<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0133</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2024: Baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0054/2026 - Rapporteur: Pasquale Tridico)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2025/2153(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (COM(2025)0359 – C10‑0153/2025)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4944, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4944/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-attività tal-Ombudsman Ewropew għas-sena 2024 u r-rapport tiegħu dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5409, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5409/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5407, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5407/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0054/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Ombudsman Ewropew għas-sena finanzjarja 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 li tinkludi xi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2025/2153(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0054/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ baġitjar abbażi tal-prestazzjoni, filwaqt li jiġu żgurati ġestjoni finanzjara tajba, effiċjenti u orjentata lejn ir-riżultati u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Artikolu 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi l-elezzjoni ta’ Ombudsman Ewropew (l-“Ombudsman”) mill-Parlament Ewropew li għandu jingħata s-setgħa li jilqa’ l-ilmenti ta’ kull ċittadin tal-Unjoni jew ta’ kull persuna, kemm fiżika kif ukoll ġuridika, li toqgħod jew ikollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru, li jinvolvu każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi jew organi tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) fl-eżerċizzju tar-rwol ġudizzjarju tagħha, u li jeżamina tali lmenti u jirrapporta dwarhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163 tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 253, 16.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1163/oj.</FIELD></FOOTNOTE> jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, wara l-elezzjoni tagħha mill-Parlament fis-17 ta’ Diċembru 2024, l-Ombudsman il-ġdida ħadet il-ġurament fis-27 ta’ Frar 2025, u b’hekk żgurat il-kontinwità u t-twettiq effettiv tal-mandat tal-Ombudsman fil-promozzjoni tat-trasparenza, l-amministrazzjoni tajba u d-drittijiet taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>	billi ż-żamma tal-ogħla standards ta’ indipendenza istituzzjonali u l-evitar ta’ kwalunkwe perċezzjoni ta’ favoritiżmu fil-ħatriet ta’ livell għoli huma essenzjali biex tiġi ssalvagwardjata l-fiduċja pubblika fir-rwol tal-Ombudsman bħala l-gwardjan tal-amministrazzjoni tajba tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163, l-Ombudsman adotta d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni riveduti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/161, 10.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/161/oj.</FIELD></FOOTNOTE> tiegħu fil-21 ta’ Ġunju 2023;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Ombudsman jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kien jammonta għal total ta’ EUR 13,3-il biljun, jiġifieri 6,9 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni, fl-2024; jinnota li l-baġit tal-Ombudsman kien jirrappreżenta 0,10 % tal-approprjazzjonijiet tal-intestatura 7 tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2024 (ir-“rapport tal-Qorti”), eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt l-intestatura “Amministrazzjoni”, l-istess għadd bħal fl-2023; jieħu nota li l-Qorti tiddikjara wkoll li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani, inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2024 kienet tammonta għal madwar 69 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-binjiet, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), u li l-ħidma tagħha tul bosta snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 16 mis-70 tranżazzjoni (jiġifieri 23 %) kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tat-tliet żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità; jinnota li r-rapport tal-Qorti ma identifika l-ebda kwistjoni speċifika dwar l-Ombudsman;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, il-baġit tal-Ombudsman kien jammonta għal EUR 13 843 160, li jirrappreżenta żieda ta’ EUR 630 713 (jiġifieri +4,77 %) meta mqabbel mal-2023; jieħu nota, mit-tweġibiet tal-Ombudsman għall-kwestjonarju ppreżentat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għall-kwittanza baġitarja tal-2024 (il-“Kwestjonarju”), li din iż-żieda hija prinċipalment dovuta għal aġġustamenti fis-salarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2024 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 97,55 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 2,16 % meta mqabbla mal-2023; jinnota li din ir-rata tinkludi approprjazzjonijiet riportati mill-2024 għall-2025; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 97,08 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 0,50 % meta mqabbla mal-2023; jinnota żieda ta’ 29,60 % tal-approprjazzjonijiet riportati (krediti C8), jiġifieri minn EUR 304 550 fl-2023 għal EUR 394 667 fl-2024; jinnota titjib fir-rata ta’ eżekuzzjoni tar-riporti awtomatiċi ta’ approprjazzjonijiet mis-sena preċedenti, li fl-2024 kienet ta’ 76,59 % meta mqabbla ma’ 73,27 % fl-2023; jinnota, madankollu, li din ir-rata baqgħet baxxa meta mqabbla mal-2022 (92,59 %), u jtenni t-talba tiegħu lill-Ombudsman biex iżżid l-isforzi biex ittejjeb din ir-rata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li matul l-2024, l-Ombudsman għamlet erba’ trasferimenti baġitarji skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, li jirrappreżentaw total ta’ EUR 280 500 jew 2,02 % tal-approprjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja, meta mqabbla ma’ 1,8 % fl-2023; jinnota li dawk it-trasferimenti kienu meħtieġa għat-tisħiħ ta’ diversi linji baġitarji dwar, pereżempju, it-tindif, il-manutenzjoni u l-konsum tal-enerġija (+ 41 %), l-ispejjeż tal-missjonijiet (+ 38,60 %) u l-informatika (+ 24,80 %); jinnota li fl-2024 l-Ombudsman naqqas b’mod sinifikanti n-nefqa tiegħu għat-traduzzjoni, wara l-integrazzjoni b’suċċess tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) fil-proċessi tat-traduzzjoni għas-sit web tal-Ombudsman; jinnota li l-iffrankar li rriżulta ntuża biex jissaħħu oqsma oħra permezz ta’ trasferimenti baġitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mir-Rapport Annwali tal-Attività tal-Ombudsman għall-2024 (ir-“Rapport Annwali”) li l-pagamenti kollha saru sal-iskadenza regolatorja ta’ 30 jum fl-2024; jinnota wkoll li ż-żmien medju għall-pagament tal-fatturi kien ta’ 13,20-il jum, titjib mill-2023 (13,50-il jum); jinnota fir-rigward tal-migrazzjoni tal-Ombudsman lejn sistema finanzjarja u kontabilistika ġdida (SUMMA), li l-Ombudsman hija mitluba tħallas EUR 200 000 għad-drittijiet ta’ aċċess għal dik is-sistema, l-istess ammont li huma mitluba jħallsu istituzzjonijiet, uffiċċji, korpi jew aġenziji oħra ferm akbar tal-Unjoni; jinnota li dan l-ammont huwa d-doppju tal-baġit tal-Ombudsman għal dan it-tip ta’ servizz; jistieden lill-Kummissjoni ssib soluzzjoni li tippermetti lill-Ombudsman ikollu aċċess għas-SUMMA bi prezz li jkun proporzjonat għad-daqs tal-operat tal-Ombudsman; jitlob li jiġi stabbilit mudell tal-ispejjeż trasparenti, oġġettiv u proporzjonali għall-aċċess għal sistemi finanzjarji korporattivi kondiviżi, b’tariffi li jirriflettu d-daqs u l-baġit u l-għadd ta’ utenti fl-istituzzjoni, l-uffiċċju, il-korp jew l-aġenzija kkonċernati, sabiex jiġi evitat piż sproporzjonat fuq dawk li huma iżgħar u biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi ta’ ġestjoni finanzjarja mingħajr ma jiġu mminati r-riżorsi ddedikati għall-mandat ewlieni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna kompla joħloq pressjoni baġitarja għall-Ombudsman fl-2024; jinnota li l-Ombudsman kien l-aktar affettwat miż-żieda fl-ispejjeż tal-enerġija; jinnota f’dan il-kuntest li, sabiex jiġi indirizzat l-impatt ta’ din iż-żieda fuq il-baġit tal-Ombudsman, is-somma f’daqqa mħallsa mill-Ombudsman lill-Parlament għall-ispejjeż tal-kiri kellha tiġi kkalkulata mill-ġdid; jinnota li, b’riżultat ta’ dan, in-nefqa reali fuq l-enerġija tal-Ombudsman fl-2024 żdiedet b’75 %, minn EUR 168 900 fl-2023 għal EUR 295 400 fl-2024; jinnota, mill-Kwestjonarju, li l-Ombudsman hija tal-fehma li l-effett kumulattiv tal-pressjoni inflazzjonarja u l-limitazzjoni tan-nefqa mhux relatata mas-salarji għal massimu ta’ 2 % meta mqabbla mas-sena preċedenti se jaffettwaw is-sostenibbiltà fit-tul tal-baġit tal-Ombudsman; jisħaq li tali pressjonijiet, jekk ma jiġux indirizzati b’mod adegwat, jirriskjaw li jimminaw il-kosteffiċjenza, il-prevedibbiltà u s-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet tal-Ombudsman; jirrikonoxxi l-ħtieġa tal-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi jew l-aġenziji kollha tal-Unjoni li jtejbu l-ġestjoni tal-baġit tagħhom billi jqisu wkoll il-volatilità tal-prezzijiet, speċjalment fis-settur tal-enerġija, meta jikkonkludu kuntratti mal-fornituri tas-servizzi; jisħaq li d-dixxiplina baġitarja trid tiġi rikonċiljata ma’ valutazzjonijiet realistiċi tal-ispejjeż sabiex jiġu ssalvagwardjati l-flus tal-kontribwenti filwaqt li tinżamm il-kontinwità operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-baġit għall-missjonijiet tal-persunal kien ta’ EUR 120 000 fl-2024 (l-istess ammont bħal dak għall-2023); jinnota madankollu, li matul l-2024 sar tisħiħ tal-artikolu baġitarju għall-missjonijiet ta’ +38,60 % permezz ta’ trasferiment(i) intern(i); jinnota l-ispjegazzjoni tal-Ombudsman li t-tisħiħ kien meħtieġ minħabba l-inflazzjoni u żieda fl-ispejjeż tal-akkomodazzjoni, żieda fl-għadd ta’ missjonijiet meħtieġa tal-Ombudsman u stimi baġitarji bbażati fuq dawk ta’ snin preċedenti, li matulhom l-ivvjaġġar kien limitat minħabba l-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-baġit tal-missjonijiet inizjali għall-Ombudsman baqa’ l-istess fl-2024 bħal fis-snin preċedenti (2022 u 2023), jiġifieri EUR 35 000; jinnota li, wara t-tisħiħ ta’ dak il-baġit permezz ta’ trasferimenti interni, l-ispejjeż effettivament imġarrba bil-missjonijiet tal-Ombudsman kienu b’kollox EUR 41 326 fl-2024<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ombudsman.europa.eu/mt/doc/declarations-and-transparency/mt/196382 and https://www.ombudsman.europa.eu/mt/doc/declarations-and-transparency/mt/198831.</FIELD></FOOTNOTE>; jappella għal tbassir baġitarju inizjali aktar realistiku għall-ivvjaġġar biex tiġi minimizzata d-dipendenza fuq trasferimenti kbar ta’ nofs is-sena u jiġi żgurat ippjanar finanzjarju stabbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-Ombudsman rabtet mal-objettivi ta’ livell għoli tal-istrateġija tagħha “Lejn l-2024”, disa’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) li jikkonsistu fi 17-il komponent, kif stabbilit fil-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali tal-Ombudsman għall-2024; josserva li fl-2024 intlaħqu jew inqabżu 13 minn dawk il-komponenti tal-KPI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Josserva li fl-2024 l-Ombudsman ittrattat 2 264 ilment ġdid (2 392 fl-2023), fetħet 411-il inkjesta (392 fl-2023), inklużi 49 inkjesta ta’ importanza pubblika (56 fl-2023), għalqet 421 inkjesta (372 fl-2023) u ttrattat għadd kbir ta’ lmenti dwar l-aċċess pubbliku li żdied minn 167 fl-2023 għal numru rekord (ġdid) ta’ 212 fl-2024 (160 minnhom ġew segwiti permezz ta’ inkjesti u 193 minnhom ingħalqu);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifaħħar lill-Ombudsman talli naqqset iż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati fajls f’livelli differenti tal-proċedura, bħaż-żmien medju biex jiġi indirizzat ilment (minn 39 jum fl-2023 għal 36 jum fl-2024) u biex jiġi indirizzat ilment fil-mandat (minn 91 jum fl-2023 għal 86 jum fl-2024); jinnota madankollu żieda sinifikanti fiż-żmien medju meħud biex jingħalqu każijiet fil-qasam tal-aċċess pubbliku għal dokumenti minn 42 jum fl-2023 għal 85 jum ta’ xogħol fl-2024; jinnota li l-Ombudsman qabżet il-mira tagħha (100 %) għar-rata ta’ għeluq (jiġifieri każijiet magħluqa meta mqabbla ma’ każijiet ġodda rreġistrati matul is-sena); jiddispjaċih madankollu li ż-żmien medju (168 jum) biex tiġi indirizzata inkjesta baqa’ għoli fl-2024 (żieda minn 165 jum fl-2023), li huwa ferm ogħla mill-mira stabbilita ta’ 150 jum; jirrakkomanda li l-Ombudsman tkompli tirfina l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni relatati mad-durata tat-trattament tal-każijiet billi tirrifletti aħjar il-kumplessità differenti tal-każijiet, sabiex tiżgura valutazzjoni tal-prestazzjoni aktar realistika, sinifikanti u orjentata lejn l-effiċjenza; jirrikonoxxi li każijiet kumplessi, b’mod partikolari dawk li jinvolvu diversi istituzzjonijiet, uffiċċji, korpi jew aġenziji, jistgħu jirrikjedu żminijiet ta’ pproċessar aktar twal; jisħaq, madankollu, li dewmien eċċessiv fit-trattament ta’ każijiet ta’ aċċess għad-dokumenti jimmina d-drittijiet taċ-ċittadini u l-fiduċja pubblika fl-amministrazzjoni tal-Unjoni b’mod ġenerali; jappella għal pjan biex jiġi indirizzat dan id-dewmien u jissuġġerixxi li parti mill-iffrankar miksub permezz tat-traduzzjoni bl-IA jiġi dirett mill-ġdid biex jissaħħu t-timijiet ta’ inkjesta, b’mod partikolari għall-każijiet ta’ aċċess pubbliku; jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport tal-Ombudsman lill-Parlament dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2023 (ir-“Rapport ta’ segwitu”) li wieħed mill-objettivi strateġiċi ewlenin tal-Ombudsman li għadha kif ġiet eletta huwa li ssaħħaħ il-kooperazzjoni u d-djalogu mal-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, bil-ħsieb li fl-aħħar mill-aħħar jitnaqqas iż-żmien meħtieġ għall-ipproċessar tal-inkjesti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota, fir-rigward tas-sejbiet, li fl-2024 l-Ombudsman għamlet proposta għal soluzzjoni f’14-il każ u rakkomandazzjonijiet fi tliet każijiet li jikkonċernaw l-aċċess pubbliku għal dokumenti; jinnota titjib fir-rigward tat-tweġibiet pożittivi mill-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi jew l-aġenziji tal-Unjoni għall-proposti tal-Ombudsman biex itejbu l-amministrazzjoni tagħhom, b’rata ta’ aċċettazzjoni ġenerali ta’ 82 % fl-2024 (meta mqabbla ma’ 81 % fl-2023), filwaqt li dik ir-rata tinkludi l-każijiet li ngħalqu fl-2023; jistieden lill-Ombudsman tiżviluppa pjan ta’ azzjoni mmirat bl-għan li jidentifika u jindirizza l-aktar raġunijiet komuni sottostanti għall-proposti mhux aċċettati li fadal u jitlob lill-Ombudsman tkompli taħdem biex tiġġenera livell għoli ta’ konformità mas-sejbiet, ir-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Japprezza li l-Ombudsman kompliet tagħmel sforzi fl-2024 biex ittejjeb is-sensibilizzazzjoni u l-fehim taċ-ċittadini dwar il-mandat tagħha; josserva b’sodisfazzjon f’dan il-kuntest żieda fis-sehem ta’ ilmenti fil-mandat, minn 33 % fl-2022 u 37 % fl-2023 għal 39 % fl-2024; jinnota wkoll mir-Rapport ta’ segwitu li wieħed mill-objettivi strateġiċi l-ġodda tal-Ombudsman huwa li tniedi attivitajiet ta’ komunikazzjoni mmirati biex tiżgura li ċ-ċittadini li jeħtieġu l-Ombudsman ikunu konxji tad-dritt tagħhom li jirrikorru għas-servizzi tagħha u jużawhom; jinnota f’dan il-kuntest li, riżultat ta’ dan, hija mistennija żieda fl-għadd ta’ lmenti, li se twassal għall-ħtieġa li jiġu rieżaminati u adattati l-metodi ta’ ħidma, u li jissaħħaħ l-użu ta’ għodod diġitali, b’mod partikolari l-IA, sabiex jiġi ssimplifikat aktar il-proċess tat-trattament tal-ilmenti; jistieden lill-Ombudsman tivvaluta l-impatt baġitarju u fuq ir-riżorsi umani potenzjali taż-żieda mistennija fl-ilmenti u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar f’din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Ombudsman u l-impatt pożittiv tagħha fl-oqsma tal-etika, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fl-2024, speċjalment bħala riżultat ta’ inkjesti li jikkonċernaw diversi istituzzjonijiet, uffiċċji, korpi u aġenziji tal-Unjoni; jinnota li fl-2025 il-maġġoranza l-kbira ta’ dawk l-inkjesti (65 %) kienu jikkonċernaw lill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota b’mod partikolari l-inkjesti tal-Ombudsman: (i) dwar kif il-Kunsill u l-Kummissjoni jittrattaw it-talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti leġiżlattivi (b’mod partikolari rigward eċċezzjonijiet biex ma jingħatax aċċess), filwaqt li l-Ombudsman ikkonkludiet li f’ħafna każijiet iż-żewġ istituzzjonijiet applikaw l-eċċezzjonijiet skont id-dritt tal-Unjoni dwar l-aċċess għal dokumenti b’mod wiesa’ wisq, bl-użu ta’ raġunament li diġà ġie miċħud mill-QĠUE, (ii) dwar ir-rifjuti tal-Kummissjoni li tagħti aċċess għal dokumenti li jikkonċernaw ir-reviżjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, u li tipprovdi aċċess għall-kontribut tal-partijiet ikkonċernati u tal-Istati Membri dwar il-“Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura” tal-Unjoni, u (iii) dwar in-nuqqas tal-Kummissjoni li tidentifika kwalunkwe dokument li jkopri skambji mal-Istati Membri jew skambji interni dwar it-tħejjija ta’ laqgħat ta’ livell għoli dwar il-Memorandum ta’ Qbil dwar sħubija strateġika u globali bejn l-Unjoni u t-Tuneżija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-inkjesti tal-Ombudsman imwettqa fl-2024 fil-qasam tal-etika; jinnota b’mod partikolari każ ta’ revolving doors li jikkonċerna żewġ eks membri tal-persunal tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), inkjesta bbażata fuq ilment ta’ ksur dwar allegat kunflitt ta’ interess li jinvolvi lill-Kummissarju għall-Agrikoltura u inkjesta dwar kif il-Kummissjoni tiżgura li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess mal-esperti li jassistuha fl-evalwazzjoni tal-proposti li għandhom jiġu ffinanzjati fl-ambitu tal-Fond Ewropew għad-Difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota mir-Rapport ta’ segwitu li l-Ombudsman kompliet timmonitorja kwistjonijiet relatati mat-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont marbuta mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), fil-qafas tat-trattament tal-ilmenti fil-qasam tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti, l-aktar fir-rigward tan-negozjati dwar il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (RRP); jinnota bi tħassib fost kwistjonijiet bħal dawn id-dewmien sinifiakanti li ltaqgħet miegħu l-Kummissjoni biex twieġeb għat-talbiet għal aċċess għal informazzjoni, u l-livell ta’ aċċess li ngħata, li x’aktarx idgħajfu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-amministrazzjoni tal-Unjoni; japprezza li l-Kummissjoni, f’każ rigward l-RRP Netherlandiż, wara l-proposta tal-Ombudsman għal soluzzjoni, tat aċċess usa’ għal 172 dokument; jikkundanna bil-qawwa, madankollu, lill-Kummissjoni talli ħadet 21 xahar biex twieġeb għall-applikazzjoni konfermatorja tal-ilmentatur (ġurnalist), jiġifieri f’Lulju 2024 meta l-aċċess li ngħata għad-dokumenti ma kienx għadu utli għall-iskop maħsub; jaqbel li fi kwistjonijiet ta’ interess pubbliku sinifikanti, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ma għandu jkun hemm l-ebda dewmien sostanzjali fl-għoti ta’ aċċess għad-dokumenti u jqis li tali dewmien jammonta għal ċaħda tat-trasparenza u jdgħajjef l-iskrutinju demokratiku; itenni l-fehma tal-Ombudsman li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra bir-reqqa l-eżistenza ta’ interess pubbliku prevalenti meta tapplika l-eċċezzjonijiet għall-aċċess pubbliku skont ir-Regolament 1049/2001<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1049/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Ombudsman tinforma lill-kumitati rilevanti tal-Parlament malli dewmien tal-Kummissjoni dwar dokumenti relatati mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ikun twil wisq biex jippermetti skrutinju politiku f’waqtu; jistieden, barra minn hekk, lill-Ombudsman tkompli tipprijoritizza l-ħidma sistemika fuq dewmien bla bżonn fil-proċeduri ta’ aċċess għad-dokumenti, inkluż billi tidentifika ostakli amministrattivi rikorrenti u prattiki tajba fost l-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi jew l-aġenziji; jappoġġja lill-Ombudsman fil-promozzjoni ta’ applikazzjoni konsistenti tat-test tal- “interess pubbliku prevalenti”, b’mod partikolari għal fajls b’impatt għoli, sabiex l-aċċess jiġi pprovdut fil-ħin biex ikun sinifikanti għall-finijiet ta’ skrutinju pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li, skont l-Ombudsman, ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għad-dokumenti, b’mod partikolari d-dokumenti leġiżlattivi, għandhom ikunu eċċezzjonali u limitati għal dak li huwa assolutament neċessarju; ifakkar ukoll li kwalunkwe deċiżjoni li ċċaħħad l-aċċess pubbliku għad-dokumenti trid tkun ibbażata fuq eżenzjonijiet legali definiti b’mod ċar u strett, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni motivata u speċifika, biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jifhmu ċ-ċaħda ta’ aċċess u jagħmlu użu effettiv mir-rimedji legali disponibbli; iqis li approċċ aktar proattiv jgħin biex jiżgura trasparenza effettiva u jipprevjeni tilwim legali għali u ta’ piż bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4014, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4014/oj</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tippromwovi prattiki ta’ pubblikazzjoni proattivi, b’mod partikolari għal dokumenti leġiżlattivi u li jfasslu l-politika, sabiex tissaħħaħ it-trasparenza deliberata u jitnaqqsu l-piż amministrattiv u r-riskju ta’ litigazzjoni assoċjati ma’ talbiet ripetittivi ta’ aċċess għad-dokumenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar li l-awditur intern wettaq rieżami tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-Ombudsman, bi pjan ta’ azzjoni ta’ disa’ punti miftiehem għall-implimentazzjoni sa tmiem l-2024; jinnota mill-Kwestjonarju u r-Rapport ta’ segwitu li l-azzjonijiet kollha ġew implimentati, inkluża l-adozzjoni ta’ metodoloġija ġdida ta’ valutazzjoni tar-riskju; jistieden lill-Ombudsman iżżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-eżitu tar-rieżami tal-awditur intern tal-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan ta’ azzjoni; jitlob lill-Ombudsman iżżomm ukoll lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet li saru skont ir-rapporti tal-awditu intern 20/04 (dwar is-sigurtà tal-IT), 21/03 (dwar il-qafas tal-protezzjoni tad-data) u 22/03 (dwar il-qafas etiku);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota tnaqqis ta’ 4,90 % fl-għadd totali tal-persunal tal-Ombudsman minn 82 fl-2023 għal 78 fl-2024; jinnota wkoll li, fl-2024, 46 uffiċjal ġew impjegati mill-Ombudsman, meta mqabbla ma’ 40 fl-2023 rispettivament, u 9 aġenti kuntrattwali, l-istess bħal fl-2023; jinnota tnaqqis żgħir fis-sehem tal-persunal li jaħdem fuq l-attività prinċipali tal-Ombudsman (ilmenti u inkjesti), minn 42,68 % fl-2023 għal 42,30 % fl-2024; jinnota wkoll li r-rata ta’ okkupazzjoni tal-persunal żdiedet minn 95 % fl-2023 għal 97 % fl-2024 u r-rata tad-dawran żdiedet minn 5,20 % fl-2023 għal 6,40 % fl-2024; ifakkar fl-importanza li jiġu pprovduti kuntratti permanenti sabiex jinżammu l-ħiliet, il-kontinwità u ambjent tax-xogħol produttiv; jissottolinja li t-tnaqqis fl-għadd ta’ persunal f’oqsma operazzjonali ewlenin u d-dipendenza sinifikanti fuq kuntratti temporanji jistgħu jnaqqsu l-memorja istituzzjonali u l-effiċjenza tal-Ombudsman;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li l-pożizzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Ombudsman ilha vakanti għal aktar minn sentejn, mill-1 ta’ Settembru 2022; jinnota li, wara diversi talbiet mill-Parlament biex din il-pożizzjoni vakanti timtela, l-Ombudsman nediet proċedura interistituzzjonali għar-reklutaġġ tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tagħha billi ppubblikat sejħa għal espressjoni ta’ interess (Nru OMB/2/2025) fit-30 ta’ Ġunju 2025, li rriżultat f’14-il applikazzjoni eliġibbli; jinnota wkoll li l-proċedura tal-għażla ġiet finalizzata fl-2025 u ntgħażel Segretarju Ġenerali ġdid, biex jibda jokkupa l-kariga tiegħu fl-1 ta’ Jannar 2026; jinnota li f’dan il-każ il-Bord tal-Għażla kien magħmul minn tliet persuni, l-Ombudsman innifisha u żewġ membri indipendenti esterni, li kienu involuti fil-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikazzjonijiet u l-intervisti; jinnota li l-Ombudsman hija tal-fehma li l-ħatra ta’ dawk iż-żewġ membri u l-involviment ta’ membri għolja tal-persunal kkostitwew salvagwardji sinifikanti tul il-proċess kollu, u żguraw l-integrità u l-legalità tal-proċess tal-għażla; jemmen, mingħajr preġudizzju għall-esperjenza tiegħu bħala uffiċjal tal-Unjoni għal 30 sena b’ 10 snin esperjenza maniġerjali, li l-fatt li s-Segretarju Ġenerali magħżul preċedentement serva bħala kap tal-kabinett tal-Ombudsman attwali, jista’ jwassal għal perċezzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess anke jekk dak il-proċess twettaq f’konformità sħiħa mal-qafas applikabbli; jistieden lill-Ombudsman, bil-ħsieb għal proċeduri futuri, tkompli tirrifletti dwar modi kif issaħħaħ is-salvagwardji fil-proċeduri tal-għażla u taħtar deċiżjonijiet kontra kwalunkwe kunflitt ta’ interess jew favoritiżmu perċepit, filwaqt li tiżgura garanziji sħaħ ta’ ġustizzja u trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li, wara s-seduta ta’ smigħ tal-Ombudsman fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament tas-6 ta’ Novembru 2025, il-Membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament ippreżentaw sensiela ta’ mistoqsijiet ta’ segwitu bil-miktub dwar l-għażla tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid (OMB/2/2025) fit-18 ta’ Novembru 2025, li l-Ombudsman wieġbet għalihom fil-21 ta’ Novembru 2025; ma jaqbilx f’dan il-kuntest mal-fehma tal-Ombudsman li l-ġurisprudenza Meroni (C-9/56 u C-10/56) hija applikabbli, peress li ma tikkonċernax id-delega ta’ setgħat dwar kwistjonijiet tal-persunal (bħall-għażla ta’ membru tal-persunal), iżda tikkonċerna d-delega tas-setgħat diskrezzjonali lil korpi esterni/privati; jisħaq ukoll li l-Parlament ma jirrikjedix li l-Ombudsman tiddelega d-drittijiet u l-obbligi tagħha bħala l-Awtorità tal-Ħatra, filwaqt li jistaqsi dwar il-preżenza tagħha fil-Bord tas-Selezzjoni, peress li d-dritt tal-Unjoni ma jirrikjedix li l-Awtorità tal-Ħatra tkun membru tal-Bord tas-Selezzjoni; jissottolinja li bit-teħid ta’ deċiżjoni finali, li hija kompitu tal-Awtorità tal-Ħatra, din tal-aħħar tikkonferma wkoll li l-proċedura tal-għażla kollha kienet legali, inkluża l-konformità tal-kandidat mal-kriterji kollha ta’ ammissibbiltà u eliġibbiltà; jinnota, madankollu, li dan ir-rwol jista’ jidher inqas distint meta l-Awtorità tal-Ħatra tkun ippresediet ukoll il-Bord tas-Selezzjoni f’ċerti stadji tal-proċedura tal-għażla, kif kien il-każ fil-proċess attwali; jifhem, madankollu, li l-Ombudsman, bħala detentur ta’ kariga, jista’ jkollha bżonn tkun involuta fl-aħħar stadji ta’ ċerti proċeduri tal-għażla; jieħu nota tal-ispjegazzjoni tal-Ombudsman li r-restrizzjonijiet legali relatati mal-kunfidenzjalità, immirati lejn is-salvagwardja tal-indipendenza u l-integrità tal-proċess tal-għażla, jillimitaw il-punt sa fejn id-dokumenti relatati mal-kontroll tal-eliġibbiltà jistgħu jiġu kondiviżi mal-awtorità ta’ kwittanza; ifakkar, madankollu, fid-dritt tal-Parlament li jikseb l-informazzjoni meħtieġa għall-kwittanza u jissottolinja li l-għoti ta’ tali informazzjoni ma jwassalx biex din issir pubblika, u jisħaq li l-Parlament għandu salvagwardji adegwati fis-seħħ biex jittratta materjal sensittiv b’mod sigur; iħeġġeġ, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, lill-Ombudsman tkompli tikkunsidra t-talba tal-Parlament u tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza d-dokumenti kollha rigward il-kontrolli tal-eliġibbiltà, il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet, l-intervisti reali tal-kandidati inklużi fil-preselezzjoni mal-Bord tas-Selezzjoni u l-intervista bilaterali mal-Ombudsman b’rabta mal-proċedura għall-għażla tas-Segretarju Ġenerali tal-Ombudsman (OMB/2/2025); iħeġġeġ lill-Ombudsman tikkunsidra li twettaq riflessjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> interna dwar proċeduri ta’ ħatra skrutinizzati ħafna, bil-ħsieb li tidentifika t-tagħlimiet meħuda u t-titjib possibbli għal proċessi futuri, u tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja li l-Ombudsman għandha r-rwol li tippromwovi amministrazzjoni tajba, inkluż billi tiżgura li l-qafas etiku tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni jkun solidu u kapaċi jiżgura t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont; jemmen bis-sħiħ li l-Ombudsman jeħtiġilha tissodisfa l-ogħla standards ta’ indipendenza, imparzjalità u integrità, u li kwalunkwe perċezzjoni ta’ favoritiżmu jew kunflitti ta’ interess trid tiġi evitata, peress li tali perċezzjonijiet jistgħu jimminaw il-kredibbiltà u l-missjoni tal-Ombudsman u l-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni; ifakkar li, peress li l-Ombudsman hija fdata mill-Unjoni biex tippromwovi standards etiċi u amministrazzjoni tajba, l-Ombudsman hija mistennija tapplika standards partikolarment stretti għall-governanza u l-ħatriet għolja tagħha stess, filwaqt li tistabbilixxi punt ta’ riferiment għal istituzzjonijiet, uffiċċji, korpi u aġenziji oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li, minkejja li hija istituzzjoni, uffiċċju, korp jew aġenzija żgħira tal-Unjoni, l-Ombudsman irnexxielha jkollha 19-il nazzjonalità rrappreżentata fil-persunal tagħha fl-2024, l-istess bħal fl-2023; josserva, madankollu, rappreżentanza eċċessiva ta’ xi nazzjonalitajiet (waħda minnhom tirrappreżenta aktar minn 30 % tal-persunal tal-Ombudsman); jisħaq li fid-dawl tad-daqs relattivament żgħir tiegħu, konċentrazzjoni għolja bħal din ta’ nazzjonalità waħda jista’ jkollha impatt fuq il-perċezzjoni interistituzzjonali tad-diversità tal-uffiċċju; jistieden lill-Ombudsman tadotta miżuri ta’ reklutaġġ u sensibilizzazzjoni mmirati diretti speċifikament lejn l-Istati Membri sottorappreżentati biex tiżgura li l-uffiċċju jibqa’ riflessjoni tad-diversità tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li, f’termini ta’ bilanċ bejn il-ġeneri, l-Ombudsman timpjega aktar nisa milli rġiel fil-kategoriji kollha tal-persunal, b’mod partikolari fil-livell maniġerjali fejn il-pożizzjonijiet kollha huma okkupati min-nisa; jinnota rappreżentanza ġenerali tal-persunal ta’ 68 % nisa u 32 % irġiel, meta mqabbla ma’ 67 % nisa u 33 % irġiel fl-2023; jistieden lill-Ombudsman tistinka għal rappreżentanza bejn il-ġeneri aktar ibbilanċjata tal-persunal tagħha; iħeġġeġ lill-Ombudsman tiżviluppa strateġija biex tindirizza l-fatt li l-irġiel bħalissa huma kompletament assenti minn rwoli maniġerjali; jemmen li l-iżgurar li l-Ombudsman tirrifletti aħjar il-kompożizzjoni diversa taċ-ċittadini tal-Unjoni huwa essenzjali biex jinżamm ambjent tax-xogħol ibbilanċjat u inklużiv fil-livelli kollha tal-ġerarkija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li l-Ombudsman tagħmel sforzi biex tiżgura l-benesseri fiżiku u mentali tal-persunal tagħha fuq il-post tax-xogħol u tiffoka fuq it-tisħiħ tal-ispirtu ta’ tim; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2024 l-Ombudsman organizzat taħriġ, b’xi wħud minnhom ikunu obbligatorji, dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, l-għoti u r-riċeviment ta’ feedback, id-diżabbiltà u l-inklużjoni kif ukoll dwar l-ewwel għajnuna; jieħu nota li l-Ombudsman adottat politika dwar il-liv tal-ġenituri fl-2004, li, flimkien mal-politika tagħha dwar il-ħin tax-xogħol u x-xogħol ibridu adottata fl-2021, tipprovdi arranġamenti tax-xogħol flessibbli li jintużaw u huma apprezzati mill-persunal; jinnota li fl-2024 is-servizz mediku tal-Parlament ma wissa lill-Ombudsman dwar l-ebda mard fit-tul li oriġina minn eżawriment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju li ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ fastidju fl-2024; jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Ombudsman biex ikun provdut ambjent tax-xogħol ħieles mill-fastidju sesswali u psikoloġiku, b’mod partikolari permezz ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ; jinnota wkoll li l-Ombudsman wettqet stħarriġ iffukat fuq is-sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar kwistjonijiet etiċi li wera livelli għoljin ta’ sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar il-politika u l-linji gwida tal-Ombudsman dwar il-fastidju psikoloġiku u sesswali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li l-Ombudsman laqgħet 18-il trainee mħallsa fl-2024 (l-istess numru bħal fl-2023), li wieħed minnhom intgħażel bħala parti mill-programm ta’ traineeship tal-Ombudsman għal persuni b’diżabbiltà li ta’ min ifaħħru; itenni l-enfasi tiegħu li t-traineeships għandhom jiġu remunerati f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar traineeships ta’ kwalità fl-Unjoni (2020/2005(INL)), li titlob li l-internships kollha fl-Unjoni jiġu remunerati; jisħaq li t-traineeships bi ħlas huma essenzjali biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi kontinwi tal-Ombudsman biex issaħħaħ il-qafas etiku tagħha u tqajjem sensibilizzazzjoni dwaru; jinnota li l-Ombudsman organizzat taħriġ dwar kwistjonijiet etiċi għall-konsulenti kunfidenzjali tal-Ombudsman li għadhom kif inħatru u għall-membri tal-kumitat ta’ konċiljazzjoni, kif ukoll taħriġ obbligatorju mfassal apposta dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti għall-persunal kollu; jinnota li l-Ombudsman fl-2024 fasslet mill-ġdid u fl-2025 adottat politika riveduta dwar l-etika u l-imġiba tajba biex tiċċara l-flussi tax-xogħol tal-approvazzjoni u tal-awtorizzazzjoni u tindirizza l-lakuni fl-implimentazzjoni tar-regoli relatati mal-etika; japprezza l-fatt li ġiet introdotta soluzzjoni tal-IT li tippermetti lil kull uffiċjal ta’ inkjesta jikkonferma n-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess f’każijiet assenjati lilu; jinnota wkoll li l-persunal kollu tal-Ombudsman, inklużi dawk f’pożizzjoni għolja, huma mitluba jirrevedu kull sena d-dikjarazzjonijiet tagħhom tal-attivitajiet professjonali tal-konjuġi/tas-sħab tagħhom, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tagħhom stess dwar il-kunflitti ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota fir-rigward tal-awditu intern (rapport 22/03) dwar il-qafas etiku tal-Ombudsman, li mis-sitt rakkomandazzjonijiet maħruġa, ħamsa ġew implimentati u waħda kienet għadha għaddejja fi tmiem l-2024; jinnota f’dan il-kuntest li l-Ombudsman stabbiliet bord dixxiplinari u adottat politika kontra l-frodi, applikabbli wkoll għal esperti nazzjonali sekondati, trainees u kuntratturi esterni, biex ikompli jsaħħaħ il-qafas etiku tal-Ombudsman;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2024, ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess u l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-Ombudsman ma sseħbitx formalment fir-reġistru ta’ trasparenza tal-Unjoni (stabbilit permezz tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar reġistru obbligatorju ta’ trasparenza) sabiex jiġi żgurat li l-Ombudsman tkun tista’ teżamina wkoll ilmenti potenzjali dwar is-segretarjat ta’ dak ir-reġistru ta’ trasparenza; jinnota, madankollu, li l-Ombudsman allinjat il-prattiki tagħha mal-prinċipji tar-reġistru ta’ trasparenza, u vverifikat li l-kelliema jew l-interlokuturi fl-avvenimenti jew fil-laqgħat organizzati mill-Ombudsman jiġu rreġistrati fih; jilqa’ l-livell għoli ta’ trasparenza miksub mill-Ombudsman bil-pubblikazzjoni fuq is-sit web tagħha ta’ informazzjoni dwar inkjesti, missjonijiet (u spejjeż relatati), laqgħat u avvenimenti li fihom tieħu sehem l-Ombudsman, kif ukoll il-valutazzjoni dwar talbiet minn maniġers superjuri jew membri tal-kabinett biex jinvolvu ruħhom f’attività professjonali wara li jkunu telqu mill-Ombudsman;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Binjiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li l-baġit finali (wara t-trasferimenti) tal-Ombudsman għall-binjiet u l-ispejjeż assoċjati żdied b’madwar 13,60 %, minn EUR 1 373 000 fl-2023 għal EUR 1 560 709 fl-2024; jinnota li l-approprjazzjonijiet għall-kera żdiedu b’madwar 7 %, minn EUR 866 100 fl-2023 għal EUR 926 620 fl-2024; jinnota rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti fis-sentejn li huma ta’ kważi 100 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li ma saret l-ebda bidla fil-kundizzjonijiet tal-uffiċċji individwali tal-Ombudsman li qabel kienu nġiebu għall-attenzjoni tal-awtorità ta’ kwittanza; jinnota b’sodisfazzjon li l-binja Havel fi Strażburgu hija kompletament aċċessibbli għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa jew diżabbiltajiet oħra; jappoġġja lill-Ombudsman fl-isforzi tiegħu biex itejjeb l-aċċessibbiltà tal-bini mikri fi Brussell;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Ifaħħar lill-Ombudsman talli fl-2024 iffinalizza proġett ewlieni rigward id-diġitalizzazzjoni tal-arkivji storiċi tiegħu, qabel ma ttrasferihom fl-Arkivji Storiċi tal-Unjoni f’Firenze; jinnota b’sodisfazzjon li l-arkivji tal-Ombudsman issa huma ppreservati u aċċessibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-impatt pożittiv tal-użu tat-traduzzjonijiet awtomatiċi mill-Ombudsman, li tejjeb l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Ombudsman, issimplifika l-allokazzjoni tal-każijiet u aċċelera l-ipproċessar tal-ilmenti, li wassal għal tnaqqis fl-ispejjeż tat-traduzzjoni b’aktar minn 65 % (mill-2022 sal-2024) u fil-piż amministrattiv; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tittestja u tevalwa l-għodod tal-IA u l-każijiet ta’ użu, filwaqt li tieħu approċċ prudenti għall-iżvilupp u l-varar tagħhom; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-Ombudsman tqis l-implikazzjonijiet baġitarji fuq terminu medju relatati mal-manutenzjoni, l-iskalabbiltà, il-ħiliet tal-persunal u d-dipendenzi potenzjali fuq l-għodod diġitali u l-fornituri tas-servizzi u tiżgura li l-użu jibqa’ sigur u soġġett għal sorveljanza mill-bniedem xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju li l-Ombudsman stabbiliet linji gwida interni dwar l-użu ta’ għodod tal-IA ġenerattivi ta’ partijiet terzi li għandhom jipprovdu ċarezza u direzzjoni dwar l-integrazzjoni sikura u effettiva tal-għodod tal-IA fil-flussi tax-xogħol tal-Ombudsman; jistenna bil-ħerqa l-espansjoni ppjanata tal-użu tal-IA lil hinn mit-traduzzjoni, pereżempju għall-integrazzjoni tal-“ombudsprudence” f’Mudell Lingwistiku Kbir tal-Kummissjoni u biex tiġi sfruttata l-ġurisprudenza storika li se tikkontribwixxi għal inkjesti futuri; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tittestja u tuża għodod tal-IA fejn dawn itejbu b’mod ċar l-aċċessibbiltà u l-effiċjenza; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa ta’ governanza ċara, sorveljanza mill-bniedem, trasparenza lejn l-utenti, u salvagwardji robusti għall-protezzjoni tad-data, inklużi valutazzjonijiet tar-riskju dokumentati u kontrolli tal-kwalità għal outputs awtomatizzati, b’mod partikolari fejn l-IA tista’ tinfluwenza t-trattament tal-każijiet, l-allokazzjoni jew il-komunikazzjonijiet esterni; jistieden lill-Ombudsman tiżgura li l-informazzjoni legali kollha ġġenerata mill-IA tiġi vverifikata minn uffiċjali ta’ inkjesti umani u tagħti prijorità lill-interpretazzjoni pprovduta mill-bniedem fuq soluzzjonijiet ibbażati fuq l-IA; jitlob ukoll rappurtar dwar il-miżuri tekniċi adottati biex jiġi eliminat il-preġudizzju algoritmiku u tiġi ssalvagwardjata l-oġġettività tas-sejbiet tal-Ombudsman;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota b’apprezzament mill-Kwestjonarju li fl-2024, membru tal-persunal wieħed lesta taħriġ intensiv ta’ xahrejn fix-xjenza tad-data u l-intelliġenza artifiċjali biex isaħħaħ l-għarfien espert tal-Ombudsman f’dan il-qasam u issa dan il-membru tal-persunal jirrappreżenta lill-Ombudsman fin-Network ta’ Korrispondenti tal-IA stabbilit mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1689 (l-“Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali”)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jieħu nota wkoll tal-impenn tal-Ombudsman li tiżviluppa taħriġ dwar l-użu sikur u etiku tal-għodod tal-IA għall-persunal kollu tagħha; jinnota wkoll li matul l-2024 l-Ombudsman organizzat taħriġ obbligatorju mmirat kull xahar biex ittejjeb is-sensibilizzazzjoni u l-ħiliet tal-persunal fl-aħjar prattiki taċ-ċibersigurtà; jinnota b’sodisfazzjon li l-Ombudsman tirrikjedi li l-persunal kollu tagħha jlesti taħriġ regolari dwar iċ-ċibersigurtà; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tiżviluppa l-istrateġija ta’ diġitalizzazzjoni tagħha, filwaqt li tiżgura li l-użu ta’ għodod tal-intelliġenza artifiċjali jibqa’ konformi bis-sħiħ mal-prinċipji tal-użu etiku, it-trasparenza, il-protezzjoni tad-data, is-sorveljanza mill-bniedem, u l-protezzjoni kontra l-preġudizzju algoritmiku jew l-użu ħażin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-akkwist bħala għodda biex jitmexxew ’il quddiem l-objettivi ta’ politika bħall-aġenda ambjentali u soċjali; jistieden lill-Ombudsman issaħħaħ fil-proċeduri ta’ akkwist tagħha l-inklużjoni ta’ kriterji strateġiċi dwar ir-responsabbiltà soċjali u s-sostenibbiltà ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li, f’termini tal-IT, l-Ombudsman tibbaża fuq il-qafas tal-infrastruttura u taċ-ċibersigurtà tal-Parlament u tikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni u l-manutenzjoni tal-għodod korporattivi tal-Unjoni (SYSPER, ABAC, MiPS u ARES) u l-użu ta’ kuntratti qafas tal-IT; jirrikonoxxi s-suċċess tal-approċċ li ilu jħaddan l-Ombudsman li jieħu vantaġġ mis-sistemi u r-riżorsi integrati minn dawk iż-żewġ istituzzjonijiet, sabiex jiġi ottimizzat l-użu tal-baġit u tissaħħaħ il-koordinazzjoni, pereżempju fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni; jinnota li għall-operazzjonijiet ewlenin, l-Ombudsman iżżomm kontroll dirett fuq l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodda fl-ambjent sikur tal-Parlament, filwaqt li tiżgura flessibbiltà, protezzjoni tad-data, u ċibersigurtà mtejba; jinnota li l-Ombudsman ma esperjenzat l-ebda attakk ċibernetiku fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li f’Diċembru 2024, wara lment minn suġġett tad-data, l-EDPS fetaħ każ kontra l-Ombudsman skont l-Artikolu 57(1), il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2018/1725<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jieħu nota li wara li l-Ombudsman ipprovdiet il-kjarifiki mitluba, l-EDPS għalaq il-każ fl-2025, u kkonkluda li s-suġġett tad-data kien irċieva biżżejjed informazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota mir-Rapport Annwali u mill-Kwestjonarju li l-Ombudsman kompliet tnaqqas l-impronta ambjentali tagħha permezz tad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi tagħha, it-tneħħija ta’ printers individwali, in-nuqqas ta’ sostituzzjoni tal-unitajiet ċentrali tal-ipproċessar meta jkunu waslu biex jispiċċaw, u l-bidla kważi kompleta għal pubblikazzjonijiet diġitali; jilqa’ l-isforzi tal-Ombudsman biex tagħmel l-avvenimenti aktar sostenibbli, inkluż billi tuża kodiċi QR u catering lokali, u billi timplimenta miżuri ta’ prevenzjoni tal-ħela tal-ikel; jinnota b’sodisfazzjon li ż-żewġ binjiet li fihom l-Ombudsman għandha uffiċċji jaħdmu b’elettriku 100 % rinnovabbli fornut fl-ambitu tal-kuntratti tal-Parlament u li l-installazzjoni mill-Parlament ta’ pannelli solari fuq il-binjiet tiegħu fi Strażburgu, inkluż il-binja Havel, bdiet tiġġenera l-enerġija fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li, peress li l-Ombudsman tikri l-bini tagħha mingħand il-Parlament, hija tibbenefika mill-ġestjoni ambjentali ta’ dan tal-aħħar fl-ambitu tal-EMAS, inklużi miżuri bħal settings tat-temperatura ta’ 19 C fix-xitwa, separazzjoni selettiva tal-iskart, ġbir tal-bijoskart introdott fl-2024, u s-sostituzzjoni ta’ oġġetti tal-kċina li jintremew b’oġġetti tal-mejda li jservu għal żmien twil; jilqa’ l-applikazzjoni mill-Ombudsman tal-prinċipji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku, kemm permezz tal-kuntratti tiegħu stess kif ukoll permezz ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-promozzjoni kontinwa mill-Ombudsman tal-mobbiltà sostenibbli, permezz ta’ kontribuzzjoni b’rata fissa għall-użu ta’ modi ta’ trasport sostenibbli li ntlaqgħet minn 67 % tal-persunal eliġibbli tal-Ombudsman (sal-grad AST8/AD8) fl-2024, l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet annwali ta’ manutenzjoni tar-roti, u l-parteċipazzjoni regolari tal-persunal tagħha fl-isfidi interistituzzjonali taċ-ċikliżmu u tal-mixi; jinnota li l-parkeġġ tal-karozzi għadu limitat filwaqt li l-infrastruttura tar-roti qed tkompli titjieb;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon l-isforzi tal-Ombudsman biex tnaqqas l-emissjonijiet relatati mal-ivvjaġġar billi tippromwovi b’mod sistematiku l-vidjokonferenzi u s-soluzzjonijiet diġitali bħala alternattivi għall-missjonijiet, u billi tħeġġeġ l-ivvjaġġar bil-ferrovija minflok l-ivvjaġġar bl-ajru; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tintegra l-kunsiderazzjonijiet ta’ sostenibbiltà fl-attivitajiet tagħha ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ sensibilizzazzjoni, f’konformità mal-objettiv operazzjonali tagħha għall-2024 li tippromwovi r-responsabbiltà ekoloġika u soċjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-iffrankar finanzjarju u amministrattiv miksub permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali, b’mod partikolari l-firxa wiesgħa ta’ ftehimiet fil-livell ta’ servizz konklużi mill-Ombudsman mal-Parlament u mal-Kummissjoni f’diversi oqsma u l-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali; jilqa’ l-formalizzazzjoni tal-kollaborazzjoni bejn il-Parlament u l-Ombudsman f’Ottubru 2024 fil-qasam taċ-ċibersigurtà permezz ta’ ftehim interistituzzjonali rivedut li jipprovdi qafas għall-Parlament biex ikompli jipprovdi appoġġ sod għaċ-ċibersigurtà lill-Ombudsman; jisħaq li tali kooperazzjoni hija essenzjali biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-istrutturi u biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Ombudsman tiżgura li l-persunal kollu jingħata taħriġ regolari u aġġornat dwar iċ-ċibersigurtà, sabiex jinżamm livell għoli ta’ sensibilizzazzjoni u reżiljenza kontra t-theddid ċibernetiku li qed jevolvi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Ifaħħar lill-Ombudsman għall-kollaborazzjoni tajba tagħha mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mal-Qorti li fl-2024 ħadet il-forma ta’ laqgħat u skambji ta’ fehmiet bejn l-Ombudsman, il-Membri tal-Qorti u d-Direttur Ġenerali tal-OLAF; jinnota li l-Ombudsman tkellmet ukoll f’konferenza tal-Qorti dwar it-trasparenza tal-irkupru tal-fondi tal-Unjoni; jinnota wkoll li fl-2024 l-Ombudsman ippreżentat is-sejbiet ta’ investigazzjonijiet ewlenin lill-kumitati rilevanti tal-Parlament u kompliet il-kooperazzjoni tajba tagħha mal-ombudsmen nazzjonali u reġjonali permezz tal-proċedura ta’ mistoqsijiet, li permezz tagħha l-membri tan-Network Ewropew tal-Ombudsmen (ENO) jistgħu jistaqsu mistoqsijiet dwar id-dritt tal-Unjoni li jinqalgħu matul l-inkjesti tagħhom u l-Ombudsman tikseb tweġibiet esperti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2024 l-Ombudsman organizzat webinar tal-ENO dwar diversi suġġetti, inkluża l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Unjoni dwar l-Informaturi u kwistjonijiet marbuta mal-moviment liberu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-Ombudsman u l-EDPS jikkooperaw prinċipalment fuq bażi <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> u informali bil-għan li jkun hemm kollaborazzjoni rapida u effiċjenti meta meħtieġ; jinnota wkoll b’sodisfazzjon li l-Ombudsman u l-EDPS għandhom Memorandum ta’ Qbil stabbilit biex jirregolaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom fit-trattament tal-ilmenti u jevitaw id-duplikazzjoni tal-proċeduri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2024 l-Ombudsman kompliet il-kooperazzjoni mill-qrib tagħha mal-Kumitati rilevanti tal-Parlament (il-Kumitat għall-Petizzjonijiet, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem) dwar inkjesti importanti jew billi ppreżentat il-ħidma direttament fil-laqgħat tal-Kumitat jew permezz ta’ informazzjoni li ntbagħtet lill-Presidenti tal-Kumitati; jissottolinja li l-inizjattivi strateġiċi u l-inkjesti mwettqa mill-Ombudsman huma kruċjali biex jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-amministrazzjoni tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-baġit ġenerali għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u promozzjonali (pubblikazzjonijiet, organizzazzjoni ta’ avvenimenti, komunikazzjoni diġitali eċċ.) naqas b’madwar 38 % minn EUR 155 200 fl-2023 għal EUR 96 515 fl-2024; jisħaq li, filwaqt li l-allokazzjonijiet baġitarji jridu jkunu strateġiċi u orjentati lejn ir-riżultati, l-Ombudsman għandha tibqa’ ffukata fuq li tinforma liċ-ċittadini dwar il-mandat tal-Ombudsman u żżomm kapaċità ta’ komunikazzjoni suffiċjenti b’mod partikolari għaċ-ċittadini li jirrikorru għand l-Ombudsman biex jindirizzaw tħassib fil-livell tal-Unjoni; jistieden lill-Ombudsman tikkunsidra r-riallokazzjoni tal-iffrankar biex tiżgura li l-Ombudsman iżżomm il-viżibbiltà u s-sensibilizzazzjoni meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi li ħadet l-Ombudsman biex tipprovdi informazzjoni trasparenti u tippubblika data (inkluża statistika dwar il-volum ta’ każijiet tagħha) f’format informattiv u faċli għall-utent fuq is-sit web tal-Ombudsman; jilqa’ l-pubblikazzjoni fuq is-sit web ta’ skeda ta’ żmien għall-inkjesti kollha dwar l-ilmenti li jipprovdu informazzjoni dwar l-istadji importanti tal-passat u tal-futur f’kull inkjesta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju u r-Rapport Annwali li fl-2024 l-Ombudsman wessgħet l-isforzi ta’ sensibilizzazzjoni tagħha billi nediet accounts fuq Threads u Bluesky, biex b’hekk tiddiversifika l-preżenza tagħha fuq il-media soċjali; josserva li l-Ombudsman kompliet tenfasizza oqsma tematiċi ewlenin permezz ta’ kampanji ddedikati fuq il-media soċjali u stejjer fuq il-web, bil-komunikazzjoni tkun iċċentrata fuq standards etiċi fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-2024; jilqa’ mir-Rapport ta’ segwitu l-objettiv strateġiku ewlieni tal-Ombudsman li għadha kif ġiet eletta, li tagħti s-setgħa liċ-ċittadini, li se jinvolvi attivitajiet ta’ komunikazzjoni mmirati biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jeħtieġu l-Ombudsman ikunu konxji tad-drittijiet tagħhom u jużaw is-servizzi tal-Ombudsman;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jilqa’ l-bullettin regolari tal-Ombudsman (EO express) li jżomm lill-abbonati aġġornati permezz ta’ promozzjoni bejn il-pjattaformi; jenfasizza li l-Ombudsman ipparteċipat f’firxa wiesgħa ta’ avvenimenti organizzati mill-Unjoni u minn korpi internazzjonali u tat intervisti frekwenti lill-media biex tiċċara l-mandat tal-Ombudsman, tispjega liema tipi ta’ lmenti tista’ tittratta, u tinforma liċ-ċittadini dwar meta jistgħu jfittxu appoġġ mill-Ombudsman;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju li s-sit web tal-Ombudsman huwa mfassal biex jikkonforma mal-istandards u l-linji gwida dwar l-aċċessibbiltà tal-Unjoni u jipprovdi lill-utenti ambjent online inklużiv u mingħajr ostakli mgħammar b’diversi karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà; jinnota li awditu tal-aċċessibbiltà u l-użabbiltà tas-sit web tal-Ombudsman li twettaq fl-2025 ta konformità medja ta’ kważi 90 %; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli twettaq awditi regolari dwar din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ l-livell sostnut ta’ attenzjoni mill-media, b’madwar 5 000 artiklu li jagħmlu referenza għall-ħidma tal-Ombudsman fl-2024; jinnota li l-Ombudsman primarjament tkejjel l-involviment pubbliku permezz tat-tkabbir tal-media soċjali u t-traffiku tas-siti web, filwaqt li l-għadd ta’ segwaċi żdied b’mod kostanti matul is-sena; josserva li l-accounts ta’ Instagram, LinkedIn u X tal-Ombudsman kisbu total ta’ 9 186 segwaċi addizzjonali, u qabżu l-miri tagħha għall-attivitajiet tal-media soċjali fl-2024, kif ukoll fir-rigward tal-għadd ta’ viżitaturi uniċi fuq is-sit web tagħha; jisħaq fuq l-importanza li tkompli tingħata prijorità lill-komunikazzjoni esterna sabiex tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-mandat tal-Ombudsman u s-servizzi li tipprovdi liċ-ċittadini tal-Unjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>