<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0145</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati: applikazzjoni EGF/2025/008 BE/Liberty - Belġju</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0084/2026 - Rapporteur: Matthias Ecke)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2025/008 BE/Liberty (COM(2026)0004 – C10-0062/2026 – 2026/0066(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2026)0004 – C10‑0062/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (“ir-Regolament QFP”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE> kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj<STRING ITALIC="on">).</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0084/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta’ avvenimenti u ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji u biex tgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza qed tingħata permezz ta’ appoġġ finanzjarju mogħti lill-ħaddiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-appoġġ għandu jkun dirett lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-ħaddiema u biex jiġi żgurat li t-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u t-taħriġ vokazzjonali jgħammru aħjar lill-ħaddiema b’ħiliet allinjati mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2025/008 BE/Liberty għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG wara 507 sensji<FOOTNOTE><FIELD> Fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> f’Liberty Galați Belgian Branch (Liberty), fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-diviżjoni 24 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta’ metalli bażiċi) fil-Provinċja ta’ Liège (BE33), Wallonia, f’perjodu ta’ referenza mill-24 ta’ April 2025 sal-24 ta’ Awwissu 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi l-waqfien tal-attività ta’ mill-anqas 200 ħaddiem issensjat jew persuna li taħdem għal rasha matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi Liberty ġiet iddikjarata falluta mill-Qorti Kummerċjali ta’ Liège fit-22 ta’ April 2025; billi fil-Belġju l-fallimenti ilhom jiżdiedu mill-2022;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-Reġjun ta’ Wallonia u Le Forem qed jipprovdu l-prefinanzjament u l-kofinanzjament nazzjonali tal-miżuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’dik nazzjonali rigward is-sensji kollettivi ġew issodisfati;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu primarjament diretti lejn miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jimmiraw lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji fis-suq tax-xogħol, u joffrulhom taħriġ fil-ħiliet li jiffaċilitalhom l-aċċess għas-suq tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018)<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikolu 8 tar-Regolament QFP.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament dwar il-FEG u b’mod partikolari fl-Artikolu 4(2), il-punt (a) tiegħu huma ssodisfati u li l-Belġju għandu dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 2 033 869 skont dak ir-Regolament, li tirrappreżenta 85 % tal-kost totali ta’ EUR 2 392 788, liema kost jinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 2 358 922 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u riklamar, kontroll u rapportar ta’ EUR 33 866;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw l-applikazzjoni fit-13 ta’ Novembru 2025, u li, wara l-wasla tal-informazzjoni addizzjonali mill-Belġju, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha u nnotifikatha lill-Parlament fit-2 ta’ Marzu 2026; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitqassar iż-żmien bejn applikazzjoni tal-FEG u d-deċiżjoni ta’ finanzjament, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet baġitarji tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata ma’ 507 benefiċjarji fil-mira li ngħataw is-sensja mill-kumpanija Liberty;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li Liberty iffaċċjat snin ta’ diffikultajiet finanzjarji qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment minħabba kundizzjonijiet negattivi tas-suq tal-azzar, tfixkil fil-katina tal-provvista relatat mal-COVID-19, u prezzijiet għoljin tal-enerġija wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna flimkien mad-dipendenza tal-Unjoni mill-fjuwils fossili importati u nuqqas ta’ varar ta’ sorsi ta’ enerġija orħos; jinnota li l-linji tal-galvanizzazzjoni ta’ Liberty Steel Liège ilhom ma jintużaw minn Diċembru 2021, prinċipalment minħabba nuqqas ta’ materja prima, li attivat operazzjoni ta’ ristrutturar li wasslet għat-trasferiment legali tagħha lil Liberty Galați fl-2023; jiddispjaċih li l-attività ta’ produzzjoni ma reġgħetx bdiet minkejja l-akkwiżizzjoni u laħqet il-qofol tagħha f’falliment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li d-diffikultajiet iffaċċjati minn Liberty Steel huma marbuta wkoll ma’ fatturi speċifiċi għall-kumpaniji wara l-akkwiżizzjoni tagħha minn ArcelorMittal minn GFG Alliance; jisħaq fuq tħassib serju dwar is-sostenibbiltà finanzjarja tal-mudell kummerċjali u n-nuqqas li jiġu ssodisfati l-impenji ta’ investiment, li kkontribwew għad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-impjant u s-sensji li rriżultaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li r-reġjun ta’ Wallonia għadda minn proċess ta’ deindustrijalizzazzjoni u trasformazzjoni ekonomika<FOOTNOTE><FIELD> Bank Nazzjonali tal-Belġju. Economic Review 2024 (Rieżami ekonomiku 2024).</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li l-falliment ta’ Liberty jirrappreżenta xokk soċjali kbir għal Wallonia, reġjun li s-suq tax-xogħol tiegħu diġà ddgħajjef minn avvenimenti oħra ta’ ristrutturar; jisħaq li s-settur tal-azzar jibqa’ settur ekonomiku importanti għall-Belġju, bil-proporzjon ta’ impjiegi tal-azzar għal kull abitant jibqa’ għoli; jistieden lill-awtoritajiet Belġjani jipprovdu appoġġ speċifiku mfassal apposta għal dawn il-profili biex jgħinu lill-ħaddiema jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa biex isibu impjiegi ta’ kwalità ġodda, filwaqt li jieħdu miżuri biex inaqqsu l-fallimenti u jindirizzaw id-disparitajiet soċjali li jwasslu għall-esklużjoni tal-forza tax-xogħol; jenfasizza li l-Unjoni żżomm ambjent favorevoli għan-negozju, li jistimola t-tkabbir ekonomiku, jippromwovi l-innovazzjoni, jappoġġja l-iżvilupp teknoloġiku, isaħħaħ il-kompetittività u jnaqqas il-piżijiet regolatorji bla bżonn u jissimplifika l-proċeduri burokratiċi u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ politiki li jrawmu l-kompetittività industrijali, il-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali u l-iżvilupp reġjonali; jisħaq fuq l-importanza ta’ settur tal-azzar Ewropew kompetittiv u reżiljenti, pedament ta’ industrija b’saħħitha u ta’ kwalità għolja u pilastru ċentrali tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar li persuna minn kull erbgħa fost dawk irreġistrati li qed ifittxu impjieg f’Wallonia għandha aktar minn 50 sena u tiffaċċja ostakli akbar biex terġa’ tidħol fis-suq tax-xogħol; jinnota li minkejja l-ispeċjalizzazzjoni għolja tagħhom, it-tranżizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema ta’ Liberty huma mhedda mill-età avvanzata tagħhom (52 % tal-ħaddiema għandhom 55 sena jew aktar); jinnota li 69 % tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandhom livell baxx ta’ edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li, bi qbil mat-trade unions u mal-awtoritajiet reġjonali, is-servizzi personalizzati li għandhom jiġu pprovduti lill-ħaddiema jikkonsistu fil-miżuri li ġejjin: rikollokament u gwida vokazzjonali: taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, inklużi f’ħiliet fl-IT; appoġġ lejn il-ħolqien ta’ negozju; kontribuzzjoni għal start-ups; inċentivi u allowances oħra; jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-investimenti fl-innovazzjoni, fil-ħiliet u fil-modernizzazzjoni industrijali bil-għan li tiġi kkonsolidata l-kompetittività tal-industrija Ewropea u jkun żgurat li l-ħaddiema jkunu mgħammra għall-ħtiġijiet f’evoluzzjoni tas-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jitrawmu impjiegi ta’ kwalità għolja u orjentati lejn il-futur, li jsaħħu l-kompetittività, irawmu t-trasformazzjoni diġitali u jwieġbu d-domandi tas-suq tax-xogħol, bil-għan li tiġi żgurata reżiljenza ekonomika u soċjali fit-tul; iqis għalhekk li l-mobilizzazzjoni tal-FEG jeħtieġ li tiġi inkorporata f’risposta politika akbar fil-livelli politiċi kollha biex jiġi żgurat li l-ħaddiema affettwati jsibu opportunitajiet adegwati f’konformità mal-kwalifiki u l-ħiliet tagħhom; jenfasizza li l-FEG huwa strument ta’ solidarjetà u tranżizzjoni ġusta u li l-kompitu primarju tal-Unjoni jrid ikun li, qabel xejn, tipprevjeni għeluq bħal dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li tissaħħaħ il-kompetittività industrijali tal-Unjoni u li jiġi promoss l-investiment fis-setturi industrijali strateġiċi, sabiex jiġu evitati aktar deindustrijalizzazzjoni u sensji, u jiġi appoġġjat il-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza l-bżonn ta’ tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli, flimkien ma’ miżuri oħra biex jiġu żgurati prezzijiet tal-enerġija għall-but ta’ kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li l-awtoritajiet Belġjani għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni u jenfasizzaw il-valur miżjud tiegħu billi jipprovdu informazzjoni effettiva u mmirata lill-benefiċjarji, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lis-sħab soċjali u lill-pubbliku ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob li jsiru evalwazzjonijiet finali bir-reqqa, flimkien mas-sħab soċjali, tal-miżuri implimentati, inkluża informazzjoni ċara u trasparenti dwar il-mod kif intużaw il-fondi, ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol u jekk intlaħqux l-objettivi tal-FEG; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza ta’ monitoraġġ regolari tal-miżuri ffinanzjati mill-FEG sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda joffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-1 ta’ Ġunju 2025 u li l-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun minn dik id-data sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda jġarrab nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG fit-22 ta’ April 2025 u li, għalhekk, tali nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG minn dik id-data sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani pprovdew aċċertament li l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom, u li kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-awtoritajiet pubbliċi jew tal-kumpaniji fl-ambitu tal-liġi nazzjonali jew ta’ ftehimiet kollettivi; ifakkar li l-FEG huwa mekkaniżmu limitat, immirat u komplementari u li ma jistax jissostitwixxi l-politiki ekonomiċi strutturali u ekonomiċi, li jaqgħu prinċipalment fil-kompetenzi tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju - EGF/2025/008 BE/Liberty</STRING></STI>
<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2026/1134)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>