<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0135</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2024: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0050/2026 - Rapporteur: Pasquale Tridico)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2024 (2025/2155(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2024, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5734, 30.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5734/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5407, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5407/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Marzu 2026 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024 (05749/2026 – C10‑0047/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/715/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0050/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2024 (2025/2155(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2024, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5734, 30.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5734/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5407, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5407/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Marzu 2026 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024 (05749/2026 – C10‑0047/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/715/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0050/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 li tinkludi xi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2024 (2025/2155(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0050/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku indipendenti tal-Unjoni, responsabbli għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għat-tressiq quddiem il-qrati tal-awturi u l-kompliċi ta’ reati kriminali kif previst mid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1371/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (kriminalità relatata mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji - PIF) u kif indikat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-kompetenza tal-UPPE tinkludi diversi tipi ta’ frodi, tinkludi frodi transfruntiera tal-VAT b’danni ta’ aktar minn EUR 10 miljuni, ħasil tal-flus, korruzzjoni u reati oħra li għalihom l-UPPE jeżerċita l-funzjonijiet ta’ prosekutur fil-qrati kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti, sa tmiem il-proċedimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UPPE huwa wieħed mill-komponenti tal-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi u, bħala tali, l-azzjonijiet tiegħu huma kkoordinati ma’ dawk tal-komponenti l-oħra tal-arkitettura u huma komplementari magħhom, biex tinkiseb koordinazzjoni simplifikata u effiċjenti li ttejjeb l-effettività kumplessiva tal-arkitettura;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-UPPE huwa inkorporat fis-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti u għandu kompetenza prijoritarja għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li organizzazzjonijiet oħra, bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), ma għandhomx is-setgħat meħtieġa biex iwettqu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali rilevanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-atti proċedurali tal-UPPE huma soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju mill-qrati nazzjonali skont il-liġijiet nazzjonali u mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) – permezz ta’ deċiżjoni preliminari jew ta’ stħarriġiet ġudizzjarji – jiżguraw applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-interpretazzjoni uniformi tar-Regolament (UE) 2017/1939 u tad-Direttiva (UE) 2017/1371;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UPPE huwa magħmul minn livell ċentrali, bil-kwartieri ġenerali tiegħu fil-Lussemburgu, li jikkonsisti mill-Kap Prosekutur Ewropew, 24 Prosekutur Ewropew (wieħed għal kull Stat Membru parteċipanti wara l-parteċipazzjoni tal-Polonja u l-Iżvezja fl-UPPE, li seħħew fl-20 ta’ Marzu u d-19 ta’ Lulju 2024, rispettivament), id-Direttur Amministrattiv, kif ukoll livell nazzjonali deċentralizzat li jikkonsisti mill-prosekuturi delegati Ewropej (EDPs) fl-24 Stat Membru parteċipanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi fil-livell ċentrali, il-Kap Prosekutur Ewropew u l-24 Prosekutur Ewropew jiffurmaw il-Kulleġġ tal-UPPE (il-“Kulleġġ”) u huma allokati fi 15-il Awla Permanenti bil-kompitu li jissorveljaw l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet li jitwettqu mill-prosekuturi delegati Ewropej fil-livell nazzjonali, li joperaw b’indipendenza sħiħa mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2017/1939 id-Direttur Amministrattiv tal-UPPE, li jaġixxi bħala l-uffiċjal awtorizzanti tal-UPPE, għandu jimplimenta l-baġit tiegħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti awtorizzati fil-baġit u għandu jibgħat kull sena lill-awtorità baġitarja tal-Unjoni l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sejbiet ta’ kwalunkwe proċedura ta’ evalwazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 50(2) tar-Regoli Finanzjarji tal-UPPE, l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni jaġixxi wkoll bħala l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-UPPE u huwa responsabbli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali, li jiġu kkonsolidati ma’ dawk tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, fl-ambitu tal-qafas attwali, il-kontijiet annwali finali jiġu skrutinizzati mill-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) u l-Kunsill jirrakkomanda u l-Parlament jiddeċiedi jekk jagħtix il-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-UPPE għall-implimentazzjoni tal-baġit għal sena finanzjarja partikolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-iskrutinju fuq il-ġestjoni tar-riżorsi tal-UPPE u n-nefqa relatata ma jistax jinjora l-eżami tal-attivitajiet operattivi, inklużi l-metodi tal-eżekuzzjoni tagħhom, il-konsegwenzi u l-impatt tagħhom u huwa mistenni li jqis il-partikolaritajiet tal-azzjonijiet ta’ prosekuzzjoni u ta’ investigazzjoni permezz ta’ evalwazzjoni kontinwa biex jiġi żgurat li r-riżorsi jibqgħu suffiċjenti u jintefqu b’mod effiċjenti ħalli jiġi żgurat suċċess operazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-UPPE ilu jopera b’mod awtonomu fl-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu mill-24 ta’ Ġunju 2021 biss u beda l-attivitajiet operattivi tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2021, li huwa wkoll id-<STRING ITALIC="on">dies a quo</STRING> għall-mandat ta’ 5 snin indikat fl-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2017/1939 li meta jintlaħaq, il-Kummissjoni se jkollha tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ tali Regolament, u dwar l-effettività u l-effiċjenza tal-UPPE u l-prattiki tax-xogħol tiegħu, flimkien mal-konklużjonijiet tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi lill-Parlament u lill-Kunsill jekk tikkonkludi li huwa meħtieġ li jkun hemm regoli addizzjonali jew aktar dettaljati dwar it-twaqqif tal-UPPE, il-funzjonijiet tiegħu jew il-proċedura applikabbli għall-attivitajiet tiegħu, inklużi l-investigazzjonijiet transfruntiera tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi kwalunkwe proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-qafas regolatorju tal-UPPE tista’ tiġi ppreżentata biss wara li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament adottati mid-data tal-bidu tal-attivitajiet operattivi tal-UPPE u filwaqt li jitqies ir-rwol tal-UPPE fl-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi, li l-Kummissjoni nediet ir-reviżjoni tagħha f’Settembru 2025, wara t-talbiet tal-Parlament biex tagħmel dan;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-opinjoni pożittiva tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-UPPE għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2024 u dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul u l-pagamenti sottostanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tal-UPPE fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-baġit tal-Unjoni; ifakkar fl-appoġġ qawwi tal-Parlament għall-istabbiliment tal-UPPE u jesprimi apprezzament għall-ħidma li jagħmel l-UPPE fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati bħall-frodi, il-korruzzjoni u l-frodi transfruntiera serja tal-VAT; itenni r-rwol ċentrali tal-UPPE fis-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jissottolinja li dan jikkostitwixxi pedament tal-qafas tal-Unjoni kontra l-frodi u tas-sistema usa’ ta’ governanza bbażata fuq l-integrità, l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol uniku tal-UPPE fir-rigward tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni bħala servizz ta’ prosekuzzjoni u jirrimarka li minħabba n-natura tiegħu, l-UPPE huwa obbligat jinvestiga l-kwistjonijiet kollha fil-kompetenza tiegħu, meta jinġiebu għall-attenzjoni tiegħu; ifakkar li skont ir-Rapport Annwali tal-UPPE, sa tmiem l-2024, l-UPPE ttratta 6 547 rapport dwar il-kriminalità (56 % aktar mill-2023) u 2 666 investigazzjoni attiva (madwar 38 % aktar mill-2023) b’danni stmati ta’ EUR 24,8 biljun (EUR 19,27 biljun fl-2023 u EUR 14,1 biljun fl-2022) u li l-imħallfin taw ordnijiet ta’ ffriżar b’valur ta’ EUR 2,42 biljun (meta mqabbla ma’ EUR 1,5 biljun fl-2023); jisħaq li ċ-ċifri li qed jikbru b’mod kostanti jikkonfermaw li r-riżorsi għandhom ikunu allinjati mal-ħtiġijiet operazzjonali biex tissaħħaħ l-indipendenza tal-UPPE; jistieden lill-Kummissjoni talloka minnufih ir-riżorsi meħtieġa biex l-UPPE jkun jista’ jwettaq dmirijietu u jiżgura l-progress u l-konklużjoni f’waqtha tal-investigazzjonijiet, inkluża dik dwar l-akkwist tal-vaċċin kontra l-COVID-19 fl-Unjoni, li nbdiet fl-2022 u li għadha għaddejja skont ir-regoli ta’ kunfidenzjalità mingħajr żvelar pubbliku ta’ dettalji biex tiġi protetta l-integrità tal-proċedimenti; ifakkar li t-trasparenza trid tkun ibbilanċjata mal-preżunzjoni tal-innoċenza u r-rispett għall-proċedimenti ġudizzjarji li jkunu għaddejjin; iħeġġeġ lill-UPPE jżomm komunikazzjoni pubblika ċara fejn ikun legalment permissibbli; jisħaq li r-riżorsi umani u finanzjarji allokati lill-UPPE għal każijiet b’kumplessità kbira ta’ impatt baġitarju u reputazzjonali kbir iridu jiżguraw il-progressjoni diliġenti tal-investigazzjoni u jipprovdu komunikazzjoni responsabbli tal-istatus u l-konklużjoni tagħhom, b’rispett sħiħ lejn ir-restrizzjonijiet legali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-baġit finali ġenerali allokat lill-UPPE għall-2024 kien ta’ EUR 76 382 368, li kien żieda sostanzjali mill-EUR 65,9 miljun allokati fl-2023 u mill-EUR 51,2 miljun allokati fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrimarka li l-baġit inizjali tal-2024 (li jammonta għal EUR 71 888 321) approvat mill-awtorità baġitarja tal-Unjoni kien 24 % anqas minn dak mitlub mill-UPPE fl-istimi tiegħu tad-dħul u tan-nefqa għall-2024 anke jekk kien 9 % ogħla meta mqabbel mas-sena preċedenti; josserva li fl-2024 ġew adottati żewġ baġits emendatorji u li fuq talba tal-UPPE fi Frar 2024, il-baġit żdied b’EUR 3 600 000 f’Ġunju 2024, b’riżorsi finanzjarji u umani biex ikopru ż-żieda fl-ispejjeż relatati mal-parteċipazzjoni tal-Polonja u l-Iżvezja fl-UPPE; jissottolinja l-fatt li ż-żieda kellha tkopri s-salarji tal-prosekuturi delegati Ewropej addizzjonali li kellhom jinħatru fil-Polonja u fl-Iżvezja u tal-persunal li kellu jiġi impjegat u n-nefqa operattiva relatata, iżda li parti minn dawn il-fondi addizzjonali ġiet allokata lill-persunal tal-Uffiċċju Ċentrali bi tħejjija għall-proġett ta’ awtonomija tal-IT impost mill-waqfien tas-servizzi tal-Kummissjoni fil-qasam tal-IT; jinnota li t-tieni baġit emendatorju żied il-livell ta’ approprjazzjonijiet b’EUR 894 047 f’Novembru 2024, fuq proposta mill-awtorità baġitarja tal-Unjoni biex jiġi indirizzat il-livell għoli ta’ indiċjar tas-salarji fl-2024 u li minħabba li l-UPPE kien diġà alloka parti mill-ewwel baġit emendatorju tiegħu biex jantiċipa l-indiċjar tas-salarji ogħla milli mistenni, it-tieni parti tar-riżorsi addizzjonali ġew riallokati għan-nefqa relatata mas-sigurtà; iqis li din id-dipendenza rikorrenti fuq baġits emendatorji tenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ ta’ bbaġitjar <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> aktar realistiku u ta’ involviment aktar bikri u aktar strutturat mal-UPPE matul il-proċedura baġitarja annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, ġew adottati tliet trasferimenti baġitarji f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regoli Finanzjarji tal-UPPE li jippermettu lill-Kap Prosekutur Ewropew, fuq proposta mfassla mid-Direttur Amministrattiv, jittrasferixxi approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja u minn kapitolu għal ieħor jew f’kull kapitolu mingħajr limitu; josserva li l-valur totali nett ta’ dawk it-trasferimenti kien ta’ EUR 3,2 miljun, meta mqabbel ma’ EUR 1,2 miljun fl-2023, u li tali trasferimenti kienu meħtieġa għall-iżviluppi tal-programm ta’ awtonomija tal-IT, għar-regolarizzazzjoni mitluba tas-servizzi ta’ protezzjoni mill-qrib fl-ambitu tal-ftehim dwar il-livell tas-servizz (FLS) mad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà tal-Kummissjoni u l-bidliet fl-aġġornament tar-remunerazzjoni, biex jiġi akkomodat l-indiċjar tas-salarji ogħla milli antiċipat li laħaq 7,2 % meta mqabbel mal-ipoteżi baġitarja inizjali ta’ 3,4 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-istima ta’ kwalunkwe ħtieġijiet baġitarji relatati mal-attivitajiet tal-UPPE għadha diffiċli ħafna minħabba l-partikolarità tal-attivitajiet tal-UPPE, marbuta mal-livell imprevedibbli ta’ detezzjoni tal-frodi u mal-varjetà wiesgħa tal-każijiet tiegħu; huwa konxju li l-UPPE ma għandu l-ebda diskrezzjoni fir-rigward ta’ jekk isegwix il-prosekuzzjonijiet u ma għandu l-ebda ingranaġġ fuq ir-riżorsi u r-restrizzjonijiet proċedurali tas-sistemi nazzjonali li jiddependi minnhom għall-attivitajiet investigattivi; josserva li n-nuqqas ta’ korrelazzjoni fissa bejn l-għadd u l-ispejjeż tal-investigazzjonijiet jimpedixxi wkoll it-tbassir tan-nefqa, iżda jfakkar li r-riżorsi tal-Unjoni li għandhom jiġu protetti qed jiżdiedu u l-kumplessità tal-qafas regolatorju li jirregola l-mobilizzazzjoni tagħhom tagħmilha aktar diffiċli li jsiru l-investigazzjonijiet, mhux biss għal dak li jikkonċerna l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) u l-mod ta’ implimentazzjoni bla preċedent tagħha iżda wkoll għall-volum għoli ta’ nfiq; jemmen li dan il-kuntest jissuġġerixxi l-ħtieġa ta’ allokazzjoni addizzjonali ta’ riżorsi biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet tal-UPPE u jtenni l-ħtieġa li l-UPPE jingħata biżżejjed riżorsi biex iwettaq il-mandat tiegħu b’mod adegwat; iqis li tali imprevedibbiltà tista’ tiġġustifika l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ kontinġenza baġitarja ddedikat mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa ta’ baġit<STRING ITALIC="on"> ex ante</STRING> realistiku li jirrifletti x-xejriet tal-ammont ta’ xogħol, biex l-UPPE jkun jista’ jirrispondi b’mod effettiv għal żidiet f’daqqa fl-ammont ta’ xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jifhem li l-2024 kienet sena diffiċli għall-UPPE, minħabba li kellu jkampa ma’ żieda fl-ammont ta’ xogħol tiegħu fit-22 Stat Membru parteċipanti, jimmaniġġja t-tkabbir biex jiġu inklużi l-Polonja u l-Iżvezja u, fl-istess ħin, jikseb awtonomija tal-IT mill-Kummissjoni; jinnota li fl-2024 l-UPPE talab 45 pożizzjoni fit-tabella tal-persunal għall-awtonomija tal-IT, u wara 37 pożizzjoni f’baġit emendatorju, iżda ż-żewġ talbiet ġew miċħuda; josserva li b’mod partikolari n-nuqqas ta’ riżorsi addizzjonali allokati biex tinkiseb l-awtonomija tal-IT irriżulta fil-ħtieġa li l-UPPE jiddevja membri tal-persunal li inizjalment kienu maħsuba biex jappoġġjaw l-operazzjonijiet lejn is-settur tal-IT u kellu jirrikorri għal kuntratturi <STRING ITALIC="on">intra muros</STRING>; iqis li għadu essenzjali li jingħata finanzjament biex tiġi żgurata l-awtonomija sħiħa tal-IT tal-UPPE u ċibersigurtà b’saħħitha biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil operazzjonali; jisħaq li d-dipendenza kontinwa fuq kuntratturi esterni u d-devjazzjoni tal-persunal operazzjonali lejn kompiti tal-IT, li jirriżultaw min-nuqqas ta’ pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment għall-awtonomija tal-IT, jirriskjaw li jimminaw il-kapaċità investigattiva tal-UPPE u r-reżiljenza istituzzjonali fit-tul; jistieden lill-awtorità baġitarja tipprovdi persunal iddedikat u sostenibbli għall-awtonomija diġitali tal-UPPE sabiex tipproteġi l-effettività investigattiva u ċ-ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jirrimarka li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024 kienet ta’ 98,5 %, aktar mill-indikatur tal-prestazzjoni mistennija ta’ 95 % u f’konformità mas-snin preċedenti (99,6 % fl-2023 u 98,1 % fl-2022); japprezza li għat-tieni sena konsekuttiva, l-UPPE ma rritornax fondi lill-awtorità baġitarja tal-Unjoni, li juri kapaċità ta’ assorbiment soda tal-baġit mogħti; jirrimarka li, fl-2024, ir-rata ġenerali ta’ eżekuzzjoni għall-pagamenti laħqet 86,4 % tal-baġit finali tal-UPPE, bi żmien medju għall-pagamenti ta’ 16,7-il jum, bis-saħħa ta’ użu mtejjeb tal-fatturazzjoni elettronika, li tjiebet mis-snin preċedenti (fl-2023 ir-rata ta’ eżekuzzjoni kienet ta’ 85,3 %, bi żmien medju għall-pagamenti ta’ 17-il jum, u fl-2022 ir-rata ta’ eżekuzzjoni kienet ta’ 76,6 % bi żmien medju għall-pagamenti ta’ 23,8 jum); josserva li l-perċentwal ta’ pagamenti tard baqa’ stabbli u baxx ħafna (0,85 % mill-għadd totali ta’ pagamenti fl-2024, meta mqabbel ma’ 0,86 % fl-2023; jew 1,09 % tal-ammont totali tal-pagamenti fl-2024, meta mqabbel ma’ 1,08 % fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Josserva li, f’konformità mas-snin preċedenti u mal-istrateġija li tagħti prijorità lin-nefqa operattiva relatata mal-miżuri ta’ investigazzjoni, ta’ prosekuzzjoni u ta’ sigurtà, fl-2024, l-UPPE alloka 44,6 % tal-baġit tiegħu għal attivitajiet operattivi (meta mqabbel ma’ 43 % fl-2023 u 41 % fl-2022) fejn il-fatturi ewlenin tal-ispejjeż kienu r-remunerazzjoni tal-prosekuturi delegati Ewropej segwita minn attivitajiet operattivi tal-ICT (19 %), bħall-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet (CMS) tal-UPPE u s-servizzi lingwistiċi (10 %); jinnota li l-baġit tal-UPPE ġie assorbit prinċipalment min-nefqa relatata mal-aġenti temporanji (33,6 %, EUR 25 671 160, meta mqabbla ma’ 32,2 % fl-2023) u r-remunerazzjoni tal-prosekuturi delegati Ewropej (23,9 %, EUR 18 252 391, meta mqabbla ma’ 22,1 % fl-2023) segwita minn spejjeż għas-servizzi lingwistiċi (4,6 %, EUR 3 491 000, meta mqabbla ma’ 6,2 % fl-2023) u l-hardware u s-software operattivi tal-ICT (4,5 %, EUR 3 426 711, meta mqabbla ma’ 5,5 % fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li fl-2024 tħabbret il-parteċipazzjoni tal-Polonja u tal-Iżvezja u li l-baġit tal-2024 kien ikkonċernat parzjalment biss, minħabba l-inkorporazzjoni gradwali ta’ żewġ Prosekuturi Ewropej u ta’ għadd ta’ prosekuturi delegati Ewropej; josserva li ż-żieda tal-2024 approvata mill-awtorità baġitarja tal-Unjoni tat 20 pożizzjoni addizzjonali fl-uffiċċju ċentrali u prosekuturi delegati Ewropej addizzjonali b’antiċipazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Polonja u tal-Iżvezja fl-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Josserva li l-ispejjeż għall-missjonijiet operattivi komplew jiżdiedu bi ftit fl-2024, u laħqu EUR 1 292 000 (meta mqabbla ma’ EUR 1 175 000 fl-2023 u EUR 980 000 fl-2022) u assorbew madwar 3,7 % tal-approprjazzjonijiet operazzjonali globali (EUR 34,1 miljun) iżda b’mod ġenerali f’konformità maż-żieda fil-livell ta’ intensità tal-investigazzjonijiet u stabbli f’termini ta’ valur; jifhem li kien hemm tnaqqis fin-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar, li l-użu tal-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi bħala alternattiva kosteffettiva u sigura għall-missjonijiet tal-persunal qed jiġi promoss mill-UPPE u li l-parteċipazzjoni f’laqgħat online hija l-prattika standard għall-koordinazzjoni u l-iskambji interni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u s-sħab tal-Unjoni, iżda l-missjonijiet jibqgħu neċessarji f’kuntesti operazzjonali u ġudizzjarji, biex jiġi żgurat approċċ konsistenti fl-UPPE, għat-taħriġ jew is-sensibilizzazzjoni tal-partijiet ikkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li, skont l-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) 2017/1939, is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament amministrattiv tal-UPPE fil-livell ċentrali għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, iżda li l-kwistjonijiet urġenti u l-iskop investigattiv jippermettu lill-prosekuturi delegati Ewropej jiddeċiedu dwar il-modalitajiet tat-traduzzjoni, f’konformità mad-dritt nazzjonali applikabbli; josserva li, fl-2024, l-ispejjeż għas-servizzi ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni naqsu għal EUR 3 491 000, li jikkorrispondu għal 10 % tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (meta mqabbla ma’ EUR 4 086 500, li kienu jikkorrispondu għal 14 %, fl-2023); jinnota li 88,8 % tad-dokumenti tas-CMS ġew tradotti b’mod awtomatiku (8,8 % aktar mill-indikatur tal-prestazzjoni) u japprezza l-isforzi tal-UPPE biex itejjeb il-kosteffettività tas-servizzi tat-traduzzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Josserva li, fl-2024, l-UPPE nieda 15-il sejħa għall-offerti u ta 9 kuntratt (4 proċeduri ġew ikkanċellati) u li 2 kienu proċeduri miftuħa filwaqt li 12 kienu proċeduri nnegozjati; jinnota l-użu intensiv tal-kuntratti qafas tal-UPPE li fl-2024 wassal biex l-UPPE ffirma 288 kuntratt speċifiku fl-ambitu tal-kuntratti qafas eżistenti (meta mqabbel ma’ 234 fl-2023), għal total ta’ aktar minn EUR 13-il miljun (meta mqabbel ma’ EUR 11-il miljun fl-2023), filwaqt li ma ġie konkluż l-ebda kuntratt permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt; jirrimarka li fl-2024, madwar 65 % tal-kuntratti mogħtija direttament mill-UPPE kienu lil SMEs, li kollha kemm huma ħlief 3 kienu mill-istess Stat Membru; jifhem li l-UPPE żviluppa l-kapaċità tal-akkwist proprja tiegħu, immaniġġja l-kuntratti speċifiċi proprji tiegħu fl-implimentazzjoni tal-kuntratti qafas eżistenti u kompla, b’mod parallel, jopera permezz ta’ FLS ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni u billi għaqqad il-kuntratti interistituzzjonali ma’ operaturi varjati tas-suq; japprezza li, fl-2024, il-proċeduri ta’ akkwist u l-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-kuntratti kollha tal-UPPE twettqu permezz ta’ għodod tal-IT diġitali, li huwa konformi mal-mira tal-indikatur tal-prestazzjoni; ifakkar li l-użu ta’ kuntratti qafas interistituzzjonali jippermetti li jiġu massimizzati l-ekonomiji ta’ skala, filwaqt li jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba minn naħa u jikkumpensa għan-nuqqas ta’ riżorsi umani disponibbli min-naħa l-oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Japprezza x-xejra pożittiva fir-riport tal-approprjazzjonijiet mill-eżerċizzju preċedenti (2023), li jammonta għal EUR 9 392 990 jew 14,2 % (meta mqabbla ma’ EUR 10 969 680 jew 24,4 % fl-2022) li minnhom 96,9 % ġew ikkunsmati (meta mqabbla ma’ 84,8 % fl-2023 u 90,8 % fl-2022) u 3,1 % biss ġew ikkanċellati (meta mqabbla ma’ 15,2 % fl-2023 u 9,2 % fl-2022); jinnota li r-riport tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament mill-2024 għall-2025 ammonta għal EUR 9 200 802, relattivament stabbli meta mqabbel mal-ammont imsemmi hawn fuq mill-2023 għall-2024; josserva li r-riporti kienu prinċipalment dovuti għal approprjazzjonijiet impenjati lejn tmiem is-sena għal investimenti diġitali operattivi, u ammonti pendenti fuq kuntratti ta’ fornituri esterni tas-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni li d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva (LFS) tal-2017 ma għadhiex adegwata għall-iskop tagħha; jisħaq li l-LFS attwali tipprevjeni lill-UPPE milli jwettaq rieżami baġitarju ta’ nofs it-terminu u tobbligah jistenna sal-aħħar nett tal-proċess ta’ adozzjoni baġitarja biex ikollu ċarezza dwar il-livell tar-riżorsi li jista’ jimplimenta fis-sena sussegwenti; jissottolinja li dan jillimita l-kapaċità tal-UPPE li jantiċipa l-attivitajiet preparatorji għall-implimentazzjoni tal-baġit u, b’mod partikolari, jaffettwa t-tnedija bikrija tar-reklutaġġ, idewwem il-progress lejn okkupazzjoni sħiħa u l-kapaċità ta’ assorbiment ġenerali tal-UPPE, u fil-fatt jipprevjeni l-elaborazzjoni ta’ strateġija komprensiva għall-persunal li mhijiex ir-riżultat ta’ negozjati annwali dwar il-baġit; jirrimarka li huwa kruċjali li tinkiseb flessibilità massima fl-iżvilupp ta’ mudell ta’ organizzazzjoni innovattiv bħal dak tal-UPPE; jemmen li r-reviżjoni tal-LFS għandha ssir irrispettivament mit-tibdil tal-mandat tal-UPPE, mhux aktar tard milli fil-qafas tar-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939 li għaliha tnediet evalwazzjoni mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Japprezza t-tisħiħ kontinwu tal-kapaċità amministrattiva tal-UPPE, li qed jindirizza b’mod progressiv id-dgħufijiet inizjali li jirriżultaw mill-approċċ tal-UPPE li jillimita n-nefqa mhux operattiva għal servizzi ta’ appoġġ fil-livell essenzjali; isostni li r-riżorsi baġitarji u umani allokati għall-UPPE huma mistennija li jkunu adegwati biex jippermettu t-twettiq effiċjenti u b’suċċess tal-mandat tiegħu u l-ġestjoni normali tal-proċeduri amministrattivi relatati; ifakkar li huwa kruċjali li jkun hemm finanzjament addizzjonali u tisħiħ tal-persunal tal-UPPE biex l-UPPE jkun jista’ jiġġieled b’mod effettiv ir-reati marbuta mal-VAT, jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u jirrispetta l-istat tad-dritt, li huma prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrieżamina l-qafas baġitarju tal-UPPE f’kooperazzjoni mill-qrib mal-UPPE ħalli ssib modi adegwati biex tappoġġjah fil-ħidma tiegħu; ifakkar li fl-Ittra Emendatorja 1/2022, il-Kummissjoni impenjat ruħha li sa tmiem l-2023 tippreżenta lill-Parlament valutazzjoni tal-persunal u li dan ġie enfasizzat fil-paragrafu 5 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ April 2024 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali tas-sena 2024 li jsaħħaħ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara l-adeżjoni tal-Polonja u l-parteċipazzjoni mistennija tal-Iżvezja; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni la wettqet tali valutazzjoni, u lanqas ma kkonsultat jew ikkomunikat mal-UPPE fir-rigward tal-valutazzjoni tal-persunal, u li madankollu l-Kummissjoni ma approvatx it-talbiet tal-UPPE u ma daħlitx fi djalogu għal valutazzjoni aġġornata tal-ħtiġijiet reali; jistieden lill-Kummissjoni talloka riżorsi addizzjonali, ġustifikati mill-għadd dejjem jikber ta’ każijiet kumplessi, u jenfasizza li dawn ma għandhomx ikunu dipendenti mir-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939 jew tal-mandat tal-UPPE, iżda pjuttost fuq l-importanza tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Itenni li r-riżorsi baġitarji u umani allokati lill-UPPE għadhom strutturalment insuffiċjenti fid-dawl tal-ammont ta’ xogħol tiegħu li qed jiżdied b’mod rapidu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ każijiet relatati mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-frodi transfruntiera tal-VAT, li tagħmel ħsara lis-suq intern u lill-kompetizzjoni ġusta; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidħol fi djalogu mal-UPPE biex twettaq il-valutazzjoni tal-persunal imħabbra fl-Ittra Emendatorja 1/2022 dwar il-ħtiġijiet tar-riżorsi allinjati mar-rekwiżiti operazzjonali; jisħaq li r-reviżjoni tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tal-2017 skaduta hija meħtieġa biex tirrifletti indikaturi reali tal-ammont ta’ xogħol u ma tistax issir kundizzjonali fuq bidla fil-mandat, minħabba l-espansjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni inkwistjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mingħajr dewmien, valutazzjoni aġġornata tal-persunal u tal-finanzjament, imħejjija f’konsultazzjoni mill-qrib mal-UPPE u bbażata fuq indikaturi u każijiet tal-ammont ta’ xogħol li jistgħu jitkejlu; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proposti baġitarji futuri jkunu bbażati fuq indikaturi aġġornati tal-ammont ta’ xogħol aktar milli suppożizzjonijiet skaduti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq li l-<STRING ITALIC="on">modus operandi</STRING> tal-organizzazzjonijiet kriminali qed isir dejjem aktar tranżnazzjonali, strutturat fuq l-involviment rikorrenti ta’ strutturi korporattivi kumplessi użati bħala kopertura u mezzi legali mhux trasparenti użati f’diversi ġuriżdizzjonijiet li għandhom livelli mhux ugwali ta’ infurzar tad-dritt tal-Unjoni; jenfasizza l-fatt li l-istrateġija tal-kriminalità organizzata għandha l-għan li tiddevja b’mod frawdolenti l-fondi tal-Unjoni u taħbi r-rikavat mill-kriminalità permezz ta’ operazzjonijiet ta’ ħasil tal-flus li jaffettwaw l-ekonomija legali u li jirriżultaw ukoll bħala frodi tal-VAT transfruntiera fuq skala kbira; jirrimarka li dawn l-iskemi kriminali jisfruttaw b’mod sistematiku l-frammentazzjoni regolatorja u l-asimmetriji proċedurali bejn l-Istati Membri, kif ukoll il-limitazzjonijiet inerenti fl-enfasi nazzjonali tal-awtorità tal-infurzar tal-liġi u dik ġudizzjarja; jenfasizza, f’dan ir-rigward speċifiku, il-valur miżjud tal-azzjonijiet tal-UPPE, li jippermettu li jimtela l-vojt li jitħalla minn inizjattivi nazzjonali mhux koordinati u li jirrappreżentaw l-aktar strument effettiv biex jiġu mfixkla l-attivitajiet kriminali tranżnazzjonali u għal intervent fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tas-suq intern; jappella għal miżuri konkreti biex tissaħħaħ l-effettività operazzjonali tal-investigazzjonijiet tal-UPPE, b’mod partikolari billi jiġu indirizzati l-ostakli strutturali li jkomplu jfixklu l-inkjesti transfruntiera; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ livell minimu ta’ armonizzazzjoni proċedurali fost l-Istati Membri parteċipanti f’oqsma li jaffettwaw direttament il-ħidma tal-prosekuturi delegati Ewropej, inkluż l-aċċess għall-evidenza, l-iskedi ta’ żmien għall-awtorizzazzjonijiet ġudizzjarji, u r-regoli li jirregolaw il-miżuri investigattivi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu lill-UPPE aċċess dirett u sigur għal bażi tad-data nazzjonali ewlenija bħas-sistemi doganali, ir-reġistri tat-taxxa, u r-reġistri tas-sjieda benefiċjarja, filwaqt li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżit tal-protezzjoni tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Qorti fir-Rapport Analitiku 02/2025 tagħha “Orjentazzjoni lejn il-prestazzjoni, obbligu ta’ rendikont u trasparenza – tagħlimiet li għandhom jittieħdu mid-dgħufijiet tal-RRF”<FOOTNOTE><FIELD> https://www.eca.europa.eu/ECAPublications/RV-2025-02/RV-2025-02_MT.pdf</FIELD></FOOTNOTE>; jappella għal żieda dedikata fil-finanzjament fil-QFP li jmiss biex jiġi żgurat li l-UPPE jkun jista’ jkompli jilħaq l-objettivi u l-obbligi tiegħu fid-dawl taż-żieda fil-kumplessità tal-istrumenti ta’ finanzjament, hekk dan jista’ jesponi l-fondi tal-Unjoni għal riskju akbar ta’ frodi u ġestjoni ħażina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li fl-2024, l-ispejjeż relatati mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 91(6) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (miżuri eċċezzjonalment għolja mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali u koperti mill-UPPE) baqgħu marġinali (0,1 % tal-baġit operattiv, meta mqabbla ma’ 0,4 % fl-2023); jifhem li, fl-2023, ġie ffirmat l-ewwel ftehim ta’ finanzjament fil-qafas ta’ proġett pilota għar-rimborż ta’ pretensjonijiet magħmula skont l-Artikolu 91(6) tar-Regolament (UE) 2017/1939, biex ikopri l-ispiża tal-miżuri mwettqa fil-livell nazzjonali f’isem l-UPPE u li l-Qorti awditjat il-partita fl-2023 u qieset li kienet legali u regolari; jemmen li din id-dispożizzjoni toffri lill-UPPE l-opportunità li jintervjeni b’mod effettiv f’xenarji investigattivi tranżnazzjonali fejn Stat Membru jista’ joqgħod lura milli juża r-riżorsi tiegħu, fid-dawl ta’ riżultat żbilanċjat tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji; jistieden lill-Kummissjoni tesplora kif l-użu ta’ din l-għażla mill-Istati Membri u mill-UPPE jista’ jsir aktar strateġikament effettiv, u tipprovdi lill-UPPE bir-riżorsi meħtieġa għal dan il-għan;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna u kontroll intern - prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Huwa konxju li l-Kulleġġ huwa responsabbli għas-sorveljanza ġenerali tal-attivitajiet tal-UPPE u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet strateġiċi u li fl-2024 iltaqa’ 20 darba u adotta 70 deċiżjoni; jemmen li d-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ jiżguraw il-koerenza, l-effiċjenza u l-konsistenza fil-politika ta’ prosekuzzjoni tal-UPPE fl-Istati Membri parteċipanti kollha; jilqa’ d-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ adottati fl-2024 dwar l-arranġamenti tax-xogħol li stabbilew il-metodi ta’ kooperazzjoni mal-Parlament, mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-annessi riveduti tal-ftehim mal-Kummissjoni; josserva li l-Kulleġġ emenda wkoll ir-regoli dwar Persunal ieħor imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew iżda mhux impjegat minnu (Assistent tal-Prosekuturi Delegati Nazzjonali Ewropej (NEDPAs)) u stabbilixxa allowance għall-akkomodazzjoni għal ċerti kategoriji ta’ persunal li jgħixu fil-Lussemburgu; jinnota li, bħala awtorità tal-ħatra, il-Kulleġġ ħatar prosekuturi delegati Ewropej fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Bulgarija, fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Italja, fin-Netherlands, fil-Polonja u fl-Iżvezja, agħżel il-membri tal-Kumitat tal-Etika u l-membri tal-Bord Dixxiplinari għall-prosekuturi delegati Ewropej kif ukoll id-Direttur Amministrattiv<STRING ITALIC="on"> ad interim</STRING>; jinnota d-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ fl-2024 dwar kwistjonijiet relatati mal-baġit, bħall-adozzjoni tad-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni tal-UPPE 2024-2026, il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2023, ir-Rapport Annwali Konsolidat tal-Attività tal-UPPE għall-2023, id-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni għall-perjodu 2025-2027, il-baġit tal-2025 u d-deċiżjoni ta’ finanzjament korrispondenti għas-sena 2025 u l-emendi għall-baġit u għad-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni; il-Kulleġġ adotta wkoll ir-Regoli ta’ Sigurtà applikabbli għas-Sistemi Diġitali ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni tal-UPPE, u l-Istrateġija tas-Sigurtà 2024-2028.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li fl-2024 l-Awli Permanenti kellhom 491 laqgħa, biex jimmonitorjaw u jidderieġu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet immexxija mill-prosekuturi delegati Ewropej, allokati b’mod aleatorju immedjatament wara r-reġistrazzjoni, u biex jiżguraw il-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet f’każijiet transfruntiera, u l-koerenza, l-effiċjenza u l-konsistenza fil-politika tal-prosekuzzjoni tal-UPPE fl-Istati Membri parteċipanti kollha bl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kulleġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iqis li, b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ kontroll intern stabbiliti huma effettivi; jinnota li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) ġew stabbiliti biex tiġi mmonitorjata fuq bażi trimestrali l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali; josserva li l-valutazzjoni tal-2024 tal-qafas ta’ kontroll intern (QKI) ikkonfermat li sar progress li jista’ jitkejjel fl-użu tal-kontrolli interni u li l-eżerċizzju tal-Valutazzjoni tar-Riskju għas-sena 2025 twettaq b’sessjonijiet ta’ ħidma dedikati fil-livell operattiv u fil-livell amministrattiv, segwiti minn politika aġġornata dwar il-ġestjoni tar-riskju approvata mill-Kulleġġ fis-26 ta’ Frar 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Isostni li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni u l-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) tal-UPPE għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom bl-għan li jagħtu pariri lill-UPPE u jassistuh fl-istabbiliment tal-proċessi ewlenin tiegħu u fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu; josserva li ma kien hemm l-ebda inizjattiva konsultattiva konġunta bejn l-IAS u l-IAC fl-2024; jilqa’ l-fatt li, wara l-ħatra f’Settembru 2024 tal-Kap il-ġdid tal-IAC, l-isforzi ġew iffukati fuq is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-awditi preċedenti, fuq l-abbozzar tal-proċeduri operattivi standard (SOP) tal-IAC, u fuq it-tħejjija u s-sottomissjoni għall-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-Awditjar 2025-2027 lill-Kulleġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar li fl-2023, l-IAS beda rieżami limitat tal-elementi kostitwenti tal-aċċertament tal-UPPE, li ġie ffinalizzat fl-2024; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet kollha ġew indirizzati, u dan irriżulta f’titjib ulterjuri fil-qafas ta’ aċċertament u fil-proċessi ta’ governanza, inklużi l-formalizzazzjoni tal-proċeduri, dokumentazzjoni u diġitalizzazzjoni mtejba tal-proċessi tal-ippjanar u tal-programmazzjoni, irfinar għall-QKI, u approċċ imsaħħaħ għall-ġestjoni tar-riskju; josserva li, minn Novembru 2024 sal-aħħar ta’ Jannar 2025, l-IAS wettaq inkarigu ta’ konsulenza dwar l-IT fid-dawl tal-awtonomija tal-IT fl-UPPE u li r-rapport konsultattiv finali nħareġ fi tmiem is-sena 2024; jinnota li fl-2024, ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar estern u intern u r-rekwiżiti tal-kwittanza komplew jiġu mmonitorjati regolarment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li l-UPPE kompla bl-isforzi tiegħu biex jistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ tat-titjib fl-effiċjenza u l-iffrankar tal-ispejjeż, u jinnota li fl-2024 nieda rieżami tal-proċessi strateġiċi u operattivi tal-ippjanar u tal-monitoraġġ (biex tiżdied il-kapaċità ta’ kontribut għall-enfasi strateġika tal-attivitajiet tal-UPPE u tinkiseb rata għolja sostnuta ta’ implimentazzjoni jew assorbiment tar-riżorsi disponibbli) u stabbilixxa ppjanar strateġiku tar-riżorsi umani ta’ nofs it-terminu, biex jippermetti l-ilħuq akbar tat-tabella tal-persunal u jindirizza l-lakuni fil-persunal permezz tar-reklutaġġ jew it-tkabbir professjonali; josserva li, f’dan ir-rigward, l-UPPE beda jaħdem ukoll fuq perkorsi tal-karriera u oqfsa ta’ deskrizzjoni tal-impjiegi aktar speċifiċi biex jallinja l-persunal mal-istrateġija u jikkontribwixxi għaż-żamma ta’ impenn għoli tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva mwettaq mill-IAC mar-riżorsi umani tal-UPPE mmappja l-persunal tal-UPPE billi adotta l-istess prinċipji bħal f’organizzazzjonijiet oħra; josserva li bit-tqabbil tar-riżorsi umani skjerati tal-UPPE ma’ sett ta’ entitajiet oħra tal-Unjoni u tal-uffiċċji tal-prosekuzzjoni nazzjonali ma’ sett standardizzat ta’ pilastri, ippermetta l-identifikazzjoni ta’ lakuni fl-allokazzjoni tal-persunal meta mqabbel ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni; jifhem li dan il-mudell intuża bħala referenza għat-talbiet tal-baġit tal-UPPE, iżda biss fir-rigward tal-funzjonijiet amministrattivi u ta’ appoġġ, minħabba li n-natura unika tal-attivitajiet ewlenin tal-UPPE tipprevjeni l-użu tiegħu bħala referenza speċifika għall-qasam operattiv tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Japprezza l-isforzi tal-UPPE biex itejjeb l-ambjent ta’ kontroll intern; jirrimarka li fl-2024 ġie stabbilit sett ta’ standards ta’ kondotta, proċessi u strutturi; jistieden lill-UPPE jindirizza malajr kemm jista’ jkun il-kwistjonijiet li għadhom pendenti, li jikkonċernaw il-politika dwar il-kunflitti ta’ interess, il-politika dwar it-tagħlim u l-iżvilupp, il-politika dwar il-mobbiltà interna, il-politika dwar il-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet u tal-patches, l-ippjanar tas-suċċessjoni u l-proċeduri ta’ ħruġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li l-awtovalutazzjoni tal-kontrolli interni tal-2024 kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-indikaturi ta’ kontroll intern u tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UPPE Kontra l-Frodi 2023-2025, fuq ir-riżultati tal-politika ta’ ġestjoni tar-riskju tal-UPPE u tal-kontrolli ex post; japprezza li, għal dak li jikkonċerna l-valutazzjoni tal-komponenti ta’ kontroll intern, minn 71 kriterju ta’ konformità, 55 (77 %) ġew implimentati bis-sħiħ, filwaqt li 15 (22 %) huma parzjalment implimentati u jirrikjedu żvilupp ulterjuri u kriterju wieħed biss (1 %) għadu ma rax implimentazzjoni sinifikanti; josserva li fost il-11 sejba miftuħa, 10 huma punti ta’ segwitu minn valutazzjonijiet preċedenti, filwaqt li waħda tirrappreżenta kwistjoni ġdida identifikata fl-2024, filwaqt li erba’ nuqqasijiet enfasizzati fil-valutazzjoni tal-2023 ġew rimedjati bis-sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Japprova l-isforzi kontinwi tal-UPPE biex itejjeb il-kontrolli tar-riskju u jindirizza b’mod proattiv kemm ir-riskji eżistenti kif ukoll dawk emerġenti; jemmen li l-attivitajiet ta’ kontroll tal-UPPE jipprovdu livell adegwat ta’ aċċertament dwar il-mitigazzjoni tar-riskji u jinnota li, fl-2024, l-uffiċjal tal-kontroll intern mexxa sensiela ta’ sessjonijiet ta’ ħidma mal-maniġers rilevanti biex jivvaluta r-riskji, inklużi r-riskji emerġenti u dawk relatati mal-frodi, li rriżultaw fl-identifikazzjoni ta’ riskji emerġenti ġodda, prinċipalment fis-servizzi diġitali, fis-sigurtà u fl-operazzjonijiet, li jirriflettu x-xenarju tar-riskju li qed jevolvi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li l-istrateġija tal-UPPE kontra l-frodi 2023-2025, li ġiet aġġornata fl-2023 skont ir-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament (UE) 2017/1939 u r-Regoli Finanzjarji tal-UPPE, hija marbuta ma’ pjan ta’ azzjoni li huwa parti mill-ambjent ta’ kontroll intern tal-UPPE, hija mmonitorjata fuq bażi annwali u ġiet rieżaminata fl-2024; josserva li fl-2024, l-implimentazzjoni ffukat fuq is-sensibilizzazzjoni bi 17-il sessjoni ta’ taħriġ organizzati dwar il-qafas etiku tal-UPPE, l-istrateġija kontra l-frodi u l-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba, filwaqt li ġiet żgurata parteċipazzjoni wiesgħa tal-persunal; jilqa’ l-adozzjoni tal-proċess ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, li ġrat fil-bidu tal-2025; jirrimarka li, sakemm tiġi adottata politika komprensiva dwar il-kunflitti ta’ interess, għad hemm stabbiliti obbligi u proċeduri ta’ dikjarazzjoni għall-maniġment superjuri u l-persunal involut fiċ-ċirkwiti finanzjarji, fl-akkwist u fir-reklutaġġ; jappella għall-adozzjoni rapida ta’ politika komprensiva dwar il-kunflitti ta’ interess sabiex tiġi żgurata l-fiduċja pubblika fil-qafas tal-integrità tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li, fir-rigward tal-funzjonijiet investigattivi u ta’ prosekuzzjoni tiegħu, l-UPPE fassal mill-ġdid il-proċessi interni stabbiliti biex jappoġġjaw l-investigazzjonijiet tiegħu, billi, <STRING ITALIC="on">inter alia,</STRING> żviluppa għodod biex itejjeb l-effiċjenza tal-ipproċessar minnu tal-informazzjoni u l-konnettività ma’ diversi sħab, żviluppa software dedikat, tejjeb il-kwalità tas-servizzi tat-traduzzjoni u naqqas il-ħtiġijiet tat-traduzzjoni umana u l-ispejjeż assoċjati, esplora modi kif tista’ tintuża l-IA biex jiġu ġestiti aħjar il-volumi vasti ta’ informazzjoni li qed jipproċessa, u vvalutahom kemm minn perspettiva teknika kif ukoll minn perspettiva legali u etika; japprezza, f’dan ir-rigward, l-isforzi tal-UPPE biex jistabbilixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni marbuta mal-mudell kummerċjali partikolari tiegħu; jilqa’ l-inizjattivi biex jittejjeb ir-rappurtar dwar ir-riżultati u jissottolinja l-importanza ta’ rappurtar f’waqtu, preċiż u trasparenti lill-Parlament biex jintwera l-impatt tal-azzjonijiet tal-UPPE fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; isostni li gad hemm il-ħtieġa għal rapportar dwar l-ammonti maqbuda, ikkonfiskati u eventwalment irkuprati għall-baġit tal-Unjoni, li s-salvagwardja tiegħu fl-aħħar mill-aħħar hija r-raison d’être għall-eżistenza tal-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi li l-UPPE huwa komponent importanti tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jifhem li l-azzjonijiet ta’ monitoraġġ u ta’ segwitu, inkluż ir-rapportar dwar ir-riżultati tal-irkupru, mhumiex parti mill-mandat tal-UPPE u jirrikjedu riżorsi u prerogattivi speċifiċi; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi fil-qafas tar-reviżjoni tal-arkitettura kontra l-frodi l-aktar karatteristiċi xierqa biex jiġi żgurat fluss kontinwu ta’ data u ta’ informazzjoni biex tkun tista’ ssir analiżi kif suppost; jisħaq li sistema ta’ monitoraġġ imsaħħa u aktar data dettaljata, stabbilita għal kull tip ta’ mġiba ħażina, settur ta’ interess jew żona ġeografika, huma meħtieġa biex jiġu identifikati x-xejriet ta’ frodi u jagħmlu l-impatt tal-investigazzjonijiet tal-UPPE aktar tanġibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li l-UPPE adotta l-pjan għall-kontinwità tal-operat tiegħu; iħeġġeġ lill-UPPE jadotta wkoll l-istrateġija diġitali tiegħu u l-politika dwar il-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet u tal-patches (it-tnejn li huma qed jiġu żviluppati bħalissa); josserva li l-UPPE għadu qed jagħmel progress fl-iżvilupp tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, li għadhom a mhumiex stabbiliti għal qasam speċifiku, u f’evalwazzjoni strutturata tal-livelli ta’ tolleranza tar-riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq fuq iż-żieda qawwija u kontinwa fir-rapporti ta’ reati mibgħuta lill-UPPE, li laħqu 6 547 sal-31 ta’ Diċembru 2024 (56 % aktar milli fl-2023 meta kienu 4 187), li wasslet biex infetħu 1 504 investigazzjonijiet (kważi 10 % aktar milli fl-2023, meta l-UPPE fetaħ 1 371 investigazzjoni li kienu jirrappreżentaw 58 % aktar milli fl-2022); josserva li din iż-żieda kienet xprunata prinċipalment minn rapporti minn partijiet privati (4 623, li huwa 85 % aktar milli fl-2023 u ogħla b’mod sinifikanti mill-firxa tal-indikaturi tal-prestazzjoni), kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali (1 760, li huwa 12 % aktar milli fl-2023); jesprimi dispjaċir għall-fatt li minn fost l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, fl-2024 l-UPPE rċieva biss 113-il rapport ta’ reati (108 fl-2023), l-akbar ammont minnhom (59) mingħand l-OLAF (72 fl-2023); isostni li, meta mqabbel max-xejra li qed tiżdied ta’ irregolaritajiet u frodi, il-livell ta’ detezzjoni għadu subottimali, li jissuġġerixxi li ma nkiseb l-ebda titjib sinifikanti f’termini tad-detezzjoni u tar-rapportar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jissottolinja li fil-31 ta’ Diċembru 2024, l-UPPE kellu 2 666 investigazzjoni attiva (madwar 38 % aktar milli fl-2023 meta kienu 1 927) u li l-perċentwal ta’ każijiet transfruntiera, li jikkonċernaw diversi pajjiżi, kien stabbli (29 % fl-2024 u 28 % fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq fuq l-istima dejjem tiżdied tad-dannu, li fi tmiem l-2024 l-UPPE jindika li hija ta’ EUR 24,8 biljun (EUR 19,27-il biljun fl-2023 meta mqabbla ma’ EUR 14,1-il biljun fl-2022 u EUR 5,4 biljun fl-2021) li minnhom 53 % jikkonċernaw il-frodi tal-VAT (EUR 13,15-il biljun);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza l-livell ta’ prestazzjoni dejjem jiżdied tal-UPPE kif ikkonfermat mill-għadd dejjem akbar ta’ atti ta’ akkuża (205 fl-2024 meta mqabbel ma’ 139 fl-2023, 87 fl-2022 u 5 fl-2021) u ta’ ordnijiet ta’ ffriżar miksuba (fl-2024 għal EUR 2,42 biljun, meta mqabbla ma’ EUR 1,5 biljun fl-2023, EUR 359,1 miljun fl-2022 u EUR 147 miljun fl-2021); jiddispjaċih li n-nuqqas ta’ qafas ċar u infurzabbli għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-ammonti kkonfiskati u rkuprati jkompli jipprevjeni valutazzjoni sħiħa tal-impatt baġitarju tal-investigazzjonijiet tal-UPPE; itenni t-talba tiegħu għal soluzzjonijiet leġiżlattivi u baġitarji biex jiġi żgurat li l-ammonti rkuprati wara investigazzjonijiet immexxija mill-UPPE jiġu traċċati, irrapportati u rritornati b’mod effettiv lill-baġit tal-Unjoni; josserva li fl-2024 ġew konklużi 102 kawżi kriminali b’kundanna tal-qorti (48 kawża fl-2023 meta mqabbla ma’ 20 kawża fl-2022); jesprimi dispjaċir għall-fatt li n-nuqqas ta’ qafas regolatorju ċar impedixxa lill-UPPE milli jipprovdi data aġġornata u affidabbli dwar il-konfiska għas-sena 2024 (filwaqt li jfakkar li fl-2023 ġew ikkonfiskati EUR 60 miljun meta mqabbla ma’ EUR 2 miljun fl-2022);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd ta’ investigazzjonijiet miftuħa dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jissottolinja li sa tmiem l-2024, l-UPPE kien qed jittratta 311-il każ attiv relatati man-Next Generation EU, li minnhom 307 irriżultaw mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (233 fi tmiem l-2023), li jikkorrispondu għal madwar 17 % tal-investigazzjonijiet attivi kollha ta’ frodi u għal ammont stmat ta’ EUR2,8 biljun f’dannu għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni ta’ EUR 2,8 biljun, (li jikkorrispondu għal 30 % tad-dannu totali stmat għall-frodi relatata man-nefqa, meta mqabbel ma’ 25 % fl-2023); josserva li l-investigazzjonijiet tal-UPPE dwar il-frodi li taffettwa l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jiżvelaw disparitajiet sinifikanti bejn l-Istati Membri, li jirriflettu varjazzjonijiet fl-allokazzjoni tal-fondi, fil-kapaċitajiet ta’ detezzjoni tal-kriminalità, u n-natura diversa tal-iskemi ta’ frodi mwettqa; jinsab imħasseb għan-nuqqas ta’ obbligu għall-Istati Membri li jirrapportaw il-każijiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza lill-Kummissjoni permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-irregolaritajiet (IMS), li jipprevjeni l-monitoraġġ strutturat u l-analiżi tar-riskji tal-każijiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali, l-UPPE u l-Kummissjoni biex jittejjeb ir-rapportar strutturat; jinsab imħasseb li r-rapportar tal-każijiet mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluża l-Kummissjoni, lanqas biss jammonta għal 3 %, li jqajjem tħassib ulterjuri dwar il-kapaċità ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni fejn tidħol il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza dawn in-nuqqasijiet b’urġenza u, f’kooperazzjoni mal-UPPE, ittejjeb l-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ rapportar u tiċċara r-rwoli biex tiżgura monitoraġġ robust tal-irregolaritajiet relatati mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Itenni li l-ammont ta’ xogħol tal-UPPE, li inizjalment kien sottovalutat, żdied b’mod sinifikanti u huwa mistenni li jkompli jikber b’mod partikolari f’każijiet relatati mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jifhem li l-UPPE jikkomunika x-xejriet kriminali misjuba fl-investigazzjonijiet tiegħu lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lit-Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza, bl-objettiv li jittejbu l-prevenzjoni u d-detezzjoni u jittaffa r-riskju ta’ frodi; jinnota li filwaqt li l-każijiet investigati jkopru diversi setturi u inizjattivi speċifiċi għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, hemm il-karatteristika komuni tal-involviment tal-kriminalità organizzata kull darba li l-iskema frawdolenti tiġi stabbilita fuq skala kbira u tiżgura qligħ illeċitu ta’ valur għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Josserva li madwar 6 % tar-reati investigati mill-UPPE sa tmiem l-2024 kienu jikkonċernaw il-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, li ffukat l-attività kriminali tagħha fuq it-twettiq ta’ attività kriminali prevista fid-Direttiva (UE) 2017/1371 (kriminalità relatata mal-PIF); itenni li huwa biss b’kooperazzjoni msaħħa fost il-komponenti tal-arkitettura kontra l-frodi li tista’ tiġi miġġielda b’mod effettiv tali mġiba frawdolenti u li jistgħu jiġu ssalvagwardjati l-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u tal-politiki tal-Unjoni b’mod ġenerali; jemmen li l-użu koordinat konġunt ta’ miżuri ġudizzjarji u amministrattivi biss jista’ jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tipprovdi appoġġ adegwat lill-UPPE dwar kif irawwem l-adozzjoni tal-miżuri ta’ rimedju li jsegwu l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni indipendenti mill-UPPE ta’ reati li jaffettwaw il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jappella għal qafas ta’ koordinazzjoni msaħħaħ li jinvolvi lill-UPPE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, immirat lejn it-tisħiħ tal-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-iżgurar ta’ segwitu sistematiku tal-investigazzjonijiet tal-UPPE u t-titjib tal-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm lill-awtorità baġitarja tal-Unjoni infurmata dwar l-eżitu tal-azzjoni tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, benesseri tal-persunal u ugwaljanza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li fl-2024 ix-xejra ’l fuq fl-għadd ta’ persunal inżammet u dan laħaq total ta’ 258 fi tmiem l-2024 (minn 58 fl-2020, għal 122 fl-2021, 217 fl-2022 u 238 sa tmiem l-2023) b’żieda ta’ ftit iżjed minn 9,5 %; ifaħħar ir-rata għolja ta’ okkupazzjoni, madwar 96 % (fi tmiem l-2023 kienet madwar 93 %) għall-kategoriji kollha minbarra l-esperti nazzjonali sekondati, fejn hija ta’ 83 %; josserva li fl-2024, l-għadd ta’ fornituri esterni tas-servizzi (32) u ta’ <STRING ITALIC="on">intra muros </STRING>(10) baqa’ kważi l-istess (meta mqabbel ma’ 34 u 9, rispettivament, fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Japprezza li, fl-2024, il-kapaċitajiet amministrattivi tal-UPPE fil-qasam tar-reklutaġġ tjiebu u li ġew issorveljati 50 proċedura ta’ selezzjoni (fl-2023 kien hemm 24 selezzjoni), flimkien mal-onboarding ta’ 47 membru ġdid tal-persunal (meta mqabbla ma’ 45 fl-2023), ta’ 6 esperti nazzjonali sekondati, u ta’ 6 trainees; jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet diffiċli tar-reklutaġġ fil-Lussemburgu, marbuta mal-għoli tal-ħajja, b’mod partikolari għar-reklutaġġ fi gradi aktar baxxi, li għalihom l-UPPE jissottolinja l-għadd baxx ta’ applikanti, rata għolja ta’ rifjuti tal-offerti magħmula lill-kandidati li jirnexxu u riżerva ta’ talenti limitata ħafna b’mod kroniku li ftit toffri ħiliet speċjalizzati; jissottolinja li l-opportunitajiet aktar limitati ta’ telexogħol, meta mqabbla ma’ dawk offruti minn impjegaturi oħra, jistgħu jirriżultaw ukoll f’pożizzjonijiet anqas attraenti; itenni t-talba tiegħu lill-UPPE u lill-Kummissjoni biex jidentifikaw miżuri ulterjuri li jistgħu jtejbu l-attraenza tal-UPPE għal professjonisti b’livell għoli ta’ ħiliet u b’esperjenza internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Huwa konxju li l-UPPE talab 419-il pożizzjoni fit-tabella tal-persunal tiegħu sa tmiem l-2024 u li minflok ingħataw 289 pożizzjoni; jisħaq li l-pożizzjonijiet mitluba kienu 513 fl-2025 u li, għal darba oħra, ingħataw biss 307, li żied id-diskrepanza bejn ir-riżorsi meħtieġa u dawk allokati; jaqbel mal-UPPE li mingħajr iż-żieda mitluba fil-persunal, il-kapaċità tal-UPPE li jwettaq il-mandat tiegħu b’mod effiċjenti, f’konformità mal-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni, titnaqqas b’mod konsiderevoli, il-każijiet pendenti se jkomplu jiżdiedu, l-amministrazzjoni tal-ġustizzja f’każijiet ta’ frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni se tiddewwem, u l-ġlieda kontra l-gruppi tal-kriminalità organizzata, is-serq mill-finanzi pubbliċi u d-dannu lill-ekonomiji Ewropej se jkunu ħafna anqas effiċjenti; jinnota l-kummenti tal-UPPE dwar it-tendenza dejjem akbar li jiġi akkumulat kreditu tal-ħin tax-xogħol mill-persunal bħala konsegwenza tar-riżorsi limitati u taż-żieda fl-ammont ta’ xogħol individwali, li potenzjalment tiġġenera riskji ta’ reżiljenza individwali kif ukoll żieda potenzjali fid-dawran; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li l-UPPE jkun mgħammar b’persunal u riżorsi baġitarji adegwati f’konformità mal-kompiti fdati lilu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Japprezza l-fatt li l-allokazzjoni tal-persunal fl-UPPE hija orjentata lejn il-massimizzazzjoni tal-prestazzjoni u jinnota li sa tmiem l-2024, minn 412-il pożizzjoni, 319 kienu ddedikati għall-attivitajiet operattivi, jiġifieri aktar minn 77 % (meta mqabbla ma’ 80 % fl-2023), meta mqabbla ma’ 18 % iddedikati għall-kompiti amministrattivi (meta mqabbla ma’ 14 % fl-2023) f’konformità mal-approċċ tal-UPPE li jagħti prijorità lill-attivitajiet operattivi; josserva, madankollu, li l-perċentwal ta’ persunal allokat għal kompiti amministrattivi u ta’ sostenn żdied; jifhem li dan huwa prinċipalment konsegwenza ta’ xi bidla reċenti fil-politika tal-Kummissjoni, bħall-waqfien tas-servizzi tal-IT, li rriżulta fl-obbligu fuq l-UPPE li jimmaniġġja l-aktar kompiti kruċjali bil-persunal tiegħu stess, li għalhekk ġie assenjat għal pożizzjonijiet mhux operattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Isostni li l-perspettivi tal-ammont ta’ xogħol tal-UPPE se jirrikjedu aktar riżorsi; jirrimarka li l-għadd dejjem jikber ta’ każijiet relatati mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u mal-frodi tal-VAT, u l-kumplessità tal-investigazzjonijiet li jinvolvu operazzjonijiet transfruntiera tal-kriminalità organizzata, se jġibu wkoll żieda fl-ammont ta’ xogħol fuq il-funzjonijiet ta’ appoġġ amministrattiv u ċentrali li huma marbuta b’mod inseparabbli mal-operazzjonijiet tal-UPPE; jinsab imħasseb dwar ir-riskju li jiġu sottovalutati l-ħtiġijiet tal-UPPE u jiġu sopravvalutati l-kapaċitajiet tiegħu li jirreaġixxi b’mod effettiv għad-domandi li qed jiżdiedu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jirrimarka li sa Diċembru 2024, il-perċentwal ta’ persunal li telaq volontarjament mill-UPPE (mill-bidu tas-sena) kien jammonta għal 2,8 %, li jirrifletti dawran limitat ta’ 6 membri tal-persunal fl-2024 (meta mqabbla ma’ 11-il membru fl-2023, jew 4,62 %) prinċipalment relatat mal-għażla tal-persunal interessat li jittrasferixxi ruħu lejn entitajiet oħra tal-Unjoni, lokalment jew f’pajjiż ieħor, li joffru kundizzjonijiet aħjar ta’ impenn; josserva li attenzjoni adegwata għall-benesseri tal-persunal hija kkonfermata wkoll mill-ħafna inizjattivi ppjanati fl-2024 (imbagħad fil-biċċa l-kbira eżegwiti fl-2025) relatati mal-implimentazzjoni tal-allowance għall-akkomodazzjoni, mat-taħriġ u mal-iżvilupp professjonali li jippermettu lill-UPPE joffri pakkett aktar kompetittiv li huwa konformi ma’ dawk tal-istituzzjonijiet l-oħra fil-Lussemburgu; jinnota li l-għadd ta’ liv minħabba mard fit-tul huwa limitat ħafna wkoll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li fl-2024 bdiet tiġi żviluppata politika dwar il-benesseri biex ikompli jissaħħaħ is-sodisfazzjon tal-persunal fuq il-post tax-xogħol u jiġu promossi fatturi protettivi tas-saħħa; jilqa’, minn din il-perspettiva, il-ftehim mas-servizz psikosoċjali tal-Kummissjoni biex jiġu ffaċilitati konsultazzjonijiet psikosoċjali mingħajr ħlas ma’ speċjalisti ta’ natura diversa għall-persunal kollu tal-UPPE; japprezza l-inizjattivi ulterjuri tal-UPPE biex jippromwovi l-benesseri tal-persunal, bħall-proċeduri ta’ selezzjoni interni u esterni li ppermettew, fl-2024, lil 10 membri tal-persunal jibbenefikaw minn trasferimenti interni fil-karriera, u r-reviżjoni tal-kundizzjonijiet tal-ingaġġ, li eventwalment ġew emendati fi tmiem l-2024 biex il-persunal tal-UPPE jkun jista’ jibbenefika minn karriera skont termini indefiniti ta’ ingaġġ aktar kmieni milli seta’ qabel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jirrimarka li, lejn l-aħħar tal-2023, ġew aġġornati linji gwida ġodda dwar il-kunċett tal-post tat-telexogħol fl-UPPE, li fl-2024 ġabu aktar awtonomija għall-persunal; josserva li minn dak iż-żmien ’l hawn baqa’ għaddej djalogu mal-persunal, iżda dan ma rriżulta fl-ebda aġġustament ulterjuri fl-2024; ifakkar li l-UPPE jopera skema ta’ ħin flessibbli u skema standard ta’ xogħol mid-dar, li tipprevedi jum wieħed ta’ telexogħol fil-ġimgħa bħala bażi u massimu ta’ 3 ijiem fil-ġimgħa, flimkien ma’ estensjonijiet aċċettati fid-dawl ta’ limitazzjonijiet serji tas-saħħa jew tal-familja; jinnota li l-qafas attwali jinkludi wkoll 10 ijiem xogħol minn barra l-post tax-xogħol f’sena partikolari, li għandhom jintużaw mingħajr rabta ma’ jiem oħra tal-liv; isostni li l-kundizzjonijiet tax-xogħol attwali tal-UPPE jippermettu lill-persunal jieħu vantaġġ mis-soluzzjonijiet diġitali billi jintegraw livell tajjeb ta’ awtonomija fil-ġestjoni tax-xejriet tax-xogħol, jiffaċilitaw il-konċiljazzjoni tal-ħajja privata u tax-xogħol u jippromwovu l-moral u l-ispirtu tat-tim li l-valutazzjoni tal-impatt tagħhom twettqet permezz ta’ interazzjoni kostanti mal-persunal u mal-Kumitat tal-Persunal (li tinkludi l-monitoraġġ u r-reviżjonijiet b’mod ġenerali);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li fl-2024 u fl-2025 intlaħaq bilanċ adegwat bejn il-ġeneri fil-pożizzjonijiet maniġerjali (4 nisa, 5 irġiel) permezz ta’ ħatriet fil-maniġment intermedju u superjuri tal-ġeneru sottorappreżentat; josserva, fuq il-punt tal-bilanċ ġeografiku, li s-26 nazzjonalità tal-UE huma rappreżentati, fi gradi diversi, fil-persunal tiegħu, u li xi nazzjonalitajiet huma aktar rappreżentati minn oħrajn; jistieden lill-UPPE jiffinalizza l-istrateġija tiegħu dwar id-diversità u l-inklużjoni, li l-implimentazzjoni tagħha ġiet deċiża fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-ewwel linja tal-UPPE tikkonsisti mill-prosekuturi delegati Ewropej li jaħdmu fil-livell deċentralizzat f’24 Stat Membru differenti; jinnota li, sa mill-31 ta’ Diċembru 2024, l-uffiċċji tal-prosekuturi delegati Ewropej kienu jinsabu f’44 belt fi 22 Stat Membru; josserva li, sa tmiem l-2024, l-UPPE kien ħatar 166 prosekutur delegat Ewropew, filwaqt li jitqies li 10 prosekuturi delegati Ewropej mill-Iżvezja (2) u mill-Polonja (8) inħatru f’Diċembru 2024 iżda bdew bl-attivitajiet operattivi biss f’Jannar 2025; ifakkar fl-importanza li tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-prosekuturi delegati Ewropej, abbażi ta’ proċedura ta’ ħatra oġġettiva u bbażata fuq il-mertu f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2017/1939 u tal-prinċipju tal-awtonomija proċedurali nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jissottolinja li l-UPPE kien indika total ta’ 172 prosekutur delegat Ewropew bħala l-mira għal kemm għandhom jinħatru sa tmiem l-2024, mingħajr ma qies l-ebda ħtieġa addizzjonali li tirriżulta mit-tkabbir biex jiġu inklużi l-Polonja u l-Iżvezja; jirrimarka li l-awtorità baġitarja tal-Unjoni qablet li żżid l-għadd ta’ prosekuturi delegati Ewropej minn 140 għal 166 biss bl-allokazzjoni ta’ 24 prosekutur delegat Ewropew lill-Polonja u 2 lill-Iżvezja; jisħaq li l-awtorità baġitarja tal-Unjoni kompliet tagħti riżorsi biex ikopru r-remunerazzjonijiet tal-prosekuturi delegati Ewropej li jikkorrispondu għall-ħlas ta’ 80 % tas-salarju ta’ AD9, minflok 100 % tas-salarju ta’ AD9, kif deċiż mill-UPPE biex il-pożizzjoni ssir aktar attraenti għall-prosekuturi superjuri li għandhom esperjenza professjonali fit-tul adegwata biex jittrattaw il-każijiet kumplessi tal-UPPE; jifhem li, minħabba r-restrizzjoni finanzjarja li tirriżulta minn din id-diskrepanza fir-riżorsi allokati, sa tmiem l-2024 l-UPPE seta’ jiskjera, minbarra ż-2 prosekuturi delegati Ewropej fl-Iżvezja, 8 prosekuturi delegati Ewropej biss fil-Polonja (minflok l-24 prosekuturi delegati Ewropej meħtieġa) u 156 prosekuturi delegati Ewropej fil-bqija tal-Istati Membri li jifdal; jinnota li t-tnaqqis fir-ritmu tal-konsum ta’ prosekuturi delegati Ewropej addizzjonali jaffettwa b’mod negattiv il-kapaċità tal-UPPE li jidderieġi għadd dejjem akbar ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet; jinnota wkoll li minħabba d-diskrepanza fil-finanzjament, l-UPPE kellu wkoll inaqqas jew jipposponi l-investimenti fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet, u b’hekk jipprevjeni lill-UPPE milli jtejjeb il-kapaċità tiegħu li jidderieġi l-investigazzjonijiet transfruntiera; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta s-sitwazzjoni, fid-dawl taż-żieda fl-ammont ta’ xogħol u tas-sensittività tal-każijiet ittrattati, u tirrapporta lill-Parlament ir-riżultati u s-soluzzjonijiet possibbli biex jiġi kopert id-distakk finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Isostni li l-ħatra tal-prosekuturi delegati Ewropej hija r-responsabbiltà kondiviża tal-UPPE u tal-Istati Membri, minħabba li filwaqt li l-Prosekuturi Ewropej jiġu nnominati mill-Istati Membri u mbagħad jinħatru mill-Kunsill, l-prosekuturi delegati Ewropej jiġu nnominati mill-Istati Membri u jinħatru mill-Kulleġġ; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkontribwixxu għall-indipendenza sħiħa tal-prosekuturi delegati Ewropej u tal-UPPE; jinnota li l-UPPE stinka biex itejjeb l-istatus tax-xogħol tal-prosekuturi delegati Ewropej sabiex jagħmel il-pożizzjoni aktar attraenti, bħal biex jallinja r-remunerazzjoni tal-prosekuturi delegati Ewropej ma’ dik tal-uffiċjali tal-Unjoni ta’ livell ekwivalenti ta’ responsabbiltà (AD9), aktar milli għal 80 % tas-salarju tal-uffiċjali tal-Unjoni, kif kien previst oriġinarjament mill-Kummissjoni, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-progressjoni tal-karriera tal-prosekuturi delegati Ewropej fis-sistemi nazzjonali tagħhom għadha mhix ċara, u li f’bosta każijiet, is-salarju nazzjonali tal-prosekuturi nazzjonali l-aktar esperjenzati kien ogħla mis-salarju offrut għall-pożizzjoni tal-prosekutur delegat Ewropew, li jobbliga lill-UPPE jintervjeni għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(1) tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg tal-prosekuturi delegati Ewropej, li jipprevedi li, f’każ ta’ remunerazzjoni netta totali aktar baxxa mis-salarju nazzjonali, jiġi pprovdut ammont supplimentari biex jiġi żgurat li r-remunerazzjoni taqbel mal-livell preċedenti; itenni t-talba tiegħu li jiġu previsti perkors ċar ta’ progress fil-karriera għall-prosekuturi delegati Ewropej u dixxiplina amministrattiva aktar favorevoli dwar il-kopertura tas-sigurtà soċjali u tal-assigurazzjoni tas-saħħa; jinsisti fuq il-ħolqien ta’ status speċifiku tal-prosekuturi delegati Ewropej, b’mod konsistenti man-natura tal-funzjoni ġudizzjarja tagħhom, u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi kif xieraq emendi għar-Regolament (UE) 2017/1939, fiċ-ċirkostanza tar-reviżjoni li jmiss tiegħu, li se tkopri wkoll il-kwistjoni tad-diskrepanza fil-kopertura tas-sigurtà soċjali u tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-prosekuturi delegati Ewropej li għadha ma ġietx solvuta mill-Istati Membri kollha permezz ta’ arranġamenti leġiżlattivi jew amministrattivi, minkejja li l-adozzjoni tagħhom hija obbligatorja skont ir-Regolament (UE) 2017/1939;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jifhem li fl-2024 l-UPPE pprefera jwettaq stħarriġ intern dwar is-sodisfazzjon tal-persunal aktar milli jirrikorri għal fornitur estern għali skont il-kuntratt qafas eżistenti, iżda jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ involviment tal-Kumitat tal-Persunal, li kien ikun aktar xieraq; jinnota li tqajmu ripetutament kwistjonijiet rikorrenti mill-persunal fl-istħarriġ, li prinċipalment jiffokaw fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-interpretazzjoni tal-aċċessibbiltà tat-telexogħol minn barra l-pajjiż għal raġunijiet familjari jew personali; jinnota li l-UPPE jindika d-dixxiplina riġida tiegħu tat-telexogħol bħala waħda mid-diżinċentivi possibbli għar-reklutaġġ u jħeġġeġ lill-UPPE jesplora aktar alternattivi li – mingħajr ma jippreġudikaw l-effettività tal-metodi ta’ ħidma tiegħu u mingħajr ma jpoġġu fid-dubju l-kultura korporattiva, jistgħu joffru livell ogħla ta’ awtonomija li, min-naħa tiegħu, jista’ jġib livell ogħla ta’ sodisfazzjon fost il-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota li, matul l-2024, l-UPPE rreġistra 1 504 espressjonijiet ta’ interess għal programmi ta’ taħriġ, bi 851 jitlestew b’suċċess, li jammontaw għal total ta’ 13 984 siegħa ta’ taħriġ, ekwivalenti għal 1 865 jum ta’ taħriġ kemm għall-korsijiet interni kif ukoll għal dawk esterni; josserva li għal taħriġ estern speċjalizzat fi kwistjonijiet legali u amministrattivi, l-UPPE rreġistra 42 espressjoni ta’ interess għal programmi ta’ taħriġ, bi 22 li għadhom għaddejjin u 17 li tlestew b’suċċess, li ammontaw għal 992 siegħa ta’ taħriġ, ekwivalenti għal 132 jum ta’ taħriġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li fl-2024 ukoll, l-istrateġiji ta’ taħriġ tal-UPPE kienu konformi mal-missjoni tal-UPPE u rilevanti għaliha, billi kienu mmirati lejn l-oqsma operattivi (sessjonijiet ta’ ħidma operattiva u taħriġ ieħor) u amministrattivi (taħriġ fl-ambitu tal-FLS, fil-qasam tas-servizzi diġitali, fil-qasam tas-sigurtà, u ħafna oħrajn ta’ natura varjata), skont il-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni; jifhem li fl-2024 it-taħriġ kien iffokat fuq oqsma bħas-sikurezza, is-sigurtà (is-sigurtà tal-informazzjoni u sensibilizzazzjoni ġenerali dwar is-sigurtà tal-ICT), l-etika, is-sostenibbiltà (l-akkwist pubbliku ekoloġiku u r-riskju klimatiku) u għat-tisħiħ tal-ħiliet diġitali (rilevanti wkoll fil-kuntest tat-tħejjija għall-proġett ta’ awtonomija tal-IT tal-UPPE li fl-aħħar eventwalment inkiseb fl-2025); jilqa’ l-approċċ tal-UPPE li jfassal il-kontenut tal-offerta tat-taħriġ strettament skont ir-rwol, ir-responsabbiltajiet u l-gradi tal-popolazzjoni fil-mira, b’sessjonijiet żgħar ta’ informazzjoni pprovduti lil timijiet speċifiċi wara talbiet <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> b’enfasi fuq punti definiti (eż. ir-rwol tal-konsulenti kunfidenzjali);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Josserva li l-persunal ġie infurmat kif xieraq dwar l-opportunitajiet ta’ taħriġ permezz tal-intranet tal-UPPE, filwaqt li pprovda wkoll kontenut għall-membri ġodda tal-persunal u riżorsi oħra faċli għall-utent; japprezza li l-offerta ta’ taħriġ fl-2024 intlaqgħet tajjeb u li, pereżempju, sa tmiem l-2024, 86,2 % tal-persunal tal-UPPE (persunal statutorju, esperti nazzjonali sekondati u kuntratturi <STRING ITALIC="on">intra muros</STRING>) kienu attendew it-taħriġ dwar il-politika kontra l-frodi filwaqt li għall-azzjonijiet kontra l-fastidju u tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, fl-2024 kien hemm żewġ sessjonijiet ġenerali dwar il-kontenut assoċjat li kienu mmirati lejn il-persunal ġenerali (34 u 16-il parteċipant rispettivament) u saret waħda għall-maniġers (9 parteċipant) u għall-membri tal-Kulleġġ (6 parteċipant);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2024 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ eżawriment; jinnota li l-UPPE ħeġġeġ miżuri li jfittxu li jikkumpensaw għall-ammont ta’ xogħol li qed jiżdied kontinwament biex jitnaqqas ir-riskju ta’ eżawriment; josserva, madankollu, li fl-2024, ma twettqet l-ebda valutazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-ammont ta’ xogħol fost timijiet u membri tal-persunal differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li fl-2024 l-UPPE organizza sessjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-fastidju għall-persunal, għall-maniġers u għall-Kulleġġ, u li tali sessjonijiet ġew organizzati għal timijiet speċifiċi u għal Unitajiet speċifiċi fuq talba, fuq bażi <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING>, b’kontenut imfassal apposta għall-ħtiġijiet ta’ kull popolazzjoni; japprezza li tnediet il-proċedura tal-espressjoni ta’ interess tal-konsulenti kunfidenzjali fl-2024, li wasslet għall-elezzjoni (flimkien mal-Kumitat tal-Persunal) tal-Kunsillieri fl-ewwel trimestru tal-2025; jirrimarka dwar l-ewwel każ ta’ fastidju rrapportat fl-UPPE fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Josserva li, wara l-konklużjonijiet pożittivi tal-proġett pilota mwettaq fl-2023, ġiet abbozzata politika dwar it-traineeships u din ġiet approvata fl-2024, segwita mill-ewwel ċiklu ta’ trainees effettivi fl-istess sena; jinnota li matul l-2024 ġew ospitati 8 trainees fl-UPPE, li ħadmu – kif definit fil-politika dwar it-traineeships – b’reġim tal-ħin marbut ma’ dak tal-persunal statutorju tal-UPPE, f’dan il-każ, skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022)1788 tal-24 ta’ Marzu 2022 dwar il-ħin tax-xogħol u x-xogħol ibridu; japprezza li t-trainees kollha tal-UPPE jirċievu ċifra ta’ introjtu kull xahar (bħala għotja); jisħaq li l-għoli tal-ħajja fil-Lussemburgu jirrappreżenta ostaklu sinifikanti għal trainees potenzjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>	Huwa konxju li, b’mod ġenerali, il-qafas etiku tal-UPPE qed jinbena gradwalment; jifhem li r-riżorsi umani limitati ma ppermettewx it-tlestija tiegħu fl-2024; iħeġġeġ li l-ħidma preparatorja titlesta biex tiġi adottata politika komprensiva dwar il-kunflitti ta’ interess meħtieġa biex jiġu kkonsolidati u jittejbu r-regoli eżistenti u jiġu koperti aħjar il-każijiet rilevanti kollha f’dokument koerenti uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Japprezza li, wara talbiet mill-Parlament, il-programm ta’ taħriġ dedikat dwar il-qafas tal-etika tal-UPPE sar obbligatorju għal dawk kollha li jokkupaw pożizzjoni fl-UPPE, inklużi l-Prosekuturi Ewropej u l-prosekuturi delegati Ewropej, u fl-2024 kiseb ir-rata ta’ parteċipazzjoni għolja mistennija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jinnota li, fl-2024, ġew organizzati total ta’ 17-il sessjoni ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-qafas etiku tal-UPPE, l-istrateġija kontra l-frodi u l-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba, li żguraw parteċipazzjoni wiesgħa tal-persunal, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi 2023-2025, adottata fl-1 ta’ Marzu 2023, bl-għan li jiġu miġġielda l-frodi fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni, anke internament, b’objettivi marbuta ma’ pjan ta’ azzjoni dedikat u mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni bħala komponenti tal-ambjent ta’ kontroll intern tal-UPPE mmonitorjati fuq bażi annwali mill-uffiċjal ta’ kontroll intern; jirrimarka li hemm stabbiliti regoli dwar il-kunflitti ta’ interess u l-proċeduri ta’ dikjarazzjoni għall-maniġment superjuri u għall-persunal involut fiċ-ċirkwiti finanzjarji, fl-akkwist u fir-reklutaġġ; josserva li titwettaq valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi dedikata fuq bażi annwali, biex jiġu identifikati u indirizzati r-riskji potenzjali, inklużi l-kunflitti ta’ interess; japprezza l-fatt li l-Linji Gwida għall-Persunal tal-UPPE dwar Attivitajiet u Assenjazzjonijiet Esterni japplikaw għall-attivitajiet kollha tal-persunal li mhumiex relatati ma’ passatempi jew mad-divertiment iżda madankollu rilevanti u barra mill-mandat tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Itenni t-talbiet tiegħu li tiġi introdotta politika aktar robusta dwar ir-revolving doors li għandha tinkludi perjodu estiż ta’ preklużjoni ta’ mill-anqas sentejn għall-uffiċjali superjuri tal-UPPE qabel ma jkunu jistgħu jieħdu impjieg fis-settur privat, b’mod partikolari fejn dan ikun relatat mal-oqsma ta’ investigazzjoni tal-UPPE; jinsisti li l-UPPE jwettaq rieżami annwali tal-konformità ma’ dawn ir-restrizzjonijiet ta’ wara l-impjieg; ifakkar li l-prevenzjoni tar-revolving doors għandha tiġi inkluża fil-qafas tal-etika ġenerali tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jilqa’ s-segwitu tal-UPPE fir-rigward tal-aktar riżoluzzjoni reċenti tal-Parlament dwar il-kwittanza, li talbet l-adozzjoni ta’ proċedura dedikata għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u kontra r-ritaljazzjoni biex ir-regoli ta’ implimentazzjoni jiġu integrati mar-Regolamenti tal-Persunal adottati mill-Kulleġġ (id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 077/2021 li tistabbilixxi linji gwida dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta applikabbli fl-UPPE) u biex takkumpanja l-Artikolu 45.12 tar-Regoli Finanzjarji tal-UPPE (li jistabbilixxi l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fiċ-ċirkostanzi) sabiex jiġi żgurat post tax-xogħol sikur u protett; jifhem li proċedura speċifika ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta u kontra r-ritaljazzjoni tħejjiet matul l-2024 u ġiet approvata fil-bidu tal-2025; iħeġġeġ lill-UPPE jżomm għaddej djalogu intern intensiv dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta mal-konsulenti kunfidenzjali u jinvolvi lill-NEDPAs dwar il-kwistjonijiet inerenti; jisħaq li l-implimentazzjoni effettiva tal-proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta u ta’ kontra r-ritaljazzjoni hija essenzjali għas-salvagwardja tal-integrità u l-kredibbiltà interni tal-UPPE; jistieden lill-UPPE jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-funzjonament prattiku ta’ dawn is-salvagwardji, inklużi s-sensibilizzazzjoni u l-fiduċja tal-persunal fis-sistema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Isostni li l-qafas ta’ integrità interna tal-UPPE huwa kruċjali għall-perċezzjoni esterna tal-indipendenza u tal-awtonomija tal-UPPE; jemmen li billi jsir obbligatorju l-iżvelar pubbliku tal-interessi finanzjarji u l-attivitajiet esterni kollha tal-uffiċjali superjuri, inklużi l-membri tal-Kulleġġ, ir-riskju ta’ influwenza indebita jiġi mmitigat, u li rieżami perjodiku ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet se jippermetti l-identifikazzjoni minn qabel ta’ kwalunkwe riskju potenzjali li ma jkunx ġie identifikat; japprezza r-rieda tal-UPPE li jesplora modi effettivi biex jintlaħaq dan l-objettiv, filwaqt li jqis kif xieraq is-sensittività u l-ispeċifiċità tal-funzjoni ta’ prosekuzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinnota li t-trasparenza hija kruċjali fl-interazzjonijiet tal-UPPE ma’ atturi esterni; japprezza l-ispirtu miftuħ ta’ l-UPPE li jeżamina modi kif iżid aktar it-trasparenza tal-interazzjonijiet tiegħu ma’ atturi esterni, b’kunsiderazzjoni xierqa tas-sensittività u l-ispeċifiċità tal-funzjoni ta’ prosekuzzjoni, inkluża s-superviżjoni mill-qrati u l-ħtieġa imperattiva li tiġi protetta l-indipendenza tal-UPPE; iħaddan il-fehma li l-istabbiliment ta’ reġistru pubbliku obbligatorju tal-laqgħat kollha bejn l-uffiċjali tal-UPPE u r-rappreżentanti ta’ partijiet terzi, inklużi l-lobbisti, anke meta impenjat b’attivitajiet ta’ promozzjoni marbuta mal-prijoritajiet ta’ politika, u r-rappreżentanti tal-gvernijiet nazzjonali jikkontribwixxi ħafna fit-tisħiħ tal-fiduċja tal-pubbliku fl-indipendenza tal-UPPE u l-kapaċità tiegħu li jniedi investigazzjonijiet immedjatament dwar kwalunkwe każ ta’ użu ħażin ta’ fondi pubbliċi, b’mod li jipprevjeni kwalunkwe perċezzjoni ta’ influwenza indebita;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li t-talbiet tal-Parlament lill-Kummissjoni biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Servizzi Diġitali (“DĠ Servizzi Diġitali”, li qabel kien DIGIT) li jwaqqaf il-forniment ta’ servizzi diġitali fuq il-post tax-xogħol lill-UPPE ma ġewx segwiti; japprezza d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi temporanjament il-forniment tas-servizzi tal-IT sa Ġunju 2025, biex tiffaċilita t-tranżizzjoni, iżda jiddeplora l-fatt li r-riżultat finali huwa sitwazzjoni li l-vijabbiltà finanzjarja tagħha, fl-aħjar każ, hija dubjuża, u li hija subottimali f’termini tal-prestazzjoni; itenni l-kunsiderazzjonijiet tiegħu dwar l-argumenti relatati mas-sigurtà u mal-kunfidenzjalità, u dwar l-aspetti purament finanzjarji, minħabba li l-esternalizzazzjoni tidher li tkun ħafna aktar għalja mis-soluzzjoni interna fejn jingħaddu r-riżorsi meħtieġa biex jissolvew l-aspetti amministrattivi kumplessi u biex isir adattament għall-konfigurazzjoni deċentralizzata tal-UPPE bil-prosekuturi delegati Ewropej u bl-NEDPAs f’diversi postijiet madwar l-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jissottolinja li, filwaqt li l-UPPE kiseb awtonomija adegwata tal-IT biss fl-2025, il-ħidma preparatorja fl-2024 għamlet tanġibbli l-aktar investimenti sinifikanti fid-diġitalizzazzjoni fl-istorja tal-UPPE u li, biex jikseb l-awtonomija tal-IT u jipprevjeni impatt negattiv fuq l-attivitajiet operattivi, l-UPPE kellu jniedi ħafna azzjonijiet; ifakkar li anke jekk il-Kummissjoni kienet ipprovdiet appoġġ tekniku lill-UPPE matul it-tranżizzjoni għall-awtonomija tal-IT, minn perspettiva baġitarja, l-UPPE kellu jittrasferixxi r-riżorsi mill-attività operattiva għall-IT fi kwalunkwe każ, u l-Kummissjoni ma qablitx li tikkumpensahom; ifakkar, f’dan ir-rigward, li fl-aħħar ta’ Frar 2024 it-talba tal-UPPE għal baġit emendatorju għall-2024 (għal madwar EUR 3 miljun u 37 pożizzjoni fit-tabella stabbilita) ġiet irrifjutata u li dan ir-rifjut isegwi r-rifjut preċedenti tal-Kummissjoni li tagħti 45 pożizzjoni addizzjonali fit-tabella tal-persunal biex tiġi eliminata d-diskrepanza li tirriżulta mill-waqfien tad-DĠ Servizzi Diġitali, ippreżentata f’Jannar 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jirrimarka li fl-2024, il-baġit operattiv tal-ICT tal-UPPE ammonta għal EUR 6,61 miljun, li jirrappreżenta 19 % tal-baġit operattiv totali (meta mqabbel ma’ EUR 4,7 miljun fl-2023 u EUR 5,6 miljun fl-2022); josserva li ż-żieda f’termini assoluti tirrifletti l-ħidma preparatorja sinifikanti mwettqa għall-awtonomija tal-IT, inkluż it-tisħiħ tal-kapaċitajiet interni fiċ-ċibersigurtà, il-ġestjoni tas-servizzi tal-IT, u l-monitoraġġ tal-infrastruttura, kif ukoll it-tranżizzjoni teknika tas-servizzi li qabel kienu jiġu pprovduti mid-DĠ Servizzi Diġitali; jinnota li tali investimenti kienu mmirati b’mod strateġiku biex jiżguraw il-kontinwità, l-indipendenza u s-sigurtà tal-ambjent diġitali tal-UPPE u jistabbilixxu l-pedament meħtieġ għall-kisba b’suċċess tal-awtonomija tal-IT f’Ġunju 2025; jissottolinja li filwaqt li s-sehem tan-nefqa tal-IT fil-baġit operattiv baqa’ stabbli, l-2024 kienet ikkaratterizzata minn konċentrazzjoni deċiżiva tal-isforzi u tar-riżorsi biex titħejja t-tranżizzjoni tal-UPPE lejn indipendenza diġitali sħiħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jifhem li anke wara li kisibha, fl-2025, l-UPPE jenfasizza li biex jappoġġja l-awtonomija tal-IT, jirrikjedi riżorsi umani u finanzjarji addizzjonali, li sa issa għadhom ma ngħatawx minħabba l-limitazzjoni imposta mir-riżorsi baġitarji totali disponibbli fil-linji kkonċernati; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha u talloka riżorsi addizzjonali biex tiżgura li l-effettività u s-solidità legali tal-operazzjonijiet tal-UPPE ma jkunux f’riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jinnota li fl-2024, fil-qasam tal-IT, l-UPPE ħa azzjoni kontinwa fir-rigward taż-żewġ proġetti ewlenin tal-programm ta’ awtonomija tal-IT u tal-programm CMS, tal-ewwel biex jipprovdi katalgu komplut ta’ servizzi amministrattivi tal-IT ġestiti kompletament fuq livell intern, tal-aħħar biex jagħmel progress fl-iżvilupp tad-diġitalizzazzjoni fil-qasam ewlieni tan-negozju tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet; jemmen li s-soluzzjoni tar-reklutaġġ ta’ kuntratturi <STRING ITALIC="on">intra muros</STRING> biex jimmaniġġjaw dawn il-proġetti toffri kontinwità operattiva immedjata iżda ma għandhiex titqies bħala soluzzjoni definittiva għall-UPPE, b’kunsiderazzjoni tan-natura estremament sensittiva tal-attivitajiet tiegħu u tal-ħtieġa li jiġu żgurati l-kontinwità u l-affidabbiltà tas-servizzi diġitali tiegħu, kif ukoll l-ogħla livell ta’ sigurtà tal-infrastruttura, tas-sistemi u tat-tagħmir tal-IT tiegħu; itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-riskju ta’ nuqqas ta’ perċezzjoni mill-Kummissjoni tas-sensittività tal-kwistjoni, kif muri minn valutazzjoni superfiċjali tal-problema li jista’ jkollha impatt negattiv fuq l-attivitajiet operattivi tal-UPPE u tirrappreżenta riskju potenzjali għar-reputazzjoni tal-Unjoni f’każ li tirriżulta fid-dgħajfien tal-kapaċità operattiva tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Ifakkar li l-kumplessità tal-infrastruttura tal-IT tal-UPPE tirriżulta mill-istruttura deċentralizzata tal-UPPE, li tobbliga lil kull prosekutur delegat Ewropew juża kemm is-CMS nazzjonali kif ukoll dik tal-UPPE, li huma bażijiet ta’ data differenti rregolati minn drittijiet ta’ aċċess differenti; jirrimarka li l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn is-servizzi ċentrali tal-prosekuturi delegati Ewropej u l-UPPE jirrikjedu d-diġitalizzazzjoni tal-fajls tal-każijiet mill-prosekuturi delegati Ewropej, li huma obbligati jużaw għodod diġitali nazzjonali f’konformità mad-dritt nazzjonali, iżda huma obbligati wkoll jikkunsidraw il-ħtieġa li jkollhom tali dokumenti diġitali f’formati kompatibbli mas-sistema ċentrali tal-UPPE u mas-sistemi użati minn prosekuturi delegati Ewropej oħra li huma sħab fil-każijiet investigattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Isostni li hija meħtieġa l-integrazzjoni tas-CMS tal-UPPE u tas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni tal-każijiet biex tiżdied l-effettività tal-investigazzjonijiet u li din għandha tiġi segwita fiċ-ċirkostanza tar-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939; jantiċipa li tali integrazzjoni se tkun tirrikjedi livell ta’ diġitalizzazzjoni konsistenti komuni fl-Istati Membri parteċipanti kollha biex jiġi stabbilit ambjent tax-xogħol diġitali li jkun żgurat bl-istess standard bħall-uffiċċju ċentrali tal-UPPE, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ l-oqfsa legali nazzjonali; ifakkar li l-ispejjeż kondiviżi inerenti, fuq l-Istati Membri u l-Unjoni, għandhom jitqiesu fl-istima u t-tbassir baġitarji; japprezza r-rwol u l-kontributi tal-NEDPAs fl-użu effettiv u l-kontribut għas-sistemi u jissuġġerixxi li jitqies li jingħataw status speċifiku fl-okkażjoni tar-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939; jisħaq li kwalunkwe integrazzjoni futura għandha tkun ibbażata fuq kondiviżjoni bbilanċjata tar-responsabbiltajiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Iqis li huwa kruċjali li jittaffew ir-riskji fuq l-integrità strutturali tal-IT tal-UPPE li jirriżultaw mill-prattiki aggressivi tal-assoċjazzjonijiet ta’ kriminali organizzati investigati u mressqa quddiem il-qrati mill-UPPE li huma suxxettibbli li jirreaġixxu b’mod aggressiv għall-interventi tal-UPPE biex ifixklu l-attivitajiet kriminali tagħhom; japprezza li l-istrateġija tas-sigurtà mtejba b’mod ġenerali u l-qafas ta’ politika globali dwar is-sigurtà tal-informazzjoni li ġie propost fl-2023 ġie approvat u adottat formalment fl-2024; jissottolinja li s-sigurtà fiżika u diġitali u l-governanza tagħhom huma essenzjali biex jippermettu l-indipendenza u l-effettività operazzjonali tal-UPPE u jirrikjedu riżorsi, bħal dawk użati fil-ħolqien ta’ unità dedikata biex tindirizza s-sigurtà ċibernetika u fiżika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jisħaq li l-UPPE huwa mitlub jittratta għadd dejjem akbar ta’ każijiet li jinvolvu komponenti ta’ teknoloġija avvanzata u metodoloġiji kriminali diġitali, u għalhekk jeħtieġ tagħmir u sistemi tal-IT aġġornati sabiex ikun jista’ jintegra fil-proċessi investigattivi u fl-analiżijiet it-teknoloġiji avvanzati li spiss jintużaw minn networks kriminali b’livell għoli ta’ ħiliet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jinnota li fl-oqsma operattivi, l-UPPE joqgħod attent ħafna kif juża l-intelliġenza artifiċjali u jaqbel li filwaqt li l-IA tista’ tassisti fl-ipproċessar tad-data, l-evalwazzjoni tal-evidenza u t-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ prosekuzzjoni jibqgħu strettament taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-bniedem; jilqa’ dan l-approċċ bħala essenzjali għas-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, iċ-ċertezza legali u l-obbligu ta’ rendikont; jissottolinja li l-UPPE ma jipperċepix l-IA bħala li għandha l-kapaċità li tnaqqas il-ħtiġijiet tal-persunal, iżda pjuttost bħala għodda ta’ appoġġ biex ilaħħaq mal-ammont ta’ xogħol li qed jiżdied; iħeġġeġ investiment immirat fl-għodod u t-taħriġ tal-IA - diment li l-użu tagħhom għadu proporzjonat u suġġett għas-sorveljanza umana - li l-implikazzjonijiet baġitarji tagħhom għandhom jiġu kkumpensati minn titjib fl-effiċjenza fit-traduzzjoni u fi proċessi oħra ta’ appoġġ; jistieden lill-UPPE jipprovdi linji gwida lill-persunal dwar kif juża dawk l-istrumenti, immirati speċifikament lejn il-proċessi tipiċi inerenti għall-mandat partikolari tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Huwa konxju li l-każijiet tal-UPPE u l-fajls tal-każijiet u l-evidenza relatati jiġu riferuti lill-UPPE u rreġistrati bi kwalunkwe lingwa tal-Unjoni u li kull każ jista’ jkollu minn mijiet sa eluf ta’ dokumenti, li jiġu riċevuti f’daqqa, li jeħtieġ li jiġu tradotti fil-lingwi ta’ ħidma għall-analiżi u l-investigazzjoni tal-każ, filwaqt li r-rapporti u d-deċiżjonijiet tal-UPPE, maħruġa bl-Ingliż, iridu jiġu tradotti lura għal-lingwa tal-Istat Membru relatur biex jiġu riferuti lura lill-qrati nazzjonali; jifhem li dan il-proċess jitwettaq mis-servizzi tat-traduzzjoni awtomatika fornuti mis-CDT - Centre De Traduction; josserva li l-ispiża tas-servizzi tal-eTranslation fl-2024 kienet ta’ EUR 1 051 000 għall-għodod tat-traduzzjoni awtomatika, u EUR 2 308 452 għat-traduzzjoni umana<FOOTNOTE><FIELD> Iċ-ċifra ma tkoprix is-servizzi tal-interpretazzjoni li huma pprovduti fl-ambitu tal-FLS mad-Direttorat Ġenerali tal-Interpretazzjoni (DĠ Interpretazzjoni) tal-Kummissjoni jew, meta d-DĠ Interpretazzjoni jirrifjuta jew ma jkunx jista’ jipprovdi s-servizz mitlub, billi jiġu impjegati freelancers disponibbli fis-suq (eċċezzjonijiet ad hoc għar-Regoli Finanzjarji). L-ispejjeż imġarrba fl-2024 jilħqu total ta’ EUR 22 536 u EUR 9 360 fl-ambitu tal-FLS tad-DĠ Interpretazzjoni u l-bqija b’akkwisti ta’ servizzi <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>; jitlob lill-UPPE jesplora l-possibbiltà ta’ użu aħjar ta’ dawn is-servizzi tat-traduzzjoni awtomatika li sa issa mhumiex assistiti bl-IA iżda huma bbażati fuq settijiet ta’ data tal-vokabularju, ipprovduti mis-servizz tal-eTranslation tad-DĠ Servizzi Diġitali, u aġġornati fuq bażi annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għat-talbiet tal-UPPE biex jiġu allokati riżorsi ħalli jipproteġi ċ-ċibersigurtà tiegħu u jappella għall-implimentazzjoni rapida ta’ strateġija robusta taċ-ċibersigurtà biex jiġu ssalvagwardjati l-operazzjonijiet u l-integrità tad-data tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Josserva li l-istrateġija diġitali tal-UPPE u l-politika dwar il-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet u tal-patches bħalissa qed jiġu żviluppati u li s-servizzi eżistenti qed jiżguraw valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u għodda awtomatizzata tal-iskennjar u notifika għall-ambjent kruċjali tas-CMS; jistieden lill-UPPE jagħti prijorità lil dawk il-miżuri li huma materjali biex jiggarantixxu ambjent tax-xogħol sikur, il-kontinwità tal-attivitajiet u l-protezzjoni tal-informazzjoni rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jilqa’ d-djalogu kontinwu bejn l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-UPPE u l-punt ta’ kuntatt tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-UPPE u l-laqgħat bilaterali regolari tagħhom; iħeġġeġ lill-Kulleġġ, li d-deċiżjonijiet tiegħu jikkomplementaw il-qafas legali proprju<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2017/1939 (l-hekk imsejjaħ Regolament dwar l-UPPE) u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, biex jikkomunika mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’reviżjoni perjodika tal-prattiki u l-proċeduri eżistenti fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-faċilità tal-użu tad-data personali għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni u sadanittant biex tiġi ssalvagwardjata l-protezzjoni tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Binjiet u sigurtà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Josserva li l-kuntratt ta’ lokazzjoni li permezz tiegħu l-awtoritajiet Lussemburgiżi jipprovdu mingħajr kera l-binja li bħalissa qed jospita l-kwartieri ġenerali tal-UPPE ma ġiex emendat fl-2024 u li l-UPPE ħallas l-istess tariffa annwali tal-imposta għas-servizz ta’ EUR 716 724 fl-2024 bħalma għamel fl-2023, mingħajr spejjeż addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jinnota li l-UPPE bħalissa jokkupa għaxar sulari fit-torri u erba’ sulari fl-anness tal-binja tat-Torri B (TOB); huwa konxju li seba’ sulari oħra bdew jiġu rinnovati mill-istat ospitanti mill-bidu tal-2025 u gradwalment se jingħataw lill-UPPE matul ir-raba’ trimestru tal-2025; jifhem li s-sulari l-ġodda se jgħinu biex jingħeleb in-nuqqas attwali ta’ spazju u se joffru l-opportunità li s-servizzi tal-UPPE jiġu unifikati u ridistribwiti b’mod effiċjenti fil-bini; ifakkar fin-natura tal-attivitajiet tal-UPPE u fil-kunfidenzjalità inerenti tagħhom, u jilqa’ għalhekk l-assenjazzjoni ta’ spazju tax-xogħol individwali lil kull membru tal-persunal f’uffiċċju waħdieni, doppju jew triplu; japprezza l-miżuri diġà eżistenti biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-uffiċċji għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jew b’diżabbiltà oħra;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>	Huwa konxju li l-UPPE jokkupa parti minn binja pprovduta mingħajr kera mill-istat ospitanti u li l-parametri ambjentali huma ġestiti mill-awtoritajiet nazzjonali, f’konformità mar-rekwiżiti ambjentali lokali; jilqa’ l-azzjonijiet imnedija mill-awtoritajiet Lussemburgiżi biex jappoġġjaw lill-UPPE fil-promozzjoni tal-ġestjoni ambjentali li tirriżulta fl-installazzjoni ta’ 20 stazzjon tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi fil-parkeġġ tal-karozzi taħt l-art u fis-sostituzzjoni tad-dawl intern li jiffranka l-enerġija u l-blinds tal-faċċati fil-bini kollu tal-uffiċċju ċentrali tal-UPPE biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-binja; jinnota li ġew installati magni tal-iffiltrar tal-ilma f’kull sular u dan inaqqas l-użu tal-fliexken tal-plastik; josserva li l-uffiċċju ċentrali tal-UPPE huwa integrat fin-network tal-Lussemburgu ta’ trasport pubbliku b’xejn li jagħmlu faċilment aċċessibbli permezz ta’ mezzi b’impatt ambjentali baxx, mingħajr ebda spiża għall-persunal u għall-viżitaturi u li l-parkeġġ taħt l-art jipprovdi żona dedikata għall-parkeġġ tar-roti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jinnota li l-UPPE jsegwi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2025) 2495 – Gwida dwar il-Missjonijiet u l-Ivvjaġġar Awtorizzat, u jqis mhux biss soluzzjonijiet ta’ vjaġġar ekoloġiku għall-persunal li jwettaq missjoni iżda jivvaluta wkoll b’mod sistematiku l-ħtieġa ta’ missjonijiet kontra l-fattibbiltà tal-laqgħat online;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>	Itenni li, fl-arkitettura mfassla biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ir-rwol ewlieni tal-UPPE jista’ jiġi segwit b’mod effettiv biss permezz ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni qawwija mal-entitajiet l-oħra li għandhom kompiti komplementari; jisħaq li l-UPPE jaġixxi f’xenarju kumpless u eteroġenu li fih l-indipendenza tiegħu hija kruċjali daqs il-kapaċità li għandu li joħloq sinerġiji mas-sħab tiegħu u r-rieda li għandu li jikkomunika mal-partijiet ikkonċernati rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Huwa konxju tal-isforzi tal-UPPE favur kooperazzjoni effettiva mal-Europol, mal-OLAF u mal-Eurojust, li sseħħ f’konformità mal-mandat ta’ kull organizzazzjoni, permezz ta’ laqgħa regolari fil-livell maniġerjali u dak tekniku, u permezz tal-proċessi “hit/no hit” użati għall-iskambji bidirezzjonali tal-informazzjoni u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-volum limitat ta’ kooperazzjoni operattiva bejn l-OLAF u l-UPPE, ikkonfermat mill-għadd kostantement baxx ta’ każijiet tal-UPPE appoġġjati mill-OLAF (4 każijiet fl-2023 u 5 każijiet fl-2024) meta mqabbel mal-volum ta’ każijiet li għalihom l-UPPE rċieva appoġġ fl-2024 mill-Eurojust (25) u mill-Europol (83); jinnota li l-kooperazzjoni mal-Europol tbati minn limitazzjonijiet li jirriżultaw mid-dritt kriminali proċedurali nazzjonali u l-aċċessibbiltà tad-data proprjetà tal-UPPE; iqis li t-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni mal-Europol jippermetti sinerġiji u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi, minkejja l-ħtieġa urġenti li l-UPPE jiżviluppa l-pjattaforma analitika interna tiegħu, li hija essenzjali għall-interpretazzjoni rapida tad-data miġbura matul l-investigazzjonijiet tiegħu u għall-istabbiliment ta’ strateġiji operazzjonali f’każijiet transfruntiera li jirrikjedu aċċess għas-CMS kollha tal-UPPE; jistieden lill-partijiet kollha jesploraw modi adegwati kif joħolqu sinerġiji, isaħħu l-kooperazzjoni fil-livell operazzjonali, jevitaw id-duplikazzjoni tal-kompiti u jagħmlu użu aħjar tal-kapaċitajiet analitiċi eżistenti; jilqa’ l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma dedikati għar-reviżjoni mħabbra mill-Kummissjoni tal-arkitettura kontra l-frodi u jistenna li d-dibattiti, li jinvolvu l-komponenti kollha tal-arkitettura kontra l-frodi, jiksbu titjib tanġibbli fil-mod kif jikkooperaw u jikkoordinaw l-attivitajiet, li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni sa tmiem l-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jinnota l-kooperazzjoni tajba tal-UPPE mal-Qorti, mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u mal-Ombudsman Ewropew fl-2024; josserva li l-Ombudsman Ewropew fetħet inkjesta waħda wara lment imressaq minn ċittadin li pparteċipa fi proċedura tal-għażla tal-2024, li mbagħad instab li ma kien sostnut mill-ebda evidenza jew każ ta’ amministrazzjoni ħażina mill-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jemmen li r-reviżjoni tal-oqfsa regolatorji tal-OLAF u tal-UPPE tipprovdi l-opportunità li jiġu kkunsidrati mill-ġdid ħafna aspetti tal-ħidma tagħhom flimkien fid-dawl tal-esperjenzi miksuba f’dawk is-snin ta’ attività operattiva; jisħaq li t-tagħlimiet meħuda fl-użu kemm tal-investigazzjonijiet komplementari (proposti mill-OLAF) kif ukoll tal-investigazzjonijiet b’appoġġ (mitluba mill-UPPE) offrew sett tajjeb ta’ informazzjoni li jista’ jintuża bħala bażi biex jissawwar mill-ġdid il-modulu ta’ kooperazzjoni tagħhom; jissottolinja li l-istess esperjenza operattiva indikat il-ħtieġa ta’ aktar detezzjoni u ta’ rapportar aħjar; jinnota li fl-2024, fil-Parlament saret l-ewwel laqgħa internazzjonali bejn il-prosekuturi tal-UPPE u l-investigaturi tal-OLAF; jemmen li dan jista’ jitqies bħala proġett pilota għal prattika ta’ skambju tal-fehmiet li għandu jsir perjodiku, dment li r-riżorsi finanzjarji jkunu disponibbli; itenni li djalogu u kooperazzjoni adegwati bejn il-komponenti tal-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi jistgħu jinkisbu biss billi jiġi stabbilit forum interistituzzjonali obbligatorju fejn jistgħu jiġu indirizzati u diskussi kwistjonijiet strateġiċi sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi u biex ir-riżultati jsiru tanġibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jinnota li l-frodi tal-VAT saret vulnerabbiltà strutturali tas-suq intern u li, minkejja r-rikorrenza ta’ skemi karusell standardizzati, l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali huma kapaċi jidentifikaw u jiġġieldu biss partijiet żgħar tan-networks kriminali; jisħaq fuq il-valur uniku tal-operazzjonijiet tal-UPPE, li kapaċi jibnu mill-ġdid tranżazzjonijiet kriminali kumplessi u flussi finanzjarji illeċiti u jieħdu azzjonijiet billi jissekwestraw u jiffriżaw l-assi involuti; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tipproponi l-emendi regolatorji kollha meħtieġa biex tiġi indirizzata sitwazzjoni li xxekkel l-effettività tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u tillimita l-potenzjal għal sinerġiji bejn l-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jenfasizza li l-aċċess għad-data u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni huma l-elementi kruċjali ta’ kwalunkwe azzjoni kontra l-frodi u li l-kisba sodisfaċenti tagħhom tiddependi mis-suċċess tal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni; ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti espressi fir-Rapport Speċjali 24/2015 tagħha dwar l-indirizzar tal-frodi tal-VAT u fir-Rapport Speċjali 08/2025 tal-Qorti “Frodi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud fuq l-importazzjonijiet — L-interessi finanzjarji tal-UE mhumiex protetti biżżejjed fil-qafas tal-proċeduri doganali għall-importazzjoni simplifikati” u jilqa’, f’dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-aċċess tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għall-informazzjoni dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud fil-livell tal-Unjoni, li saret fl-14 ta’ Novembru 2025<FOOTNOTE><FIELD> https://www.eca.europa.eu/ECAPublications/SR-2025-08/SR-2025-08_FR.pdf</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja, fuq l-istess nota, l-importanza ta’ kondiviżjoni sħiħa u effettiva tad-data bejn l-UPPE, l-OLAF, il-Eurojust u l-Europol u li l-istabbiliment ta’ grupp ta’ ħidma konġunt jippermetti s-sorveljanza tal-integrazzjoni tad-data u l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-każijiet fost dawn il-korpi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jaqbel mal-appell tal-UPPE għal sforzi msaħħa biex tiġi żgurata kapaċità analitika tad-data ħafna akbar u aħjar fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġu sfruttati bis-sħiħ l-ammonti enormi ta’ data miġbura fl-investigazzjonijiet tal-UPPE u jaqbel li progress f’din id-direzzjoni jtejjeb b’mod qawwi l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fl-Unjoni; jinnota li l-volum ta’ evidenza miġbura li qed tiġi analizzata jiżdied b’mod esponenzjali b’mod parallel ma’ żieda fl-għadd ta’ każijiet investigati mill-UPPE; jirrimarka li ħafna minn din l-informazzjoni tikkonċerna l-kriminalità organizzata u l-ħasil tal-flus, u firxa wiesgħa ta’ attivitajiet illeċiti marbuta magħhom bħala reati sottostanti li huma barra mill-mandat u l-kompetenza ta’ investigazzjoni tal-UPPE; josserva li seħħet sitwazzjoni simili wara l-Investigazzjoni Admiral, meta l-analiżi ta’ parti minn tal-anqas 638 TB ta’ data diġitali maqbuda żvelat konnessjonijiet mat-traffikar tad-droga, il-logħob tal-azzard illegali, il-prostituzzjoni u affarijiet simili, li rriżultaw fil-ftuħ ta’ aktar proċedimenti kriminali mill-uffiċċji tal-prosekuzzjoni nazzjonali dwar il-kriminalità mhux tal-PIF; jirrimarka li seħħet sitwazzjoni simili bl-Investigazzjoni Midas, li wasslet għad-detezzjoni ta’ ekosistema kriminali kumplessa, mgħammra b’kumpaniji fittizji, entitajiet foloz, identitajiet fittizji, u komunikazzjonijiet kriptografiċi biex jiġu orkestrati attivitajiet kriminali oħra, inkluż it-traffikar tad-drogi u tal-armi u l-finanzjament tat-terroriżmu, li għalihom l-analiżi ta’ parti minn tal-anqas 418 TB ta’ data diġitali rriżultat fis-sottomissjoni ta’ tlettax-il rapport ta’ reati lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-investigazzjoni ta’ dawn ir-reati mhux tal-PIF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu intern biex tiġi żgurata t-trażmissjoni effiċjenti fir-riżorsi, f’waqtha u konsistenti tan-notifiki tal-UPPE f’konformità mal-Artikolu 103(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939 li huma materjali għall-irkupru amministrattiv u għall-miżuri ta’ prekawzjoni u r-reviżjoni tal-Ftehim ta’ Ħidma mal-Kummissjoni fl-okkażjoni tat-tielet rieżami annwali ta’ livell għoli tal-kooperazzjoni bejn l-UPPE u l-Kummissjoni, f’Ottubru 2024; jemmen li dawn l-arranġamenti se jirriżultaw f’azzjonijiet aktar effettivi fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jissottolinja, fil-fatt, iż-żieda qawwija fin-notifiki lill-Kummissjoni li segwiet l-arranġamenti l-ġodda fl-2024 u l-2025 (+147 % u +85 % rispettivament meta mqabbla mal-2022); jirrimarka, madankollu, li sabiex ikun jista’ jsir segwitu effettiv tal-każijiet tiegħu, u jiġi żgurat fluss kostanti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni biex tikkontribwixxi għall-adozzjoni tal-miżuri amministrattivi, is-CMS tal-UPPE u l-kapaċità analitika tad-data jeħtieġ li jiġu żviluppati aktar, li mhuwiex possibbli f’sitwazzjoni ta’ sottofinanzjament strutturali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minkejja indikazzjonijiet ċari tal-UPPE dwar il-ħtiġijiet finanzjarji, il-Kummissjoni pprovdiet biss, bl-Ittra Emendatorja 1/2024 tagħha tliet pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u aġent kuntrattwali wieħed, li mhumiex biżżejjed; japprova t-talbiet futuri tal-UPPE għal riżorsi li huma essenzjali biex l-ammonti affettwati mill-frodi jiġu rkuprati fil-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni timmassimizza l-irkupru amministrattiv għall-baġit tal-Unjoni, filwaqt li tikkonforma mal-kunfidenzjalità u t-twettiq xieraq tal-azzjonijiet investigattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Huwa konxju li l-irkupru tal-fondi mill-awtoritajiet nazzjonali jibqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Ittra ta’ Missjoni lill-Kummissarju għall-Baġit, il-Ġlieda Kontra l-Frodi u l-Amministrazzjoni Pubblika, u jissottolinja li l-UPPE sa issa ma għandux mandat biex isegwi l-proċess ta’ rkupru; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex isaħħu l-kooperazzjoni dwar il-proċess ta’ rkupru u jinfurmaw f’waqthom kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-UPPE dwar il-konfiski finali; isostni li r-reviżjoni tar-Regolamenti rilevanti hija meħtieġa biex jiġi ċċarat ir-rwol tal-UPPE fil-proċess ta’ rkupru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-investigazzjonijiet tal-UPPE jistgħu jitnedew biss jekk l-informazzjoni tkun waslet għand il-prosekuturi u jistenna li l-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi legali billi jirrapportaw il-każijiet rilevanti kollha lill-UPPE; jinnota bi tħassib li l-kunflitti ta’ kompetenza u l-ostakli sistemiċi għall-investigazzjonijiet tal-UPPE ppersistew fl-2024, inklużi każijiet li jqajmu tħassib dwar l-istat tad-dritt; ifakkar, f’dan ir-rigward, fid-dikjarazzjoni pubblika tal-UPPE dwar deċiżjoni dwar il-kunflitt ta’ kompetenza fil-Kroazja; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi b’mod sistematiku dawn l-ostakli bħala parti mir-responsabbiltà tagħha li tiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jinnota bi tħassib li xi Stati Membri qed jiddikjaraw reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni daqslikieku kienu każijiet nazzjonali u rrifjutaw li jirrikonoxxu l-kompetenza tal-UPPE; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-impatt negattiv possibbli fuq l-investigazzjoni ta’ dawn il-kunflitti ta’ kompetenza, għat-telf ta’ evidenza jew għall-ġbir tardiv ta’ evidenza; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor u tivvaluta l-informazzjoni dwar każijiet ta’ kunflitti ta’ kompetenza bil-ħsieb li jkollha data rilevanti għar-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jinnota li minkejja li l-kompetenza tal-UPPE hija deskritta b’mod ċar fl-Artikolu 22(1) u (2) u fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2017/1939, fl-2024 reġgħu tqajmu mistoqsijiet dwar il-kompetenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-prosekuturi delegati Ewropej; jissottolinja li dawn il-każijiet għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) 2017/1939, li jirreferihom lill-awtorità ġudizzjarja nazzjonali kompetenti biex tiddeċiedi każijiet ta’ kunflitt ta’ kompetenzi bejn il-prosekuturi nazzjonali, bil-kundizzjoni li d-deċiżjoni tagħha tista’ tkun soġġetta għal deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja kif previst fl-Artikolu 42(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/1939 li jirrifletti l-Artikolu 267 tat-TFUE; itenni li, minħabba li f’ħafna Stati Membri d-deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali dwar il-kunflitt ta’ kompetenza ma tistax tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, is-sitwazzjoni attwali hija nieqsa miċ-ċarezza legali; iħeġġeġ lill-Istati Membri li għandhom dubju dwar il-kompetenza tal-UPPE jippreżentaw domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 tat-TFUE u l-Artikolu 42(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/1939;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jinnota li fl-2024 l-UPPE implimenta u kopra l-ispejjeż rilevanti tal-“Akkademja tal-UPPE”, organizzata flimkien mal-Guardia di Finanza fl-Italja, b’żewġ korsijiet internazzjonali fuq il-post ta’ ġimagħtejn għal 49 investigatur; josserva li sar taħriġ dedikat tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi f’xi Stati Membri dwar oqsma ta’ kriminalità fil-mandat tal-UPPE; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tiżgura l-finanzjament għal dan il-proġett ta’ taħriġ siewi; jirrimarka li fl-2024 tnedew aktar azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-partijiet ikkonċernati nazzjonali mill-Prosekuturi Ewropej u mill-prosekuturi delegati Ewropej fuq livell deċentralizzat u fuq livell ċentrali, li ospitaw delegazzjonijiet mill-ġudikatura, mill-prosekuzzjoni u mill-infurzar tal-liġi f’diversi okkażjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-għadd dejjem jikber ta’ każijiet li jikkonċernaw l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li mhumiex distribwiti b’mod uniformi fost l-Istati Membri li diġà rċevew żborżi importanti; jisħaq li d-distribuzzjoni żbilanċjata tal-każijiet tista’ tkun il-konsegwenza tal-adegwatezza mhux uniformi tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, jew ta’ effettività subottimali tal-isforzi ta’ detezzjoni u tal-prattiki ta’ rapportar mhux trasparenti; jirrimarka li r-riżorsi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jirriżultaw mill-baġit tal-Unjoni u li l-protezzjoni tagħhom hija fil-kompetenza tal-UPPE, u jħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni u lil korpi u awtoritajiet oħra tal-Unjoni jżidu l-isforzi ta’ detezzjoni u jirrapportaw lill-UPPE kull sitwazzjoni rilevanti f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jirrimarka li l-għadd kbir ta’ każijiet attivi li jinvolvu l-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza x’aktarx li jiżdied fil-futur biż-żieda fl-intensità tal-iżborżi meta toqrob id-data tal-konklużjoni, u jqis li huwa kruċjali li jiġu intensifikati l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti, b’mod partikolari mat-Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza, sabiex jissaħħaħ il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll permezz ta’ analiżi tal-każijiet ta’ frodi investigati mill-UPPE u tiġi identifikata kwalunkwe lakuna possibbli fil-kontroll jew xejra ta’ frodi li setgħet irriżultat mis-sorveljanza jew minn ommissjoni u biex din tiġi indirizzata permezz tal-miżuri ta’ tnaqqis u ta’ rkupru introdotti fl-Anness IV tal-Gwida tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza adottata fit-22 ta’ Lulju 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Japprezza l-ftehim tal-Kulleġġ dwar l-arranġamenti tax-xogħol fuq il-kooperazzjoni mal-kummissjoni kontra l-korruzzjoni tas-Seychelles u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Prinċipat ta’ Andorra u l-konklużjoni tal-Memoranda ta’ Qbil mal-Viċi Presidenza tal-Integrità tal-Bank Dinji u mal-Assoċjazzjoni Ibero-Amerikana tal-Prosekuturi Pubbliċi; jilqa’ l-iffirmar tal-Arranġament ta’ Ħidma mal-Parlament f’Novembru 2024, li jistabbilixxi arranġamenti ċari għall-kooperazzjoni għall-fini tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-ftehim tal-Kulleġġ dwar l-arranġamenti ta’ ħidma mas-SEAE u dwar ir-reviżjoni tal-annessi tal-ftehim mal-Kummissjoni u l-bidu, fl-2024 ukoll, tan-negozjati għal arranġament ta’ ħidma mal-Bank Ċentrali Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jinnota l-attività intensiva mwettqa mill-UPPE biex jiżgura l-effettività tal-investigazzjonijiet tiegħu fix-xenarju internazzjonali u dawk marbuta ma’ pajjiżi terzi; huwa konxju li l-UPPE huwa membru jew osservatur ta’ diversi networks u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-grupp Egmont, in-Network GlobE, il-Grupp ta’ ħidma tal-OECD dwar it-tixħim, in-Network Carin, in-Network Nadal, in-Network EACN/EPAC, in-Network Ġudizzjarju Ewropew, il-Kumitat ta’ Esperti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Operat tal-Konvenzjonijiet Ewropej dwar il-Kooperazzjoni f’Materji Kriminali (PC-OC) u aktar; josserva li l-UPPE ffirma arranġamenti ta’ ħidma ma’ bosta sħab; jirrikonoxxi d-diffikultajiet li jsib l-UPPE biex jintervjeni b’mod effiċjenti fin-nuqqas ta’ bażi legali ċara u japprezza t-trażmissjoni lill-Kummissjoni f’Awwissu 2023 ta’ lista ta’ pajjiżi terzi meqjusa bħala prijoritajiet għall-istabbiliment ta’ ftehimiet li jistgħu jiffaċilitaw il-kooperazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq it-talbiet tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jinnota li l-UPPE kompla jibbaża fuq kuntratti interistituzzjonali u fuq FLS bilaterali u fi tmiem l-2024, l-UPPE kellu 86 sħubija attiva f’kuntratti qafas interistituzzjonali u 23 FLS jew ftehimiet oħra mal-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni, bil-ħsieb li jixtri oġġetti u servizzi bi prezz aktar baxx jew li jimmassimizza l-iffrankar tal-baġit mill-istrumenti kuntrattwali stabbiliti, f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jilqa’ bil-qawwa l-parteċipazzjoni tal-Polonja u tal-Iżvezja fl-UPPE; jinnota li d-Danimarka qed tkompli teżerċita l-għażla ta’ nonparteċipazzjoni fl-UPPE skont il-Protokolli Nri 21 u 22 tat-TFUE; huwa konxju li, wara indikazzjoni inizjali mill-Gvern Irlandiż dwar il-parteċipazzjoni potenzjali tiegħu fil-kooperazzjoni msaħħa, l-UPPE waqqaf grupp ta’ ħidma dedikat b’rappreżentanti mis-servizzi rilevanti tal-UPPE biex ikopri l-aspetti kollha tal-parteċipazzjoni u jakkumpanja lill-awtoritajiet nazzjonali fil-proċess; josserva li diġà ġew organizzati diversi laqgħat informali fuq talba tal-Istat Membru biex jiġi spjegat kif jiffunzjona l-UPPE; jirrimarka, madankollu, li fl-2024 ma seħħ l-ebda skambju uffiċjali mal-grupp ta’ ħidma interaġenzjali Irlandiż li ġie stabbilit biex jeżamina l-parteċipazzjoni futura potenzjali tal-Irlanda fl-UPPE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-UPPE u lill-awtoritajiet Irlandiżi jerġgħu jibdew djalogu kostruttiv u jsibu triq effettiva ’l quddiem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li l-Ungerija hija l-uniku Stat Membru li għadu ma sseħibx mal-UPPE, minkejja n-nuqqas ta’ kwalunkwe impediment legali jew kostituzzjonali; iħeġġeġ bil-qawwa lill-gvern Ungeriż jingħaqad mal-UPPE mingħajr aktar dewmien; iqis li n-nonparteċipazzjoni kontinwa tista’ tiġi interpretata biss bħala tentattiv deliberat biex il-korruzzjoni u l-użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni jiġu protetti minn skrutinju Ewropew indipendenti; jemmen li l-adeżjoni tal-pajjiż mal-UPPE fl-aħħar twieġeb għat-talbiet leġittimi u li ilhom jeżistu tas-soċjetà ċivili u taċ-ċittadini biex jissaħħu s-salvagwardji legali kontra l-frodi, il-korruzzjoni u mġiba ħażina serja oħra, u biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li bħalissa huma mminati minn nuqqasijiet persistenti fl-infurzar u li jdgħajfu l-impatt pożittiv tal-politiki tal-Unjoni maħsuba biex jappoġġjaw it-tkabbir, il-koeżjoni u l-benesseri fost iċ-ċittadini Ungeriżi, l-SMEs, l-awtoritajiet lokali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Ifakkar fid-diversi tentattivi mill-gvern Ungeriż biex iwettaq spjunaġġ sistematiku kontra l-persunal tal-Kummissjoni Ewropea u tal-OLAF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jisħaq li kwalunkwe nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-UPPE minn kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri joħloq niċeċ ta’ immunità u privileġġ li jdgħajfu d-difiża tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jagħmluha irregolari u ineffiċjenti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tibda proċedimenti ta’ ksur kontra kwalunkwe Stat Membru li jostakola l-investigazzjonijiet immexxija mill-UPPE b’mod sistematiku; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra, fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1). http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fl-UPPE jista’ jikkostitwixxi theddida potenzjali għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-livelli ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-UPPE; jesprimi dispjaċir kbir, f’dan ir-rigward, għall-każijiet irrapportati fl-2024, ta’ theddid mill-gvernijiet tal-Istati Membri lill-investigaturi tal-OLAF u l-UPPE fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom fuq il-post; jisħaq li sitwazzjonijiet bħal dawn jimminaw l-istat tad-dritt, jikkostitwixxu ksur serju tal-fiduċja repiroka u l-kooperazzjoni leali fost l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u jdgħajfu l-azzjonijiet tal-Unjoni, u jappella għall-istabbiliment ta’ miżuri preventivi u protettivi robusti biex jiġi ssalvagwardjat il-persunal meta jkun jintalab jopera f’sitwazzjonijiet li jpoġġuhom f’riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jenfasizza li l-attivitajiet tal-UPPE jridu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u huma mistennija li jwasslu għall-irkupru ta’ ammonti żborżati mill-baġit tal-Unjoni li ma ntużawx għall-iskop maħsub tagħhom minħabba attivitajiet kriminali; josserva li l-proċess ta’ konfiska, li jippermetti l-irkupru ta’ tali ammonti, huwa f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali u li l-ammonti kkonfiskati rilevanti, jew il-valur tal-assi, li jirriżultaw mill-miżuri adottati mill-prosekuturi delegati Ewropej fl-Istati Membri, għandhom jiġu rkuprati fil-baġit tal-Unjoni, wara t-tnaqqis tal-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jimplimentaw dawk il-miżuri f’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2017/1939 b’referenza għall-assi jew ir-rikavati li għandhom jiġu disposti f’konformità mad-dritt nazzjonali applikabbli mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Unjoni jew ta’ vittmi oħra li għandhom jiġu kkumpensati għad-dannu li jkunu ġarrbu; ifakkar li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament ippropona li d-dħul potenzjali li jirriżulta minn miżuri ta’ sekwestru u konfiska għandu jitqies bħala dħul mhux assenjat fil-baġit tal-Unjoni, taħt linja baġitarja separata maħluqa minn emenda tal-baġit; japprezza l-impenn tal-UPPE li jinteraġixxi mal-Kummissjoni biex jappoġġja kwalunkwe sforz li għandu l-għan li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ dan ta’ hawn fuq; iqis li jeħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 38 biex isiru possibbli l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ effettivi tiegħu, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-arranġamenti meħtieġa mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti biex tagħmilha possibbli li dawk l-ammonti jidħlu fil-baġit tal-Unjoni u tipproponi s-soluzzjonijiet leġiżlattivi meħtieġa biex tinforza dan b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-monitoraġġ u r-rapportar sistematiku dwar is-segwitu tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni b’attenzjoni speċifika għall-miżuri finanzjarji adottati (konfiska u rkupru) biex jinkiseb fehim aktar ċar tal-impatt tal-azzjonijiet tal-UPPE; josserva li l-UPPE u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom li jissimplifikaw il-komunikazzjonijiet tagħhom u jagħmluhom adegwati fir-rigward tal-adozzjoni possibbli ta’ miżuri biex jiġi rkuprat il-baġit tal-Unjoni affettwat minn reati finanzjarji; isostni li l-Kummissjoni għandha tassisti lill-UPPE fil-monitoraġġ u s-segwitu tal-attivitajiet tal-UPPE, biex tipprevjeni li r-riżorsi limitati tal-UPPE jiġu ddevjati minn kompiti investigattivi u ta’ prosekuzzjoni; jemmen li l-iskrutinju mill-Parlament tas-segwitu amministrattiv għall-investigazzjonijiet kriminali tiegħu huwa kontribut essenzjali għat-titjib tal-effiċjenza tal-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, kif ukoll il-komponenti kollha tal-arkitettura kontra l-frodi, isibu mod effettiv u effiċjenti kif jimmonitorjaw l-azzjonijiet imwettqa u jirrapportaw dwar l-eżitu finali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-irkupru tal-assi u l-effett ta’ deterrent tiegħu fuq il-kriminalità organizzata; josserva li l-parteċipazzjoni tal-UPPE f’networks internazzjonali għandha ssaħħaħ l-effettività tal-operazzjonijiet ta’ rkupru tal-assi; itenni li l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni f’waqthom u effettivi ta’ reati finanzjarji għandhom jirriżultaw fi ffrankar sinifikanti għall-baġits tal-Unjoni u tal-Istati Membri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Japprezza l-ħafna titjib li sar fil-komunikazzjoni interna u esterna tal-UPPE fl-2024, b’mod partikolari s-sessjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u inizjattivi oħra ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-qafas etiku tal-UPPE, li għadu qed jiġi żviluppat; jilqa’ l-kontribut għall-iskambji ta’ fehmiet tal-Parlament li saru fid-dibattiti tad-diversi Kumitati tal-Parlament, prinċipalment mill-Kap Prosekutur Ewropew (il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, is-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Fiskali);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Josserva li l-livell tar-riżorsi tal-UPPE li huma ddedikati għall-komunikazzjoni huwa limitat, u li, fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi stabbilita l-awtonomija diġitali tal-UPPE, il-ġestjoni tas-sit web tal-UPPE saret interna, li tirrikjedi riżorsi addizzjonali, wara li d-DĠ Servizzi Diġitali jieqaf jipprovdi dak is-servizz; jinnota li l-baġit għall-komunikazzjoni pubblika u għall-attivitajiet promozzjonali fl-2024 kien ta’ EUR 235 382 u li dan ġie kkunsmat kollu, b’mod partikolari biex jinkisbu liċenzji ta’ monitoraġġ tal-media u għal inizjattivi oħra ta’ komunikazzjoni u għat-traduzzjoni tal-pubblikazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jinnota li l-istrateġija tal-media soċjali tal-UPPE hija mfassla biex timmira b’mod effettiv lejn diversi udjenzi, inklużi l-ġurnalisti, il-partijiet ikkonċernati istituzzjonali, il-professjonisti legali u tal-infurzar tal-liġi, l-akkademja u l-pubbliku ġenerali billi tfassal messaġġi apposta għall-ħtiġijiet tagħhom; josserva li l-għan ewlieni tal-preżenza tal-UPPE fuq il-media soċjali huwa li tinbena l-fiduċja billi tittejjeb il-viżibbiltà; itenni t-talba tiegħu lill-UPPE biex jilħaq b’mod ċar l-aħjar bilanċ possibbli bejn it-trasparenza u l-interess pubbliku minn naħa waħda u l-kunfidenzjalità u t-twettiq xieraq tal-investigazzjoni min-naħa l-oħra, u jiżgura n-newtralità tal-komunikazzjonijiet tiegħu dwar l-attivitajiet tiegħu; iħeġġeġ lill-UPPE jwassal messaġġ ta’ serħan il-moħħ dwar id-dimensjoni operattiva tal-valuri u l-prinċipji tal-Unjoni, li huma inkorporati b’mod indipendenti mil-liġi u f’konformità magħha, applikati bi trasparenza u kunsiderazzjoni; josserva li l-komunikazzjoni effettiva tal-UPPE tikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-reputazzjoni tal-istituzzjonijiet fost iċ-ċittadini u twassal għal sensibilizzazzjoni fost il-kontribwenti dwar il-kumplessità u l-importanza tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jisħaq li l-isforzi tal-UPPE biex iwassal informazzjoni korretta u li tinftiehem dwar il-każijiet kumplessi mressqa quddiem il-qrati jistgħu jkunu inċentiv qawwi għaċ-ċittadini tal-Unjoni biex jirrapportaw imġiba ħażina possibbli lill-UPPE u jikkontribwixxu għat-trawwim ta’ involviment dejjem akbar tas-soċjetà ċivili; japprezza d-dedikazzjoni tal-UPPE biex itejjeb il-fehim tal-ħidma tiegħu fost il-ġurnalisti, iċ-ċittadini u l-akkademja permezz ta’ laqgħat għall-media f’diversi Stati Membri, ta’ żjarat ta’ studju, ta’ konferenzi, u permezz ta’ aġġornamenti regolari u rapporti dwar l-istadji importanti li jżommu lill-udjenzi kollha informati dwar il-ħidma u l-impatt tal-UPPE; jifhem li s-sensittività tal-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati, u l-ħtieġa tal-konformità mal-preżunzjoni tal-innoċenza tal-ħafna partijiet involuti fil-każijiet tal-UPPE, jirrikjedu stqarrijiet għall-istampa preċiżi u ċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni biss meta tkun ġiet ivverifikata preċedentement u minn qabel mal-prosekuturi u skont ir-rekwiżiti legali, possibbilment distribwiti permezz tal-posta elettronika, ta’ pjattaformi online u tal-media soċjali; josserva li l-komunikazzjoni diretta permezz tal-media soċjali telimina l-interpretazzjoni minn partijiet terzi, u tiffaċilita t-twassil tal-messaġġi tal-UPPE b’mod preċiż u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Jemmen li komunikazzjoni strateġika mtejba għandha tgħaddi minn aċċessibbiltà msaħħa għall-għażliet ta’ rapportar u jilqa’ l-promozzjoni tal-UPPE tal-għażla ta’ rapportar fil-bios tal-kontijiet kollha tal-media soċjali tal-UPPE u t-talbiet tal-UPPE biex jiġi inkorporat f’kull preżentazzjoni standard għall-udjenzi esterni, għall-viżitaturi, u f’konferenzi jew diskorsi, meta jkun xieraq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-effett tal-gwerra illegali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni li ma tiġix adottata l-leġiżlazzjoni li ttieħed vot dwarha fil-Parlament tal-Ukrajna, il-Verkhovna Rada, f’Lulju 2025, li kienet se ddgħajjef l-effettività tal-azzjonijiet mill-uffiċċju tal-prosekutur speċjalizzat Ukren kontra l-korruzzjoni (SAPO) u mill-uffiċċju nazzjonali kontra l-korruzzjoni (NABU), b’mod partikolari fid-dawl tal-każijiet reċenti ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli rrapportati mill-media li jissottolinjaw il-ħtieġa ta’ approċċ prekawzjonarju u prudenti meta jiġu indirizzati r-reati ta’ korruzzjoni u l-importanza tal-isforzi tal-Ukrajna li ssegwi b’mod effettiv għanijiet ta’ trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Huwa konxju li l-UPPE ffirma tliet arranġamenti ta’ ħidma mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna - PGO, mal-uffiċċju nazzjonali kontra l-korruzzjoni - NABU u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat Kontra l-Korruzzjoni, kollha bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fl-investigazzjonijiet rispettivi abbażi tal-qafas legali eżistenti; jinnota li fl-2024, l-UPPE organizza, fil-bini tiegħu, erba’ sessjonijiet ta’ taħriġ għall-prosekuturi u għall-investigaturi Ukreni min-NABU; ifakkar li f’ċirkostanzi speċifiċi l-mandat tal-UPPE jista’ jestendi għall-fondi tal-Unjoni anke meta jintużaw f’pajjiżi terzi u jista’ jkopri wkoll iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet tal-Unjoni sa fejn dawn jaqgħu taħt il-mandat attwali tal-UPPE li jinvolvi preġudizzju potenzjali għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-evażjoni tal-ħlasijiet doganali jew tad-dazji; jifhem li d-detezzjoni u r-rapportar tal-frodi mill-awtoritajiet rilevanti jibqgħu tabilħaqq il-prerekwiżit kruċjali għal kwalunkwe kooperazzjoni ulterjuri u li l-iskambju ta’ għarfien espert imniedi bl-offerta ta’ taħriġ se jkompli jassisti lill-awtoritajiet Ukreni fl-isforzi ta’ detezzjoni tagħhom ta’ frodi potenzjali li tinvolvi fondi tal-Unjoni; japprezza d-disponibbiltà tal-UPPE li jżid il-kooperazzjoni billi jiġu stabbiliti task forces dedikati mal-awtoritajiet Ukreni biex jikkoordinaw l-investigazzjonijiet meta meħtieġ, b’kunsiderazzjoni tal-volum u tal-ambitu tal-kriminalità rrapportata.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jinnota li l-volum dejjem jikber ta’ appoġġ finanzjarju tal-Unjoni lill-Ukrajna, inkluż fl-ambitu tal-Faċilità għall-Ukrajna, aktarx li jiġġenera domandi investigattivi addizzjonali għall-UPPE fis-snin li ġejjin; jisħaq fuq l-importanza li dawn l-isfidi jiġu antiċipati permezz ta’ persunal adegwat, infrastruttura diġitali sigura u oqfsa ta’ kooperazzjoni msaħħa, sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni filwaqt li l-Ukrajna tiġi appoġġjata b’mod effettiv.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>