestjoni ta’ pożizzjonijiet sensittivi, l-implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni l-ġodda dwar id-Diversità u l-Inklużjoni adottati fi tmiem l-2023, ir-reviżjoni tal-politika dwar il-ġestjoni tal-assenzi li għandha tiġi adottata fl-2025 u l-ħidma (li għaddejja bħalissa) fuq l-istrateġija l-ġdida dwar il-ħiliet tal-Kumitat, fost l-oħrajn; jilqa’ t-titjib ulterjuri fil-punteġġ tal-involviment tal-persunal, kif muri fl-aħħar stħarriġ tal-Kumitat, li żdied minn 70,5 % fl-2023 għal 75 % fl-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, il-Kumitat kien qed jimpjega persunal li jirrappreżenta n-nazzjonalitajiet kollha tal-Unjoni, b’xi wħud minnhom ikunu rrappreżentati żżejjed; jinnota b’sodisfazzjon li 62,70 % tal-persunal kienu nisa u 37,30 % kienu rġiel; jinnota mir-Rapport ta’ segwitu li n-nisa jokkupaw 52 % tal-pożizzjonijiet maniġerjali li jfisser li l-Kumitat jinsab minn ta’ quddiem f’dak ir-rigward; itenni li jilqa’ l-ħatra ta’ Segretarju Ġenerali mara f’Jannar 2024 bħala pass pożittiv lejn il-kisba ta’ bilanċ bejn il-ġeneri; jirrikonoxxi l-progress reċenti fl-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diversità bħala prijoritajiet strateġiċi biex titrawwem kultura inklużiva u rispettuża fuq il-post tax-xogħol; jilqa’ l-implimentazzjoni ta’ strateġija u pjan ta’ azzjoni għad-diversità u l-inklużjoni, u ta’ programmi mmirati ta’ mentoraġġ u żvilupp tat-tmexxija għan-nisa u għall-gruppi sottorappreżentati; jesprimi dispjaċir madankollu għall-fatt li l-perċentwal ta’ nisa fil-maniġment superjuri baqa’ baxx fl-2024, bi tnejn biss minn seba’ pożizzjonijiet maniġerjali superjuri attwalment okkupati min-nisa, l-istess bħal fl-2023; jirrikonoxxi li r-rata baxxa ta’ dawran inerenti għad-daqs tal-Kumitat hija waħda mir-raġunijiet għas-sehem baxx tan-nisa f’dawk il-pożizzjonijiet; jilqa’ l-impenn tal-Kumitat li jżid is-sensibilizzazzjoni dwar din il-kwistjoni fost l-awtoritajiet tal-ħatra, li jippromwovi ħatriet ibbilanċjati fir-rigward tal-ġeneru u li jimpenja ruħu f’azzjonijiet immirati permezz tal-Forum tan-Nisa u l-Forum ta’ Tmexxija li jappoġġjaw l-iżvilupp tat-tmexxija u l-progressjoni tal-karriera għan-nisa fil-maniġment intermedju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ifakkar fl-inizjattiva tal-Kumitat li jintroduċi approċċ ġdid għall-ippjanar strateġiku tal-forza tax-xogħol u l-allokazzjoni tal-persunal, l-ingranaġġ tal-ġbir tad-data dwar il-ħiliet tal-persunal, is-smigħ attiv fl-organizzazzjoni kollha, u r-riflessjonijiet dwar prijoritajiet strateġiċi mill-korpi politiċi tal-Kumitat; jinnota mir-Rapport ta’ segwitu li dan it-tip ġdid ta’ ppjanar se jitnieda permezz ta’ proġett pilota f’għadd limitat ta’ servizzi magħżula abbażi ta’ prijoritajiet strateġiċi; jistieden lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress u l-iżviluppi sussegwenti; jisħaq fuq l-importanza tal-ippjanar strateġiku tal-forza tax-xogħol biex tiġi ottimizzata l-allokazzjoni tar-riżorsi u jiġi żgurat l-allinjament mal-prijoritajiet ta’ livell għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Kumitat biex joħloq ambjent tax-xogħol tajjeb għall-persunal tiegħu; ifaħħar b’mod partikolari l-attenzjoni li l-Kumitat ta lis-saħħa mentali u fiżika tal-persunal, u l-isforzi li saru dwar is-sensibilizzazzjoni għal kwistjonijiet relatati mas-saħħa; jinnota l-miżuri tal-Kumitat dwar il-ġestjoni tal-liv minħabba mard, bħal xogħol mediku part-time u xogħol mill-bogħod estiż, biex jiġi żgurat li l-persunal fuq assenza relatata ma’ mard fit-tul jirritorna għax-xogħol fil-ħin; jinnota t-tnaqqis b’7,50 % fl-għadd totali ta’ jiem reġistrati ta’ liv minħabba mard, minn 10 552 jum fl-2023 għal 9 763 fl-2024, kif ukoll tnaqqis fir-rata ta’ assenzi minn 4,08 % fl-2023 għal 3,75 % fl-2024 (l-aktar rata baxxa mill-2021 ’l hawn); jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kumitat għal darba oħra ma jistax jipprovdi data dwar każijiet ta’ eżawriment; jinnota fost l-argumenti tal-Kumitat in-nuqqas ta’ obbligu għall-persunal li jikkondividi d-data medika minn qabel, li burnout mhuwiex dijanjożi medika rikonoxxuta u li r-raġunijiet għal burnout jista’ jkun li ma jkunux relatati max-xogħol, kif ukoll is-segretezza medika; jinnota li l-Kumitat jiġbor data statistika anonimizzata dwar il-liv minħabba mard relatat mas-saħħa mentali, iżda d-data disponibbli ma tippermettix li ssir distinzjoni bejn burnout relatat max-xogħol u kwistjonijiet oħra li mhumiex relatati max-xogħol; jissottolinja madankollu li burnout jista’ jitkejjel ukoll mingħajr data medika, billi hemm għodod ta’ valutazzjoni ta’ burnout relatati max-xogħol li jistgħu jintużaw u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) tappoġġja kwestjonarji anonimi biex jitkejlu l-istress relatat max-xogħol u l-fatturi ta’ burnout separatament minn kwistjonijiet ta’ saħħa mentali mhux relatati max-xogħol; iħeġġeġ lill-Kumitat jikkonsulta wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) rigward il-ġbir ta’ data dwar il-burnout permezz ta’ għodod mediċi jew mhux mediċi, u jżomm lill-awtorità ta’ kwittanza aġġornata dwar is-segwitu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li, fl-2024, il-Kumitat u l-KtR nedew il-proġett SPaCES biex jimmodernizzaw u jottimizzaw l-ispazji tax-xogħol tagħhom permezz ta’ proċess kompletament parteċipattiv u trasparenti li jinvolvi lir-rappreżentanti tal-persunal u lis-sħab soċjali; jissottolinja li l-proġett jikkostitwixxi trasformazzjoni fit-tul li għandha l-għan li ttejjeb l-effiċjenza, il-kollaborazzjoni u l-flessibbiltà fiż-żewġ istituzzjonijiet, f’konformità mal-ħidma ibrida; jinnota li l-proġett SPaCES qed jiġi implimentat permezz ta’ approċċ kompletament parteċipattiv, li jiżgura l-involviment u r-rappreżentanza tal-persunal f’kull stadju; josserva li l-ewwel fażi – appoġġjata minn kuntrattur estern u li mistennija titlesta fis-sajf tal-2025 tinkludi workshops mal-maniġment u mas-servizzi kollha taż-żewġ Kumitati, kif ukoll analiżi ta’ ħidma dettaljata bbażata fuq l-attività biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet futuri tal-ispazju tax-xogħol; jilqa’ l-fatt li ġew stabbiliti struttura ta’ governanza, tim tal-proġett u network ta’ punti ta’ kuntatt dedikati biex jiggwidaw il-proċess, jiżguraw it-trasparenza, u jirrappreżentaw l-interessi rilevanti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat impjega 52 trainee fit-tul (5 xhur) u żewġ trainees għal żmien qasir, li kollha kemm huma rċevew allowance fix-xahar fl-2024, f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar traineeships ta’ kwalità fl-Unjoni (2020/2005(INL)), li titlob li l-internships kollha fl-Ewropa jkunu mħallsa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ d-djalogu soċjali b’saħħtu u strutturat fil-proċessi ta’ bidla organizzazzjonali matul l-2024; iħeġġeġ lill-Kumitat iżomm u jkompli jsaħħaħ l-involviment sistematiku tar-rappreżentanti tal-persunal fir-riformi relatati, fost l-oħrajn, mad-diġitalizzazzjoni, ir-riorganizzazzjoni interna u metodi ta’ ħidma ġodda;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Ifakkar li fl-ambitu ta’ qafas etiku msaħħaħ, il-Kumitat u l-awditur intern qablu dwar pjan ta’ azzjoni relatat mal-awditu dwar l-etika u l-integrità tal-Kumitat, b’għaxar rakkomandazzjonijiet, li tmienja minnhom ingħalqu sa Marzu 2025; jinnota mir-Rapport ta’ segwitu li l-Kumitat indirizza ż-żewġ rakkomandazzjonijiet miftuħa li fadal billi rreveda u aġġorna l-gwida dwar l-obbligi tal-uffiċjali tal-Kumitat li l-kontenut tagħha se jiġi rifless ukoll fuq l-intranet tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat kompla jħarreġ lill-persunal u jqajjem kuxjenza dwar suġġetti relatati mal-etika fl-2024; jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat joffri taħriġ dwar l-etika u l-integrità li huwa obbligatorju għall-persunal kollu, u 54 parteċipant attendew disa’ sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ dan it-tip fl-2024; jinnota wkoll li 40 minn 47 maniġer attendew sessjonijiet dwar ir-rispett fuq il-post tax-xogħol u r-rwol tal-maniġers u 25 membru tal-persunal attendew taħriġ offrut mill-Uffiċċju tal-Investigazzjoni u tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar tentazzjonijiet potenzjali li għandhom konsegwenzi dixxiplinari matul l-2024; jilqa’ l-fatt li l-istħarriġiet juru rata għolja ta’ sensibilizzazzjoni fost il-persunal tal-Kumitat fir-rigward tal-valuri u l-istandards etiċi b’saħħithom tiegħu, il-proċeduri għar-rapportar ta’ għemil ħażin u n-network ta’ konsulenti kunfidenzjali, fost l-oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li ġew irrapportati żewġ każijiet ta’ allegat fastidju fl-2024, u li dawn ġew investigati u ngħalqu fl-2025, fejn f’każ wieħed ma kien hemm l-ebda sejba ta’ fastidju u fl-ieħor ġiet aċċettata apoloġija formali għal imġiba mhux xierqa mill-persuna kkonċernata; jinnota wkoll li ttieħdet deċiżjoni dwar każ ieħor, ippreżentat qabel l-2024, dwar fastidju marbut ma’ proċedura dixxiplinari; jinnota wkoll li fl-2024 ma ġie rrapportat l-ebda fastidju sesswali; itenni l-ħtieġa ta’ politika ta’ tolleranza żero fir-rigward tal-fastidju biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-benesseri tal-persunal u jfakkar li dan huwa obbligu ta’kwalunkwe impjegatur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jieħu nota mir-Rapport ta’ segwitu tal-iżvilupp rigward il-proċedimenti legali mibdija mill-awtoritajiet Belġjani kontra eks membru tal-Kumitat akkużat bi mġiba ħażina marbuta ma’ lment ta’ fastidju fil-Kumitat li nfetaħ u ngħalaq mill-Kumitat fl-2023; jinnota li dawk il-proċedimenti huma sospiżi peress li l-qorti Belġjana rilevanti talbet kjarifika mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza aġġornata dwar l-iżviluppi sussegwenti f’din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat jinsab minn ta’ quddiem nett fir-rigward tat-trasparenza, bħala l-ewwel korp, lil hinn mill-firmatarji inizjali, li ngħaqad mar-Reġistru ta’ Trasparenza tal-Unjoni; jilqa’ l-miżuri ta’ trasparenza adottati mill-Kumitat, inkluża r-rakkomandazzjoni li l-membri tal-Kumitat jiltaqgħu biss ma’ partijiet ikkonċernati rreġistrati, l-obbligu għall-membri tiegħu li jippubblikaw il-laqgħat tagħhom online u l-possibbiltà li r-relaturi tal-Kumitat, inkluż permezz ta’ proġett pilota mibdi fl-2025, jehmżu “impronta leġiżlattiva” mal-opinjonijiet tagħhom; jinnota li sa issa l-opinjonijiet tal-Kumitat huma viżibbli bħala stadji importanti fil-fajls leġiżlattivi fl-EULT; jinnota wkoll b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju l-azzjonijiet ta’ trasparenza tal-Kumitat fir-rigward tal-operazzjonijiet amministrattivi ewlenin tiegħu f’oqsma bħall-finanzi, l-akkwist, ir-riżorsi umani u l-aċċess għad-dokumenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat għandu qafas sod biex jipprevjeni l-kunflitti ta’ interess u jevita każijiet ta’ revolving doors; jinnota, fir-rigward tal-persunal tiegħu, li l-Kumitat jiżgura li l-kunsiderazzjonijiet dwar il-kunflitt ta’ interess jiġu inkorporati fil-proċeduri kollha ta’ reklutaġġ u selezzjoni; jinnota li l-persunal huwa obbligat jiddikjara b’mod proattiv kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ twassal għal kunflitt ta’ interess; jinnota fir-rigward tal-membri tal-Kumitat, li f’każ ta’ bidla fl-informazzjoni ddikjarata minnhom, huma għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni ġdida sa mhux aktar tard minn xahrejn mill-bidla inkwistjoni; jinnota fir-rigward tal-membri tiegħu li l-Kumitat tal-Etika tal-Kumitat ittratta talba waħda għal gwida dwar kunflitt ta’ interess possibbli; jinnota fir-rigward tal-persunal tal-Kumitat li fl-2024 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess jew żvelar ta’ informazzjoni protetta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota bi tħassib każ ta’ suspett ta’ frodi li jinvolvi fornitur estern tas-servizzi li tkeċċa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u sussegwentement ġie riferut lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għal reati potenzjalment kriminali fl-2024; jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju li l-Kumitat qed jikkoopera bis-sħiħ mal-UPPE f’dan ir-rigward; jinnota wkoll li dak il-fornitur ta’ servizzi ħallas id-danni likwidati miftiehma lill-Kumitat; jilqa’ f’dak il-kuntest il-miżuri meħuda mill-Kumitat biex jipprevjeni aħjar każijiet bħal dawn fil-futur billi jwettaq kontrolli tal-konformità aktar rigorużi matul l-akkwist u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti u billi jsaħħaħ il-gwida u t-taħriġ dwar dik il-kwistjoni; jinnota li każ wieħed tal-OLAF mill-2023 reġa’ ġie riferut lill-Kumitat għal inkjesta amministrattiva simplifikata interna li tnediet fl-2024 u wasslet għal rapport finali indirizzat lill-Awtorità tal-Ħatra f’Lulju 2025; jistieden lill-Kumitat jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar jekk itteħditx deċiżjoni finali f’dan il-każ; jinnota wkoll li fl-2024 ingħalqet inkjesta miftuħa mill-Ombudsman fl-2023 bis-sejba li ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju li l-Kumitat, wara s-sejħiet preċedenti tal-Parlament, abbozza strateġija kontra l-frodi li tinkludi l-pjan ta’ azzjoni ta’ akkumpanjament b’miżuri konkreti li għandhom jiġu implimentati li jkopru l-politiki ta’ taħriġ, kif ukoll kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u ftehimiet ta’ kooperazzjoni riveduti mal-OLAF u mal-UPPE, li ġew sottomessi għal proċess ta’ konsultazzjoni u adozzjoni bejn is-servizzi; jistieden lill-Kumitat jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar is-segwitu għaliha; jilqa’ l-fatt li l-Kumitat organizza żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ mogħtija mill-persunal tal-OLAF dwar is-sensibilizzazzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi fl-akkwist pubbliku li għalihom attendew 21 parteċipant, u sessjoni waħda ta’ sensibilizzazzjoni organizzata flimkien mal-UPPE biex il-persunal tal-Kumitat jiffamiljarizza ruħu mal-mandat tal-UPPE u tipprovdi gwida dwar kif għandhom jiġu rrapportati każijiet potenzjali lill-UPPE; jistieden lill-Kumitat isaħħaħ il-proċeduri tiegħu fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskji, il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u s-segwitu fl-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li fl-2024 il-baġit ikkombinat tal-IT tal-Kumitat u tal-KtR kien ta’ EUR 13 700 000, meta mqabbel ma’ EUR 12 700 000 fl-2023, jiġifieri żieda ta’ 7,87 %, filwaqt li fl-2024, EUR 760 000 minn dak il-baġit (madwar 6 %) tħallsu għaċ-ċibersigurtà; jinnota mill-Kwestjonarju li l-finanzjament tal-proġetti tal-IT żdied b’EUR 109 000 meta mqabbel mal-2023, li jirrappreżenta żieda ta’ 4 %, li primarjament tappoġġja l-programm “M365 Workplace” u l-Programm ta’ Trasformazzjoni fil-qasam taċ-Ċibersigurtà; jinnota wkoll li n-nefqa fuq it-tagħmir kibret b’EUR 117 000 (jiġifieri żieda ta’ 20 %), prinċipalment minħabba aġġustamenti fil-prezzijiet u investimenti strateġiċi fl-infrastruttura tat-telefonija; jirrikonoxxi t-tħassib tal-Kumitat li huwa strutturalment sottofinanzjat fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u ċ-ċibersigurtà u jwissi li nuqqas ta’ investiment persistenti fiċ-ċibersigurtà joħloq riskju strutturali għall-integrità tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; jistieden lill-Kumitat jadatta pjan direzzjonali strutturat biex progressivament jilħaq il-parametru referenzjarju ta’ 10 % nfiq fuq iċ-ċibersigurtà, inklużi stadji importanti annwali, prijoritizzazzjoni bbażata fuq ir-riskju u rappurtar regolari lill-awtorità ta’ kwittanza; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni msaħħa mas-Servizz taċ-Ċibersigurtà għall-Istituzzjonijiet, il-Korpi, l-Uffiċċji u l-Aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE) u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex tiġi żgurata pożizzjoni taċ-ċibersigurtà koerenti u reżiljenti; jesprimi dispjaċir f’dan il-kuntest għall-fatt li l-awtorità baġitarja ma inkludietx fil-baġit tal-Unjoni għall-2026 l-ammont ta’ EUR 1 176 000 meħtieġ għall-Kumitat (u għall-KtR) biex jopera titjib kbir fiċ-ċibersigurtà, u b’hekk il-mira msemmija fir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (ĠU L, 2023/2841, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2841/oj).</FIELD></FOOTNOTE> li madwar 10 % tan-nefqa totali tal-IT tiegħu tiġi ddedikata għaċ-ċibersigurtà ma setgħetx tintlaħaq; jappella għal fondi adatti biex il-Kumitat u l-KtR ikunu jistgħu joperaw aġġornament kbir fir-rigward taċ-ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota titjib ewlieni fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni u l-governanza tal-IT fl-2024 bħal estensjoni tal-kopertura tal-Wi-Fi, l-użu ta’ Microsoft 365 u proġetti pilota tal-IA, il-migrazzjoni tal-cloud u s-sensibilizzazzjoni permezz tal-Jiem taċ-Ċibersigurtà, fost l-oħrajn; jilqa’ l-istrateġija diġitali pluriennali (DS 2024-2026), imnedija mid-DIIT, li hija mibnija madwar erba’ programmi ewlenin: M365 (il-programm diġitali fuq il-post tax-xogħol), ARES (is-sistema ta’ ġestjoni tad-dokumenti tal-Kummissjoni), EdiT (l-għodda komuni fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-abbozzar ta’ dokumenti leġiżlattivi), u Ċibersigurtà; jinnota mir-rapport tal-Kumitat u mill-Kwestjonarju li l-Istrateġija Diġitali 2024-2026 tal-Kumitat tintroduċi mudell rivedut ta’ governanza diġitali li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni istituzzjonali, ir-razzjonalizzazzjoni tal-flussi tax-xogħol, l-awtomatizzazzjoni tal-proċessi, it-titjib tal-abbozzar leġiżlattiv u t-tisħiħ tar-reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju l-implimentazzjoni tas-sistema HAN (HERMES-ARES-NOMCOM) għall-ġestjoni sigura tad-dokumenti u l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-adozzjoni tal-editur EdiT XML għall-abbozzar leġiżlattiv; jilqa’ l-progress li sar fil-ġestjoni tar-rekords, b’varar sħiħ mistenni sal-2026; jirrikonoxxi t-titjib fl-infrastruttura tal-IT, inkluż fl-awtomatizzazzjoni, il-migrazzjoni tal-cloud, u l-varar ta’ għodda ġdida għall-ġestjoni tar-riżorsi umani (HRT li ssostitwiet Sysper) fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat juża l-eTranslation, il-pjattaforma tat-traduzzjoni awtomatika newrali tal-Kummissjoni, biex jiġġenera t-traduzzjonijiet b’mod awtomatiku, bħala għajnuna addizzjonali għall-ħidma tat-tradutturi; jinnota li b’mod parallel il-Kumitat wettaq b’suċċess proġett pilota dwar it-traskrizzjoni tat-taħdit abbażi tal-IA bl-użu ta’ software żviluppat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) fl-2024; jinnota wkoll li d-Direttorat għat-Traduzzjoni nieda proġett pilota ta’ sena f’Ġunju 2024 biex jivvaluta l-użu tad-DeepL bħala għodda ta’ traduzzjoni alternattiva, li tqieset li ma tipprovdix valur miżjud meta mqabbla mas-sistemi diġà użati għat-traduzzjoni tad-dokumenti tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-Kumitat għandu kooperazzjoni mill-qrib mas-CERT-UE u juża diversi għodod u monitoraġġ kontinwu biex jidentifika u jindirizza l-vulnerabbiltajiet tas-sistemi; jinnota wkoll li d-DIIT beda jimplimenta l-“Essentials 8”, il-Qafas taċ-Ċibersigurtà (CSF) tal-NIST, u l-OWASP bħala mudelli ta’ referenza biex tissaħħaħ il-ġestjoni tar-riskju, tittejjeb il-governanza, u tiġi integrata s-sigurtà fil-proċessi ta’ identifikazzjoni, protezzjoni, detezzjoni, rispons u rkupru kollha; jirrikonoxxi li l-ħidma biex jinkiseb allinjament sħiħ mar-rekwiżiti operattivi u regolatorji għadha għaddejja; jinnota mir-Rapport ta’ segwitu li l-Kumitat fassal mill-ġdid iċ-ċibersigurtà bħala responsabbiltà kondiviża għall-persunal kollu, appoġġjata minn pjan pluriennali, taħriġ kontinwu, u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-kanali ta’ komunikazzjoni tiegħu huma aċċessibbli wkoll għall-persuni b’diżabbiltà; jinnota li l-Kumitat japplika l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web u għall-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet tiegħu, titwettaq aċċessibbiltà komprensiva; jinnota f’dan il-kuntest li s-sit web tal-Kumitat jiġi awditjat regolarment minn speċjalisti tal-aċċessibbiltà li joħorġu rakkomandazzjonijiet li mbagħad jiġu implimentati, filwaqt li l-awditu li jmiss huwa mistenni li jsir fl-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi tal-Kumitat fl-2024 biex jiżgura li l-persunal jikseb il-ħiliet diġitali meħtieġa għal ambjent tax-xogħol dejjem aktar diġitalizzat u għall-implimentazzjoni ta’ kampanji ta’ informazzjoni mmirati, billi joffri programm komprensiv ta’ taħriġ u coaching, u jżomm bażi tal-għarfien tal-IT aġġornata b’interfaċċa li taħdem bl-IA biex tappoġġja l-iżvilupp tal-persunal; iħeġġeġ li jkun hemm taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà u l-użu sikur, etiku u effiċjenti tal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota mir-Rapport ta’ segwitu li fl-2024 ma nbdiet l-ebda investigazzjoni mill-EDPS rigward l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fil-Kumitat; jinnota madankollu li għadha pendenti inkjesta dwar il-ġestjoni ta’ awditu estern, imnedija fl-2023; jitlob lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar is-segwitu f’din il-kwistjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Binjiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota mir-Rapport ta’ segwitu li l-Kumitat qed jaħdem fuq strateġija fit-tul dwar il-bini minħabba r-rinnovazzjoni futura tal-binja SPAAK u l-fatt li f’Awwissu 2026 se joħroġ mill-binja B-100; jinnota wkoll li l-eżitu tal-awditi tekniċi u ambjentali li għaddejjin tal-binjiet tal-Kumitat se jiġi inkluż f’dik l-istrateġija; jistieden lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza aġġornata dwar dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Japprezza li l-Kumitat lesta l-modernizzazzjoni u t-titjib tal-aċċessibbiltà għas-sitt liftijiet kollha fin-naħa tal-Punent tal-binja JDE, inkluż wieħed iddisinjat apposta għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa fl-2024; jilqa’ t-titjib sinifikanti introdott għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti, il-persuni għomja u b’vista batuta, il-persuni torox, u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jew b’limitazzjonijiet fiżiċi oħra, inklużi s-sinjalar bl-awdjo u viżiv, il-kontrolli adattati, il-ħinijiet estiżi tal-bibien, il-mirja u l-karatteristiċi tas-sikurezza, u l-poġġamani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Kumitat li, fl-2024, inħoloq spazju ta’ komunikazzjoni kondiviż ġdid fil-bini JDE f’kollaborazzjoni mal-KtR; jenfasizza li l-faċilità, li tinsab fiż-żona li qabel kienet il-librerija, tinkludi studio tar-reġistrazzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, kamra tal-intervisti “stand-up”, u spazju ddedikat għall-konferenzi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li, fl-2024, il-Kumitat alloka EUR 198 894 għall-ekoloġizzazzjoni tal-operazzjonijiet tiegħu, b’55 % iddedikati għall-konsulenza u għas-servizzi ta’ esperti fil-ġestjoni u fl-effiċjenza tal-enerġija u 45 % għal titjib fl-infrastruttura bħad-dwal LED, parkeġġ tar-roti, u l-kejl tal-enerġija; jilqa’ l-fatt li dawn l-investimenti, flimkien ma’ inizjattivi kontinwi f’installazzjonijiet tal-bini innovattivi, elettriku 100 % ekoloġiku, teknoloġiji intelliġenti għall-iffrankar tal-enerġija, u d-diġitalizzazzjoni, ikkontribwew għat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u fl-emissjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju tnaqqis fil-konsum tal-elettriku (-19 %), tal-gass (-13 %) u tal-ilma (-12 %), kif ukoll tnaqqis fil-volumi tal-iskart (-12 %) u żieda fil-konsum tal-karti (+1 %) fl-2024 meta mqabbla mal-2023; jilqa’ wkoll tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju għal kull FTE b’4,30 % (l-emissjonijiet mill-ivvjaġġar tal-membri tal-Kumitat mhumiex inklużi) matul dak l-istess perjodu; jinnota mill-Kwestjonarju l-azzjonijiet tal-Kumitat biex jippromwovi għażliet ta’ vvjaġġar aktar sostenibbli fost il-persunal u l-membri tiegħu u r-reviżjoni li għaddejja tal-gwida għall-missjonijiet għall-persunal li se tinkludi l-impronta ambjentali bħala komponent ewlieni; jilqa’ wkoll l-enfasi tal-Kumitat fuq il-ġestjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart biex titrawwem kultura ta’ tnaqqis tal-iskart u ta’ effiċjenza fir-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li s-sejħiet kollha għall-offerti tal-Kumitat ta’ aktar minn EUR 60 000 u dawk ta’ aktar minn EUR 25 000 ġestiti b’mod konġunt mal-KtR jinkludu klawżoli ta’ sostenibbiltà f’konformità mal-istandards tal-Unjoni tal-Enerġija, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari; jinnota li l-kuntratt qafas il-ġdid tal-Kumitat għas-servizz tal-catering li daħal fis-seħħ f’Awwissu 2024 għandu rekwiżiti għal prodotti ekoloġiċi u prodotti lokalment, donazzjonijiet tal-ikel u frott u ħxejjex tal-istaġun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju l-isforzi kontinwi tal-Kumitat biex jippromwovi l-mobbiltà sostenibbli fost il-persunal tiegħu; jinnota b’mod partikolari li l-Kumitat joffri kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-passes tal-ivvjaġġar bit-trasport pubbliku, għall-persunal li juża rota biex jivvjaġġa lejn ix-xogħol u lura, u, mill-2024, kontribuzzjonijiet għall-abbonamenti ta’ Flex SNCB biex jirriflettu kunsiderazzjonijiet dwar arranġamenti ta’ ħidma ibridi; jinnota l-pjan tal-Kumitat li jipparteċipa b’mod konġunt mal-KtR f’sejħa għall-offerti (li għandha titnieda mill-ġdid fl-2026) immexxija mill-Kummissjoni, biex jinxtraw roti elettriċi u biex issir il-manutenzjoni tagħhom; jilqa’ l-kooperazzjoni kontinwa mar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali dwar l-ippjanar tal-mobbiltà u l-parteċipazzjoni tal-Kumitat f’inizjattivi interistituzzjonali, li jikkontribwixxu għal kultura ta’ vvjaġġar sostenibbli minn u lejn ix-xogħol;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Ifaħħar il-kooperazzjoni mill-qrib stabbilita mill-Kumitat mal-KtR fil-livell amministrattiv, fejn iż-żewġ kumitati jikkondividu l-bini u għandhom servizzi konġunti fl-oqsma tat-traduzzjoni, l-infrastruttura, il-loġistika, is-sigurtà, l-akkwist, il-ġestjoni finanzjarja u l-IT, filwaqt li jżommu awtonomija istituzzjonali sħiħa; jinnota li ż-żewġ kumitati, sabiex jespandu l-kooperazzjoni f’oqsma oħra u minħabba r-restrizzjonijiet baġitarji, nedew b’mod konġunt żewġ proġetti ewlenin fl-2024, jiġifieri l-proġett SPaCES għat-trasformazzjoni tal-ambjent tal-uffiċċju u riforma strateġika tad-Direttorat għat-Traduzzjoni permezz ta’ riorganizzazzjoni strutturali, użu mtejjeb tat-teknoloġiji lingwistiċi u tnaqqis gradwali fil-kapaċità tat-traduzzjoni tal-bniedem għal aktar effiċjenza u kosteffettività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ r-riżultati pożittivi miksuba matul l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-ftehim tal-Kumitat u tal-KtR fil-qasam awdjoviżiv, bħal iffrankar baġitarju ta’ madwar EUR 140 000 meta mqabbel ma’ proġett immexxi b’mod indipendenti u żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni, fejn sa Ġunju 2025 diġà kienu ġew prodotti 85 vidjow meta mqabbla ma’ madwar 90 għas-sena 2024 kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Ifaħħar lill-Kumitat għall-iffrankar sinifikanti li għamel bis-saħħa tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tiegħu mal-KtR, li stabbilixxa Servizzi Konġunti li jkopru kompiti prinċipalment fl-oqsma tal-IT, tal-loġistika u tal-akkwist pubbliku; jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju l-iffrankar stmat tal-Kumitat fl-2024 fl-oqsma tal-IT (madwar EUR 16-il miljun), tal-infrastruttura (madwar EUR 8 miljun), tas-servizzi tal-istampar (madwar EUR 125 000) u tas-servizzi tas-sigurtà (madwar EUR 800 000); jinnota wkoll li kieku l-Kumitat u l-KtR kellhom servizzi tat-traduzzjoni u tal-akkwist separati, l-ispejjeż totali tal-persunal jiżdiedu b’mill-anqas 30 %; itenni t-talba tiegħu li din il-kooperazzjoni tiġi estiża kemm jista’ jkun, għal-livell li tiġi stabbilita amministrazzjoni unika għas-servizzi konġunti, u li jinżammu separati s-servizzi u l-unitajiet inkarigati mill-mandati indipendenti ewlenin tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon l-iffrankar baġitarju u amministrattiv sinifikanti miksub mill-Kumitat permezz ta’ Ftehimiet fil-Livell tas-Servizz, b’mod partikolari mal-Kummissjoni għall-użu ta’ għodod tal-IT finanzjarji u għall-ġestjoni tar-riżorsi umani ewlenin; jilqa’ wkoll il-parteċipazzjoni tal-Kumitat fi proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali mmexxija minn istituzzjonijiet oħra bħall-Parlament u l-Kummissjoni f’oqsma bħall-ivvjaġġar korporattiv, l-assigurazzjoni, l-ivvjaġġar, l-IT, it-traduzzjoni u t-tagħmir awdjoviżiv; jinnota mill-Kwestjonarju li l-ispiża totali mġarrba mill-Kumitat għall-esternalizzazzjoni ta’ servizzi speċifiċi lill-Kummissjoni żdiedet minn EUR 793 000 fl-2023 għal EUR 893 000 fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinnota xi żviluppi u data fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn il-Kumitat u l-Parlament fl-2024: l-adozzjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni ġdid, l-iffirmar ta’ Memorandum ta’ Qbil dwar il-kooperazzjoni bi tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej, il-parteċipazzjoni ta’ 55 Membru fi 38 avveniment tal-Kumitat, il-parteċipazzjoni tal-Kumitat fi 32 avveniment tal-Parlament kif ukoll l-attendenza f’diversi laqgħat bilaterali u tal-gruppi politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota xi żviluppi u data fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn il-Kumitat u l-Kummissjoni fl-2024: l-attendenza mill-kummissarji ta’ 10 sessjonijiet plenarji tal-Kumitat u ta’ avvenimenti oħra organizzati mill-Kumitat, aktar minn 30 proġett ta’ komunikazzjoni konġunta biex jinvolvu lis-soċjetà ċivili, 20 attività konġunta speċifika, kontributi tal-Kumitat għal 17-il grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni, sitt opinjonijiet esploratorji u tliet rapporti ta’ evalwazzjoni pprovduti mill-Kumitat fuq talba tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota xi żviluppi u data fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn il-Kumitat u l-Kunsill/Kunsill Ewropew fl-2024: tliet laqgħat ta’ livell għoli mal-presidenti tal-Kunsill Ewropew u 21 opinjoni esploratorja pprovduti mill-Kumitat fuq talba tal-Presidenza Belġjana u l-Presidenza Ungeriża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Josserva li fl-2024, l-iffrankar baġitarju u t-titjib fl-effiċjenza komplew jitwettqu permezz ta’ kooperazzjoni attiva bejn il-Kumitat u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, anke bl-organizzazzjoni tas-sessjonijiet plenarji tal-Kumitat fil-bini tal-Kummissjoni u tal-Parlament, fejn il-postijiet u s-servizzi assoċjati jiġu pprovduti jew mingħajr ħlas jew b’rati anqas mill-prezzijiet tas-suq estern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat jiżvolġi rwol ċentrali fit-tisħiħ tar-rabtiet mal-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali (NESCs) tal-Istati Membri u bejniethom; jinnota f’dan il-kuntest it-tnedija ta’ grupp ta’ ħidma tematiku ġdid magħmul minn 13-il NESC, il-pubblikazzjoni ta’ 32 artiklu tal-aħbarijiet u ta’ 26 sommarju eżekuttiv ta’ rapporti adottati mill-NESC, l-organizzazzjoni tal-laqgħa annwali tal-presidenti u s-segretarji ġenerali tal-NESC fi Brussell u seminar organizzat b’mod konġunt ma’ 100 parteċipant mis-sħab soċjali Ewropej, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-akkademiċi fl-2024; jappella għal kooperazzjoni kontinwa dwar suġġetti ta’ interess komuni u l-iskambju ta’ prattiki tajba, filwaqt li jenfasizza r-rwol vitali tas-soċjetà ċivili fl-indirizzar tal-isfidi attwali tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-baġit totali tal-Kumitat għall-komunikazzjoni, għall-pubblikazzjonijiet u għall-akkwiżizzjonijiet tad-dokumentazzjoni kien ta’ madwar EUR 2,5 miljun fl-2024 (madwar l-istess livell bħal fl-2023), li jirrappreżenta 1,4 % tal-baġit totali tal-Kumitat wara t-trasferimenti għall-2024; jilqa’ l-fatt li fl-2024 il-Kumitat iffoka r-riżorsi tiegħu fuq għadd limitat ta’ prijoritajiet ta’ komunikazzjoni marbuta mal-prijoritajiet leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni bħall-affordabbiltà tal-enerġija, l-IA, is-saħħa mentali, l-awtonomija strateġika, ir-riforma ekonomika, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, iż-żgħażagħ, u t-tkabbir, f’konformità mal-komunikazzjoni tal-Kumitat iggwidata mill-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju u mir-rapport tal-Kumitat li fl-2024 il-Kumitat implimenta pjan ta’ komunikazzjoni komprensiv fil-qafas tal-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej permezz ta’ avvenimenti lokali ta’ sensibilizzazzjoni u tal-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili; japprezza f’dan il-kuntest li 104 membri tal-Kumitat attendew 122 avveniment ta’ sensibilizzazzjoni li direttament involvew lil madwar 350 000 ċittadin minbarra s-sensibilizzazzjoni fuq il-media soċjali; ifaħħar ukoll il-prestazzjoni rrapportata tal-Kumitat fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili, jiġifieri 800 parteċipant, aktar minn 8 000 interazzjoni, aktar minn miljun impressjoni u madwar 96 000 viżwalizzazzjoni ta’ vidjows, li b’hekk immarkat preżenza qawwija fuq il-media soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi li saru mill-Kumitat biex iżid il-viżibbiltà tal-ħidma tiegħu; iqis, madankollu, li huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni jispjegaw b’mod ċar ir-rwol tal-Kumitat u l-kontributi konkreti tiegħu għall-preżenza tal-Unjoni fuq il-post, b’mod li jkun aċċessibbli u b’sinifikat għaċ-ċittadini; japprezza t-tnedija tal-pjattaforma NaviGate f’Mejju 2024; jinnota li din il-pjattaforma, li tikkontribwixxi b’links tal-web lill-EULT, żiedet b’mod sinifikanti l-viżibbiltà tal-ħidma tal-Kumitat u tejbet l-esperjenza tal-utent għall-Membri, għall-persunal, għall-viżitaturi minn istituzzjonijiet oħra, u għall-pubbliku, u laħqet 4 600 viżitatur uniku fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Kumitat li l-preżenza tiegħu fuq il-media soċjali kompliet tespandi, bl-erba’ kontijiet ewlenin tal-Kumitat jiksbu żieda kumplessiva fl-għadd ta’ segwaċi ta’ aktar minn 18 % meta mqabbel mal-2023; jenfasizza li l-interazzjoni kibret b’mod sinifikanti, żdiedet b’45 % u qabżet l-416 000 interazzjoni fost il-pjattaformi kollha; jinnota wkoll li sa tmiem l-2024 il-Kumitat kien laħaq 62 868 segwaċi fuq X, 79 647 fuq LinkedIn, 49 494 fuq Facebook u 29 987 fuq Instagram, li jirriflettu tkabbir qawwi speċifiku għall-pjattaformi meta mqabbel mal-2023; jinnota li fl-2024 ġiet reġistrata l-akbar żieda fl-għadd ta’ segwaċi fil-kont ta’ Instagram (+ 72 %); jinnota li, f’konformità mal-approċċ komuni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-Kumitat fetaħ l-ewwel kont ta’ Bluesky tiegħu fl-2024 biex jiżgura l-preżenza uffiċjali tiegħu, bl-attivitajiet jibdew f’Jannar 2025;
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>