<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0139</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0098/2026 - Rapporteur: Danuše Nerudová)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta’ April 2026 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tat-tħaddim tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali. (COM(2025)0738 – C10-0320/2025 – 2025/0380(COD))</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 60(4), ir-raba' subparagrafu (A10-0098/2026).</FIELD></FOOTNOTE></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION/></ACTLST></DISPOSITIF><AMDLST><HD><HEAD.OLD><STRING ITALIC="on">Test propost mill-Kummissjoni</STRING></HEAD.OLD><HEAD.NEW><STRING ITALIC="on">Emenda</STRING></HEAD.NEW></HD><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		1</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 1a (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(1a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2019 japprovaw l-objettiv li tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, f’konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		2</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(3)</NO.P>L-analiżi mwettqa tal-funzjonament mistenni tar-riżerva, li qieset l-informazzjoni reċenti, tindika li emendi mmirati ta’ xi parametri jikkontribwixxu għat-titjib tal-prevedibbiltà tas-suq u għall-istabbiltà tal-movimenti tal-prezzijiet fl-ewwel snin tas-sistema l-ġdida.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(3)</NO.P>L-analiżi mwettqa tal-funzjonament mistenni tar-riżerva, li qieset l-informazzjoni reċenti, tindika li emendi mmirati ta’ xi parametri jikkontribwixxu għat-titjib tal-prevedibbiltà tas-suq u għall-istabbiltà tal-movimenti tal-prezzijiet fl-ewwel snin tas-sistema l-ġdida. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sabiex dawk l-emendi ma jfixklux l-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni, hemm bżonn ta’ azzjoni ulterjuri min-naħa tal-Istati Membri. Skont il-Bank Ċentrali Ewropew, l-investiment ekoloġiku fl-Unjoni għadu taħt il-livelli meħtieġa biex tintlaħaq il-mira tad-dekarbonizzazzjoni tal-2030. Għalhekk, l-Istati Membri jeħtieġ li jibqgħu viġilanti kontra r-riskju ta’ diskrepanza fil-finanzjament ekoloġiku.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		3</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 3a (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(3a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-implimentazzjoni tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn miżuri komplementari ta’ dekarbonizzazzjoni li huma l-aktar għodda effettiva biex l-unitajiet domestiċi jiġu megħjuna jnaqqsu d-dipendenza mill-fjuwils fossili u għalhekk jiġi mmitigat l-impatt tal-ETS2 fuq il-konsumaturi, peress li d-domanda għall-fjuwil fil-bini u fit-trasport għadha fil-biċċa l-kbira inelastika fuq terminu qasir. L-Istati Membri obbligati jużaw id-dħul mill-irkant tal-kwoti għall-finijiet skont l-Artikolu 30d(6) tad-Direttiva 2003/87/KE, filwaqt li jagħtu prijorità lil attivitajiet li jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont l-ETS2. Għalhekk, ikun xieraq li l-Istati Membri jużaw id-dħul mill-irkant tal-kwoti rilaxxati mir-riżerva biex jikkomplementaw il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tagħhom. Huwa daqstant importanti li l-Kummissjoni tikkomplementa l-analiżi tagħha tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima aġġornati finali billi tidentifika, għal kull Stat Membru, miżuri ta’ dekarbonizzazzjoni settorjali u użu aħjar tad-dħul mill-ETS li jistgħu jgħinu biex titnaqqas id-domanda għall-kwoti tal-ETS2. Huwa importanti wkoll li tissaħħaħ il-Faċilità tal-Frontloading tal-BEI u li jiġu kkunsidrati miżuri addizzjonali biex jiżdied il-baġit tal-Fond Soċjali għall-Klima ħalli jiġi żgurat li l-appoġġ finanzjarju jiġi pprovdut lill-unitajiet domestiċi b’mod f’waqtu u f’livell li jirrifletti l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-ETS2. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra li testendi d-durata tal-Fond Soċjali għall-Klima.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		4</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 4</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(4)</NO.P>Sabiex tiżdied il-prevedibbiltà tas-suq fit-tul, il-kwoti mqiegħda fir-riżerva għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali li ma ġewx rilaxxati jenħtieġ li jibqgħu validi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">wara l-31</STRING></STRING> ta’ Diċembru <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">2030</STRING></STRING>.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(4)</NO.P>Sabiex tiżdied il-prevedibbiltà tas-suq fit-tul, il-kwoti mqiegħda fir-riżerva għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali li ma ġewx rilaxxati jenħtieġ li jibqgħu validi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">sal-31 ta’ Diċembru 2033 u parzjalment validi sal-31</STRING></STRING> ta’ Diċembru <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">2035.</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fi żmien erba’ snin minn meta tibda topera l-ETS2, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq valutazzjoni tal-impatt, inkluża valutazzjoni tal-impatti distributtivi, u evalwazzjoni tal-impatt ambjentali, soċjali u ekonomiku tal-kwoti li jifdal fir-riżerva.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		5</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 6</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(6)</NO.P>Sabiex tkompli tittejjeb ir-reattività tiegħu għal fluttwazzjonijiet mhux ġustifikati fil-prezzijiet u tiżdied il-prevedibbiltà tas-suq, jenħtieġ li l-mekkaniżmu għat-tisħiħ tal-istabbiltà tal-prezzijiet fl-ewwel 3 snin tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali jissaħħaħ bir-reqqa. Dan jista’ jinvolvi r-rilaxx ta’ volum ogħla ta’ kwoti fis-suq. Jekk il-miżura tiġi applikata darbtejn matul l-istess perjodu ta’ 12-il xahar, jenħtieġ li r-rilaxx addizzjonali jseħħ darbtejn.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(6)</NO.P>Sabiex tkompli tittejjeb ir-reattività tiegħu għal fluttwazzjonijiet mhux ġustifikati fil-prezzijiet u tiżdied il-prevedibbiltà tas-suq, jenħtieġ li l-mekkaniżmu għat-tisħiħ tal-istabbiltà tal-prezzijiet fl-ewwel 3 snin tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali jissaħħaħ bir-reqqa. Dan jista’ jinvolvi r-rilaxx ta’ volum ogħla ta’ kwoti fis-suq <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mingħajr dewmien</STRING></STRING>. Jekk il-miżura tiġi applikata darbtejn matul l-istess perjodu ta’ 12-il xahar, jenħtieġ li r-rilaxx addizzjonali jseħħ darbtejn.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		6</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 6a (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(6a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-livelli eċċessivi tal-prezzijiet tal-kwoti fis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali xorta jista’ jkollhom impatti sproporzjonati fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, filwaqt li l-fluttwazzjonijiet eċċessivi fil-prezzijiet jistgħu ma jkunux limitati għal okkorrenza darbtejn fis-sena. Fil-kuntest tar-rieżami tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa essenzjali li jiġu kkunsidrati aktar miżuri ta’ salvagwardja soċjali, u jista’ jkun xieraq li l-Kummissjoni tikkunsidra strumenti aktar b’saħħithom għat-tnaqqis tal-prezzijiet biex tiggarantixxi l-istabbiltà tal-prezzijiet fit-tul. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra lista ta’ għażliet bħat-tisħiħ u l-estensjoni lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2029 tal-mekkaniżmu ta’ żieda eċċessiva fil-prezzijiet ta’ EUR 45 stabbilit fil-prezzijiet tal-2026, u l-adattament tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq kif xieraq, inklużi l-frekwenza u l-volum tar-rilaxxi tal-kwoti u l-volum fir-riżerva, u jekk ikun meħtieġ, tivvaluta l-fattibbiltà li l-Istati Membri jitħallew temporanjament ma japplikawx is-sistema għall-bini residenzjali permezz ta’ deroga, dment li juru li jistgħu jilħqu l-miri tal-kondiviżjoni tal-isforzi billi jistabbilixxu miżuri oħra u dment li jkunu ttrasponew id-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fid-dritt nazzjonali, filwaqt li jiżguraw il-possibbiltà li jintuża d-dħul mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal appoġġ dirett, bħad-dividendi klimatiċi, mingħajr ma jkollhom għalfejn jagħtu prova ta’ impatt ambjentali pożittiv jew jintroduċu miżuri oħra biex jimminimizzaw il-kost mgħoddi fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli. Sal-1 ta’ Marzu 2027, dawk l-għażliet jeħtieġ li jiġu vvalutati kif xieraq mill-Kummissjoni fir-rigward tal-impatti soċjali u ambjentali tagħhom filwaqt li jiġi żgurat li ma jkunux ta’ detriment biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		7</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 6b (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(6b)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Wara r-reviżjoni tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq prevista f’din id-Deċiżjoni emendatorja, ikun xieraq li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali biex tivvaluta l-impatt soċjali tagħha u l-impatt tagħha fuq l-ilħuq tal-għanijiet klimatiċi, kif ukoll valutazzjoni distributtiva tal-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli li għalihom sar disponibbli l-appoġġ mill-Fond Soċjali għall-Klima u mill-Faċilità tal-Frontloading tal-BEI sa dik id-data, inkluża, skont kif ikun fattibbli, diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ żona ġeografika, skont id-distribuzzjoni tal-introjtu u skont il-ġeneru, li jeħtieġ li tikkunsidra wkoll miżuri addizzjonali biex jiġu żgurati kemm l-integrità ambjentali kif ukoll il-ġustizzja soċjali fi ħdan l-ETS2.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		8</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Deċiżjoni (UE) 2015/1814</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1a – paragrafu 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(1)</NO.P>Fil-paragrafu 3, titħassar it-tieni sentenza;</P></OLD><NEW><P><NO.P>(1)</NO.P>Fil-paragrafu 3, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:</P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“Mill-1 ta’ Jannar 2034, 50 % tal-kwoti msemmija f’dak is-subparagrafu li ma jkunux ġew rilaxxati mir-riżerva ma għandhomx jibqgħu validi. Mill-1 ta’ Jannar 2036, il-kwoti li jifdal imsemmija f’dak is-subparagrafu li ma jkunux ġew rilaxxati mir-riżerva ma għandhomx jibqgħu validi.”;</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		9</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Deċiżjoni (UE) 2015/1814</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1a – paragrafu 7</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(4a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fil-paragrafu 7, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P>Il-volumi li jridu jiġu rilaxxati mir-riżerva għandhom jiġu distribwiti b’mod ugwali matul perjodu ta’ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">xahrejn</STRING></STRING>, li jibda mhux aktar tard minn <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">xahar</STRING></STRING> wara d-data li fiha l-kundizzjonijiet ġew issodisfati skont il-pubblikazzjoni f’dak ir-rigward f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> skont l-Artikolu 30h(8) tad-Direttiva 2003/87/KE</P></OLD><NEW><P>“<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“</STRING></STRING>Il-volumi li jridu jiġu rilaxxati mir-riżerva għandhom jiġu distribwiti b’mod ugwali matul perjodu ta’ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tliet xhur</STRING></STRING>, li jibda mhux aktar tard minn <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">30 jum</STRING></STRING> wara d-data li fiha l-kundizzjonijiet ġew issodisfati skont il-pubblikazzjoni f’dak ir-rigward f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> skont l-Artikolu 30h(8) tad-Direttiva 2003/87/KE<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">.”</STRING></STRING>.</P></NEW><NOTE>(32015D1814)</NOTE></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		10</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1a (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Deċiżjoni (UE) 2015/1814</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Artikolu 1a</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, jiżdied il-paragrafu li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“Fi żmien erba’ snin mill-bidu tal-operazzjoni tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali stabbilita fil-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt, inkluża valutazzjoni tal-impatti distributtivi, u evalwazzjoni tal-impatt ambjentali, soċjali u ekonomiku tal-kwoti li jifdal fir-riżerva skont l-Artikolu 1a ta’ din id-Deċiżjoni, u tiddetermina l-adegwatezza tal-invalidazzjoni parzjali jew sħiħa ta’ dawk il-kwoti. Dik l-evalwazzjoni għandha, meta jkun xieraq, tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva.”.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND></AMDLST></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>