<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0132</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2024: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0056/2026 - Rapporteur: Pasquale Tridico)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2025/2152(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (COM(2025)0359 – C10‑0152/2025)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4944, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4944/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5409, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5409/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5407, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5407/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0056/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 li tinkludi xi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2025/2152(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0056/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P> billi fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza, filwaqt li tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mhux biss tivvaluta l-legalità u r-regolarità tan-nefqa iżda tevalwa wkoll l-infiq tal-Unjoni fit-titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u l-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani, għal riżultati li jistgħu jitkejlu għaċ-ċittadini, b’mod partikolari fil-livell lokali u reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Kumitat tar-Reġjuni (il-“Kumitat”) huwa assemblea politika ta’ 329 membru (u 329 sostitut) eletti fir-reġjuni, fil-bliet, fl-irħula u fil-muniċipalitajiet tas-27 Stat Membru tal-Unjoni li għandhom rwol istituzzjonali importanti fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni billi tirrappreżenta l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li topera bħala korp konsultattiv għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bil-missjoni li tikkontribwixxi għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-perspettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u fl-istess ħin tikkontribwixxi biex l-Unjoni ssir aktar effettiva u tkun eqreb taċ-ċittadini tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-konsultazzjoni tal-Kumitat mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill hija obbligatorja f’ċerti każijiet, filwaqt li l-Kumitat jista’ wkoll jadotta opinjonijiet fuq inizjattiva proprja tiegħu u jgawdi minn qasam wiesa’ għal konsultazzjoni, kif stabbilit fit-Trattati, li jippermettilu li jiġi kkonsultat mill-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-attivitajiet tal-Kumitat huma definiti abbażi tal-istrateġija politika ġenerali tiegħu kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Lulju 2020 dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-2020-2025<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Il-prijoritajiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2020-2025 – Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini permezz tal-villaġġi, il-bliet u r-reġjuni tagħha (ĠU C 324, 1.10.2020, p. 8).</FIELD></FOOTNOTE>, u billi l-Kumitat adotta tliet prijoritajiet politiċi għall-mandat tal-2020-2025, akkumpanjati minn tliet kampanji ta’ komunikazzjoni: Inressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini, Nibnu komunitajiet reġjonali u lokali reżiljenti, u Nippromwovu l-koeżjoni bħala valur fundamentali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P> billi l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali jammontaw għal terz tal-infiq pubbliku, nofs l-investiment pubbliku u kwart tad-dħul mit-taxxa u, f’ħafna Stati Membri, għandhom kompetenzi f’oqsma ewlenin bħall-edukazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa u s-servizzi ta’ interess ġenerali, għalhekk, il-koordinazzjoni tal-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni żżid il-leġittimità tal-leġiżlazzjoni, ittejjeb is-sjieda u ssegwi b’mod aktar effettiv il-benefiċċju taċ-ċittadini, u tikkontribwixxi għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-infiq tal-Unjoni b’impatt territorjali filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla lura;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Kumitat isegwi l-għan politiku tiegħu li jsaħħaħ l-involviment tiegħu fiċ-ċiklu politiku u leġiżlattiv kollu tal-Unjoni filwaqt li jagħmel ir-rabta maċ-ċittadini tal-Unjoni aktar tanġibbli billi juża l-membri tal-Kumitat bħala multiplikaturi b’saħħithom fil-komunitajiet tagħhom u fl-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, fl-2024, il-Kumitat identifika disa’ oqsma prijoritarji ewlenija biex l-azzjoni tiegħu ssir aktar strateġika u tħalli impatt: It-tkabbir tal-Unjoni u l-appoġġ għall-Ukrajna; Id-demokrazija u regolamentazzjoni aħjar; Ir-Reżiljenza; Il-Patt Ekoloġiku fil-livell lokali; Il-kompetittività, l-industrija, l-SMEs, l-għajnuna regolatorja & t-tassazzjoni tal-intrapriżi; L-ottimizzazzjoni tat-twettiq u l-komunikazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni; Niffaċċjaw il-kriżijiet planetarji tripli; L-impjiegi, l-ugwaljanza u l-politiki soċjali; Il-promozzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni għall-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li jirregola l-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni u l-finanzjament bejn l-2021 u l-2027, li daħal fis-seħħ f’Lulju 2021, jinkludi referenzi għall-prinċipju ta’ governanza tas-sħubija u f’diversi livelli, appoġġjati mill-Kumitat u mill-Parlament u li jinvolvu l-involviment tar-reġjuni tal-Unjoni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi aktar minn 400 programm nazzjonali u reġjonali stabbiliti għat-twettiq tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 għamlu disponibbli madwar EUR 380 biljun, fl-ambitu ta’ fondi differenti, biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni, il-bliet, l-irħula u l-muniċipalitajiet tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, fid-19 ta’ Frar 2021, daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Unjoni, li jipprovdi l-bażi legali għad-distribuzzjoni ta’ fondi u self sa EUR 672,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) lill-Istati Membri bejn l-2021 u l-2026 u li għandu l-għan ukoll li jappoġġja l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiġu indirizzati d-disparitajiet bejn ir-reġjuni tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, bħala istituzzjoni tal-Unjoni skont it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat huwa meħtieġ jadotta l-kontijiet annwali tiegħu stess, imħejjija f’konformità mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (Regoli Kontabilistiċi tal-Unjoni Ewropea) u abbażi tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku, li fl-aħħar mill-aħħar huma kkonsolidati f’dawk tal-Unjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Kumitat jaqa’ taħt l-Intestatura 7 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (“QFP”), “Amministrazzjoni pubblika Ewropea” (“Intestatura 7”), li kien jammonta għal total ta’ EUR 13,3-il biljun, jiġifieri 6,9 % tal-infiq tal-baġit tal-UE fl-2024; jinnota li fl-2024 il-baġit tal-Kumitat kien jirrappreżenta 0,92 % tal-approprjazzjonijiet tal-Intestatura 7 tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2024 (ir-“rapport tal-Qorti”), eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt l-intestatura “Amministrazzjoni”, l-istess għadd bħal fl-2023; billi l-Qorti tiddikjara li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani, inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2024 kienet tammonta għal madwar 69 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), u li l-ħidma tagħha tul bosta snin tindika li, b’mod ġenerali, l-infiq amministrattiv huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 16 (23 %) mis-70 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tat-tliet żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità; jinnota li r-rapport tal-Qorti ma identifika l-ebda kwistjoni speċifika dwar il-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-politika ta’ koeżjoni tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni billi tagħti riżultati konkreti u viżibbli permezz ta’ proġetti reġjonali u lokali, u b’hekk issaħħaħ il-leġittimità tal-azzjoni tal-Unjoni fil-prattika; jissottolinja li f’dan il-kuntest il-Kumitat għandu rwol ewlieni biex iqarreb liċ-ċittadini tal-Unjoni lejn it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota mir-rapport annwali tal-attività tal-Kumitat għall-2024 (ir-“Rapport Annwali”) li l-baġit finali adottat tal-Kumitat kien ta’ EUR 123 178 345 fl-2024, inkluż il-Baġit Emendatorju 5/2024 (relatat mas-salarji), li jirrappreżenta żieda ta’ EUR 6 502 953 (jiġifieri + 5,60 %) meta mqabbel mal-2023; jinnota b’sodisfazzjon li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti kienet 99,9 % fl-2024 (l-istess bħal dik fl-2023), u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti żdiedet minn 91,20 % fl-2023 għal 91,90 % fl-2024; jilqa’ wkoll żieda fir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet C8 (riportati mill-2023 għall-2024) minn 85 % fl-2023 għal 92,20 % fl-2024, filwaqt li l-approprjazzjonijiet riportati mill-2023 għall-2024 kienu ta’ EUR 12 578 853 meta mqabbla ma’ EUR 10 540 464 fis-sena preċedenti; ifaħħar lill-Kumitat għar-rata konsistentement għolja tiegħu ta’ implimentazzjoni tal-baġit matul is-snin minħabba l-ottimizzazzjoni fl-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-baġit fid-dawl tal-pressjonijiet baġitarji persistenti; jirrikonoxxi, f’dan il-kuntest, is-sottofinanzjament strutturali tal-Kumitat, b’mod partikolari fid-dawl tar-rwol tiegħu bħala pijunier innovattiv u bażi tal-ittestjar għal prattiki li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-amministrazzjoni usa’ tal-Unjoni, u jirrikonoxxi l-ħtieġa tiegħu ta’ riżorsi addizzjonali biex jilħaq l-objettivi tiegħu b’mod effettiv, filwaqt li tiġi rrispettata d-dixxiplina baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja li r-rati għoljin ta’ eżekuzzjoni baġitarja tal-Kumitat u l-livelli baxxi ta’ żball juru li l-implimentazzjoni deċentralizzata, qrib l-awtoritajiet reġjonali u lokali, tista’ tiżgura kemm ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini, filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ riżorsi addizzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi bis-sħiħ lill-Kumitat, fi ħdan il-mandat istituzzjonali tiegħu, fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-infiq tal-Unjoni, inkluż f’deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-baġit tal-Unjoni għal wara l-2027, sabiex jissaħħu aktar l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-prestazzjoni tal-proġetti ta’ koeżjoni li għandhom l-għan li jnaqqsu d-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet C1 tal-partita baġitarja 1 0 0 0 “Spejjeż tal-uffiċċju tal-Membri” naqset minn 76,20 % fl-2023 għal 13,90 % biss fl-2024; jinnota l-ispjegazzjoni tal-Kumitat fejn l-allowances għall-ispejjeż tal-uffiċċju għall-2024 ġew eżegwiti fil-bidu tal-2025 b’approprjazzjonijiet C8; jinnota li l-Kumitat indirizza r-rata baxxa ta’ implimentazzjoni fl-2023 tal-approprjazzjonijiet C8 tal-partita baġitarja 2 0 0 7 “Sistemazzjoni fil-bini” billi evita l-bidu ta’ proġetti kbar ta’ bini fi tmiem is-sena u billi għamel pagamenti intermedji għal proġetti fit-tul biex jipprevjeni fatturi tard; jinnota madankollu tnaqqis fir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet C1 ta’ dik il-partita minn 99,20 % fl-2023 għal 51,90 % fl-2024 minħabba ż-żmien tar-rinnovazzjoni ta’ xi liftijiet tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota mir-rapport annwali li matul l-2024, il-Kumitat implimenta 42 trasferiment għal total ta’ EUR 2,7 miljun, li minnhom 37 trasferiment intern għal total ta’ EUR 1,1 miljun u ħames trasferimenti esterni għal total ta’ EUR 1,6 miljun, li minnhom madwar EUR 1 miljun ġew ittrasferiti għal linji baġitarji li jkopru jew isaħħu partiti bħal pagamenti ta’ lokazzjoni annwali, l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni interna, in-nefqa tal-IT u s-sistemazzjoni tal-bini għal spazju tal-media għall-użu kemm mill-Kumitat kif ukoll mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (“KESE”);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li l-Kumitat kompla jiġi affettwat fl-2024 minn żieda fl-ispejjeż tal-enerġija, it-trasport, l-akkomodazzjoni u minn mekkaniżmi ta’ indiċjar marbuta mar-rata tal-inflazzjoni, li kellhom impatt dirett jew indirett, fuq in-nefqa għall-materja prima, il-kuntratturi esterni, l-enerġija, l-ivvjaġġar, il-kirjiet, il-lokazzjoni u l-manutenzjoni tal-bini, fost l-oħrajn; jinnota li mill-2022 sal-2025, iż-żieda kumulattiva fl-ispejjeż marbuta mal-indiċjar kienet ta’ + 21,50 % għall-pagamenti tal-kera u tal-lokazzjoni tal-bini u ta’ + 15 % għall-kuntratti ta’ manutenzjoni u sigurtà, u mill-2022 sal-2024 l-ispiża medja għal Membru li jivvjaġġa lejn u minn Brussell żdiedet minn EUR 1 200 għal EUR 1 620; jinnota f’dan il-kuntest żieda fl-għadd ta’ trasferimenti baġitarji tal-Kumitat minn 31 fl-2023 għal 42 fl-2024, parzjalment biex jiġu koperti l-kuntratti affettwati minn inflazzjoni u indiċjar għoljin; ifaħħar l-azzjonijiet komuni tal-Kumitat u tal-KESE biex jiżguraw kollaborazzjonijiet interistituzzjonali aħjar permezz tad-diġitalizzazzjoni u l-isforzi konġunti tal-akkwist; jilqa’ l-miżuri mġedda tal-Kumitat għall-iffrankar tal-enerġija fl-2024 li huma kruċjali biex jiġu mmitigati l-effetti taż-żieda fl-ispejjeż tal-enerġija; jirrikonoxxi, madankollu, il-ħtieġa li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jtejbu l-ġestjoni baġitarja tagħhom billi jqisu wkoll il-volatilità tal-prezzijiet, speċjalment fis-settur tal-enerġija, meta jikkonkludu kuntratti mal-fornituri tas-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-amministrazzjoni tal-Kumitat tidentifika u timplimenta b’mod attiv miżuri ta’ ffrankar tal-kostijiet, inkluż permezz ta’ użu akbar ta’ teknoloġiji ibridi tal-laqgħat, l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-bini, il-konsolidazzjoni tal-attivitajiet amministrattivi u t-tnaqqis tal-ispejjeż loġistiċi bla bżonn; jitlob rapporti ta’ progress regolari dwar il-miżuri implimentati u l-iffrankar miksub;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota żieda fil-pagamenti li saru għall-membri tal-Kumitat, mill-partita baġitarja 1 0 0 4, minn EUR 7 955 968 fl-2023 għal EUR 8 036 613 fl-2024, li tirrappreżenta żieda ta’ 1 % (tnaqqis minn + 20 % fis-sena preċedenti); jinnota li saru 8 231 pagament għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, 4 188 pagament għall-indennizzi tal-ivvjaġġar, 7 303 pagament għall-indennizzi tal-laqgħat għall-parteċipazzjoni fiżika u 164 pagament għall-parteċipazzjoni remota fl-2024; jinnota mis-segwitu tal-Kumitat għall-osservazzjonijiet fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza tal-2023 (“ir-Rapport ta’ segwitu”) li l-Kumitat adotta sett rivedut ta’ regoli dwar ir-rimborż tal-ivvjaġġar u l-ħlas tal-allowances lill-membri tal-Kumitat fl-2024 b’diversi miżuri mmirati lejn it-tnaqqis tal-ispejjeż bla bżonn u l-emissjonijiet tal-karbonju, kif irrakkomandat mill-Parlament f’riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-missjoni (approprjazzjonijiet tas-sena kurrenti) żdied bi 13,60 %, minn EUR 420 833 fl-2023 għal EUR 478 050 fl-2024 u rata ta’ eżekuzzjoni ta’ dak il-baġit ta’ madwar 80 % fl-2024 (simili għall-2023); jinnota li din iż-żieda kienet dovuta għal żieda fl-għadd ta’ missjonijiet minn 574 fl-2023 għal 810 fl-2024, li minnhom 268 missjoni kienu marbuta mal-organizzazzjoni mill-Kumitat ta’ summit f’Mons li jfakkar it-30 anniversarju tal-Kumitat fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Josserva tnaqqis fl-approprjazzjonijiet tas-sena attwali għas-servizzi ta’ interpretazzjoni ta’ madwar 10 %, minn EUR 4,167 miljun fl-2023 għal EUR 3,737 miljun fl-2024 u rata ta’ implimentazzjoni ta’ 64,80 % fl-2024, tnaqqis minn 67,30 % fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li r-regoli attwali tal-Kumitat jistabbilixxu l-indennizz fiss għall-parteċipazzjoni f’laqgħa mill-bogħod għal 50 % tal-indennizz regolari għall-parteċipazzjoni f’laqgħa, b’dan tal-aħħar ikun ta’ EUR 367 u dak tal-ewwel ikun ta’ EUR 186,50 wara l-indiċjar; jinnota li l-ammont totali mħallas għall-indennizzi għal-laqgħat mill-bogħod baqa’ baxx meta mqabbel mas-snin preċedenti, wara li fl-2023 ġie rreġistrat ritorn sinifikanti għal-laqgħat bi preżenza fiżika; jinnota madankollu żieda żgħira fl-ammont imħallas minn EUR 32 632 fl-2023 għal EUR 38 104 fl-2024; jinnota mir-risposti tal-Kumitat għall-kwestjonarju ppreżentat mill-Kumitat tal-Kontroll Baġitarju tal-Parlament Ewropew għall-kwittanza baġitarja tal-2024 (il-“Kwestjonarju”) li l-laqgħat tal-korpi mhux statutorji tal-Kumitat biss jistgħu jsiru online jew f’format ibridu, filwaqt li l-parteċipazzjoni mill-bogħod hija mmonitorjata permezz tal-pjattaforma Interactio u l-estrazzjoni tal-fajls .csv minnha; jistieden lill-Kumitat isaħħaħ it-trasparenza u l-proporzjonalità tas-sistema tal-indennizz għall-parteċipazzjoni mill-bogħod sabiex isaħħaħ il-fiduċja pubblika u jisħaq li l-kumpens finanzjarju għall-attendenza mill-bogħod irid ikun strettament ġustifikat; iqis li, għalkemm l-attendenza mill-bogħod hija strument importanti għall-istituzzjonijiet moderni, peress li tnaqqas l-ispejjeż tal-laqgħat u tippermetti parteċipazzjoni usa’, l-allokazzjoni ta’ indennizz imnaqqas għall-korpi tal-Kumitat għall-parteċipazzjoni mill-bogħod fil-laqgħat, limitata għal ċerti tipi ta’ avvenimenti, tista’ tkun miżura proporzjonata u ġusta għar-responsabbiltà u r-rekwiżiti għat-tħejjija tal-membri; jinnota, madankollu, l-importanza li jiġu żgurati t-trasparenza u l-proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta’ tali allowances, prinċipalment fejn jeżistu differenzi bejn il-korpi tal-Unjoni għall-attendenza mill-bogħod; iqis li l-livell attwali tal-indennizz għall-parteċipazzjoni f’laqgħa mill-bogħod jirrikjedi ġustifikazzjoni ulterjuri f’termini ta’ kosteffettività, proporzjonalità u aċċettabbiltà pubblika; jappella għal użu usa’ u aktar sistematiku tal-formati tal-laqgħat online u ibridi, meta xieraq, sabiex titnaqqas in-nefqa relatata mal-ivvjaġġar, tittejjeb il-kosteffiċjenza, jiġi limitat l-impatt ambjentali u tittejjeb il-fiduċja tal-pubbliku fl-użu prudenti tal-fondi tal-Unjoni u biex tiġi vvalutata l-possibbiltà li r-regoli tal-Kumitat jiġu armonizzati ma’ dawk applikati mill-KESE, jew biex jiġi pprovdut raġunament ċar u trasparenti għaż-żamma ta’ sistema differenzjata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Josserva b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju u mir-Rapport ta’ segwitu li ż-żmien medju għall-pagament naqas mill-għadd ta’ jiem ta’ 21,88 fl-2023 għal dak ta’ 18,46 fl-2024, minkejja żieda ulterjuri fl-għadd ta’ fatturi pproċessati; ifaħħar lill-Kumitat talli laħaq livell perċentwali għoli (83 %) ta’ fatturi riċevuti elettronikament fl-2024;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Kumitat għandu rwol fundamentali fil-kontribut għall-iżvilupp tal-politika u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni billi jirrappreżenta l-interessi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni, u b’hekk iqarreb lill-Ewropa lejn iċ-ċittadini tagħha u jżid il-leġittimità demokratika tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; jinnota mir-Rapport annwali li għall-2024, bħala parti mill-pjan operattiv annwali tiegħu, ir-rappurtar tal-prestazzjoni tal-Kumitat kien ibbażat fuq 26 objettiv, li l-ilħuq tagħhom ġie vvalutat permezz ta’ 87 indikatur kwantitattiv; jistieden lill-Kumitat ikompli jsaħħaħ l-indikaturi orjentati lejn l-eżitu u l-impatt biex juri aħjar l-impatt u l-valur miżjud tal-attivitajiet tal-Kumitat fuq il-politiki tal-Unjoni; billi l-miri tal-maġġoranza ta’ dawk l-indikaturi (madwar 74 %) intlaħqu b’livell ta’ 90 % jew aktar, sitta ntlaħqu parzjalment b’livell ta’ anqas minn 90 % u sitta ma ntlaħqux; jinnota mill-Kwestjonarju li huwa implimenta ċiklu komprensiv ta’ ppjanar u rapportar, li kien jinkludi l-ħolqien ta’ reġistru ċentrali tar-riskju u eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju għall-objettivi kollha fil-pjan operattiv annwali fl-2024; jinkoraġġixxi lill-Kumitat ikompli jaħdem fuq it-titjib tal-prestazzjoni kif ukoll fuq it-titjib tal-effettività; jilqa’ l-isforzi tal-Kumitat biex jintroduċi soluzzjonijiet riformattivi u innovattivi, jissimplifika l-amministrazzjoni u jevita r-rwoli li jikkoinċidu ma’ korpi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja r-rilevanza u l-valur strateġiku tal-indikaturi tal-prestazzjoni u jistieden lill-Kumitat ikompli jikkonsolida l-qafas tal-indikaturi tiegħu, filwaqt li jiżgura r-rapportar tal-eżiti u l-impatt aktar milli l-attività amministrattiva waħedha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat isegwi l-missjoni tiegħu permezz ta’ opinjonijiet, li jirreferu għal proposti leġiżlattivi magħmula mill-Kummissjoni (konsultazzjonijiet), opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, li jistiednu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu azzjoni, u permezz ta’ riżoluzzjonijiet, li jenfasizzaw il-pożizzjonijiet tal-Kumitat dwar suġġetti speċifiċi; jinnota li, fl-2024, il-Kumitat adotta 53 opinjoni (l-istess bħal fl-2023) u erba’ riżoluzzjonijiet (sitta fl-2023); jirrikonoxxi l-kisbiet politiċi tal-Kumitat fl-2024 u r-rwol tiegħu fl-integrazzjoni tal-perspettivi lokali u reġjonali fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni, u b’hekk isaħħaħ l-involviment taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport tal-impatt annwali tal-2024 tal-Kumitat (ir-“Rapport tal-impatt”) il-kisbiet politiċi tal-Kumitat fl-2024 fir-rigward tat-tliet prijoritajiet politiċi tiegħu għall-2020-2025, u b’hekk jissaħħaħ ir-rwol tal-Kumitat fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-livell reġjonali u lokali; jinnota li l-kontribut tal-Kumitat minn dikjarazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet minn opinjonijiet kellu impatt fuq oqsma ta’ politika ewlenin tal-Unjoni bħat-tibdil fil-klima, in-natura, l-enerġija u l-ekonomija ekoloġika (permezz, pereżempju, tar-rapport “Green deal 2.0” li influwenza l-konklużjonijiet tal-Kunsill u l-opinjoni tal-Kumitat dwar ir-Regolament (UE) 2024/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-restawr tan-natura u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/869 (ĠU L, 2024/1991, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1991/oj).</FIELD></FOOTNOTE>), it-trasport (permezz, pereżempju, tal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-pakkett dwar l-Ekoloġizzazzjoni tat-Trasport tal-Merkanzija li influwenza l-abbozzi ta’ rapporti rilevanti tal-Parlament), u s-saħħa (permezz, pereżempju, tal-opinjoni tal-Kumitat dwar ir-Regolament (UE) 2025/327 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2025/327 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2025 dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE u r-Regolament (UE) 2024/2847 (ĠU L, 2025/327, 5.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/327/oj).</FIELD></FOOTNOTE> li influwenza t-test ta’ kompromess finali); jinnota b’sodisfazzjon li l-proposti li saru mill-Kumitat influwenzaw id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tniedi proġett pilota ta’ EUR 23 miljun għall-kofinanzjament tar-reġjuni u l-bliet għar-riintegrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol u li tniedi l-Pjan Ewropew għal Akkomodazzjoni Affordabbli, ambizzjuż u l-ewwel wieħed, li jindirizza l-enerġija, il-faqar u l-akkomodazzjoni sostenibbli u jafferma mill-ġdid li l-aċċess għall-akkomodazzjoni huwa dritt fundamentali; jinnota wkoll li d-dikjarazzjoni adottata fis-Summit Ewropew tar-Reġjuni u l-Bliet li sar f’Marzu 2024 f’Mons ipprovdiet kontribut għall-Aġenda Strateġika tal-Kunsill Ewropew u l-Linji Gwida Politiċi tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Meta jitqies ir-rwol importanti tal-Kumitat fiż-żieda tal-leġittimità demokratika tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni billi jipprovdi koordinazzjoni attiva tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, jappoġġja lill-Kumitat fl-isforzi tiegħu biex jipprovdi valutazzjonijiet tal-impatt territorjali mmirati, proporzjonati u bbażati fuq l-evidenza fejn jistgħu jżidu valur b’mod ċar għal proċess leġiżlattiv; jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat ħoloq mekkaniżmu sħiħ għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati biex jiġbor il-fehmiet qabel ma joħroġ l-opinjonijiet tiegħu, bis-saħħa tal-involviment ta’ diversi networks, alleanzi u ċentri lokali u reġjonali; japprezza li l-ilħna tas-sħab mhux tal-Unjoni jitqiesu wkoll permezz, pereżempju, tal-Alleanza Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna u l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota l-involviment usa’ tal-Kumitat matul iċ-ċiklu politiku u leġiżlattiv kollu tal-Unjoni, permess mill-oqfsa tiegħu ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni, mal-Parlament u mal-Bank Ewropew tal-Investiment; jissottolinja l-importanza li jiġu mistiedna membri tal-Kumitat u tal-KESE għal-laqgħat parlamentari li jaqgħu fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li fl-2024 il-Kumitat wettaq ħames konsultazzjonijiet taċ-Ċentru Reġjonali, żewġ konsultazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti tas-Sussidjarjetà u lesta żewġ valutazzjonijiet kif ukoll żewġ opinjonijiet “Fit for future”; jistieden lill-Kumitat ikompli fit-triq li jipprovdi kontribut utli u rilevanti, bħad-data mill-prattika u l-analiżi, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lil benefiċjarji oħra tal-politiki tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li fl-2024 il-Kumitat kompla jimplimenta miżuri biex itejjeb il-ġestjoni interna tiegħu u jimmodernizza l-amministrazzjoni tiegħu, jissimplifika l-proċessi tiegħu u jsaħħaħ il-kosteffettività; jilqa’ l-użu mtejjeb tal-għodod diġitali, b’mod partikolari l-isforzi mmirati lejn is-simplifikazzjoni, l-effiċjenza amministrattiva u t-tnaqqis ta’ proċeduri interni bla bżonn; jinnota mill-Kwestjonarju u r-Rapport annwali l-progress li sar fl-2024 fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-fluss tax-xogħol (eż. it-traduzzjoni awtomatika għal kompiti ta’ rutina u l-espansjoni tal-għodod ta’ Microsoft 365 u SharePoint), l-iffrankar tal-kostijiet fl-operazzjonijiet u l-faċilitajiet (eż. interpretazzjoni mill-bogħod, miżuri għall-iffrankar tal-enerġija u reġim ta’ ħidma ibridu), it-titjib tal-effiċjenzi (eż. permezz ta’ negozjati mill-ġdid tal-kuntratti), is-simplifikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri bi 63 minn 73 proġett ikkompletati u tnaqqis ta’ 20 % fl-għadd ta’ proċeduri, kif ukoll diversi azzjonijiet oħra fil-kuntest tal-pjan “Going for IMPact!” għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq li l-isforzi ta’ modernizzazzjoni jridu jkunu akkumpanjati minn valutazzjoni sistematika tal-benefiċċji tanġibbli miksuba, inklużi kisbiet li jistgħu jitkejlu fl-effiċjenza, l-iffrankar tal-ispejjeż u l-ħinijiet tal-ipproċessar; jistieden għalhekk lill-Kumitat jistabbilixxi metodoloġija biex jikkwantifika dan it-titjib u jirrapporta dwaru regolarment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju u r-Rapport annwali l-azzjonijiet u l-miżuri li l-Kumitat ilu jieħu għal ambjent ta’ kontroll intern simplifikat iżda b’saħħtu; jinnota li l-eżerċizzju ta’ awtovalutazzjoni tal-kontroll intern tal-2024 iffoka fuq il-ġestjoni finanzjarja u l-aspetti ta’ kontroll intern l-aktar rilevanti għal dawk li jimplimentaw il-baġit tal-Kumitat; jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat iffinalizza l-iskrinjar ta’ aktar minn 500 pożizzjoni sensittiva, eżerċizzju li ġie segwit b’miżuri ta’ mitigazzjoni, mekkaniżmi ta’ kontroll u l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-mobbiltà fl-2024; jinnota li l-pjan ta’ azzjoni pluriennali tal-Kumitat għar-reviżjoni u s-simplifikazzjoni tal-ambjent ta’ kontroll intern tiegħu kompla permezz ta’ “Konverġenza tal-Proġett” li jinvolvi sensiela ta’ proċessi li jiffukaw fuq il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni u l-impatt tal-Kumitat f’ħin reali; billi l-aħħar tnejn minn dawk il-proċessi rigward ir-rapport annwali tal-attività u l-kontinwità tal-operat tal-Kumitat ġew implimentati bis-sħiħ fl-2024; jinnota fir-rigward tal-qafas ta’ kontroll intern il-ġdid tal-Kumitat li ntlaħqu wkoll objettivi intermedji oħra, inkluż il-ħolqien ta’ għodod azzjonabbli għal implimentazzjoni rapida f’każ ta’ kriżi, li jkopru diversi oqsma bħall-IT, il-komunikazzjoni, iċ-ċirkwiti finanzjarji u l-protezzjoni tad-data, fost l-oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li fl-2024 il-Kumitat implimenta proċedura parzjalment diġitalizzata u simplifikata għall-flussi tax-xogħol finanzjarji u l-ħatra ta’ atturi finanzjarji; jinnota li fl-2024, 5,60 % tat-tranżazzjonijiet ivverifikati ex ante ġew irrifjutati għall-korrezzjoni jew kienu soġġetti għal opinjonijiet negattivi u li l-kontrolli ex post iffukaw fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (skont il-metodoloġija l-ġdida) u ma żvelaw l-ebda kwistjoni ewlenija; jinnota wkoll li l-għadd ta’ rapporti ta’ eċċezzjoni finanzjarja naqas meta mqabbel mal-2023, ġew irreġistrati żewġ rapporti ta’ eċċezzjoni amministrattiva għan-nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri interni u ma kien hemm l-ebda litigazzjoni għaddejja relatata ma’ deċiżjonijiet ta’ akkwist;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li fl-2024, inbdew tliet awditi ġodda: dwar il-prestazzjoni tas-servizzi loġistiċi mogħtija lill-membri tal-Kumitat, dwar l-ottimizzazzjoni tal-allokazzjoni tar-riżorsi umani fid-direttorat għat-traduzzjoni u dwar l-adegwatezza tal-ġestjoni tal-akkwist u tal-kuntratti; jinnota mill-Kwestjonarju l-progress li sar fir-rigward tal-awditi li għaddejjin dwar il-ġestjoni ta’ pożizzjonijiet vakanti, il-protezzjoni tad-data personali u l-prestazzjoni tal-organizzazzjoni tal-IT fis-servizzi konġunti; jistieden lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar rigward dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2024, il-Kumitat kellu total ta’ 561 membru tal-persunal (l-esperti nazzjonali sekondati, il-membri tal-persunal <STRING ITALIC="on">interim</STRING>, il-membri tal-persunal <STRING ITALIC="on">intra muros</STRING> u t-trainees mhumiex inklużi), meta mqabbel ma’ 559 fl-2023; jinnota li 73 aġent kuntrattwali, meta mqabbla ma’ 74 aġent kuntrattwali fl-2023 u 102 aġenti temporanji, meta mqabbla ma’ 96 aġent temporanju fl-2023, ġew impjegati mill-Kumitat fi tmiem l-2024, li minnhom 22 aġent kuntrattwali kellhom kuntratt indefinit, 51 aġent kuntrattwali kellhom kuntratt limitat fiż-żmien, 49 aġent temporanju kellhom pożizzjonijiet permanenti b’kuntratt limitat fiż-żmien, 50 aġent temporanju kellhom kuntratt indefinit u 3 aġenti temporanji kellhom pożizzjoni temporanja; jinnota, barra minn hekk, li l-Kumitat impjega 39 fornitur estern tas-servizzi li jaħdmu <STRING ITALIC="on">intra muros</STRING>; jisħaq fuq l-importanza li jiġu pprovduti kuntratti permanenti, fejn xieraq, sabiex jinżammu l-ħiliet, il-kontinwità u ambjent tax-xogħol produttiv u stabbli, filwaqt li jiġu ppreservati l-flessibbiltà u r-reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu f’konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali; iwissi kontra dipendenza eċċessiva fuq fornituri esterni tas-servizzi; jinnota li fl-2024 ir-rata ta’ okkupazzjoni tal-pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal kienet ta’ 96,40 % (tnaqqis minn 98 % fl-2023) u r-rata tad-dawran kienet ta’ 7,30 % (żieda minn 6,60 % fl-2023), rispettivament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li fl-2024 il-Kumitat impjega 51 trainee fl-ambitu tal-iskema Cicero, filwaqt li t-trainees tal-Kumitat jitħallsu għotja ta’ kull xahar u jgawdu l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-persunal, inkluża l-għażla ta’ telexogħol; jenfasizza mill-ġdid li t-traineeships għandhom jiġu remunerati f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2023 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Traineeships ta’ Kwalità fl-Unjoni (2020/2005(INL)), li titlob li l-internships kollha fl-Unjoni għandhom joffru ħlas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota b’dispjaċir li l-Kumitat għadu ma kisibx parità bejn il-ġeneri f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija, iżda jirrikonoxxi l-progress sinifikanti li sar fl-ambitu tal-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni ta’ 5 snin tal-Kumitat dwar id-diversità u l-inklużjoni għall-2022-2026; jilqa’ l-elezzjoni fl-2025 ta’ President mara tal-Kumitat, li tafferma mill-ġdid l-impenn tal-istituzzjoni li tavvanza l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-ogħla livell politiku u jħeġġeġ lill-Kumitat ikompli bl-isforzi tiegħu biex iżid ir-rappreżentanzi tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija, filwaqt li jenfasizza li l-mertu u l-kwalifiki professjonali jibqgħu l-kriterji primarji għall-ħatra; jinnota li, fi tmiem l-2024, il-Kumitat impjega 57,2 % nisa u 42,8 % irġiel, kważi l-istess proporzjonijiet bħal fl-2023; jinnota li l-proporzjon ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri naqas minn 44,4 % fl-2023 għal 33,3 % fl-2024 (reġa’ żdied għal 44,4 % fl-2025) u l-proporzjon ta’ nisa fil-maniġment intermedju naqas minn 32,50 % fl-2023 għal 29,7 % fl-2024; jinnota mill-Kwestjonarju l-miżuri biex titħeġġeġ parteċipazzjoni akbar tan-nisa fir-rwoli maniġerjali, inkluż permezz ta’ taħriġ immirat u opportunitajiet ta’ kkowċjar għall-persunal femminili li jaspiraw għal pożizzjonijiet maniġerjali, u l-promozzjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol aktar flessibbli; itenni li l-kisba ta’ bilanċ fit-tul bejn il-ġeneri fil-pożizzjonijiet maniġerjali hija objettiv istituzzjonali ewlieni u jistenna li l-Kumitat jadotta pjan ta’ azzjoni konkret u marbut biż-żmien b’miri li jistgħu jitkejlu, stadji importanti intermedji u rappurtar annwali; jistieden lill-Kumitat jiżgura li l-progress lejn il-parità jiġi mmonitorjat kif ukoll ikkomunikat pubblikament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifaħħar lill-Kumitat għall-azzjonijiet tiegħu biex jippromwovi wkoll il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tiegħu, speċifikament billi jibgħat ittri lill-Kunsill dwar il-pożizzjonijiet vakanti u billi jwettaq azzjonijiet ta’ promozzjoni mar-rappreżentanzi permanenti u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali involuti fil-proċess tan-nomina; jinnota mir-Rapport ta’ segwitu li sadanittant il-perċentwal ta’ membri nisa żdied minn 23,40 % fl-2020 għal 28,7 % fl-2025; japprezza li r-regoli ta’ proċedura l-ġodda tal-Kumitat, li daħlu fis-seħħ f’Awwissu 2024, jinkludu għanijiet espliċiti biex jissaħħaħ il-bilanċ bejn il-ġeneri, b’mod partikolari fil-kompożizzjoni tal-Bureau tal-Kumitat; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli jippromwovi l-bilanċ bejn il-ġeneri, filwaqt li jiżgura li l-ħatriet ikunu bbażati fuq il-mertu, l-esperjenza professjonali u l-kwalifiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Ifaħħar lill-Kumitat għall-organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni interna fl-2024 biex jindirizza l-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ attwali u futuri, jiżgura l-kontinwità tal-operat u jżomm persunal b’esperjenza, u b’hekk jimla l-lakuna maħluqa min-nuqqas ta’ listi ta’ riżerva mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO); jinnota mill-Kwestjonarju li 72 kandidat tqiegħdu fil-lista ta’ riżerva tal-Kumitat, li minnhom 46 kandidat kienu diġà ġew reklutati f’diversi gradi, kemm AST kif ukoll AD, fl-1 ta’ Settembru 2025; jistenna b’riżultat ta’ dan tnaqqis fl-għadd ta’ aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali impjegati mill-Kumitat mill-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li, bħala riżultat ta’ proġett pilota dwar reġim tax-xogħol ibridu u stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-persunal li ġie varat fl-2022, fl-1 ta’ frar 2024 il-Kumitat adotta deċiżjoni li tipprevedi reġim tax-xogħol ibridu u skeda tax-xogħol personalizzata ta’ kull ġimgħa għal kull membru tal-persunal, kif ukoll il-possibbiltà li l-persunal jaħdem sa 60 % tal-ħin tax-xogħol tiegħu mid-dar (ħlief għall-kategoriji ta’ persunal li huma inkompatibbli mat-telexogħol) u li jaħdem minn barra l-belt tal-impjieg għal sa 15-il jum fis-sena; jirrikonoxxi l-fatt li dawn il-miżuri għandhom l-għan li jtejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata filwaqt li jżommu l-effiċjenza operattiva u s-sodisfazzjon tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li 89 % ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ tal-persunal tal-2025 indikaw is-sodisfazzjon tagħhom bl-arranġamenti tax-xogħol flessibbli tal-Kumitat; billi dan tal-aħħar jista’ jkollu wkoll impatt fuq l-għadd ta’ jiem ta’ liv minħabba mard meħuda mill-persunal tal-Kumitat; jinnota mir-Rapport ta’ segwitu li x-xejra ta’ tnaqqis tal-għadd totali ta’ jiem ta’ liv minħabba mard qed tinżamm, b’7 303 ijiem fl-2024 meta mqabbel ma’ 7 544 jum fl-2023, filwaqt li: l-għadd ta’ membri tal-persunal mingħajr liv minħabba mard naqas minn 211 (jew 36 % tal-persunal kollu) fl-2023 għal 196 (jew 34 %) fl-2024; l-għadd ta’ membri tal-persunal fuq liv minħabba mard għal anqas minn 7 ijiem naqas minn 201 (jew 35 % tal-persunal kollu) fl-2023 għal 211 (jew 36 %) fl-2024 u; l-għadd ta’ membri tal-persunal fuq liv minħabba mard għal perjodu ta’ bejn 7,5 ijiem u 21 jum żdied minn 92 (jew 16 % tal-persunal kollu) fl-2023 għal 96 (jew 16 %) fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-għadd ta’ każijiet ta’ eżawriment naqas minn 18 fl-2023 għal 6 fl-2024; ifaħħar lill-Kumitat għall-approċċ proattiv tiegħu għall-prevenzjoni tal-eżawriment, billi jimmonitorja mill-qrib il-persunal fuq liv minħabba mard fit-tul permezz ta’ miżuri mfassla apposta li jinvolvu kuntatt regolari mal-persunal rispettiv u kontribut minn esperti mediċi; jinnota wkoll li fl-2024 il-Kumitat irnexxielu jintegra mill-ġdid b’suċċess tliet membri tal-persunal wara assenza fit-tul minħabba eżawriment, bis-saħħa ta’ segwitu personalizzat tal-liv minħabba mard fit-tul; jilqa’ l-azzjonijiet preventivi tal-Kumitat meħuda fl-2024 biex jissaħħu s-saħħa u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol, bħall-offerta ta’ sessjonijiet fuq il-post tal-persunal ma’ speċjalisti paramediċi (fiżjoterapisti, osteopati, ħarrieġa impjegati taħt kuntratt qafas) u l-organizzazzjoni ta’ konferenzi ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li fl-2024 il-Kumitat kompla jqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-miżuri stabbiliti għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, f’konformità mad-Deċiżjoni tiegħu tas-26 ta’ April 2021 dwar il-protezzjoni tad-dinjità fuq il-post tax-xogħol, il-ġestjoni tal-kunflitti u l-ġlieda kontra l-fastidju, b’mod partikolari permezz ta’ gwida ddedikata, komunikazzjoni interna (bullettin tar-riżorsi umani ta’ darbtejn fil-ġimgħa) u l-organizzazzjoni ta’ diversi sessjonijiet ta’ informazzjoni għall-persunal u l-maniġers, inkluż taħriġ obbligatorju dwar l-etika u l-integrità; jinnota li l-Kumitat irreġistra erba’ każijiet ġodda ta’ allegat fastidju fl-2024, filwaqt li każ wieħed kien jinvolvi fastidju sesswali u każ wieħed tressaq quddiem il-pulizija Belġjana permezz ta’ lment formali; jinnota li ġew applikati proċeduri stabbiliti (valutazzjoni preliminari, inkjesta amministrattiva, miżuri ta’ prekawzjoni eċċ.) u jistieden lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza aġġornata dwar l-eżitu ta’ dawk il-każijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Ifaħħar lill-Kumitat talli żgura li l-persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu jaċċessaw jew jużaw kwalunkwe wieħed mill-prodotti diġitali tal-Kumitat billi applika l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2024 il-pjattaforma HReForms tal-Kumitat ġiet aġġornata bl-aċċessibbiltà bħala rekwiżit ewlieni, b’karatteristiċi li jinkludu kuntrast tal-kulur imtejjeb, navigazzjoni bit-tastiera u test alternattiv, fost l-oħrajn; jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat jiżborża l-akkomodazzjoni lill-kandidati b’diżabbiltà, u b’hekk jiżgura proċeduri ta’ selezzjoni ġusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, il-Kumitat kien qed jimpjega persunal li jirrappreżenta n-nazzjonalitajiet kollha tal-Unjoni (u membru tal-persunal wieħed ta’ nazzjonalità Ukrena), b’xi wħud minnhom irrappreżentati żżejjed; jilqa’ l-isforzi tal-Kumitat li għandu l-għan li jibbilanċja d-distribuzzjoni ġeografika fost il-persunal tiegħu fl-2024, permezz ta’ inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni mmirati li jattiraw kandidati minn pajjiżi sottorappreżentati; jinnota li tali inizjattivi kienu jinkludu ż-żieda fl-użu tal-pjattaformi diġitali u tal-media soċjali biex tingħata spinta lill-viżibbiltà tal-pożizzjonijiet vakanti, l-involviment dirett mar-rappreżentanzi permanenti tal-Istati Membri, il-preżentazzjonijiet lil udjenzi mmirati biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ selezzjoni tal-Kumitat u l-analiżi tax-xejriet tal-applikazzjonijiet; jinnota li dawn il-miżuri diġà wasslu għal eżitu pożittiv fl-2024, bħal żieda fl-għadd ta’ applikazzjonijiet għax-xogħol riċevuti, inkluż minn pajjiżi sottorappreżentati; jilqa’, barra minn hekk, il-kollaborazzjoni tal-Kumitat mal-EPSO u ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni biex jiddiversifikaw il-grupp ta’ kandidati, jikkondividu l-aħjar prattiki u jikkoordinaw l-isforzi biex jindirizzaw il-lakuni fir-rappreżentanza fl-amministrazzjoni kollha tal-Unjoni; jistieden lill-Kumitat ikompli jieħu miżuri li jfittxu distribuzzjoni ġeografika aktar ibbilanċjata, inkluż fil-livell maniġerjali, u jżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar ix-xejriet tal-applikazzjonijiet għax-xogħol riċevuti mill-Kumitat minn perjodu għal ieħor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jilqa’ d-djalogu soċjali b’saħħtu u strutturat fil-proċessi ta’ bidla organizzazzjonali matul l-2024; iħeġġeġ lill-Kumitat iżomm u jkompli jsaħħaħ l-involviment sistematiku tar-rappreżentanti tal-persunal fir-riformi relatati, fost l-oħrajn, mad-diġitalizzazzjoni, ir-riorganizzazzjoni interna u metodi ta’ ħidma ġodda;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma li wettaq il-Kumitat fl-2023 biex jikkonsolida r-regoli u l-prattiki etiċi f’qafas legali etiku uniku (id-Deċiżjoni Nru 157/2023) li jkopri, fost l-oħrajn, il-proċedura dixxiplinari, id-dinjità fuq il-post tax-xogħol, il-ġestjoni tal-kunflitti, il-ġlieda kontra l-fastidju, l-attivitajiet esterni u l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta; jinnota li l-2024 kienet l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-qafas ġdid; jinnota li l-Kumitat offra korsijiet ta’ taħriġ obbligatorji fuq bażi frekwenti dwar l-etika u l-integrità, l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess lil gruppi differenti ta’ persunal li jvarjaw minn persunal ġdid, maniġers u persunal b’mod ġenerali fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat ma rrapporta l-ebda każ lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jew lill-Ombudsman Ewropew, u ma kien is-suġġett tal-ebda investigazzjoni minnhom fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Ifakkar li l-Kumitat adotta r-Regolament Nru 6/2023 tal-4 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi miżuri ta’ trasparenza li jiffukaw fuq il-membri li jkollhom kariga u r-rapporteurs; billi tali miżuri jirreferu għall-istedina għall-membri fil-kariga u għar-rapporteur biex jiltaqgħu biss ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jkunu rreġistraw fir-Reġistru tat-Trasparenza u biex jiżvelaw pubblikament kwalunkwe laqgħa ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jkollhom fil-kapaċità tagħhom bħala membri tal-Kumitat; jinnota li fl-2024 membru wieħed tal-Kumitat irrapporta laqgħa ma’ rappreżentant ta’ grupp ta’ interess; ifaħħar, f’dan il-kuntest, lill-Kumitat talli fl-1 ta’ Jannar 2024 issieħeb b’mod formali fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju l-prinċipji u l-mekkaniżmi implimentati mill-Kumitat fl-2024 biex jippromwovi t-trasparenza f’oqsma differenti, bħall-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, ir-rapportar, il-kooperazzjoni fl-awditjar, ir-riżorsi umani, l-akkwist pubbliku, l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u l-ġestjoni tar-rekords;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi mġedda tal-Kumitat fil-qasam tal-identifikazzjoni u tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess fl-2024; jinnota li bis-saħħa tad-Deċiżjoni Nru 157/2023 tiegħu, il-Kumitat iddefinixxa l-kunċett ta’ kunflitti ta’ interess u stabbilixxa mekkaniżmu biex jiġu identifikati u pprevenuti tali kunflitti fejn il-persunal huwa meħtieġ jiddikjara jekk għandux imnejn ikollu kunflitt ta’ interess (potenzjali jew possibbli), billi jimla formola f’fażijiet kruċjali tal-karriera jew tal-attivitajiet professjonali tiegħu; jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju li l-informazzjoni annwali dwar l-attivitajiet ta’ okkupazzjoni ta’ eks uffiċjali għolja hija ppubblikata b’mod trasparenti fuq is-sit web tal-Kumitat u li huma pprojbiti milli jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe lobbjar jew promozzjoni lejn il-Kumitat għall-ewwel 12-il xahar wara li jitilqu mill-pożizzjonijiet tagħhom fil-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li fl-2024 ma ġie identifikat l-ebda kunflitt ta’ interess fil-Kumitat; jinnota wkoll, madankollu, li membru tal-Kumitat qajjem tħassib dwar kunflitt ta’ interess potenzjali li jirriżulta mill-fatt li jirċievi pagament għall-abbozzar ta’ studju ta’ appoġġ tekniku għal Membru tal-Parlament jew għal grupp politiku tal-Parlament; jilqa’ l-konferma li waslet matul il-proċedura ta’ kwittanza fejn il-membru tal-Kumitat inkwistjoni fil-fatt ma aċċettax l-impjieg inkwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li fl-2024 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta lill-Kumitat; jinnota li fl-2024 il-Kumitat ma adotta l-ebda miżura ġdida dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u kompla jibbaża fuq il-miżuri li ilhom stabbiliti mill-2015 u jippromwovihom permezz ta’ taħriġ fl-etika; jappoġġja t-taħriġ etiku obbligatorju regolari kemm għall-persunal kif ukoll għal-livell maniġerjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat kellu firxa ta’ miżuri u azzjonijiet stabbiliti kontra l-frodi applikabbli għall-membri tiegħu u għall-persunal tiegħu li huma implimentati minn servizzi differenti; jesprimi dispjaċir għall-fatt li fl-2024 ma kien hemm stabbilita l-ebda strateġija kontra l-frodi; jinnota madankollu mill-Kwestjonarju li fl-2025 il-Kumitat adotta qafas konsolidat kontra l-frodi li jirrappreżenta pass intermedju fl-iżvilupp ta’ strateġija komprensiva kontra l-frodi, filwaqt li l-metodoloġija użata għal dan l-objettiv se tiġi pprovduta mill-OLAF; iħeġġeġ lill-Kumitat jagħti prijorità lill-iżvilupp u l-implimentazzjoni sħaħ ta’ din l-istrateġija, inklużi l-valutazzjoni tar-riskju, il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-miżuri ta’ segwitu; iħeġġeġ lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar din il-kwistjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-baġit ikkombinat tal-IT tal-Kumitat u tal-KESE kien ta’ EUR 13,70-il miljun, meta mqabbel ma’ EUR 12,70-il miljun fl-2023, jiġifieri tnaqqis ta’ 7,90 %, filwaqt li fl-2024 tħallas l-ammont ta’ EUR 760 000 (jew madwar 6 %) ta’ dak il-baġit għaċ-ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li fl-2024, id-Direttorat għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni implimenta strateġija diġitali pluriennali ġdida għall-2024-2026 li tagħti prijorità lill-ġestjoni tar-rekords diġitali, il-flussi tax-xogħol elettroniċi, il-firem elettroniċi u s-soluzzjonijiet ibbażati fuq il-cloud u tiffoka fuq erba’ programmi ewlenin – il-Post tax-Xogħol Diġitali tal-M365, l-ARES, l-EdiT, u ċ-Ċibersigurtà – biex jissaħħu l-kollaborazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u r-reżiljenza istituzzjonali; jenfasizza l-progress tal-programm M365, inkluż l-ippjanar tal-migrazzjoni lejn SharePoint Online, l-implimentazzjoni tal-Apps Windows 11 u M365, u l-iżvilupp ta’ strateġija tal-IA bi pjan direzzjonali għall-proġett pilota M365 Copilot fl-2025; jinnota li l-Kumitat beda juża s-sistema ta’ ġestjoni tad-dokumenti tal-HAN u avvanza lejn l-adozzjoni tal-editur EdiT XML għall-abbozzar leġiżlattiv; jilqa’ l-bidla lejn iċ-ċibersigurtà bħala responsabbiltà kondiviża, b’inizjattivi ġodda ta’ taħriġ u pjan pluriennali allinjat mal-istandards tal-Unjoni; jirrikonoxxi t-titjib fil-ġestjoni tar-rekords, fl-infrastruttura, u fl-għodod ta’ komunikazzjoni siguri, inklużi l-posta elettronika SECABC, it-trasferiment tad-data SACHA, u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-punti tat-tmiem; jinnota b’apprezzament il-progress kontinwu tal-Kumitat fl-innovazzjoni diġitali, inkluża t-tranżizzjoni lejn ambjent tax-xogħol kompletament mingħajr karti u ċibersigur; ifaħħar il-Pjan ta’ Ħidma 2025-2027 “Dar ir-Reġjuni” għall-prijoritizzazzjoni tat-trasformazzjoni diġitali biex tinbena istituzzjoni moderna, aġli u mmexxija diġitalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat introduċa gradwalment proġett pilota dwar l-intelliġenza artifiċjali msejjaħ “IA Panoramika” li joħloq ċentru ċentrali li jissimplifika l-aċċess għal kontenut kumpless mill-2024; jinnota wkoll li l-Kumitat ilu juża b’mod attiv l-għodod tal-IA tal-Kummissjoni għat-traduzzjoni, is-sommarji eċċ. u pparteċipa bħala utent pilota biex jittestja s-soluzzjoni pilota tal-IA GPT@JRC; jinnota mill-Kwestjonarju li l-linji gwida tal-Kumitat dwar l-IA adottati fl-2023 stabbilew linja bażi għal kif il-persunal jista’ jesperimenta bl-IA, għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE> li daħal fis-seħħ f’Awwissu 2024 u għall-iżvilupp ta’ alternattivi korporattivi li jallinjaw mal-istandards tal-protezzjoni tad-data u etiċi; jilqa’ f’dan il-kuntest l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ informazzjoni għall-persunal biex jispjegaw il-linji gwida dwar l-IA, il-pubblikazzjoni ta’ nota dwar il-litteriżmu fl-IA għall-persunal u l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar l-IA fl-2024 u jinkoraġġixxi l-kontinwazzjoni ta’ din il-prattika, inkluża l-organizzazzjoni ta’ taħriġ regolari dwar użu sikur, etiku u effiċjenti tal-intelliġenza artifiċjali u taħriġ regolari dwar iċ-ċibersigurtà; jirrikonoxxi l-valur miżjud tal-għodod tal-IA li jagħtu spinta lill-produttività personali, bħall-M365 Copilot, u tal-integrazzjoni tal-kapaċitajiet tal-IA fl-għodod ta’ appoġġ tal-IT; jisħaq li l-użu tal-intelliġenza artifiċjali jrid jitwettaq billi jiġu ggarantiti prinċipji stretti ta’ użu etiku, trasparenza, protezzjoni tad-data, sorveljanza mill-bniedem, u protezzjoni kontra preġudizzju algoritmiku jew użu ħażin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li wara sorveljanza proċedurali fit-tibdil tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tiegħu mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS), il-Kumitat irrikonoxxa l-iżball u ħa azzjoni korrettiva; jirrikonoxxi li t-trasferiment tal-funzjoni ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-data lis-Servizz Legali kien ibbażat fuq rakkomandazzjoni ta’ awditur intern; jinnota li l-Kumitat reġa’ daħħal lill-eks uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u talab formalment il-kunsens tal-EDPS għall-ħatra l-ġdida biex tiġi żgurata konformità sħiħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-Kumitat ma esperjenza l-ebda attakk ċibernetiku ta’ suċċess fl-2024, peress li l-miżuri eżistenti ta’ detezzjoni u prevenzjoni effettivament kien fihom it-tentattivi kollha ta’ theddid; jinnota li l-Kumitat ħa diversi azzjonijiet biex isaħħaħ il-qafas tiegħu dwar iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data billi żamm ruħu aġġornat mal-aħħar żviluppi u l-aħjar prattiki f’dawn l-oqsma fl-2024; jinnota li xi wħud minn dawk l-azzjonijiet kienu jinkludu l-parteċipazzjoni tal-persunal rilevanti fl-eżerċizzju “Sensibilizzazzjoni dwar il-Ksur tad-Data Personali fil-Ġestjoni tal-Inċidenti taċ-Ċibersigurtà” organizzat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u l-EDPS, il-parteċipazzjoni fix-Xahar Ewropew taċ-Ċibersigurtà tal-2024 u s-sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ induzzjoni personali għall-persunal, speċjalment għal dawk ġodda; iħeġġeġ il-kontinwazzjoni ta’ din il-prattika, inkluża l-organizzazzjoni ta’ taħriġ regolari dwar iċ-ċibersigurtà; jilqa’, barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ awtentikazzjoni b’żewġ fatturi biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-aċċess, il-migrazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut tas-sit web tal-Kumitat għal pjattaforma ġdida (Drupal) li tiżgura reżiljenza u adattabbiltà mtejba, u l-kooperazzjoni mill-qrib kontinwa mas-CERT-UE għall-monitoraġġ tat-theddid f’ħin reali u l-protezzjoni kontra attakki distribwiti tad-DDoS; jinnota li d-Direttorat għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni beda programm ta’ trasformazzjoni diġitali u taċ-ċibersigurtà f’konformità mal-istandards tal-Unjoni u dawk internazzjonali, inkluż ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (ĠU L, 2023/2841, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2841/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, il-Qafas taċ-Ċibersigurtà NIST, u l-Proġett Miftuħ għas-Sigurtà tal-Applikazzjonijiet Dinjija (OWASP), bl-għan li jissaħħu r-reżiljenza, il-ġestjoni tar-riskju, il-protezzjoni tad-data u aspetti oħra ta’ governanza fil-Kumitat kollu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Binjiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Kumitat għall-bini u l-ispejjeż assoċjati (approprjazzjonijiet tas-sena kurrenti) fl-2024 kien ta’ EUR 18,963 (meta mqabbel ma’ EUR 18,594 miljun fl-2023) b’rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti ta’ 92 % (meta mqabbel ma’ 93,70 % fl-2023); jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat iffranka EUR 108 000 f’servizzi ta’ tindif matul perjodi meta kien hemm anqas persuni preżenti fil-bini tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota mir-Rapport annwali l-konklużjoni tal-Kumitat li nkisbet waħda mill-prijoritajiet ewlenin tiegħu stabbiliti fl-2017, jiġifieri “konċentrazzjoni ġeografika tal-bini”; jinnota l-fehma tal-Kumitat li l-implimentazzjoni b’suċċess tar-reġim ta’ ħidma ibridu l-ġdid twitti t-triq għal aktar iffrankar tal-ispejjeż permezz tat-tnaqqis tal-ispazju; jinnota f’dan il-kuntest li fi tmiem l-2024, il-Kumitat nieda l-proġett SPaCES biex jittrasforma kemm il-prattiki tax-xogħol kif ukoll l-ispazji tax-xogħol fi ħdan il-Kumitat, inkluż billi jimmodifika l-għamara tal-bini, filwaqt li l-ewwel pass ta’ dan il-proġett huwa r-rilokazzjoni tal-persunal ibbażat fil-binja B100; jinnota li wara deċiżjoni konġunta tal-Kumitat mal-KESE, il-kiri ta’ dik il-binja se jintemm f’Awwissu 2026; jistieden lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar f’din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota li x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini VMA komplew fl-2024; jinnota mir-Rapport ta’ segwitu li l-investimenti f’teknoloġiji intelliġenti installati fil-VMA se jiżguraw spazju flessibbli għall-uffiċċji li jibqa’ validu fil-futur u kumdità ottimali għall-utent f’diversi livelli li se jikkontribwixxu għal aktar tnaqqis fil-konsum tal-enerġija ta’ madwar EUR 13 000 fis-sena (abbażi tal-prezzijiet medji tal-elettriku u tal-gass tal-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kumitat u tal-KESE li japplikaw b’mod sistematiku l-prinċipju ta’ disinn universali għall-infrastruttura tagħhom, filwaqt li jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-bini tagħhom skont id-disinn; jinnota li l-Kumitati ħadu firxa ta’ miżuri differenti biex jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-binjiet tagħhom, inklużi l-liftijiet, għall-persuni b’diversi tipi ta’ diżabbiltà (il-persuni li jużaw siġġu tar-roti, il-persuni għomja u b’vista batuta, il-persuni torox, l-anzjani bi problemi muskolari jew vaskulari);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibilità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat kompla jimplimenta varjetà ta’ prattiki ekoloġiċi fl-2024, bħal investimenti f’sistemi ta’ tidwil innovattivi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, arloġġi tal-enerġija, sensuri installati f’faċilitajiet kritiċi għall-monitoraġġ tal-livelli tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>, ir-regolamentazzjoni tat-temperaturi tal-bini (arja kundizzjonata, tisħin) skont il-perjodu tas-sena u x-xiri ta’ 100 % elettriku ekoloġiku, fost l-oħrajn; jinnota li l-Kumitat japplika kriterji ambjentali fil-proċeduri kollha tal-offerti u l-klawżoli ta’ sostenibbiltà għall-offerti ta’ aktar minn EUR 25 000, kif ukoll klawżoli personalizzati għall-offerti b’impatt ambjentali għoli jew meta jkunu ta’ aktar minn EUR 60 000; jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat qed jintegra l-aspetti ambjentali fis-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju u fil-proċessi tan-negozju ewlenin tiegħu u ħatar punti ta’ kuntatt tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Japprezza l-impenn tal-Kumitat li jippromwovi politika ta’ mobbiltà sostenibbli għall-persunal tiegħu; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2024 il-Kumitat introduċa allowance b’rata fissa għar-roti ta’ EUR 100 għall-impjegati li jużaw rota bħala l-mezz primarju tagħhom għall-ivvjaġġar, estenda l-kapaċità tal-parkeġġ tar-roti tiegħu u organizza kwiżżijiet dwar il-kolazzjon u t-temi tal-mobbiltà; jinnota mill-Kwestjonarju li, mill-2024, il-persunal jista’ jitlob żborż ta’ 50 % tal-kost tal-abbonament għall-ivvjaġġar bil-ferrovija tat-tieni klassi (sa distanza massima ta’ 60 km);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju li, bis-saħħa tal-miżuri tiegħu għall-iffrankar tal-enerġija, il-konsum tal-enerġija tal-Kumitat tnaqqas b’madwar 3-4 % fl-2024 meta mqabbel mal-2022; jinnota li l-Kumitat qabeż l-objettivi tal-EMAS għall-2024 fl-oqsma kollha (l-elettriku, il-gass, l-ilma, l-iskart, is-separazzjoni tal-iskart, il-karta għall-użu fl-uffiċċju, l-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>), u bħala linja bażi s-sena 2019; jinnota li meta mqabbel mal-2023, il-konsum tal-ilma u l-karta żdied bi ftit b’14 % u 1 %, rispettivament, filwaqt li l-emissjonijiet tal-karbonju mill-attivitajiet amministrattivi tal-Kumitat naqsu b’4,3 %, u l-użu tal-elettriku u l-gass naqas b’5 % u 1 %, rispettivament, bil-produzzjoni tal-iskart tonqos ukoll bi 12 % fl-2024;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jilqa’ t-tiġdid fl-2024 tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni tal-Kumitat mal-Parlament u mal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-pedament għall-involviment istituzzjonali aktar b’saħħtu tal-Kumitat matul l-istadji kollha tal-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni dwar diversi politiki (bħall-iżvilupp reġjonali, il-politika dwar il-klima u l-koeżjoni soċjali) li jmorru lil hinn mill-politiki li fir-rigward tagħhom hemm storja twila ta’ kollaborazzjoni; jinnota li dawk il-ftehimiet jinkludu wkoll dispożizzjonijiet aktar b’saħħithom dwar il-kooperazzjoni rigward il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali; jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju li fit-13 ta’ Ottubru 2024, il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitat iltaqgħet mal-Viċi President tal-Parlament inkarigat mir-relazzjonijiet mal-Kumitat biex tiddiskuti t-tisħiħ tal-kooperazzjoni billi, fost l-oħrajn, tħeġġeġ il-prattika ta’ laqgħat konġunti, speċjalment fil-livelli tal-kumitati u tar-rapporteur, l-involviment tal-Kumitat fid-diskussjonijiet tat-trilogu u l-kooperazzjoni loġistika matul ix-xogħlijiet fil-binja SPAAK tal-Parlament; jinnota li, fl-2024, il-membri tal-Kumitat ltaqgħu wkoll mal-Kunsill u mar-Rappreżentanzi Permanenti u pparteċipaw fl-avvenimenti organizzati mill-Presidenza tal-Kunsill, sabiex jiġi żgurat li l-pożizzjonijiet tal-Kumitat jiġu riflessi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-iffrankar baġitarju u amministrattiv miksub permezz tal-kooperazzjoni interistituzzjonali, u b’mod partikolari l-kooperazzjoni mill-qrib stabbilita fil-livell amministrattiv mal-KESE, li miegħu l-Kumitat jikkondividi l-bini u s-servizzi konġunti fl-oqsma tat-traduzzjoni, l-infrastruttura, is-servizzi mediċi, il-catering, il-loġistika u l-IT, kif ukoll reġistru konġunt tal-protezzjoni tad-data, b’470 membru tal-persunal u aktar minn EUR 68 miljun (EUR 140 miljun jekk jiġu inklużi l-ispejjeż relatati mas-salarji) miġbura flimkien miż-żewġ istituzzjonijiet fl-2024; jilqa’ l-fatt li dan l-iffrankar ġie orjentat mill-ġdid lejn l-attivitajiet politiċi tal-Kumitat, u b’hekk issaħħet il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-mandat tiegħu; jirrikonoxxi li l-kisbiet fl-effiċjenza u l-iffrankar baġitarju mill-kollaborazzjoni taż-żewġ istituzzjonijiet huma sinifikanti, għal ammont stmat ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ euro fis-sena meta mqabbel ma’ jekk kull kumitat joperax dawk is-servizzi b’mod indipendenti; itenni t-talba tiegħu li din il-kooperazzjoni tiġi estiża kemm jista’ jkun, sal-punt li tiġi stabbilita amministrazzjoni unika għas-servizzi konġunti, u li s-servizzi u l-unità inkarigati mill-mandati indipendenti ewlenin tagħhom jinżammu separati; jinkoraġġixxi lill-Kumitat u lill-KESE jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw aktar kooperazzjoni u sinerġiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jilqa’ t-tfittxija tal-Kumitat għal sinerġiji billi jixtri servizzi minn istituzzjonijiet oħra permezz ta’ ftehimiet fil-livell ta’ servizz u billi jipparteċipa f’korpi ta’ koordinazzjoni interistituzzjonali u fi proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali; jinnota li l-Kumitat kiseb sinerġiji sinifikanti fil-qasam tal-avvenimenti u l-komunikazzjoni billi organizza b’mod konġunt mal-Kummissjoni l-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet u mal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, fost l-oħrajn, il-konferenza annwali għall-komunikaturi pubbliċi msejħa “EuroPCom” fl-2024; jilqa’ l-fużjoni fl-2024 tan-Network Ewropew ta’ Kunsilliera Lokali u Reġjonali tal-Kumitat u n-network tal-Kummissjoni “Nibnu l-Ewropa flimkien mal-Kunsilliera Lokali” f’network uniku u ġestit b’mod konġunt ta’ “Kunsilliera Lokali tal-UE”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat jikkoopera mal-Kummissjoni (għal tariffa annwali) għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet relatati mar-riżorsi umani u l-użu ta’ diversi pjattaformi tal-IT għall-ġestjoni finanzjarja u r-riżorsi umani u li fl-2024 il-Kummissjoni inkludiet is-sistema tal-IT tal-Kumitat imsejħa LORDIMAS bħala għodda ewlenija tal-IT biex titkejjel it-trasformazzjoni diġitali mill-bliet; jinnota wkoll li l-Kumitat jorganizza s-sessjonijiet plenarji tiegħu fil-bini tal-Parlament u tal-Kummissjoni biex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ kapaċità tal-kmamar tal-konferenzi tiegħu stess u jixtri servizzi ta’ interpretazzjoni minn dawk iż-żewġ istituzzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kommunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jinnota li l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Kumitat jiffukaw fuq ir-relazzjoni mal-istampa, l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u kontenut diġitali u l-media soċjali b’baġit totali (approprjazzjonijiet tas-sena attwali) ta’ madwar EUR 2,3 miljun fl-2024, jiġifieri madwar EUR 500 000 anqas mill-2023; jinnota mir-Rapport ta’ segwitu li n-nuqqas ta’ finanzjament tal-operazzjonijiet ta’ komunikazzjoni jagħmel lill-Kumitat dipendenti fuq trasferimenti fi tmiem is-sena u approprjazzjonijiet C8, li jispjega r-rata baxxa ta’ eżekuzzjoni baġitarja (48,20 %) tal-approprjazzjonijiet C1 u r-rata għolja ta’ eżekuzzjoni (98,90 %) tal-approprjazzjonijiet C8 fl-2024 fir-rigward tal-partita baġitarja 6 “Għarfien espert u […] distribuzzjoni”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon il-kisbiet tal-Kumitat fil-promozzjoni tal-politiki u tal-programmi tal-Unjoni fil-livell lokali u reġjonali, fit-titjib tal-ilħuq tax-xogħlijiet konsultattivi tiegħu u fit-tisħiħ tal-viżibbiltà u l-impatt tiegħu; jinnota li fl-2024 il-Kumitat organizza, ospita jew appoġġja 33 Djalogu Lokali dwar l-UE, 53 sessjoni tal-EURegionsWeek u 47 avveniment; jinnota b’mod partikolari l-10 Summit Ewropew tar-Reġjuni u l-Bliet biex tissawwar l-aġenda għall-futur tal-Unjoni, b’aktar minn 7 000 parteċipant; - il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet biex jiġu indirizzati l-fondi ta’ koeżjoni fil-QFP li jmiss, b’aktar minn 2 500 parteċipant; - il-11-il Konferenza dwar is-Sussidjarjetà biex jiġu indirizzati r-regolamentazzjoni aħjar u s-sussidjarjetà fil-kuntest tal-QFP li jmiss; - il-programm Politiċi Eletti Żgħażagħ (YEP) tal-2024, b’aktar minn 150 parteċipant mill-Istati Membri kollha u tmien pajjiżi kandidati u; - il-15-il edizzjoni tal-Konferenza Ewropea dwar il-Komunikazzjoni Pubblika (EuroPCom) biex jiġu indirizzati l-IA u xejriet ġodda fil-komunikazzjoni pubblika, bi 3 200 parteċipant u spettatur minn 55 pajjiż; jinnota li l-Kumitat ippromwova wkoll il-ħidma u l-fehmiet tiegħu 74 darba f’laqgħat jew avvenimenti li jinvolvu istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Ifaħħar lill-Kumitat għall-azzjonijiet tiegħu fit-tisħiħ tal-aċċessibbiltà u l-preżervazzjoni storika tal-informazzjoni tiegħu billi: - għamel id-dokumenti u l-pubblikazzjonijiet kollha tiegħu disponibbli f’post ċentralizzat wieħed permezz tal-widgets tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet implimentati fuq is-sit web estern tal-Kumitat fl-2024; - introduċa l-pjattaforma Panoramic-AI li taħdem bl-IA li offriet aċċess imtejjeb faċli għall-utent għall-kontenut istituzzjonali (dokumenti rilevanti, preżentazzjonijiet, diskussjonijiet) fl-2024; - għamel migrazzjoni tal-arkivju sħiħ tal-Kumitat tal-istqarrijiet għall-istampa u l-aħbarijiet esterni lejn il-kamra tal-aħbarijiet tad-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (DĠ Connect) u; - ittrasferixxa għall-ewwel darba l-arkivji storiċi tal-Kumitat għall-Arkivji Storiċi tal-Unjoni f’Firenze;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jirrikonoxxi mir-Rapport ta’ impatt u r-Rapport annwali l-kontribut tal-Kumitat għall-kampanja ta’ komunikazzjoni tal-Parlament għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024, billi nvolva network ta’ 750 politiku elett żagħżugħ, ippromwova l-materjali tal-Parlament, ipproduċa filmati go-to-vote mal-membri tal-Kumitat, iddedika paġna web fuq is-sit web tal-Kumitat u pproduċi kontenut viżiv ieħor promoss fuq il-media soċjali li laħaq kważi 5 miljun kont; jilqa’ dawn l-isforzi biex tiġi involuta udjenza wiesgħa u varjata madwar l-Unjoni u biex titqajjem kuxjenza dwar l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024; jissottolinja li tali kooperazzjoni interistituzzjonali dwar il-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari dwar il-ħidma tal-Parlament, hija essenzjali biex jintlaħqu ċ-ċittadini fir-reġjuni kollha tal-Unjoni, tissaħħaħ il-parteċipazzjoni demokratika u tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinnota mir-Rapport annwali s-suċċess tal-Kumitat fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni tal-media kif muri mill-metrika ġenerali għall-2024, bħal: żieda ta’ 28 % fil-viżitaturi tal-web, żieda ta’ 11,60 % fis-segwaċi u żieda ta’ 16 % fl-involviment diġitali organiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat ma pparteċipax fl-avveniment tal-Ġimgħa tar-Rom fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jenfasizza li kollox ma’ kollox l-istrateġija ta’ komunikazzjoni tal-Kumitat għandha l-għan li ssaħħaħ il-viżibbiltà istituzzjonali u l-pożizzjoni politika tiegħu bħala l-korp rappreżentattiv tar-reġjuni, il-bliet, l-irħula u l-muniċipalitajiet tal-Unjoni, u li turi r-rwol tal-membri tiegħu fil-konnessjoni tal-politiki tal-Unjoni maċ-ċittadini fil-livell lokali u reġjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>