<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0134</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2024: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0057/2026 - Rapporteur: Pasquale Tridico)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2025/2154(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj?locale=mt#.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (COM(2025)0359 – C10‑0154/2025)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4944, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4944/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5409, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5409/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5407, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5407/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0057/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Ombudsman Ewropew u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 li tinkludi xi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2025/2154(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0057/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani (HR);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-protezzjoni tad-data hija dritt fundamentali, protett mil-liġi Ewropea u minqux fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-ħarsien tar-regoli relatati mal-protezzjoni tal-individwi, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali dwarhom, għandu jkun soġġett għall-kontroll minn awtorità indipendenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-Regolament (UE) 2018/1725 jipprevedi l-istabbiliment ta’ awtorità indipendenti, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (l-“EDPS”), responsabbli mill-protezzjoni u l-garanzija tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza, u inkarigat mill-kompitu li jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jħaddnu kultura b’saħħitha ta’ protezzjoni tad-data;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-EDPS iwettaq il-funzjonijiet tiegħu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data (DPAs) sħab bħala parti mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB), u jservi l-interess pubbliku filwaqt li jkun iggwidat mill-prinċipji tal-imparzjalità, l-integrità, it-trasparenza u l-pragmatiżmu u r-rispett tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi ċ-ċittadini tal-Unjoni jeħtieġu ambjent diġitali li mhuwiex ikkontrollat minn interessi opaki, u inizjattivi li jippromwovu s-sovranità diġitali li jiżguraw li l-individwi, mhux kumpaniji jew sistemi mhux akkontabbli, ikunu fiċ-ċentru tal-governanza tad-data fl-Unjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, il-baġit tal-EDPS jaqa’ taħt l-Intestatura 7 “Amministrazzjoni pubblika Ewropea” tal-QFP, u kien jammonta għal total ta’ EUR 13,3 biljun, jiġifieri 6,9 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-baġit tal-EDPS kien jirrappreżenta 0,18 % tal-approprjazzjonijiet tal-Intestatura 7 tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2024 (ir-“rapport tal-Qorti”), eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt l-intestatura “Amministrazzjoni”, l-istess għadd li kien eżaminat fl-2023; billi l-Qorti tiddikjara wkoll li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani (HR), inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2024 kienet tammonta għal madwar 69 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), u li l-ħidma tagħha tul bosta snin tindika li, b’mod ġenerali, din in-nefqa amministrattiva hija ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 16 (23 %) mis-70 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tat-tliet żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità; jinnota li r-rapport tal-Qorti ma identifika l-ebda kwistjoni speċifika dwar l-EDPS;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-baġit finali adottat għall-EDPS kien ta’ EUR 24 329 460 fl-2024, u dan l-ammont jirrappreżenta żieda ta’ 7,12 % meta mqabbel mal-2023 (EUR 22 711 559); jinnota li l-baġit tal-EDPS ikopri wkoll il-ħidma tas-Segretarjat indipendenti tal-EDPB; jinnota mir-Rapport Annwali tal-EDPS għall-2024 (ir-“Rapport Annwali”) li l-baġit adottat tal-EDPB kien ta’ EUR 8,36 miljun fl-2024 (meta mqabbel ma’ EUR 7,67 miljun fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ u ppjanar tal-baġit tal-EDPS fis-sena finanzjarja 2024 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 96 % fl-2024 (l-istess bħal fl-2023); jinnota wkoll mir-rapport dwar il-kontijiet annwali tal-EDPS għall-2024 li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 84 % (l-istess bħal fl-2023); jinnota, barra minn hekk, mit-tweġibiet tal-EDPS għall-kwestjonarju ppreżentat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għall-kwittanza baġitarja tal-2023 (il-“Kwestjonarju”), li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament b’mod ġenerali kienet ta’ 91,88 % fl-2024, ogħla minn 91,33 % fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota wkoll li l-ammont ta’ riporti (C8) mill-2024 għall-2025 kien ta’ EUR 2 649 943 (jiġifieri 10,89 % tal-baġit totali għall-2024) meta mqabbel ma’ EUR 2 517 942 fl-2023 (jiġifieri 11,08 % tal-baġit totali għall-2023); jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-baġit ta’ C8 fl-2024 kienet ta’ 77,37 % (meta mqabbla ma’ 76,65 % fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li ż-żmien medju għall-ħlas kien ta’ 20 jum fl-2024 meta mqabbel ma’ 19-il jum fl-2023, b’96,87 % tal-pagamenti pproċessati fil-ħin (żieda minn 92,73 % fl-2023); jinnota wkoll li kien hemm żieda fl-għadd ta’ pagamenti minn 1 335 fl-2023 għal 1 440 fl-2024; jinnota li l-EDPS sab xi diffikultajiet tekniċi fl-2024 minħabba t-tħaddim parallel ta’ żewġ sistemi differenti tal-IT (is-sistemi SUMMA tal-Kummissjoni u ABAC tal-EDPS) li kienu jirrikjedu r-rikodifikazzjoni manwali u interventi manwali oħra; jinnota li s-SUMMA hija mistennija li tiġi introdotta fl-EDPS fl-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-baġit ġenerali għall-missjonijiet tal-EDPS naqas bi 17,86 % minn EUR 323 421 fl-2023 għal EUR 265 630 fl-2024 minħabba tnaqqis fil-kostijiet tal-ivvjaġġar u kostijiet relatati bħala riżultat ta’ parteċipazzjoni akbar f’laqgħat mill-bogħod/ibridi; jinnota wkoll, mir-Rapport Annwali, li l-għadd ta’ missjonijiet tal-persunal ukoll naqas, minn 246 fl-2023 għal 218 fl-2024; jinnota li, bħala parti minn dak il-baġit, ġie ddedikat ammont ta’ EUR 38 418 għal 23 missjoni tal-Kontrollur fl-2024 li żdied minn EUR 33 000 għal 24 missjoni fl-2023, prinċipalment minħabba l-post fejn saru laqgħat u avvenimenti importanti li l-Kontrollur kien meħtieġ jattendi, inklużi diversi missjonijiet fl-Istati Uniti u fil-Messiku fl-2024; jinnota bi tħassib li, fir-rigward tal-missjonijiet fil-pajjiż ta’ oriġini ta’ uffiċjali ta’ grad għoli, fl-2024 il-Kontrollur ħa biss 3 missjonijiet għall-Polonja (mit-total ta’ 23), filwaqt li s-Segretarju Ġenerali (SG) tal-EDPS wettaq 9 missjonijiet lejn Spanja (mit-total ta’ 15); jisħaq li l-EDPS għadu ma jipprovdix informazzjoni dwar l-għadd ta’ missjonijiet iffinanzjati mill-organizzaturi jew minn partijiet terzi oħra, u b’hekk qed inaqqas it-trasparenza fir-rigward tal-ispejjeż tal-missjonijiet tal-EDPS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li, fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-pressjonijiet inflazzjonarji fuq il-kuntratti u s-servizzi ġew indirizzati mill-EDPS billi rreveda l-istimi tal-kostijiet matul is-sena u rrialloka r-riżorsi permezz ta’ trasferimenti magħmula f’konformità mal-Artikolu 29(1) u (4) tar-Regolament Finanzjarju, filwaqt li ppreveda marġnijiet ta’ kontinġenza u vvaluta mill-ġdid il-prijoritajiet biex jiżgura s-servizzjar tal-proċessi ewlenin tal-EDPS; jistieden lill-EDPS ikompli jwettaq rieżamijiet regolari biex jidentifika oqsma fejn l-eżekuzzjoni hija baxxa u jirrialloka l-fondi fejn meħtieġ matul is-sena; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jtejbu l-ġestjoni tal-baġit tagħhom billi jqisu wkoll il-volatilità tal-prezzijiet, speċjalment fis-settur tal-enerġija, meta jikkonkludu kuntratti mal-fornituri tas-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-EDPS nieda u ta 66 proċedura ta’ akkwist, li 45 minnhom kienu ta’ valur baxx ħafna, tnejn kienu proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, disgħa kienu kuntratti speċifiċi għall-istabbiliment ta’ lista ta’ esperti individwali u waħda kienet kuntratt qafas ta’ EUR 200 000 ma’ PricewaterhouseCoopers; jinnota li l-maġġoranza tal-kuntratti jiġu ffirmati mill-EDPS ma’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju permezz ta’ proċeduri ta’ valur baxx ħafna jew ta’ valur baxx;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-EPDS uża disa’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex jimmonitorja l-prestazzjoni tiegħu fl-2024, f’konformità mal-objettivi ewlenin tal-Istrateġija 2020-2024 tal-EDPS implimentata permezz tal-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali; jinnota mir-Rapport Annwali li l-EDPS laħaq jew qabeż il-miri stabbiliti fil-KPIs kollha, ħlief għal KPI wieħed (l-għadd ta’ segwaċi tal-EDPS fuq xi kontijiet tal-media soċjali);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota d-diversi rwoli tal-EDPS bħad-DPA u, mill-1 ta’ Awwissu 2024, bħala Korp Notifikat, Awtorità Notifikata u Awtorità tas-Sorveljanza tas-Suq (MSA) inkarigata mis-superviżjoni u l-infurzar tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE> fuq l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (EUIBAs), filwaqt li għal dan l-aħħar rwol, l-EDPS se jkollu setgħat ta’ infurzar mit-2 ta’ Awwissu 2026 biss; jinnota b’apprezzament li, f’dak il-kuntest, l-EDPS kien qed jaħdem fuq l-istrutturi ta’ governanza u l-oqfsa proċedurali meħtieġa biex jeżerċita l-kompiti u s-setgħat il-ġodda tiegħu bħala MSA skont ir-Regolament (UE) 2024/1689, inkluż billi nieda n-Network ta’ Korrispondenti tal-Att dwar l-IA fl-2024, li attira l-parteċipazzjoni, minkejja li volontarja, tal-EUIBAs kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota r-rwol akbar tal-EDPS f’atti leġiżlattivi ġodda, inkluż ir-Regolament (UE) 2024/1689 li taħtu l-EDPS isir l-awtorità kompetenti għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-uffiċċji u l-korpi tal-Unjoni, u li taħtu aktar kompiti ġew iddelegati lill-EDPS; jinnota li fl-1 ta’ Ottubru 2024, biex jindirizza l-kompiti superviżorji l-ġodda tiegħu, l-EDPS stabbilixxa unità tal-IA li fl-2024 kienet magħmula minn żewġ membri tal-persunal riassenjati internament; jinnota mill-Kwestjonarju li, mill-2025, għal dik l-unità l-EDPS għandu baġit li jkopri żewġ pożizzjonijiet permanenti u ħames membri tal-persunal bil-kuntratt, li għalihom saru proċeduri ta’ reklutaġġ; jinnota madankollu mill-Kwestjonarju l-fehma tal-EDPS li dawk ir-riżorsi għadhom insuffiċjenti biex ikopru dawk il-kompiti l-ġodda, b’mod partikolari s-superviżjoni tas-sistemi tal-IA fil-qasam tal-kontroll fil-fruntieri, il-migrazzjoni, il-ġustizzja u l-infurzar tal-liġi jew l-istabbiliment ta’ ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA għall-EUIBAs, kif previst fl-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2024/1689; jinnota wkoll mir-rapport ta’ segwitu tal-EDPS għar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-EDPS għall-2023 (ir-“Rapport ta’ Segwitu”) li, anke minħabba restrizzjonijiet baġitarji, l-EDPS ma setax iniedi l-istudju ta’ fattibbiltà dwar l-intelliġenza artifiċjali fl-2024; ifakkar li l-EDPS għandu jirrispetta l-kompetenzi tal-mandat tiegħu b’approċċ kollaborattiv mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni sabiex jiġu evitati proċeduri legali għaljin; ifakkar li, fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tiegħu tal-2023, il-Parlament diġà kien wissa li l-espansjoni progressiva tal-mandat tal-EDPS tirriskja li tisboq ir-riżorsi disponibbli tiegħu; jissottolinja l-importanza li l-EDPS jingħata riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex jissorvelja b’mod effettiv is-sistemi tal-IA f’oqsma ta’ interess għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota fir-rigward tal-monitoraġġ u l-prospettiva tat-teknoloġija li fl-2024 l-EDPS, permezz tal-unità Teknoloġika u tal-Privatezza tiegħu, iffoka fuq l-intelliġenza artifiċjali; jinnota f’dan il-kuntest xi wħud mis-suġġetti indirizzati mill-EDPS, bħal: - l-ipproċessar tan-newrodata min-newroteknoloġiji, kopert mit-“TechDispatch dwar in-newrodata” maħruġ mill-EDPS flimkien mad-DPA Spanjola f’Ġunju 2024 u; - it-teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat u s-sorveljanza mill-bniedem ta’ dan, indirizzati f’seminar tematiku organizzat b’mod konġunt mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u l-Università ta’ Karlstad f’Settembru 2024; jinnota b’apprezzament li f’Novembru 2024 l-EDPS ippubblika r-raba’ edizzjoni tal-inizjattiva Techsonar tiegħu li kienet iffukata fuq sitt xejriet tal-IA bħal: il-ġenerazzjoni awmentata mill-irkupru, l-IA fuq l-apparat, it-tnessija tat-tagħlim awtomatiku, l-IA multimodali, l-IA skalabbli tas-sorveljanza u newrosimbolika; jissottolinja li huwa importanti għall-EDPS li jakkumula l-għarfien meħtieġ biex jinforza s-setgħat tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2024/1689 ladarba l-EUIBAs jibdew jużaw teknoloġiji emerġenti biex jipproċessaw id-data personali; jinnota, barra minn hekk, li fl-2024 l-EDPS ħareġ l-ewwel linji gwida għall-EUIBAs biex jiżgura l-konformità mal-protezzjoni tad-data meta jintużaw sistemi tal-IA ġenerattivi, kif ukoll tliet Opinjonijiet Superviżorji dwar l-użu ta’ għodod tal-IA mill-Europol u l-Eurojust;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrikonoxxi għadd dejjem jikber ta’ lmenti minn sena għall-oħra, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-ilmenti huma relatati mal-Kummissjoni u jiġu ppreżentati mill-persunal tal-EUIBAs; jinnota li fl-2024 l-EDPS irċieva 663 ilment, jiġifieri 202 aktar mill-2023, li minnhom 108 kienu ammissibbli u 555 kienu inammissibbli; jinnota li l-EDPS ħareġ deċiżjoni finali, opinjoni jew tweġiba f’77 minn 108 każ ta’ lment riċevuti fl-2024 (jiġifieri żieda ta’ 33 % meta mqabbla mal-2023) u wieġeb għall-ilmenti inammissibbli kollha riċevuti; jinnota li, mill-ilmenti ammissibbli kollha riċevuti fl-2024, ġew iffinalizzati 48 każ fl-2024, li huwa tnaqqis minn 55 każ fl-2023; jinnota li 104 lmenti ammissibbli (żieda minn 71 każ fl-2023), inklużi dawk ippreżentati qabel l-2024, kienu għadhom pendenti fi tmiem l-2024; jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-EDPS biex inaqqas l-għadd kbir ta’ lmenti u jħeġġu jissimplifika aktar it-trattament tal-ilmenti tiegħu billi jfittex, pereżempju, fehim komuni tal-proċedura tat-trattament tal-ilmenti mad-DPAs nazzjonali, b’mod partikolari fl-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja fejn l-investigazzjonijiet huma kumplessi u twal; jinnota li l-EDPS irċieva 125 notifika ta’ ksur ta’ data personali fl-2024, żieda minn 77 notifika fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iħeġġeġ lill-EDPS jirrifletti dwar il-KPIs tiegħu u jiżgura li dawn ikopru t-trattament tal-ilmenti kif ukoll jistabbilixxu miri għat-trattament tal-ilmenti u l-inkjesti, u dan ikun b’mod simili għall-prattika tal-Ombudsman Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja r-rwol importanti tal-konsultazzjoni u l-pariri tal-EDPS fil-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni, mhux biss fl-istadju bikri tat-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni, iżda wkoll billi jipprovdi kummenti jew opinjonijiet dwar emendi ta’ kompromess dwar in-negozjati ta’ trilogu fuq talbiet mill-Parlament u mill-Kumitati tiegħu; jinnota li, skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-EDPS wieġeb għal 97 konsultazzjoni leġiżlattiva formali (80 fl-2023) u l-parir tiegħu ħa l-forma ta’ 25 opinjoni (54 fl-2023), 45 kumment formali (26 fl-2023) u 27 kumment informali (34 fl-2023) lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi b’rispons għat-talbiet għal konsultazzjoni leġiżlattiva fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota r-rwol ewlieni tal-EDPB fl-armonizzazzjoni tal-gwida, il-proċedura, il-proċessi tal-infurzar u l-prattika tal-Awtoritajiet Superviżorji (SAs) fl-Istati Membri kollha; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2024 l-EDPB ma ħa l-ebda deċiżjoni vinkolanti, ħareġ 28 opinjoni ta’ konsistenza, adotta żewġ linji gwida ġodda, ħareġ erba’ dikjarazzjonijiet dwar l-iżviluppi leġiżlattivi, implimenta u kkoordina diversi programmi fir-rigward tal-kooperazzjoni fl-infurzar; jinnota wkoll li l-EDPB jipprovdi s-segretarjat tal-Kumitat ta’ Superviżjoni Koordinata (CSC), li huwa grupp ta’ SAs nazzjonali u l-EDPS, li jiżgura s-superviżjoni koordinata tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira tal-Unjoni, filwaqt li fl-2024 tali superviżjoni ġiet estiża għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, minbarra l-ħidma ta’ tħejjija mwettqa għas-superviżjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li fl-2024 l-EDPS żviluppa diversi għodod u politiki proċedurali biex itejjeb il-proċessi investigattivi tiegħu; ifaħħar f’dan il-kuntest lill-EDPS talli emenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu fl-2024, fejn il-“proċedura ta’ rieżami” ġiet sostitwita b’“valutazzjoni preliminari” sabiex jiġi ssalvagwardjat id-dritt tal-partijiet involuti kollha li jinstemgħu; jinnota li minn Lulju 2024, l-EUIBAs jistgħu jikkondividu l-fehmiet tagħhom dwar il-valutazzjoni preliminari qabel ma l-EDPS jieħu deċiżjoni li tista’ taffettwahom b’mod negattiv; jinnota li dawn is-salvagwardji proċedurali jikkontribwixxu għal trattament ġust u f’waqtu tal-ilmenti u l-investigazzjonijiet; jinnota li fl-2024 l-EDPS irrieżamina wkoll il-metodoloġiji ta’ investigazzjoni, żviluppa manwal dwar l-aċċess għall-fajl, tejjeb it-tħejjija għal-litigazzjoni, aġġorna l-manwal intern dwar il-każijiet tal-ilmenti u tejjeb ir-reġistrazzjonijiet tas-seduti ta’ smigħ u l-proċessi ta’ traskrizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota mir-Rapport Annwali u mir-Rapport ta’ Segwitu l-attenzjoni speċjali tal-EDPS rigward l-ipproċessar tad-data tat-tfal, b’mod partikolari fil-kuntesti tal-infurzar tal-liġi; jinnota li wieħed mill-awditi mwettqa mill-EDPS fl-2024 kien dwar l-ipproċessar tad-data personali tat-tfal fi proġetti ta’ riċerka ġestiti miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni fi Spanja, b’mod partikolari fir-rigward tal-interazzjoni bejn it-tfal u r-robots; jinnota b’sodisfazzjon li f’Ottubru 2024, l-EDPS attenda d-Diskussjoni madwar mejda tad-DPAs tal-G7 f’Ruma, li fl-okkażjoni tagħha d-DPAs ħarġu “Dikjarazzjoni dwar l-IA u t-Tfal” li tħeġġeġ azzjoni biex tiġi mħarsa l-privatezza tat-tfal u jiġi żgurat li l-IA trawwem il-fiduċja filwaqt li tipproteġi lil dawk l-aktar vulnerabbli; ifakkar li l-EDPS wettaq spezzjoni apposta dwar l-ipproċessar mill-Europol ta’ data dwar minorenni taħt il-15-il sena mmarkati bħala suspettati; japprezza li l-EDPS sab li l-proċess ġenerali għall-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mis-sħab dwar il-minorenni (inklużi minorenni taħt il-15-il sena) huwa ċar u żviluppat sew; jinnota li r-rapport ta’ spezzjoni tal-EDPS jitlob lill-Europol tkompli twettaq il-valutazzjoni tagħha stess dwar il-legalità tad-data riċevuta, u ssottolinja li l-Europol teħtieġ tivvaluta “dak li huwa strettament meħtieġ” għall-ipproċessar ta’ data dwar minorenni suspettati bi kriminalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-EUIBAs jistgħu jikkonsultaw lill-EDPS għal gwida dwar l-operazzjonijiet ta’ pproċessar ippjanati u l-protezzjoni tad-data; jinnota li l-EDPS ħareġ pariri f’26 konsultazzjoni u f’26 opinjoni superviżorja dwar diversi suġġetti; jinnota b’mod partikolari li f’Diċembru 2024, l-EDPS ippubblika opinjoni superviżorja dwar il-pjan tal-Parlament li juża l-bijometrika biex jattesta l-attendenza tal-Membri għall-pagamenti tal-allowances ta’ kuljum;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li fl-2024, l-EDPS wettaq erba’ investigazzjonijiet u żewġ investigazzjonijiet preliminari, li huwa tnaqqis meta mqabbel mal-2023; jinnota fost l-aktar każijiet notevoli investigazzjoni preliminari dwar it-teħid awtomatizzat ta’ deċiżjonijiet fl-għażla tat-trainees, investigazzjoni dwar l-użu ta’ Microsoft 365 mill-Kummissjoni u investigazzjoni preliminari waħda dwar it-tfassil ta’ profili fl-applikazzjonijiet għall-aċċess pubbliku; jinnota fir-rigward tal-użu ta’ Microsoft 365 mill-Kummissjoni li l-investigazzjoni sabet bosta istanzi ta’ ksur tar-Regolament (UE) 2018/1725 li wassal lill-EDPS biex jordna lill-Kummissjoni tissospendi l-flussi kollha tad-data lejn Microsoft u l-affiljati tagħha barra mill-Unjoni/miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) sad-9 ta’ Diċembru 2024; jistieden lill-EDPS iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-eżitu tas-segwitu rigward il-konformità tal-Kummissjoni mar-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS f’dan il-każ; jinnota wkoll li fl-2024 l-EDPS kompla ħames investigazzjonijiet dwar il-prattiki tas-sit web tal-EUIBAs li jiffukaw fuq komponenti ta’ partijiet terzi u talbiet għal kunsens; jinnota li fl-2024 l-EDPS wettaq tliet awditi, bi żjarat fuq il-post, dwar suġġetti bħall-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa, il-perjodi ta’ żamma u r-riċerka li tinvolvi l-minorenni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar li fl-2022 l-EDPS ressaq azzjoni għall-annullament ta’ żewġ dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/794 emendat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/794/oj).</FIELD></FOOTNOTE> quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), li aktar tard ġiet miċħuda mill-QĠUE, iżda mbagħad appellata mill-EDPS fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-578/22<FOOTNOTE><FIELD> Id-Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2023, <STRING ITALIC="on">EDPS vs Il-Parlament u Il-Kunsill</STRING>, T-578/22, ECLI:EU:T:2023:522.</FIELD></FOOTNOTE>, billi jemmen li l-kwistjonijiet imqajma għandhom jiġu indirizzati fl-ogħla livell; jinnota mir-Rapport ta’ Segwitu li l-EDPS qed joqgħod lura milli jikkummenta dwar dak l-appell, peress li għadu għaddej; ifakkar li t-tressiq ta’ kwistjonijiet legali quddiem il-QĠUE mill-EDPS fir-rwol superviżorju tiegħu ma għandux jitqies bħala li jaffettwa l-kooperazzjoni leali u r-relazzjonijiet tajbin bejn l-EDPS u l-entitajiet li jissorvelja, iżda jinnota li dan iqajjem dubji fuq il-pożizzjoni tal-EDPS dwar ir-rwol tal-Parlament u tal-Kunsill bħala leġiżlaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li l-eżerċizzju tal-2024 għall-valutazzjoni tal-Istandards ta’ Kontroll Intern tal-EDPS ikkonferma livell sodisfaċenti ta’ kontroll intern u kull wieħed mill-14-il standard huma preżenti u li qed jiffunzjonaw; jinnota li ġie ffurmat grupp ta’ ħidma biex janalizza r-riżultati u jipproponi titjib, bħal titjib fit-taħriġ u l-iżvilupp, u l-ġestjoni tal-għarfien u tad-dokumenti; jinnota mill-Kwestjonarju li l-qafas aġġornat tal-ġestjoni tar-riskju tal-EDPS introduċa segwitu strutturat li ppermetta lill-organizzazzjoni tiżgura li l-isforzi ta’ mitigazzjoni jibqgħu effettivi u mmonitorjati b’mod konsistenti; jinnota wkoll li l-EDPS aġġorna l-proċedura tiegħu dwar il-kontrolli ex post li issa huma bbażati fuq ir-riskju u saħħaħ il-kontinwità tal-operat u r-rekord tal-awditjar permezz tal-integrazzjoni tas-sistema ARES, it-taħriġ, u proċessi mtejba ta’ ġestjoni tal-għarfien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni nieda awditu wieħed fl-2024, dwar il-governanza għas-servizzi tal-IT ipprovduti mill-Parlament lill-EDPS, li rriżulta f’żewġ rakkomandazzjonijiet li bħalissa qed jiġu implimentati mill-EDPS; jinnota fir-rigward ta’ awditu mill-2023 dwar il-“metodoloġija għall-ippjanar tal-awditi tal-EDPS” li waħda miż-żewġ rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-IAS ġiet indirizzata filwaqt li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni l-oħra (dwar it-tfassil tal-metodoloġija biex jiġi stabbilit il-pjan ta’ awditjar tal-EDPS) ġiet posposta għal meta se jinħatar il-Kontrollur il-ġdid; jistieden lill-EDPS iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar f’din il-kwistjoni, filwaqt li jinnota li l-EDPS għandu jikkonsulta lill-entitajiet awditjati minnu rigward il-fattibbiltà u l-adegwatezza tar-rakkomandazzjonijiet ippjanati li jsiru, biex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida, effettiva u b’riżorsi tar-rakkomandazzjonijiet minn hemm’ il quddiem mill-korp awditjat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2024, l-EDPS kellu 137 membru tal-persunal, meta mqabbel ma’ 129 fl-2023; jinnota li l-EDPS impjega 55 membru tal-persunal bil-kuntratt (CAs) skont l-Artikolu 3b tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (50 CA fl-2023), 9 membri tal-persunal temporanji (TAs) skont l-Artikolu 2, il-punti (b) u (c) (7 TA fl-2023) u uża s-servizzi ta’ 10 fornituri esterni tas-servizzi (EXT) li kienu jaħdmu intra-muros fl-2023 (12 EXT fl-2022); jistieden lill-EDPS jirrifletti dwar il-mod kif jitnaqqas l-għadd ta’ CAs favur kuntratti permanenti biex jiġi żgurat li jinżamm it-talent u jitkompla l-operat; jinnota li l-EDPS kellu 23 nazzjonalità mill-Istati Membri fl-2024 (l-istess bħal fl-2023) irrappreżentati fost il-persunal tiegħu, li, minkejja r-rappreżentanza żejda ta’ 5 nazzjonalitajiet u s-sottorappreżentanza ta’ nazzjonalitajiet oħra, huwa punteġġ eċċellenti għal istituzzjoni tant żgħira; jistieden lill-EDPS ikompli bl-isforzi tiegħu biex ikollu distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha, b’attenzjoni partikolari għal-livell maniġerjali, inkluż permezz tal-politika ta’ reklutaġġ tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota rata għolja ta’ okkupanza tat-tabella tal-persunal ta’ 98,80 % (meta mqabbla ma’ 95,65 % fl-2023) iżda wkoll rata għolja ta’ dawran ta’ 12 % fl-2024 (meta mqabbla ma’ 13 % fl-2023); jinnota li l-biċċa l-kbira tal-pożizzjonijiet mhux mimlija kienu riżultat tal-fatt li l-kandidati ma kinux xierqa; jirrikonoxxi l-isfidi identifikati fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u ta’ selezzjoni; jinnota b’sodisfazzjon mir-Rapport ta’ Segwitu li l-EDPS indirizza dawn l-isfidi billi żviluppa strateġija komprensiva għaż-żamma tal-persunal u għall-attirar tat-talent li ġiet adottata fil-bidu tal-2025, b’azzjonijiet fuq terminu qasir, medju u twil għaż-żamma ta’ persunal b’esperjenza, il-mitigazzjoni tar-riskji ta’ dawran u t-titjib tal-attraenza tal-EDPS bħala impjegatur; iħeġġeġ lill-EDPS ikompli jtejjeb il-proċeduri ta’ reklutaġġ, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tal-mertu, tat-trasparenza u tat-trattament ugwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota fir-rigward tad-diżaggregazzjoni skont il-ġeneru tal-persunal tal-EDPS li fl-2024 63 % kienu nisa u 37 % kienu rġiel, fl-istess xejra bħal fis-sena preċedenti, meta d-distribuzzjoni bejn in-nisa u l-irġiel kienet rispettivament ta’ 65 % u 35 %; jinnota bilanċ bejn il-ġeneri fost il-maniġers intermedji, bi tliet irġiel u tliet nisa, iżda jesprimi dispjaċir għas-sottorappreżentanza kontinwa tan-nisa f’pożizzjonijiet tal-maniġment superjuri; jistieden lill-EDPS ikompli bl-isforzi tiegħu biex jikseb rappreżentanza bbilanċjata bejn il-ġeneri fost il-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li l-EDPS impjega 20 trainee mill-programm tal-Blue Book Traineeships tal-Kummissjoni li tħallsu allowance fix-xahar ta’ madwar EUR 1 500 u trainee wieħed mhux imħallas abbażi ta’ ftehim ta’ internship akkademika; iġedded l-enfasi tiegħu li t-traineeships għandhom jiġu remunerati f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2023 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar traineeships ta’ kwalità fl-Unjoni (2020/2005(INL)), li titlob li l-internships kollha fl-Unjoni għandhom joffru ħlas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota l-attivitajiet imwettqa mill-EDPS għall-iżvilupp tal-HR tiegħu fl-2024; jinnota li adotta politika ġdida dwar il-pjattaformi ta’ tagħlim online, issieħeb mal-programm interistituzzjonali l-ġdid ta’ job shadowing b’ħames membri tal-persunal tal-EDPS jagħmlu shadowing ta’ persunal tal-Kummissjoni, organizza away day għall-persunal iddedikata għall-preparatezza f’termini tal-IA u attivitajiet oħra ta’ bini ta’ koeżjoni; jinnota t-tnedija ta’ grupp ta’ ħidma li jinvolvi unitajiet differenti biex jiġu żviluppati inizjattivi favur l-ugwaljanza, l-inklużjoni u d-diversità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota, mill-Kwestjonarju, li l-EDPS joffri arranġamenti tax-xogħol flessibbli u ibridi, li huma milqugħin tajjeb mill-membri tal-persunal li jistgħu jibbenefikaw fost l-oħrajn minn liv tal-ġenituri, minn krediti tal-ħin, minn xogħol part-time jew minn xogħol minn barra l-pajjiż għal għadd limitat ta’ jiem fis-sena; jinnota li l-istħarriġ li jmiss dwar is-sodisfazzjon tal-persunal, li jkopri t-telexogħol, kien ippjanat għall-2025; iqis li l-infrastruttura tal-bini tista’ tiġi ottimizzata, fejn xieraq, biex tirrifletti l-arranġamenti ta’ telexogħol u ta’ xogħol ibridu, bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi u jiġi żgurat użu aktar effiċjenti tal-ispazju għall-uffiċċji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li bħalissa l-EDPS ma jimpjegax persunal b’diżabbiltà iżda għandu klawżola ta’ opportunitajiet indaqs inkluża fl-avviżi kollha tal-pożizzjonijiet vakanti tal-EDPS u jħeġġeġ b’mod attiv applikazzjonijiet minn kandidati b’diżabbiltà; jinnota li s-sit web korporattiv tal-EDPS huwa mibni fuq sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut li hija allinjata mal-istandards essenzjali għad-disinn aċċessibbli tal-web u kwalunkwe funzjonalità addizzjonali żviluppata għal dak is-sit web tinħoloq bl-aċċessibbiltà bħala rekwiżit ewlieni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju t-tweġiba tal-EDPS fejn l-EDPS ma għandu l-ebda aċċess għall-fajls mediċi tal-persunal tiegħu u mhuwiex f’pożizzjoni li jkun jaf il-kawża ewlenija tal-assenzi, peress li dawn huma vvalidati mis-Servizz Mediku tal-Kummissjoni; jinnota li l-EDPS għandu aċċess biss għal data aggregata bħall-għadd ta’ jiem ta’ liv minħabba mard u jekk humiex akkumpanjati minn ċertifikat mediku; jinnota li ż-żieda mill-2023 għall-2024 fl-għadd ta’ jiem ta’ liv minħabba mard, jiġifieri minn 1 680,50 għal 1 946 (+15,80 %) qabżet iż-żieda fl-għadd ta’ persunal minn 129 għal 137 (jiġifieri +6,20 %); jinnota li t-tul medju tal-mard għal kull persuna żdied ukoll, minn 14,7 ijiem fl-2023 għal 18,30 jum fl-2024, u li r-rata ta’ liv minħabba mard żdiedet minn 3,60 % fl-2023 għal 3,9 % fl-2024; huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni attwali u jkompli jitlob evalwazzjoni aktar ċara tal-benesseri tal-persunal biex jiġu identifikati l-kawżi rikorrenti possibbli ta’ eżawriment, li l-każijiet tagħhom għandhom jiġu rrapportati kull sena lill-awtorità ta’ kwittanza bħal kull istituzzjoni oħra; jitlob li l-EDPS, f’kooperazzjoni mas-Servizz Mediku tal-Kummissjoni, iwettaq valutazzjoni mmirata tal-kawżi ewlenin ta’ din iż-żieda, b’enfasi speċifika fuq il-prevenzjoni tal-eżawriment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li ma kien hemm l-ebda każ ta’ fastidju rrapportat fl-EDPS fl-2024; japprezza li, fl-2024, l-EDPS kompla jipprovdi preżentazzjoni kontra l-fastidju mogħtija minn wieħed mill-Konsulenti Kunfidenzjali tal-EDPS, waqt is-sessjoni tal-onboarding għall-persunal il-ġdid; ifaħħar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u r-rwol tal-konsulenti kunfidenzjali fuq l-intranet tal-EDPS;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li l-EDPS stabbilixxa qafas biex jiġu pprevenuti l-kunflitti ta’ interess fil-livell tal-maniġment superjuri u tal-persunal permezz ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, sensibilizzazzjoni u dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess u kunfidenzjalità (DOICs); jinnota li l-persunal kollu li jingħaqad mal-EDPS irid jiffirma DOIC; jinnota li fl-2024 ma ġie rreġistrat l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess jew ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fl-EDPS; jinnota bi tħassib li fl-2024 ġie rrappurtat każ wieħed ta’ allegat frodi fl-EDPS, li investigah l-Uffiċċju tal-Investigazzjoni u tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni (IDOC); jinnota f’dan il-każ li l-IDOC għalaq l-inkjesta fl-2025 bir-rakkomandazzjoni lill-EDPS li jibda proċedimenti dixxiplinari f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal; jistieden lill-EDPS iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-eżitu finali ta’ dik il-kwistjoni, kif ukoll b’rabta ma’ kwalunkwe miżura potenzjali meħuda biex jissaħħu l-kontrolli interni kontra l-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, l-EDPS kompla jorganizza taħriġ ta’ induzzjoni li jkopri l-qafas etiku tiegħu (dwar il-fastidju, l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, il-kunflitti ta’ interess) u l-istrateġija kontra l-frodi għall-persunal il-ġdid tal-EDPS/EDPB; jinnota li l-uffiċjal tal-etika tal-EDPS kull sena jissottometti rapport dwar l-etika lill-maniġment tal-EDPS/EDPB u jipparteċipa fil-grupp ta’ ħidma “Comité Paritaire des Questions Statuaries” dwar l-etika; jinnota b’sodisfazzjon li l-EDPS stabbilixxa kaxxa postali fejn il-membri tal-persunal jistgħu jissottomettu t-talbiet tagħhom rigward kwalunkwe mistoqsija relatata mal-etika; iħeġġeġ lill-EDPS ikompli s-sensibilizzazzjoni u jorganizza stħarriġ biex jivvaluta l-livell ta’ kemm il-persunal huwa konxju mill-qafas etiku tal-EDPS/EDPB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-livell ġenerali għoli ta’ trasparenza miksub mill-EDPS fir-rigward tal-attivitajiet tiegħu, inkluż fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-aġenda u d-dikjarazzjoni tal-interessi tal-Kontrollur u tas-SĠ; jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju li, wara valutazzjoni interna dwar il-miżuri ta’ trasparenza mwettqa fl-2023-2024, fl-2025 l-EDPS adotta deċiżjoni li skontha l-Kontrollur, is-SĠ u l-persunal tal-EDPS b’responsabbiltajiet maniġerjali se jiltaqgħu ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess biss jekk ikunu rreġistrati fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-Unjoni; jilqa’ l-fatt li b’dik id-deċiżjoni l-EDPS sar parti mir-Reġistru tat-Trasparenza tal-Unjoni, li l-Bord tat-Tmexxija tiegħu ġie nnotifikat kif xieraq; jirrakkomanda li l-EDPS jippubblika lista tal-laqgħat kollha li jsiru ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess fuq is-sit web tiegħu biex ikompli jtejjeb l-obbligu ta’ rendikont pubbliku u t-trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li l-EDPS kien soġġett għal inkjesta mill-Ombudsman Ewropew dwar każ mibdi fl-2023 li ngħalaq fl-2024 b’sejba ta’ amministrazzjoni ħażina; jinnota li s-sejba kienet tikkonċerna ż-żmien li ħa l-EDPS biex ilesti l-valutazzjoni tiegħu ta’ lment fi żmien raġonevoli u talli ma infurmax b’mod proattiv lill-ilmentatur dwar il-progress tal-każ; japprezza li, b’riżultat ta’ dan, l-EDPS ħa azzjoni biex itejjeb il-proċeduri tiegħu, fejn il-persunal issa huwa meħtieġ jaġġorna b’mod proattiv l-ilmenti u jissospendi l-investigazzjonijiet meta jkun qed jistenna sentenzi tal-qrati jew deċiżjonijiet minn korpi oħra dwar l-istess kwistjoni; jinnota mill-Kwestjonarju li fl-2024 l-EDPS kien involut fi tliet investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), li għadhom għaddejjin; iħeġġeġ lill-EDPS iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-EDPS biex jissorvelja l-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data personali tal-EUIBAs; jesprimi tħassib dwar iż-żmien li jieħu l-EDPS biex jittratta l-ilmenti; ifakkar fid-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-7 ta’ Novembru 2024 fil-Kawża 1888/2023/TM, li fih l-Ombudsman Ewropew ikkonkludiet li sitt snin biex l-EDPS ilesti l-valutazzjoni tiegħu ta’ lment ma jikkostitwix perjodu ta’ żmien raġonevoli u li l-approċċ tal-EDPS ikkostitwixxa amministrazzjoni ħażina; jinnota li l-Ombudsman Ewropew sabet li l-EDPS naqas ukoll milli jżomm lill-ilmentatur infurmat dwar il-progress tal-każ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li, f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-EDPS, il-Kontrollur u s-SĠ huma marbuta bid-dmir ta’ integrità, diskrezzjoni u kunfidenzjalità għal tliet snin wara li ma jibqgħux fil-kariga; jinnota li l-ebda uffiċjal għoli ma telaq mill-EDPS jew ingħaqad miegħu fl-2024;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li n-nefqa fl-2024 għat-tagħmir u l-proġetti tal-IT kienet 10 % ogħla meta mqabbla mal-2023 minħabba konsulenza addizzjonali dwar iċ-ċibersigurtà; jinnota wkoll li elementi oħra tal-kostijiet baqgħu relattivament stabbli bejn dawn is-sentejn, inklużi s-servizzi ġenerali tal-IT u l-manutenzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota l-avvanzi li saru mill-EDPS fil-perkors tiegħu lejn it-trasformazzjoni diġitali fl-2024; jinnota b’mod partikolari li l-EDPS integra l-EU Send (servizz/kanal għall-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata ma’ EUIBAs oħra), adotta ServiceNow għall-appoġġ tal-IT (li joħloq portal ta’ helpdesk unifikat għall-persunal), implimenta s-SECABC (qafas interistituzzjonali għall-iskambju sigur tal-informazzjoni) u għamel migrazzjoni għall-Kontejner bħala Servizz fuq il-post tal-Kummissjoni; jinnota li uffiċjal permanenti wieħed u aġent kuntrattwali wieħed huma ddedikati għat-trasformazzjoni diġitali tal-EDPS; jirrikonoxxi mill-Kwestjonarju u mir-Rapport ta’ Segwitu r-restrizzjonijiet baġitarji tal-EDPS li jipprevjenu l-istabbiliment ta’ tim ta’ mill-anqas ħames speċjalisti tal-IT li jkopru 7 oqsma differenti tal-IT li jkunu jistgħu jkopru applikazzjonijiet speċifiċi assoċjati mal-proċessi tal-operat tal-EDPS li jmorru lil hinn mill-infrastruttura u s-servizzi bażiċi tal-IT offruti mill-Parlament u mill-Kummissjoni fl-ambitu tal-Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz (FLS);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li l-persunal intern limitat tal-IT tal-EDPS huwa parzjalment ikkumpensat mis-servizzi tal-IT ipprovduti mill-Parlament u mill-Kummissjoni fl-ambitu tal-FLS u mekkaniżmu ta’ ħlas lura; ifakkar li l-Parlament diġà identifika, fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tiegħu tal-2023, lakuni strutturali bejn tali servizzi interistituzzjonali tal-IT u l-ħtiġijiet operazzjonali speċifiċi tal-EDPS; jisħaq li, filwaqt dan il-mudell jista’ jiġġenera ekonomiji ta’ skala, jista’ jnaqqas il-prevedibbiltà tal-ispejjeż u l-kontroll dirett ta’ istituzzjonijiet żgħar fuq l-evoluzzjoni tan-nefqa relatata mal-IT, u jissottolinja l-importanza li jitqiesu dawn il-pressjonijiet tal-ispejjeż strutturali fl-ippjanar baġitarju futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jenfasizza l-ħidma tal-EDPS fuq soluzzjonijiet kollaborattivi tal-cloud b’sors miftuħ u bbażati fl-Unjoni, b’mod partikolari l-proġett Nextcloud u l-migrazzjoni tiegħu lejn ċentru tad-data ġestit mill-Kummissjoni, bil-ħsieb li tissaħħaħ is-sovranità tad-data u jitnaqqsu d-dipendenzi fuq fornituri mhux tal-Unjoni; jistieden lill-EDPS jipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza valutazzjoni tal-kost totali tas-sjieda tal-proġett, il-benefiċċji tas-sigurtà u l-iskalabbiltà għal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-EDPS jibbaża b’suċċess fuq ħafna mis-sistemi amministrattivi użati mill-Kummissjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-proċessi tal-amministrazzjoni tar-riżorsi umani (HR) u tal-operat, kif ukoll fuq xi wħud mis-servizzi tal-Parlament, inklużi l-forniment ta’ laptops, infrastruttura tan-network u vidjokonferenzi, fost l-oħrajn; jinnota li l-EDPS juża l-firma elettronika kwalifikata biex jiffirma dokumenti elettroniċi fis-sistema ARES u barra minnha għal dokumenti amministrattivi u finanzjarji; ifaħħar lill-EDPS għall-progress li għamel lejn l-adozzjoni ta’ għodod tal-akkwist elettroniku, li hija prevista għall-2026 meta s-SUMMA, is-software finanzjarju l-ġdid, se jiġi introdott ukoll fl-EDPS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li fl-2025 l-EDPS approva linji gwida interni dwar l-użu ta’ sistemi tal-IA ġenerattivi mill-persunal tiegħu li huma offruti wkoll perkors ta’ taħriġ obbligatorju dwar l-IA; jilqa’ l-ħidma preparatorja tal-EDPS għall-ħruġ potenzjali ta’ linji gwida biex jiġi żgurat li l-għodod tal-IA jintużaw b’mod responsabbli mill-EUIBAs li jikkomplementaw il-gwida diġà pprovduta mill-Kummissjoni billi jiffokaw fuq speċifiċitajiet tal-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni jew fuq każijiet ta’ użu f’oqsma speċifiċi bħall-HR/reklutaġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-EDPS fit-tisħiħ tal-preparatezza taċ-ċibersigurtà tal-EUIBAs, filwaqt li jaħdem mill-qrib ma’ korpi bħall-ENISA u ċentri taċ-ċibersigurtà bħas-CERT-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-EDPS nieda żewġ inizjattivi ewlenin biex isaħħaħ il-ġestjoni tal-ksur ta’ data personali fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, jiġifieri l-Kampanja ta’ Sensibilizzazzjoni dwar il-Ksur tad-Data Personali, li kienet immirata lejn entitajiet li ma kinux irrapportaw ksur fil-passat, li pprovdiet għodod ta’ awtovalutazzjoni, konsultazzjonijiet bilaterali, u rakkomandazzjonijiet imfassla apposta, u eżerċizzju taċ-ċibersigurtà (imsejjaħ PATRICIA), bl-għan li jittejjeb it-trattament ta’ inċidenti taċ-ċibersigurtà li jinvolvu ksur ta’ data personali u tissaħħaħ il-kooperazzjoni interistituzzjonali; jinnota b’apprezzament li ż-żewġ inizjattivi ngħataw premju mill-Assemblea Globali tal-Privatezza fl-2025 għall-kontribut tagħhom għall-obbligu ta’ rendikont; josserva li l-EDPS saħħaħ il-qafas taċ-ċibersigurtà tiegħu billi introduċa d-detezzjoni tal-vulnerabbiltajiet u tat-theddid f’ħin reali għall-assi mqabbdin mal-internet, permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa fl-ambitu tal-FLS tiegħu mas-CERT-UE; jifraħ lill-EDPS talli ospita konferenza fi Brussell f’Ġunju 2024, li laqqgħet esperti tal-protezzjoni tad-data, persuni li jfasslu l-politika, u speċjalisti tat-teknoloġija biex jirriflettu dwar ir-rwol li qed jevolvi tal-protezzjoni tad-data fid-demokraziji moderni, b’mod partikolari minħabba ż-żieda fid-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni online, u l-isfidi ppreżentati mill-media soċjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Binjiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li fl-2024, kien meħtieġ trasferiment ta’ madwar EUR 55 000 biex ikopru s-sigurtà tal-bini u l-kostijiet tal-kirjiet, peress li l-kost tal-kiri kkonfermat għall-2024 mill-Parlament, li qed juża l-bini tiegħu l-EDPS, kien ogħla mill-krediti allokati għal dik is-sena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li, f’termini ta’ aċċessibbiltà għall-binja tiegħu, l-EDPS jibbaża fuq id-deċiżjonijiet li ttieħdu u li ġew implimentati mill-Parlament, bħala parti mill-politika immobiljari tiegħu; jistieden lill-EDPS jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza jekk huwiex qed jippjana wkoll li jimpjega trainees b’mobbiltà mnaqqsa jew b’diżabbiltà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota li l-EDPS jikri bini intelliġenti tal-Parlament, li l-impronta ambjentali tiegħu titnaqqas permezz ta’ diversi miżuri bħar-regolazzjoni tat-temperatura li jsir b’mod awtomatiku u ċentrali, fost l-oħrajn; jinnota li l-bini huwa mgħammar ukoll b’pannelli fotovoltajċi li jiġġeneraw madwar 20 kWh ta’ elettriku u jkopru 6,04 % tal-konsum totali tal-EDPS fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota li l-EDPS ma sseħibx mal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS); jinnota li, bil-ħsieb li jiġi ċċertifikat mill-EMAS, fl-2024 l-EDPS stabbilixxa grupp ta’ ħidma li jinvolvi unitajiet differenti u li l-objettivi tiegħu huma li jimmappja l-miżuri eżistenti diġà implimentati mill-Parlament, jiżviluppa strateġiji għat-tnaqqis tal-karbonju u jipproponi soluzzjonijiet innovattivi; jistieden lill-EDPS jistabbilixxi skeda ta’ żmien ċara biex tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni tal-EMAS u biex iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar rigward din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-EDPS iwettaq il-maġġoranza l-kbira tal-akkwist tiegħu permezz ta’ Kuntratti Qafas Interistituzzjonali (IIFWCs), u, bħala Awtorità Kontraenti Parteċipanti, japplika l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti mill-Awtorità Kontraenti Ewlenija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-ivvjaġġar fuq xogħol kollu fi ħdan l-EDPS irid jikkonforma mar-regoli stabbiliti fil-Gwida għall-Missjonijiet; josserva li l-persunal tal-EDPS primarjament jivvjaġġa fil-klassi ekonomika u li l-biċċa l-kbira tal-vjaġġi jsiru fl-Unjoni; jilqa’ l-isforzi tal-EDPS biex inaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu billi jħeġġeġ lill-persunal juża l-vidjokonferenzi, jivvjaġġa bil-ferrovija għal distanzi qosra, u t-trasport pubbliku meta jivvjaġġa lejn jew mill-ajruport jew fil-post tal-missjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-EDPS qed jimplimenta strateġija ta’ mobbiltà sostenibbli, li tippermetti lill-persunal jitlob rimborż ta’ 50 % tal-biljetti staġjonali ta’ kull xahar jew annwali tiegħu jew passes għal aktar minn vjaġġ wieħed għat-trasport pubbliku u tipprovdi faċilitajiet adattati għall-ħtiġijiet tal-persunal li juża r-roti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ l-iffrankar baġitarju u amministrattiv miksub mill-EDPS permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali, b’mod partikolari l-konklużjoni ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz mal-Parlament għall-kiri tal-bini tiegħu u l-użu ta’ applikazzjonijiet tas-sistema tal-IT, provvisti tal-hardware u manutenzjoni u mal-Kummissjoni għall-proċessi tal-amministrazzjoni tar-riżorsi umani u tal-operat, kif ukoll permezz tal-parteċipazzjoni f’kuntratti qafas interistituzzjonali kbar f’oqsma bħall-konsulenza tal-IT, is-servizzi interim u l-provvisti għall-uffiċċju, fost l-oħrajn; ifaħħar ukoll lill-EDPS għaż-żamma ta’ kooperazzjoni strutturata mal-Ombudsman Ewropew, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u mas-CERT-UE permezz ta’ memoranda ta’ qbil; jinnota mill-Kwestjonarju li l-EDPS qed jipparteċipa wkoll fil-proġett interistituzzjonali tat-Trasformazzjoni tal-HR, immexxi mill-Kummissjoni, li għandu l-għan li jiddiġitalizza l-proċessi tal-HR, u t-tnedija ta’ dan il-proġett se tiġi konkluża sal-2029;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li l-EDPS jipparteċipa f’laqgħat ta’ diversi korpi interistituzzjonali; jilqa’ f’dan il-kuntest il-parteċipazzjoni tal-EPDS fil-laqgħat tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni u fil-Kumitat Interistituzzjonali tal-Komunikazzjoni Online, immexxija mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Parlament; jirrikonoxxi li l-kooperazzjoni interistituzzjonali mal-EDPS, fir-rwol superviżorju tiegħu, hija essenzjali biex l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni jtejbu l-livell ta’ konformità tagħhom mal-qafas legali dwar il-protezzjoni tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota mir-Rapport Annwali li fl-2024 l-EDPB nieda l-azzjoni ta’ infurzar koordinata tiegħu dwar id-dritt ta’ aċċess tal-individwi għad-data personali tagħhom, bi 30 DPA parteċipanti madwar l-Unjoni u ż-ŻEE; jinnota mill-Kwestjonarju li l-EDPS ħa sehem f’din l-azzjoni ta’ infurzar, iżda kompla wkoll il-ħidma tiegħu fuq l-azzjoni ta’ infurzar koordinata tal-EDPB mill-2023 dwar ir-rwol tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD); jinnota l-involviment attiv kontinwu tal-EPDS fl-attivitajiet tas-CSC fl-2024 billi assuma r-rwol ta’ koordinazzjoni tas-CSC għal sentejn, abbozza nota ta’ gwida dwar il-kooperazzjoni fit-trattament tal-ilmenti tal-Europol u mmonitorja l-iżvilupp tal-ETIAS, fost l-oħrajn; jinnota li l-EDPS, bħala membru tal-EDPB, ikkoordina wkoll taskforce dwar il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u tal-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-interazzjoni bejn l-Att dwar is-Swieq Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-GDPR<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju u mir-Rapport ta’ Segwitu li l-attivitajiet konġunti mal-OLAF, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Qorti, u t-teħid ta’ inizjattiva fil-qasam tad-detezzjoni tal-frodi ma jaqgħux taħt il-mandat tal-EDPS;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li fl-2024 il-baġit għall-komunikazzjoni pubblika u l-attivitajiet promozzjonali kien jammonta għal EUR 425 000, li jirrappreżenta żieda ta’ madwar 9,20 % meta mqabbel mal-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-EDPS organizza u pparteċipa f’diversi avvenimenti ta’ komunikazzjoni online kif ukoll personalment fl-2024, li kellhom l-għan li jqajmu sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol u l-missjoni tal-EDPS fost pubbliku usa’ u l-importanza li jiġu rrispettati r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, bħall-Jum għall-Protezzjoni tad-Data, il-konferenza tat-Trainees tal-EDPS (darbtejn fis-sena), is-Summit tas-Soċjetà Ċivili tal-EDPS u l-Assemblea Globali tal-Privatezza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota li l-EDPS jikkomunika online permezz tas-sit web tiegħu u l-kontijiet tal-media soċjali tiegħu fuq X (ex-Twitter) (28 800 segwaċi), LinkedIn (82 800 segwaċi), YouTube (3 400 segwaċi) u Instagram (300 segwaċi);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota li l-proġett pilota tal-pjattaformi EU Voice u EU Video (networks tal-media soċjali b’xejn u b’sors miftuħ, orjentati lejn il-privatezza u bbażati fuq is-software Mastodon u PeerTube) intemm fl-2024; jinnota li l-EDPS iffaċilita l-migrazzjoni bla xkiel tal-EUIBAs li xtaqu jżommu l-kontijiet tagħhom, filwaqt li żgura l-kontinwità għall-utenti; jinnota li, abbażi tas-suċċess tal-proġett pilota, saru tħejjijiet biex jitkompla l-użu ta’ Mastodon fl-2025; jilqa’, f’dak il-kuntest, il-kontribut tal-EDPS għall-istrateġija tal-Unjoni dwar id-data u s-sovranità diġitali sabiex tiġi promossa l-indipendenza tal-Unjoni fid-dinja diġitali u l-konformità mal-qafas legali dwar il-protezzjoni tad-data.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>