<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0147</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt 2025</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0091/2026 - Rapporteur: Konstantinos Arvanitis)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 (2025/2239(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 4(3) u l-Artikoli 5, 6, 7, 11, 19 u 49 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-artikoli tiegħu rigward ir-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Unjoni, inklużi l-Artikoli 70, 258, 259, 260, 263, 265 u 267,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2025 bit-titolu “Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 – Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea” (COM(2025)0900), u l-anness tagħha li fih rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament Finanzjarju), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 156, 5.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/692/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pakkett ta’ proposti tal-Kummissjoni għal Qafas Finanzjarju Pluriennali 2028-2034,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrumenti tan-NU dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, bħad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali (CERD), il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), id-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jagħmlu parti minn Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi, ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Forum tan-NU dwar il-Kwistjonijiet tal-Minoranzi, u r-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti tal-Eżami Perjodiku Universali tan-NU, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-korpi tat-trattati tan-NU u l-proċeduri speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Prinċipji tan-NU dwar l-Istatus tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali (il-Prinċipji ta’ Pariġi), adottati bir-Riżoluzzjoni 48/134 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-20 ta’ Diċembru 1993,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tan-NU dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, adottata fl-1998, u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottati f’Ġunju 2004,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), il-Karta Soċjali Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) u l-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet, l-opinjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, tal-Kumitat tal-Ministri, tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza, tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar il-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni u dwar id-Diversità u l-Inklużjoni, tal-Kummissjoni ta’ Venezja u ta’ korpi oħra tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji u l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-34 Rapport Ġenerali dwar l-attivitajiet tal-2024 tal-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti (CPT) tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-25 Rapport ta’ Attività Ġenerali (2024) tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-memorandum ta’ qbil bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Mejju 2007 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa fl-2025-2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Professjoni ta’ Avukat, li ġiet adottata fit-12 ta’ Marzu 2025 u li nfetħet għall-iffirmar fit-13 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1, http://data.europa.eu/eli/dir/2016/343/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2017 għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta’ riskju ċar ta’ ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (COM(2017)0835), maħruġa f’konformità mal-Artikolu 7(1) tat-TUE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Frar 2018 dwar il-protezzjoni u n-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-minoranzi fl-Istati Membri tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 463, 21.12.2018, p. 21.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 129, 5.4.2019, p. 13.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ April 2018 dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit Strument għall-Valuri Ewropej biex jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali fl-Unjoni Ewropea fil-livell lokali u nazzjonali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 390, 18.11.2019, p. 117.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 433, 23.12.2019, p. 66.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2018 dwar standards minimi għall-minoranzi fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 363, 28.10.2020, p. 13.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar il-ħtieġa ta’ mekkaniżmu komprensiv tal-UE għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 363, 28.10.2020, p. 45.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2019 bit-titolu “It-tisħiħ ulterjuri tal-Istat tad-Dritt fi ħdan l-Unjoni – Is-sitwazzjoni bħalissa u l-passi li jmiss li jistgħu jittieħdu” (COM(2019)0163),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2019 bit-titolu “It-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-Unjoni – Pjan ta’ azzjoni” (COM(2019)0343),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu tal-UE dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 395, 29.9.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar l-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 415, 13.10.2021, p. 36.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 70.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar il-proklamazzjoni tal-UE bħala Żona ta’ Libertà LGBTIQ<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 474, 24.11.2021, p. 140.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-Istat tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar il-Kundizzjonalità<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 86.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 81, 18.2.2022, p. 27.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA u l-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar it-tfassil ta’ linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 146.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta’ kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 88.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija u tal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja fl-UE: l-użu indebitu ta’ azzjonijiet fl-ambitu tad-dritt ċivili u kriminali biex jissikktu l-ġurnalisti, l-NGOs u s-soċjetà ċivili<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 205, 20.5.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni biex jiġu evitati l-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE u nazzjonali f’każ ta’ fondi ta’ emerġenza u oqsma ta’ nfiq relatati mal-kriżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 251, 30.6.2022, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2022 dwar l-ispazju jiċkien tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 168.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 479, 16.12.2022, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-approvazzjoni potenzjali tal-Pjan Nazzjonali ta’ Rkupru (RRF) tal-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 108.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2020 u l-2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 80.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 463.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2022 dwar iż-żieda fir-reati ta’ mibegħda kontra persuni LGBTIQ+ fl-Ewropa kollha fid-dawl tal-qtil omofobiku reċenti fis-Slovakkja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 149, 28.4.2023, p. 22.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Novembru 2022 dwar il-ġustizzja razzjali, in-nondiskriminazzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 161, 5.5.2023, p. 10.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-valutazzjoni tal-konformità tal-Ungerija mal-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u s-sitwazzjoni attwali tal-RRP Ungeriż<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 74.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta’ Marzu 2023 dwar ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt – is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 341, 27.9.2023, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2023 dwar ir-relazzjonijiet istituzzjonali bejn l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/442, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/442/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar il-ksur tal-Istat tad-Dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija u l-fondi ffriżati tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1223, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1223/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta’ Inkjesta għall-investigazzjoni tal-użu ta’ Pegasus u ta’ software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti (PEGA) u r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2023 lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni wara l-investigazzjoni ta’ allegati kontravvenzjonijiet u amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-użu tal-Pegasus u ta’ software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/494, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/494/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2023 dwar il-liġi elettorali, il-kumitat investigattiv u l-istat tad-dritt fil-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/3995, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3995/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-6 ta’ Diċembru 2023 bit-titolu “Ma hemmx post għall-mibegħda: Ewropa magħquda kontra l-mibegħda” (JOIN(2023)0051),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE fl-2022 u l-2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5739, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5739/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar l-estensjoni tal-lista ta’ reati fl-UE għad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5733, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5733/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Frar 2024 bit-titolu “Rapport dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2023 dwar l-istat tad-dritt”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6743, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6743/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2024 dwar l-approfondiment tal-integrazzjoni tal-UE fid-dawl tat-tkabbir futur<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6746, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6746/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">. </STRING></STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2024 dwar is-seduti ta’ smigħ li għaddejjin skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE rigward l-Ungerija biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt u l-implikazzjonijiet baġitarji tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3705, 17.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3705/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-proċedura tal-Artikolu 7(1) tat-TUE fir-rigward tal-Polonja, kif imħabbar mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Mejju 2024, wara l-passi meħuda mill-Polonja biex terġa’ tiġi rrispettata l-konformità mal-istandards tal-UE fejn jidħol l-istat tad-dritt,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024, inkluż pjan direzzjonali għall-ħidma futura dwar ir-riformi interni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 (JOIN(2020)0005), estiż sal-2027,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Finanzjament għall-promozzjoni, il-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet fundamentali – Rapport annwali tal-2024 dwar l-applikazzjoni tal- Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE” (COM(2024)0456),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar baġit imġedded fit-tul għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0090.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2025 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2028 sal-2034 (COM(2025)0571),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Unjoni tal-Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ+ 2026-2030”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Komunikazzjoni dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE” (COM(2025)0690) u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjawha (il-Pakkett tat-Tkabbir tal-4 ta’ Novembru 2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-12 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “It-Tarka Ewropea għad-Demokrazija: It-tisħiħ ta’ demokraziji b’saħħithom u reżiljenti” (JOIN(2025)0791),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Strateġija tal-UE għas-Soċjetà Ċivili” (COM(2025)0790),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur gravi mill-Ungerija tal-valuri li l-Unjoni hija msejsa fuqhom<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0283.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2025 dwar l-implimentazzjoni tar-reġim ta’ kundizzjonalità tal-istat tad-dritt<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0343.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Jannar 2026 bit-titolu “Unjoni tal-Ugwaljanza: Strateġija Kontra r-Razziżmu 2026-2030” (COM(2026)0012),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar l-Infurzar tad-Dritt tal-UE (28/2024), tat-22 ta’ Frar 2024 dwar l-Istat tad-Dritt fl-UE (03/2024) u tal-10 ta’ Jannar 2022 dwar l-appoġġ mogħti mill-UE għall-istat tad-dritt fil-Balkani tal-Punent (01/2022), ir-rapport analitiku tagħha tat-28 ta’ Frar 2024 dwar ir-rappurtar mill-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt (02/2024) u r-rapport speċjali dwar it-Trasparenza tal-finanzjament li jingħata mill-UE lill-NGOs (11/2025) u r-rakkomandazzjonijiet rispettivi tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2024-2029, ippreżentati lill-Parlament fit-18 ta’ Lulju 2024 minn Ursula von der Leyen, li dak iż-żmien kienet kandidata għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni, id-diskors tal-President tal-Kummissjoni dwar l-Istat tal-Unjoni tal-10 ta’ Settembru 2025 fil-Parlament Ewropew u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni 2026” (COM(2025)0870),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2024 u l-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sejbiet tal-Ewrobarometru Flash 569 ta’ Settembru 2025 dwar l-isfidi u l-prijoritajiet tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti, l-istħarriġ u l-opinjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-preżentazzjoni mill-FRA lill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tat-tħejjija tar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-2 ta’ April 2025 bit-titolu “Il-perspettiva lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tar-“Rule of Law Clinic” tal-Istitut għad-Demokrazija tal-Università tal-Ewropa Ċentrali bit-titolu “Rule of Law beyond the EU Member States – Assessing the Union’s Performance 2025” (L-Istat tad-Dritt lil hinn mill-Istati Membri tal-UE – Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Unjoni fl-2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju mitlub mill-Kumitat għall-Baġits tiegħu bit-titolu “The tools for protecting the EU budget from breaches of the rule of law: the Conditionality Regulation in context” (L-għodod għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE minn ksur tal-istat tad-dritt: ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità fil-kuntest)<FOOTNOTE><FIELD> Rubio E. et al., “The tools for protecting the EU budget from breaches of the rule of law: the Conditionality Regulation in context” (L-għodod għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE minn ksur tal-istat tad-dritt: ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità fil-kuntest), il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment tal-Politika għall-Affarijiet Baġitarji, April 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-ksur tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti ta’ feedback, ir-rapporti ta’ missjoni, il-mistoqsijiet bil-miktub u t-tweġibiet tal-Grupp ta’ Monitoraġġ tad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (DRFMG) tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> Għall-attivitajiet kollha ta’ monitoraġġ tad-DRFMG, ara: għall-aħħar leġiżlatura: https://www.europarl.europa.eu/committees/mt/libe-democracy-rule-of-law-and-fundament/product-details/20190103CDT02662, u għal din il-leġiżlatura: https://www.europarl.europa.eu/committees/mt/working-group-democracy-rule-of-law-and-/product-details/20241205CDT13884.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A10-0091/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kif stipulati fl-Artikolu 2 tat-TUE u kif riflessi fil-Karta u minquxa fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi l-Karta hija parti mid-dritt primarju tal-UE; billi dawn il-valuri huma kondiviżi mill-Istati Membri kollha u għandhom jiġu appoġġjati u promossi attivament mill-UE u minn kull Stat Membru b’mod individwali fil-politiki kollha tagħhom, kemm internament kif ukoll esternament b’mod konsistenti; billi l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda rigress fil-protezzjoni tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; billi kwalunkwe mminar ta’ dawn il-valuri joħloq theddida sistemika għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni li jgħixu fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Artikolu 49 tat-TUE jipprevedi li kwalunkwe Stat Ewropew li japplika sabiex isir membru tal-UE jeħtieġlu jirrispetta l-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE u jimpenja ruħu li jippromwovihom; billi l-adeżjoni trid tibqa’ proċess strettament ibbażat fuq il-mertu msejjes fuq il-konformità mal-kriterji ta’ Copenhagen, b’mod partikolari dawk relatati mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; billi l-kriterji ta’ Copenhagen jistipulaw li dawn il-prinċipji ma jistgħux jiġu injorati jew interpretati mill-ġdid wara l-adeżjoni; billi din l-aderenza tirrikjedi wkoll allinjament progressiv mal-politiki u l-pożizzjonijiet tal-UE, inkluża l-politika estera u ta’ sigurtà komuni, u b’mod partikolari l-approċċ tagħha bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-kriterji ekonomiċi jikkostitwixxu l-elementi fundamentali tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE; billi riformi kredibbli u kisbiet irriversibbli f’dawn l-oqsma huma essenzjali biex jiġu żgurati l-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi u t-tgawdija prattika tad-drittijiet fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024, ir-riformi interni għandhom jagħmlu progress b’mod parallel mal-proċess ta’ tkabbir biex jiġi żgurat li l-politiki tal-UE jkunu adatti għall-futur;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi s-sitwazzjoni tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi għandha tiġi mmonitorjata regolarment u riflessa fir-rapport dwar l-istat tad-dritt;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE għandha, fil-limitu tal-kompetenzi tagħha, tiddefendi u tipproteġi b’mod attiv id-drittijiet soċjali u fundamentali li fuqhom inbniet; billi n-nuqqasijiet persistenti fil-protezzjoni tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali –inklużi d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi u ġusti, is-sigurtà u l-protezzjoni soċjali, l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, l-appoġġ għall-aċċess għal akkomodazzjoni adegwata, u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni – iridu jitqiesu bħala theddida serja għall-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi fl-2025 l-UE ffaċċjat sfidi u rigress demokratiku serji fl-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-protezzjoni tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali, li huma kollha intrinsikament konnessi; billi r-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 jidentifika dgħufijiet strutturali fis-sistemi ġudizzjarji, l-infurzar tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, is-servizz pubbliku, il-governanza tal-media u l-kontrokontrolli, filwaqt li jikkonferma wkoll it-trajettorja pożittiva f’diversi Stati Membri u juri li ċ-ċiklu annwali tal-istat tad-dritt ikompli jinkoraġġixxi u jappoġġja l-progress;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, fir-Rapport tagħha dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-2025<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, “Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2025”, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2025.</FIELD></FOOTNOTE>, il-FRA tisħaq li l-bidliet ġeopolitiċi u l-iżviluppi kemm leġiżlattivi kif ukoll soċjetali jeżerċitaw pressjoni fuq id-drittijiet fundamentali fl-UE, u l-politika tal-identità diviżiva tiżvolġi rwol fiż-żieda tal-livelli ta’ razziżmu u mibegħda u tikkaġuna tbatija fuq persuni ta’ sfondi etniċi u komunitajiet reliġjużi varji; billi r-rapport jinnota wkoll li d-diskors ta’ mibegħda u l-kontenut dannuż ikomplu jxerrdu bidliet diġitali online, rapidi u mingħajr kontroll, u l-iżviluppi tal-intelliġenza artifiċjali (IA) jheddu li jiggravaw l-inugwaljanzi eżistenti, u eluf ta’ ħajjiet mitlufa fuq il-baħar u allegazzjonijiet ta’ trattament ħażin fil-fruntieri jqajmu allarmi dwar it-trattament tal-applikanti għall-ażil u tal-migranti; billi dawn ix-xejriet jheddu l-valuri demokratiċi u l-ugwaljanza, u joħolqu riskju għad-drittijiet fundamentali tal-persuni, u xi persuni madwar l-UE għadhom qed ibatu finanzjarjament fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi diffiċli li għaddejjin bħalissa li jaffettwaw b’mod sproporzjonat lil dawk li diġà jinsabu f’riskju ta’ faqar u jiggravaw l-inugwaljanzi eżistenti għall-gruppi żvantaġġati; billi, minkejja l-isfidi ffaċċjati fl-2024, saru żviluppi pożittivi, bħal-leġiżlazzjoni tal-UE maħsuba biex tirregola l-ispazji online u l-IA, li tfittex li tiżgura ambjent diġitali li jirrispetta d-drittijiet fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi tħassib li ilu jeżisti għadu jippersisti fi Stat Membru soġġett għall-proċedimenti tal-Artikolu 7(1) tat-TUE rigward il-konċentrazzjoni sistemika tas-setgħa politika, l-erożjoni tal-kontrokontrolli istituzzjonali u d-dgħajfien tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza indipendenti, minkejja appelli ripetuti għal azzjoni korrettiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, minkejja l-pressjoni dejjem tikber fuq l-ispazju ċiviku madwar l-UE, ir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 ma jirriflettix biżżejjed il-gravità ta’ din il-pressjoni u t-theddid strutturali involut, u r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu kienu limitati; billi r-rapport ma jindirizzax b’mod adegwat it-tħassib persistenti rigward l-indipendenza ġudizzjarja, il-libertà tal-media, il-korruzzjoni u l-kontrokontrolli f’ċerti Stati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ għaqda, l-aċċess għall-informazzjoni, l-integrità elettorali u d-diskriminazzjoni ma ġewx indirizzati b’mod komprensiv mill-Kummissjoni f’diversi Stati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-QĠUE, fil-Kawża C-713/23, sostniet li Stat Membru jeħtieġlu jirrikonoxxi, għall-finijiet tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-UE, żwieġ bejn żewġ ċittadini tal-UE tal-istess sess konkluż legalment fi Stat Membru ieħor fejn eżerċitaw il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħhom; billi l-QĠUE sabet li r-rifjut ta’ tali rikonoxximent imur kontra d-dritt tal-UE peress li jikser kemm il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza kif ukoll id-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, skont l-indiċijiet tal-libertà tal-media, fl-UE l-qrubija perikoluża bejn il-media tal-aħbarijiet u dawk fil-poter toħroġ fid-dieher permezz tad-distribuzzjoni mhux trasparenti u mhux ugwali tar-reklamar mill-Istat; billi x-xenarju tal-media huwa definit minn kunflitti ta’ interess, u meta l-mezzi reġjonali jirreżistu l-pressjoni, jiffaċċjaw kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs) li jdgħajfu l-finanzi tagħhom; billi qed jitfaċċaw sinjali ta’ tama, peress li xi setturi tal-media qed jirpiljaw wara tnaqqis fil-pressjonijiet legali, setturi tal-media oħrajn qed juru momentum ekonomiku pożittiv u diversi setturi tal-media qed jiksbu livelli għoljin ta’ libertà tal-istampa;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi f’diversi Stati Membri l-ġurnalisti qed ikomplu jiffaċċjaw kampanji ta’ malafama, kawżi abbużivi, intimidazzjoni u theddid, li jwasslu għal biża’ u awtoċensura u jdgħajfu d-dritt tal-pubbliku għall-informazzjoni; billi xi ġurnalisti huma mġiegħla jgħixu taħt il-protezzjoni tal-pulizija;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Kumitat ta’ Inkjesta dwar Pegasus u software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti (PEGA) sab li tali għodod intużaw illegalment f’diversi Stati Membri kontra ġurnalisti, is-soċjetà ċivili, avukati, personalitajiet tal-oppożizzjoni u uffiċjali pubbliċi; billi ddokumenta ksur serju tal-privatezza, tal-protezzjoni tad-data u tal-libertà ta’ espressjoni, filwaqt li wissa li tali prattiki joħolqu theddida sistemika għad-demokrazija għad-drittijiet fundamentali fl-UE; billi l-użu ta’ teknoloġiji ta’ sorveljanza ta’ software ta’ spjunaġġ, bħal Predator, Pegasus u Paragon Graphite, kontra ġurnalisti fl-UE għadu kwistjoni ta’ tħassib serju;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi ċertu ksur tad-drittijiet fundamentali seta’ kien marbut mal-użu ta’ xi fondi tal-UE, b’mod partikolari fl-oqsma tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza għall-applikanti għall-ażil, tal-istituzzjonalizzazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà u tat-tfal, u ta’ ċerti proġetti ta’ riġenerazzjoni urbana, akkomodazzjoni u edukazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Bridge EU, “1.1 Billion Euros, 63 Projects, Six Countries, One Pattern: How EU Funds Violate Fundamental Rights” (1.1 Biljun Euro, 63 Proġett, Sitt Pajjiżi, Xejra Waħda: Kif il-Fondi tal-UE Jiksru d-Drittijiet Fundamentali) (EU Bridge 2025).</FIELD></FOOTNOTE>; billi ċerti fondi tal-UE setgħu ġew diretti lejn kumpaniji marbuta ma’ teknoloġiji ta’ sorveljanza intrużivi<FOOTNOTE><FIELD> Iċ-Ċentru tar-Riżorsi għan-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, “EU: 39 Members of the European Parliament from 4 political groups call for answers regarding taxpayer funding fuelling spyware” (UE: 39 Membru tal-Parlament Ewropew minn 4 gruppi politiċi jappellaw għal tweġibiet rigward il-finanzjament mill-kontribwenti li jalimenta s-software ta’ spjunaġġ), is-sit web taċ-Ċentru tar-Riżorsi għan-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (l-1 ta’ Ottubru 2025).</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-ġestjoni u s-sorveljanza tal-fondi tal-UE għandhom jissaħħu sabiex jiġi evitat tali ksur u tiġi żgurata konformità sħiħa mas-salvagwardji previsti skont id-dritt tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi tqajjem tħassib<FOOTNOTE><FIELD> L-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), “European Union: Restrictive measures against academics negatively impact human rights, say UN experts” (L-Unjoni Ewropea: Il-miżuri restrittivi kontra l-akkademiċi għandhom impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem, jgħidu l-esperti tan-NU), is-sit web tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, is-26 ta’ Jannar 2026.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-miżuri restrittivi tal-UE introdotti skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja (ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja (ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI:. http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt potenzjali tagħhom fuq id-drittijiet tal-individwi, inklużi l-ġurnalisti, u l-ħtieġa li jiġi żgurat li tali miżuri jiġu applikati f’konformità mar-rekwiżit tal-proporzjonalità skont id-dritt tal-UE, ir-rispett għal proċess ġust, is-sorveljanza ġudizzjarja u salvagwardji legali adegwati, f’konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-korruzzjoni għadha punt ta’ tħassib kbir għaċ-ċittadini tal-UE, kif muri mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2025 dwar il-korruzzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Special Eurobarometer 561: Citizens’ attitudes towards corruption in the EU in 2025” (Ewrobarometru Speċjali 561: L-attitudnijiet taċ-ċittadini lejn il-korruzzjoni fl-UE fl-2025), Lulju 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; billi b’mod partikolari 69 % tal-parteċipanti tal-istħarriġ iqisu li l-korruzzjoni hija mifruxa f’pajjiżhom u 51 % jemmnu li hija mifruxa fil-partiti politiċi; billi r-rispondenti tal-istħarriġ jopponu bil-qawwa l-prattiki korrotti, tant li 71 % minnhom iqisu li qatt ma huwa aċċettabbli li wieħed jagħmel favuri bi skambju għal vantaġġi mill-awtoritajiet pubbliċi, 74 % jopponu l-għoti ta’ rigali u 80 % jopponu l-għoti ta’ flus biex jinkisbu tali vantaġġi; billi 5 % tal-parteċipanti tal-istħarriġ jirrapportaw li esperjenzaw jew raw korruzzjoni f’dawn l-aħħar 12-il xahar iżda wieħed biss minn kull ħamsa rrapportawha, u anqas minn nofs ir-rispondenti jafu fejn għandhom jirrapportaw każ ta’ korruzzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-GRECO tal-Kunsill tal-Ewropa jissottolinja, fil-25 Rapport ta’ Attività Ġenerali tiegħu, li riformi fundamentali għadhom essenzjali biex isaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura, il-prosekuzzjoni u s-servizzi tal-infurzar tal-liġi, u biex jiksbu lura l-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi, fil-mexxejja politiċi, fil-ġudikatura u fis-servizzi tal-infurzar tal-liġi, u dan jirrikjedi sforzi sostnuti kontra l-korruzzjoni, superviżjoni aktar b’saħħitha u sorveljanza indipendenti, qafas robust u bbilanċjat għall-ġestjoni tal-interazzjonijiet bejn il-persuni b’funzjonijiet eżekuttivi għoljin u l-lobbisti u partijiet terzi li jinfluwenzaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet pubbliċi, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ standards ta’ revolving doors, u impenn sod għat-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont, il-ġustizzja u l-integrità; billi hija meħtieġa aktar azzjoni biex jiġi żgurat li l-liġijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni jkunu komprensivi, infurzati b’mod effettiv u implimentati b’mod proattiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-integrità elettorali, il-vot ugwali u l-kompetizzjoni politika ġenwina huma komponenti essenzjali tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE u jridu jiġu indirizzati b’mod sistematiku fil-monitoraġġ tal-istat tad-dritt mill-Istati Membri, kif ukoll mill-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-34 Rapport Ġenerali tal-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti (CPT) tal-Kunsill tal-Ewropa jesprimi tħassib serju dwar iż-żieda sinifikanti fil-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabsijiet, b’mod partikolari f’xi Stati Membri, li ddgħajjef kompletament il-funzjonament tal-ħabsijiet u potenzjalment tesponi lill-individwi għal trattament inuman u degradanti, peress li tikkawża deterjorament tal-kundizzjonijiet tal-għajxien, żieda fit-tensjoni u l-vjolenza, u tnaqqis fl-attivitajiet bi skop u fit-tħejjija għar-ritorn tal-priġunieri fil-komunità;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi skont id-data<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,“Criminal Detention Database 2015-2022” (Bażi tad-Data tad-Detenzjoni Kriminali 2015-2022), is-sit web tal-FRA; Aebi, M.F. & Cocco, E. “SPACE I – 2024 – Council of Europe Annual Penal Statistics: Prison populations” (SPACE I – 2024 – Statistika Penali Annwali tal-Kunsill tal-Ewropa: Popolazzjonijiet tal-ħabsijiet), il-Kunsill tal-Ewropa, 2025; l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, “Status report on prison health in the WHO European Region 2022” (Rapport tal-istatus dwar is-saħħa fil-ħabsijiet fir-Reġjun Ewropew tal-WHO 2022), l-Uffiċċju Reġjonali tal-WHO għall-Ewropa, Copenhagen, 2023.</FIELD></FOOTNOTE> mill-FRA u mill-Kunsill tal-Ewropa, il-kura tas-saħħa inadegwata, l-aċċess limitat għall-appoġġ għas-saħħa mentali, u għadd dejjem jikber ta’ suwiċidji għadhom punt ta’ tħassib serju fil-ħabsijiet f’diversi Stati Membri; billi s-suwiċidji u l-atti ta’ awtokorriment jissottolinjaw problemi serji u persistenti fis-sistemi ta’ detenzjoni; billi hija meħtieġa attenzjoni partikolari fil-faċilitajiet tal-minorenni, fejn in-nuqqas ta’ kura psikoloġika, ta’ edukazzjoni u ta’ miżuri ta’ riintegrazzjoni jesponi lill-minorenni għal aktar trawma u esklużjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-implimentazzjoni assenti jew parzjali tas-sentenzi tal-QĠUE u tal-QEDB u d-dewmien persistenti fl-eżekuzzjoni tagħhom ma humiex każijiet iżolati iżda jirriflettu problemi persistenti f’diversi Stati Membri u kwistjonijiet rikorrenti fi Stati Membri oħrajn;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-European Implementation Network u Democracy Reporting International jenfasizzaw il-fatt li, kemm fil-QĠUE kif ukoll fil-QEDB, il-lakuni fl-implimentazzjoni huma relatati fil-biċċa l-kbira mal-istess oqsma, jiġifieri l-indipendenza ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja, l-ażil u l-migrazzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni, l-ugwaljanza u d-data/is-sorveljanza; billi, fl-istess ħin, kien hemm żviluppi trażversali pożittivi f’ċerti Stati Membri, li juru li l-konformità u t-titjib huma possibbli meta jkun hemm rieda politika ċara u impenn ġenwin li d-deċiżjonijiet tal-qrati internazzjonali jiġu osservati sabiex jiġi difiż l-istat tad-dritt<FOOTNOTE><FIELD> European Implementation Network u Democracy Reporting International, “Justice Delayed and Justice Denied – Non-implementation of European Courts Judgments and the Rule of Law” (Il-Ġustizzja Mdewma u l-Ġustizzja Miċħuda – Nuqqas ta’ Implimentazzjoni tas-Sentenzi tal-Qrati Ewropej u l-Istat tad-Dritt), 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi d-diżinformazzjoni, il-manipulazzjoni algoritmika u t-trasparenza insuffiċjenti tal-pjattaformi online jimminaw id-dibattitu demokratiku, u l-infurzar skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE> jfittex li jindirizza dawn ir-riskji;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-attenzjoni limitata mogħtija lir-rakkomandazzjonijiet fit-taqsima “Kwistjonijiet istituzzjonali oħra marbuta mas-sistema ta’ kontrokontrolli” tqajjem aktar tħassib, peress li dan il-qasam tematiku huwa mifrux ħafna u jkopri firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi, għalkemm il-metodoloġija tar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt tjiebet maż-żmien, xorta għadha mhux dejjem tuża parametri referenzjarji ċari u operazzjonali għall-valutazzjoni tal-Istati Membri taħt kull pilastru, u dan jagħmilha aktar diffiċli li jitqabblu l-kundizzjonijiet madwar l-Istati Membri u li jiġu żgurati standards uniformi, u jista’ jwassal biex tiddgħajjef l-affidabbiltà tar-rapport dwar l-istat tad-dritt bħala mekkaniżmu ta’ twissija bikrija u ta’ prevenzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi, skont l-analiżi dwar l-istat tad-dritt tal-2025 maħruġa minn Liberties EU<FOOTNOTE><FIELD> L-Unjoni tal-Libertajiet Ċivili għall-Ewropa, “European Commission’s Rule of Law Report 2025 – Gap Analysis” (Ir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 – Analiżi tad-Diskrepanzi).</FIELD></FOOTNOTE>, mill-2022 madwar terz tal-Istati Membri kollha ftit li xejn urew progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni; billi disa’ pajjiżi b’mod konsistenti għandhom minn ħames sa tmien rakkomandazzjonijiet li għadhom ma ġewx implimentati; billi 61 % tar-rakkomandazzjonijiet ivvalutati fl-2025 ftit li xejn urew progress mill-2022; billi 93 % tar-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni tal-2025 huma ripetizzjonijiet mis-snin preċedenti (71 % minnhom imorru lura għall-2022) u disa’ rakkomandazzjonijiet ġodda biss ġew introdotti fl-2025; billi, fl-2025, 6 % tar-rakkomandazzjonijiet biss setgħu jitqiesu implimentati għalkollox;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi d-DRFMG fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament għandu l-mandat li jimmonitorja l-ksur tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE; billi għal aktar minn seba’ snin, id-DRFMG ivvaluta s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali madwar l-UE permezz ta’ sessjonijiet iddedikati dwar l-Istati Membri u suġġetti orizzontali, u delegazzjonijiet <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING>; billi l-monitoraġġ huwa eżerċizzju tekniku li jsaħħaħ is-sistemi ta’ integrità u jtejjeb ir-reżiljenza istituzzjonali u għandu jibqa’ indipendenti mill-influwenza politika; billi għalkemm huwa inkorporat fil-qafas parlamentari, id-DRFMG għandu impenn fit-tul li jżomm lura minn kunsiderazzjonijiet politiċi partiġġani u li jibbaża l-valutazzjonijiet tiegħu fuq standards stabbiliti u ġudizzju bbażat fuq l-evidenza, u ta kontribut siewi għall-ħidma tal-UE dwar l-istat tad-dritt;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2026 jinnota l-ħtieġa ta’ ċiklu annwali integrat tal-istat tad-dritt b’pass komuni, bi stadji importanti ċari u bil-kontribut attiv tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE; billi r-rispett għall-istat tad-dritt jibqa’ imperattiv biex jiġu ssalvagwardjati l-fondi kollha tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-Parlament talab ripetutament rabta aktar b’saħħitha bejn ir-rispett għall-istat tad-dritt u l-aċċess għall-fondi tal-UE, inkluż bit-tisħiħ tal-konnessjoni bejn ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-riżoluzzjoni annwali tiegħu dwar l-istat tad-dritt u l-appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-UE; billi l-Kummissjoni, f’diversi okkażjonijiet, impenjat ruħha li ssaħħaħ tali rabtiet, inkluż fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni mogħti mill-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen fl-10 ta’ Settembru 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-użu ta’ strumenti tal-istat tad-dritt irid jibqa’ imparzjali u bbażat esklużivament fuq tiftix tal-fatti verifikabbli u raġunament legali, mingħajr strumentalizzazzjoni jew negozjar politiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Ġunju 2025 fil-Kawża C-769/22, l-Avukat Ġenerali Ćapeta kkonkludiet li l-Artikolu 2 tat-TUE jista’ jservi bħala bażi legali separata għal proċedimenti ta’ ksur f’każijiet fejn in-negazzjoni ta’ valur tkun il-kawża ewlenija ta’ ksur ieħor tad-dritt tal-UE, u pproponiet li l-QĠUE tiddikjara li, bl-adozzjoni tal-Liġi LXXIX tal-2021, l-Ungerija kisret id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/31/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva dwar is-Servizzi<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/123/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/13/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, l-Artikolu 56 tat-TFUE, l-Artikoli 1, 7, 8(2), 11 u 21 tal-Karta u l-Artikolu 2 tat-TUE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt għandu jkompli jivvaluta l-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati; billi l-konformità tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE mal-istat tad-dritt għandha tibqa’ tiġi żgurata permezz tas-sistema ġudizzjarja tal-UE u s-sorveljanza tal-Ombudsman Ewropew; billi r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt għandu jivvaluta wkoll b’mod trasparenti l-konformità tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE mal-istandards tal-istat tad-dritt, u b’hekk jippermetti li n-nuqqasijiet fl-istituzzjonijiet tal-UE jiġu indirizzati b’mod aktar effettiv u tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-UE billi l-istituzzjonijiet tagħha stess jiġu soġġetti għal skrutinju;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet nazzjonali tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem (NHRIs) jiġu stabbiliti u akkreditati u li joperaw f’konformità sħiħa mal-Prinċipji ta’ Pariġi tan-NU; billi l-indipendenza, il-pluraliżmu, is-sigurtà finanzjarja, ir-riżorsi xierqa, il-mandat effettiv u l-awtorità statutorja tal-NHRIs huma indispensabbli għall-missjoni tagħhom li jippromwovu u jipproteġu b’mod effettiv id-drittijiet fundamentali u jimmonitorjaw l-istandards tal-istat tad-dritt u l-funzjonament tal-kontrokontrolli demokratiċi; billi l-Istati Membri għandhom jintalbu jissalvagwardjaw lill-NHRIs mill-indħil politiku;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sistemi tal-ġustizzja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-istat tad-dritt huwa bbażat fuq in-natura vinkolanti tad-dritt fuq l-awtoritajiet pubbliċi kollha u fuq id-dritt effettiv ta’ kull individwu li jkollu aċċess għal tribunal indipendenti u imparzjali, u li dawn iż-żewġ dimensjonijiet huma inseparabbli u jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li ġustizzja ekwa u aċċessibbli hija prinċipju bażiku tal-istat tad-dritt li jirrikjedi ġudikatura indipendenti; itenni li l-aċċess ugwali għall-ġustizzja għaċ-ċittadini kollha huwa essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ sistemi ġudizzjarji indipendenti u aċċess għal għajnuna legali mingħajr ħlas biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-ġustizzja; itenni li riżorsi adegwati, inklużi l-infrastruttura u l-persunal, huma kruċjali għat-titjib tas-sistemi tal-ġustizzja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi kandidati potenzjali jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw sistemi ġudizzjarji strutturalment indipendenti, effiċjenti u imparzjali, kif ukoll aċċess għal għajnuna legali mingħajr ħlas, f’konformità mal-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-UE u d-dritt nazzjonali, biex b’hekk jiggarantixxu l-aċċess ugwali għall-ġustizzja għal kulħadd, li huwa essenzjali għaċ-ċittadini biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, jikkumbattu d-diskriminazzjoni, u jżommu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għal għemilhom; itenni l-ħtieġa ta’ azzjonijiet konkreti biex jittejjeb l-aċċess, b’mod partikolari għall-gruppi emarġinati u vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq li l-iżgurar tal-indipendenza ġudizzjarja u l-aċċess effettiv għall-ġustizzja jirrikjedu – bħala minimu – sistemi awtomatizzati u aleatorji ta’ allokazzjoni tal-kawżi, b’raġunijiet għal deroga definiti b’mod strett u li jistgħu jiġu rieżaminati; proċeduri ta’ ħatra u promozzjoni trasparenti, ibbażati fuq il-liġi u depolitiċizzati, li jiżguraw li l-kunsilli ġudizzjarji jew korpi ekwivalenti jkollhom maġġoranza sostanzjali ta’ membri ġudizzjarji eletti mill-pari tagħhom, bi qbil mal-istandards tal-Kummissjoni ta’ Venezja, u li l-eżekuttiv ma jkunx jista’ jeżerċita kontroll diskrezzjonali fuq il-ħatriet, inkluż għall-presidenzi tat-tribunali u l-qrati supremi; regoli stabbli u oġġettivi dwar remunerazzjoni ġudizzjarja adegwata; riżorsi suffiċjenti, inklużi finanzjament, infrastruttura, u persunal kwalifikat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li sistemi legali nazzjonali robusti huma indispensabbli fl-Istati Membri, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali, peress li l-Kummissjoni tibbaża fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali biex jinfurzaw id-dritt tal-UE, u li huma fundamentali għall-kooperazzjoni ġudizzjarja madwar l-UE u biex titrawwem il-fiduċja reċiproka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni sabet li hemm sfidi strutturali fir-rigward tat-titjib tal-effiċjenza, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tal-ġudikatura ta’ xi Stati Membri u ta’ pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejjeb il-monitoraġġ ta’ dawn l-isfidi, b’mod partikolari f’pajjiżi fi stadju avvanzat tal-proċess ta’ adeżjoni; jemmen bis-sħiħ li t-taħriġ huwa fattur fundamentali li jiggarantixxi l-indipendenza tal-imħallfin, kif ukoll il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja; jistieden lill-Istati Membri jinvestu fit-taħriġ ġudizzjarju, id-diġitalizzazzjoni, l-għajnuna legali, u l-aċċess għall-ġustizzja għal gruppi emarġinati u vulnerabbli; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw opportunitajiet ta’ taħriġ għall-imħallfin; jemmen bis-sħiħ li t-taħriġ għandu jkun multidixxiplinari; itenni li riżorsi adegwati, inklużi finanzjament, infrastruttura u persunal kwalifikat, huma kruċjali għall-effiċjenza u l-aċċessibbiltà tas-sistema ġudizzjarja; jisħaq fuq l-importanza kbira tal-appoġġ qawwi tal-UE f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jaħtfu l-opportunitajiet offruti mid-diġitalizzazzjoni biex jippermettu s-simplifikazzjoni, itejbu l-effiċjenza u l-aċċessibbiltà, jiffrankaw il-ħin u jnaqqsu l-ispejjeż tal-ħżin tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja tħassib serju dwar l-influwenza politika eċċessiva fuq il-ħatriet ġudizzjarji, il-bordijiet dixxiplinari, il-promozzjonijiet u l-allokazzjoni tal-kawżi, inkluż permezz ta’ strutturi ġudizzjarji maħluqa ġodda li jevitaw is-salvagwardji eżistenti u jiffaċilitaw l-indħil tal-eżekuttiv, speċjalment fl-Ungerija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar li r-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 juri li ħafna min-nuqqasijiet stabbiliti sew li ġew identifikati fis-snin preċedenti għadhom preżenti fl-Ungerija, fejn, b’mod partikolari, jitqajmu dubji dwar l-indipendenza ġudizzjarja, is-servizz tal-prosekuzzjoni għad m’għandux salvagwardji robusti kontra l-influwenza politika, il-proċessi leġiżlattivi għadhom mhux trasparenti b’konsultazzjoni pubblika limitata, u l-isforzi biex jiġu difiżi l-libertà tal-media, il-pluraliżmu u l-ispazju ċiviku ma pproduċewx riżultati sinifikattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa tal-imparzjalità tal-imħallfin; ifakkar li l-ħatra u l-promozzjoni tal-imħallfin iridu jiġu ddeterminati biss mill-kwalifiki tagħhom, peress li l-imħallfin huma essenzjali għas-salvagwardja tal-indipendenza ġudizzjarja; ifakkar li l-kriterji għan-nomini u l-ħatriet għal pożizzjonijiet ġudizzjarji ta’ livell għoli jridu jkunu kompletament trasparenti u mingħajr indħil politiku jew estern indebitu; ifakkar li proċeduri trasparenti u imparzjali jridu japplikaw ukoll għat-tneħħija tal-imħallfin; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja u tiżgura li l-prinċipju ta’ nonrigressjoni, kif iċċarat mill-ġurisprudenza tal-QĠUE, jiġi rrispettat bis-sħiħ mill-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħatra tal-imħallfin, sabiex jiġi evitat kwalunkwe rigress fil-qasam tal-indipendenza ġudizzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi ggarantita l-awtonomija tas-servizz tal-prosekuzzjoni, biex b’hekk jiġi evitat kwalunkwe ndħil politiku fil-ħidma tiegħu; jistieden lill-Istati Membri jkomplu jsaħħu s-salvagwardji biex jiżguraw l-imparzjalità tal-prosekuturi, fid-dawl tal-istrutturi differenti tas-servizzi ta’ prosekuzzjoni nazzjonali; iħeġġiġhom javvanzaw ir-riformi bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025, inklużi protezzjonijiet imsaħħa għall-indipendenza ġudizzjarja u l-awtonomija tal-prosekuturi fil-kuntest tal-inkjesti parlamentari, kif ukoll miżuri bħad-diżakkoppjament tal-mandat tal-Prosekutur Ġenerali minn dak tal-Gvern; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina r-riformi implimentati f’dan ir-rigward u timmonitorja l-effettività tagħhom; jitlob li l-proċeduri dixxiplinari għall-imħallfin u l-prosekuturi jiġu riformati biex jiġi prekluż l-użu tagħhom mill-awtoritajiet politiċi biex jeżerċitaw kontroll fuq il-ġudikatura, u biex jiġi żgurat li dawn jiġu ttrattati minn korpi indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jikkundanna l-użu ħażin tas-sistema ġudizzjarja għal skopijiet politiċi, inkluża l-persekuzzjoni tal-avversarji politiċi u l-indħil fl-investigazzjonijiet dwar il-korruzzjoni; jisħaq li prosekuzzjonijiet politikament motivati jimminaw il-fiduċja pubblika fil-prinċipji kostituzzjonali u l-istandards tal-UE; jenfasizza l-importanza li jiġu ggarantiti l-awtonomija u l-indipendenza tas-servizz tal-prosekuzzjoni, biex b’hekk jiġi evitat kwalunkwe ndħil politiku fil-ħidma tiegħu, speċjalment mill-gvern; jenfasizza r-rwol tal-proċessi ta’ ħatra trasparenti għall-prosekuturi bħala fattur ewlieni biex tinżamm il-fiduċja pubblika fil-ġustizzja kriminali; jikkundanna l-abbuż tal-amnestiji u l-maħfriet għall-benefiċċju tal-politiċi, peress li jhedded il-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi; jenfasizza t-tħassib tiegħu dwar l-attakki ripetuti fuq l-imħallfin u l-prosekuturi li qed iwettqu investigazzjonijiet politiċi ta’ profil għoli marbuta ma’ każijiet ta’ korruzzjoni u ta’ abbuż ta’ poter imwettqa kontra avversarji politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol importanti tal-kunsilli nazzjonali tal-ġudikatura fis-salvagwardja tal-indipendenza ġudizzjarja, peress li jservu bħala lqugħ bejn il-ġudikatura u fergħat oħra tas-setgħa, inkluż fi kwistjonijiet bħall-ħatriet, l-iżvilupp tal-karriera, u l-ġestjoni tas-sistema ġudizzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja li, fejn jeżistu Kunsilli għall-Ġudikatura, il-kompożizzjoni u l-funzjonament tagħhom għandhom ikunu konformi mal-istandards stabbiliti mill-Kummissjoni ta’ Venezja u mill-Kunsill tal-Ewropa, inkluż li l-Kunsill għandu jkun magħmul jew minn imħallfin esklużivament jew, meta jinkludi membri li ma jkunux imħallfin, maġġoranza sostanzjali tal-membri għandhom ikunu mħallfin eletti mill-pari tagħhom, filwaqt li membri mhux ġudizzjarji jistgħu jinħatru permezz ta’ proċeduri demokratiċi trasparenti biex jiġu żgurati l-pluraliżmu u l-leġittimità, u li l-eżekuttiv ma jistax jeżerċita kontroll diskrezzjonali fuq il-ħatriet, sabiex tiġi żgurata l-indipendenza u tiġi evitata influwenza indebita, kif approvat mill-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rapport tagħha tar-riformi mwettqa, u jinnota li xi Stati Membri għamlu progress u qed jieħdu inizjattivi leġiżlattivi biex isaħħu l-indipendenza u l-effettività tal-Kunsilli għall-Ġudikatura fejn jeżistu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jisħaq li sistema ġudizzjarja effettiva u li tiffunzjona tajjeb fl-Istati Membri tirrikjedi kmamar tal-avukati u avukati indipendenti li jistgħu jwettqu dmirijiethom liberament u mingħajr pressjoni jew indħil indebiti, minħabba r-rwol kruċjali tagħhom fis-salvagwardja tal-istat tad-dritt u d-difiża tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; jenfasizza wkoll li r-rispett sħiħ għall-prinċipji ewlenin tal-professjoni legali, inkluża l-kunfidenzjalità bejn l-avukat u l-klijent, huwa essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li għad hemm tħassib dwar il-livelli ta’ remunerazzjoni tal-imħallfin u l-persunal ġudizzjarju f’diversi Stati Membri, u b’hekk dawn il-karigi ma jkunux attraenti u, għaldaqstant, ma jimtlewx faċilment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar it-tendenza dejjem tikber li jitqajmu dubji strutturali dwar ir-rwol u l-leġittimità ta’ ġudikatura indipendenti u b’hekk jiġi kkontestat il-funzjonament xieraq tas-sistema ġudizzjarja bħala tali u jissottolinja li l-indipendenza ġudizzjarja tikkostitwixxi prerekwiżit għal-leġittimità tal-awtorità ġudizzjarja, l-infurzabbiltà tad-deċiżjonijiet tal-qrati u l-fiduċja pubblika fil-ġustizzja; ifakkar li l-prinċipju tal-bilanċ tas-setgħat jimplika li l-ebda awtorità pubblika ma tista’ taħrab mir-rieżami ġudizzjarju, u jiddeplora n-narrattivi li jippruvaw jiddeleġittimizzawh; ifakkar li l-kritika tal-imħallfin mhijiex aċċettabbli meta tipprova tostakola jew tiskredita l-eżerċizzju ta’ dik il-funzjoni kostituzzjonali; jiddistingwi b’mod ċar bejn kritika leġittima ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u attakki mmirati kontra l-leġittimità tal-qrati nazzjonali u internazzjonali bħala istituzzjonijiet; jikkundanna kwalunkwe tentattiv, kemm dirett kif ukoll indirett, biex l-imħallfin jiġu influwenzati, intimidati jew imfixkla fil-qadi ta’ dmirijiethom, inkluż permezz ta’ pressjoni dixxiplinari jew attakki pubbliċi li jimminaw l-awtorità tagħhom; jafferma mill-ġdid li l-qrati internazzjonali jiksbu l-leġittimità tagħhom mir-rieda sovrana tal-istati li stabbilewhom u mill-proċeduri demokratiċi li jirregolaw l-elezzjoni tal-imħallfin tagħhom, u li r-rwol tagħhom huwa essenzjali għall-protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-attakki politiċi fuq l-imħallfin u l-intimidazzjoni ġudizzjarja, biex tiżgura sistemi ġudizzjarji indipendenti, inkluża l-protezzjoni mill-indħil politiku; jisħaq li l-għadd sinifikanti ta’ theddid u attakki mġarrba mill-professjonisti tal-ġustizzja u b’mod partikolari l-avukati<FOOTNOTE><FIELD> Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati, “CCBE report on threatening behaviour and aggression towards lawyers” (Rapport tas-CCBE dwar imġiba ta’ theddid u aggressjoni fil-konfront tal-avukati), 2024.</FIELD></FOOTNOTE> joħloq theddida diretta għad-demokrazija u l-istat tad-dritt; jistieden lill-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Professjoni ta’ Avukat u jużaw il-mezzi xierqa kollha biex jiżguraw id-difiża u l-libertà tal-espressjoni tal-avukati; jistieden lill-Kummissjoni tressaq, mingħajr dewmien, abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li tippermetti lill-UE tiffirma u tikkonkludi l-Konvenzjoni, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ ftehim rapidu dwar din id-deċiżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Ifakkar li l-assoċjazzjonijiet professjonali tal-imħallfin u l-prosekuturi, flimkien mal-atturi tas-soċjetà ċivili, għandhom rwol importanti fit-trawwim tal-istat tad-dritt fil-prattika, fid-difiża tal-indipendenza ġudizzjarja u fil-kontribut għad-dibattitu pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jżommu lura milli jużaw b’mod eċċessiv proċeduri aċċelerati jew digrieti ta’ emerġenza, peress li dawn għandhom impatt negattiv fuq l-istabbiltà u l-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u fuq id-demokrazija; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu proċessi trasparenti tat-tfassil tal-liġijiet wara konsultazzjoni sistematika ma’ partijiet ikkonċernati differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ r-riformi nazzjonali mwettqa f’xi Stati Membri biex tissaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja, u jistieden lill-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi kandidati potenzjali jkomplu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw sistemi ġudizzjarji indipendenti u aċċess għal għajnuna legali mingħajr ħlas, u b’hekk jiggarantixxu aċċess ugwali għall-ġustizzja għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ r-rwol tan-Network Ewropew tal-Ombudsmen u jissottolinja li l-kooperazzjoni għandha tmur lil hinn minn sempliċi skambju ta’ informazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-użu sistematiku ta’ proċeduri ta’ mistoqsijiet, li jippermettu lill-uffiċċji nazzjonali tal-ombudsman ifittxu tweġibiet awtorevoli fil-livell tal-UE meta jiffaċċjaw ostakli fl-applikazzjoni tad-dritt tal-UE, u b’hekk isaħħu l-influwenza tagħhom fil-konfront tal-awtoritajiet nazzjonali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-uffiċċji tal-ombudsman mhux dejjem jiġu kkonsultati b’mod sistematiku fit-tħejjija tar-rapport dwar l-istat tad-dritt, minkejja r-rwol ewlieni tagħhom fl-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE; jitlob għalhekk involviment aktar strutturat u konsistenti tal-ombudsmen nazzjonali fil-proċessi fil-livell tal-UE, sabiex jiġu identifikati aħjar kwistjonijiet sistemiċi li jaffettwaw diversi Stati Membri u biex il-Kummissjoni tiġi appoġġjata fl-indirizzar tan-nuqqasijiet fl-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-indipendenza tal-korpi nazzjonali ta’ sorveljanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu jsaħħu l-appoġġ tagħhom għall-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali tal-ġustizzja, billi jibdew jirrinfurzaw mill-ġdid il-mekkaniżmi interni ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja abbażi ta’ fiduċja reċiproka bejn is-sistemi ġudizzjarji tad-diversi Stati Membri u tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ r-reviżjoni tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p.57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/29/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jingħalqu l-lakuni legali, filwaqt li jiġi żgurat li l-vittmi jkunu jistgħu jaċċessaw il-ġustizzja u jirċievu appoġġ, inklużi mezzi biex jiġu rieżaminati d-deċiżjonijiet fi proċedimenti kriminali li jikkonċernaw lill-vittmi, dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi, aċċess għall-kumpens, kif ukoll ġbir effettiv ta’ data, allokazzjoni aħjar tar-riżorsi għad-difiża tad-drittijiet tal-vittmi ta’ reati, u r-rispett tal-privatezza tal-vittmi u l-protezzjoni tad-data personali tagħhom meta jirrappurtaw reat, irrispettivament mill-istatus ta’ residenza tagħhom, u li dik id-data personali ma tiġix kondiviża ma’ min iwettaq ir-reat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq li n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ sentenzi nazzjonali u internazzjonali għadu preokkupazzjoni sistemika f’xi Stati Membri, kif enfasizzat mis-sejbiet reċenti tal-FRA u mis-sottomissjonijiet tal-partijiet ikkonċernati; jinnota bi tħassib kbir ix-xogħol b’lura dejjem jikber u l-progress li qed jonqos fl-implimentazzjoni tas-sentenzi ewlenin tal-QEDB madwar l-UE, kif muri mill-fatt li, mill-1 ta’ Jannar 2025, 650 sentenza ewlenija tal-QEDB baqgħu pendenti sakemm jiġu implimentati bis-sħiħ fl-Istati Membri tal-UE, meta mqabbla ma’ 624 f’Jannar 2024 u 616 fis-sena ta’ qabel; jinnota wkoll li 45,7 % tas-sentenzi ewlenin mogħtija fir-rigward tal-Istati Membri tal-UE matul dawn l-aħħar 10 snin għadhom pendenti fir-rigward tal-implimentazzjoni, meta mqabbla ma’ 44 % fi tmiem l-2023 u 40 % fi tmiem l-2022; jinnota wkoll li, sa tmiem l-2024, iż-żmien medju għall-implimentazzjoni tas-sentenzi ewlenin tal-QEDB li jikkonċernaw l-Istati Membri tal-UE kien laħaq 5 snin u 4 xhur, meta mqabbel ma’ 5 snin u xahrejn fl-2023 u 5 snin u xahar fl-2022, u b’hekk enfasizza nuqqas ta’ konformità strutturali u li sejjer għall-agħar<FOOTNOTE><FIELD> European Implementation Network, Rapport 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; jemmen li l-Kummissjoni għandha tittratta n-nuqqas serju ta’ implimentazzjoni bħala suġġett ta’ prijorità fid-djalogu politiku mal-gvernijiet u l-parlamenti nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-QĠUE fis-salvagwardja tal-istat tad-dritt madwar l-UE; japprova aktar inizjattivi biex jissaħħu r-riżorsi u l-kapaċitajiet tal-QĠUE ħalli tindirizza b’mod effettiv l-isfidi ulterjuri għall-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw malajr is-sentenzi pendenti tal-QĠUE u tal-QEDB; jissuġġerixxi li l-istituzzjonijiet tal-UE jistabbilixxu unità ta’ monitoraġġ, li tibni fuq u, fejn meħtieġ, issaħħaħ l-istrutturi u r-riżorsi eżistenti rilevanti tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni, biex timmonitorja l-implimentazzjoni tas-sentenzi tal-QĠUE u tal-QEDB relatati mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE u fil-pajjiżi kandidati, u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa tabella ta’ valutazzjoni pubblika jew għodda ekwivalenti biex issegwi tali implimentazzjoni, tintegra bis-sħiħ is-sejbiet rilevanti fir-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt, u toħroġ b’mod sistematiku rakkomandazzjonijiet imfassla apposta u speċifiċi għall-pajjiż, b’enfasi partikolari fuq l-Istati Membri li jonqsu b’mod persistenti milli jimplimentaw is-sentenzi tal-QĠUE u tal-QEDB; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza d-data dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-fehmiet speċifiċi għall-pajjiż tal-korpi ta’ monitoraġġ tat-trattati tan-NU, abbażi tad-data miġbura mill-aġenziji tal-UE, b’mod partikolari l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali; itenni li l-implimentazzjoni effettiva tas-sentenzi hija essenzjali biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali minquxa fit-TUE, it-TFUE, il-Karta u l-KEDB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-għodod ta’ infurzar b’mod aktar deċiżiv f’każijiet ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni persistenti, u tivvaluta huwiex il-każ li jinbdew proċedimenti skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, l-Artikolu 260 tat-TFUE, u, meta rilevanti, il-kundizzjonalità baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri biex jappoġġjaw implimentazzjoni bi skedi ta’ żmien, responsabbiltajiet u sorveljanza parlamentari ċari, u jissalvagwardjaw l-indipendenza ġudizzjarja u jiżguraw li l-qrati nazzjonali ma jiġux imxekkla milli japplikaw b’mod konsistenti l-ġurisprudenza tal-QEDB u tal-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Ifakkar li l-istat tad-dritt jiġi mminat meta l-liġijiet adottati demokratikament jiffaċċjaw tfixkil istituzzjonali jew reżistenza minn ċerti setturi ġudizzjarji jew amministrattivi, li jmorru lil hinn mir-rieżami jew l-iskrutinju leġittimu, u jipprevjenu l-implimentazzjoni xierqa tagħhom; jissottolinja li l-istati demokratiċi jeħtiġilhom jiżguraw mekkaniżmi għar-rikonċiljazzjoni politika u soċjali, jipprevjenu l-ġudizzjarizzazzjoni eċċessiva tal-kunflitti politiċi, u jsaħħu d-djalogu demokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jissottolinja r-rabta ċara bejn ir-rigress tal-istat tad-dritt u l-ksur serju tad-drittijiet fundamentali, inklużi n-nuqqas ta’ proċess ġust għad-detenuti, l-użu ħażin tal-arrest preventiv, l-inċitament għall-mibegħda fid-diskors politiku jew istituzzjonali, u l-miżuri restrittivi fil-konfront tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jemmen bis-sħiħ li l-Kummissjoni għandha tivvaluta kif l-Istati Membri jindirizzaw dan il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali, u żżid l-isforzi tagħha biex tiżgura sistema ġudizzjarja aċċessibbli, effettiva u imparzjali; jinnota bi preokkupazzjoni l-użu ta’ proċeduri legali straordinarji u digrieti eżekuttivi biex jissawwar mill-ġdid ix-xenarju ġudizzjarju lil hinn mill-ambitu tal-iskrutinju parlamentari normali, li jirrifletti xejriet li qabel kienu identifikati bħala inkompatibbli mas-separazzjoni tas-setgħat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet bħala punt ta’ tħassib li għandu x’jaqsam mal-istat tad-dritt, fid-dawl ta’ popolazzjoni eċċessiva mifruxa, kundizzjonijiet tal-għajxien inadegwati u rati ta’ suwiċidju li qed jiżdiedu, li jimminaw id-drittijiet fundamentali tad-detenuti fis-sistemi penitenzjarji tal-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fil-ħabsijiet, inklużi l-faċilitajiet għall-minorenni, ikunu konformi mal-istandards tad-drittijiet fundamentali, billi jindirizzaw il-popolazzjoni eċċessiva, jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-appoġġ psikoloġiku, u jsaħħu l-miżuri ta’ prevenzjoni tas-suwiċidju; jilqa’ l-inizjattivi meħuda minn xi Stati Membri biex jindirizzaw il-popolazzjoni eċċessiva, u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar miżuri strutturali, inklużi strateġiji koerenti biex jitnaqqsu l-popolazzjonijiet tal-ħabsijiet u tingħata prijorità lill-miżuri mhux ta’ kustodja u alternattivi oħra għall-ħabs;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas kontra l-korruzzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Itenni li l-korruzzjoni hija theddida serja għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trattament ġust taċ-ċittadini kollha, li xxekkel l-iżvilupp ekonomiku, tnaqqas il-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet, u toħloq vulnerabbiltajiet li jistgħu jiġu sfruttati minn atturi esterni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-fiduċja pubblika fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni għadha baxxa, peress li żewġ terzi tal-Ewropej jemmnu li l-każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli mhumiex segwiti biżżejjed, aktar minn nofshom iqisu l-azzjoni tal-gvern bħala ineffettiva u kważi nofshom għandhom dubji dwar l-applikazzjoni imparzjali tal-miżuri kontra l-korruzzjoni; jenfasizza lakuni sinifikanti fil-mekkaniżmi ta’ rapportar u fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku; iqis li din hija sejħa ċara biex l-UE tintensifika l-ħidma tagħha biex tipprevjeni u tiġġieled il-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Huwa mħasseb ferm dwar każijiet ta’ korruzzjoni li feġġew fl-istituzzjonijiet Ewropej u jisħaq li l-istat tad-dritt jirrikjedi li l-persuni li jokkupaw kariga pubblika ma jkunux jistgħu jaġixxu b’mod arbitrarju jew jabbużaw mis-setgħa tagħhom għal gwadann personali; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE japplikaw bis-sħiħ il-prinċipji ta’ governanza tajba, inklużi t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont, u l-integrità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jisħaq li s-sħubija sħiħa tal-UE fil-GRECO, lil hinn mill-istatus attwali ta’ osservatur tagħha, hija meħtieġa biex tiġi indirizzata l-asimmetrija eżistenti fejn l-Istati Membri kollha tal-UE jiġu evalwati mill-GRECO filwaqt li l-istituzzjonijiet tal-UE nfushom mhumiex, u b’hekk tiġi limitata l-koerenza fil-qafas tal-integrità tal-UE; jenfasizza li l-Kummissjoni ma tistax tkun mistennija b’mod raġonevoli li tivvaluta lilha nnifisha fi kwistjonijiet ta’ integrità u kontra l-korruzzjoni, u li r-rikors għal monitoraġġ estern indipendenti rikonoxxut huwa essenzjali biex jiġu żgurati l-kredibbiltà, it-trasparenza u l-fiduċja pubblika; jisħaq fuq l-importanza li jintbagħat sinjal politiku ċar li l-istituzzjonijiet tal-UE stess huma soġġetti għall-istess livell ta’ skrutinju u standards bħall-awtoritajiet nazzjonali; ifakkar li s-sħubija tal-UE fil-GRECO ssaħħaħ l-allinjament tar-regoli, tiżgura l-konsistenza metodoloġika, ittejjeb it-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-effiċjenza fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE, il-proċess leġiżlattiv u l-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE, filwaqt li ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi ġirien fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkonkludi malajr in-negozjati dwar is-sħubija sħiħa tal-UE fil-GRECO; jinnota li l-adeżjoni mal-UE tista’ ssegwi żewġ rotot legali, jew permezz ta’ talba diretta biex taderixxi għall-Ftehim GRECO jew, b’mod aktar sempliċi, permezz tal-adeżjoni għal konvenzjoni waħda, jew għat-tnejn li huma, tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-korruzzjoni (ETS Nru 173 u/jew 174), li awtomatikament tkun tinvolvi s-sħubija fil-GRECO; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni ssegwi mingħajr dewmien l-aktar perkors legali effiċjenti lejn sħubija sħiħa fil-GRECO u tiżgura li r-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt ikopri wkoll l-istituzzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-GRECO tal-Kunsill tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jippubblikaw, jadottaw, jaġġornaw, jimmonitorjaw, jimplimentaw u jirrevedu l-istrateġija nazzjonali tagħhom dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, jistabbilixxu objettivi, prijoritajiet, u miżuri korrispondenti u l-mezzi biex jintlaħqu dawn l-objettivi, sabiex jiġi żgurat li l-azzjoni kontra l-korruzzjoni tiġi integrata fis-setturi ta’ politika rilevanti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) fil-ħarsien tal-istat tad-dritt u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, kif ukoll fil-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni mill-attività kriminali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-livell ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti mal-UPPE f’rapporti sussegwenti, u tagħmel użu sħiħ mill-għodod tagħha fejn il-kooperazzjoni tkun insuffiċjenti; jappoġġja t-tisħiħ tas-setgħat ta’ monitoraġġ, koordinazzjoni u operazzjonali tal-UPPE bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni l-korruzzjoni fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni taċċelera r-reviżjoni tar-Regolament dwar l-UPPE sabiex ittejjeb il-kooperazzjoni operazzjonali u l-appoġġ għall-analiżi tad-data bejn l-UPPE u l-Europol; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux dan biex jingħaqdu mal-UPPE sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi kandidati potenzjali, kif ukoll lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-UE, jistabbilixxu jew isaħħu miżuri preventivi kontra l-korruzzjoni, bħal istituzzjonijiet speċjalizzati u indipendenti kontra l-korruzzjoni, ġestjoni trasparenti tal-fondi tal-UE, infurzar imsaħħaħ jew xieraq tar-rekwiżiti ta’ trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet, bħar-reġistri tal-lobbyists u l-obbligi ta’ rapportar dwar il-finanzjament politiku, filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ trasparenza fl-oqsma ta’ politika rilevanti tal-UE, kodiċijiet ta’ kondotta għall-uffiċjali pubbliċi, dikjarazzjonijiet obbligatorji tal-assi u verifika tagħhom, sistemi ta’ twissija bikrija, u regoli ċari dwar il-kunflitt ta’ interess u l-prattiki “revolving doors”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-UE jsaħħu l-miżuri tagħhom kontra l-korruzzjoni fir-rigward tal-iżvelar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, l-aċċess miftuħ għall-informazzjoni, u r-regoli li jirregolaw l-interazzjoni tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE mas-settur privat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-aġenziji, l-uffiċċji, u l-istituzzjonijiet tal-UE, bħall-Europol, l-Eurojust, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-UPPE u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) itejbu l-kooperazzjoni tagħhom, b’mod partikolari permezz ta’ rieżami u tisħiħ tal-arkitettura tal-UE kontra l-frodi, inkluż l-iżgurar li l-OLAF ikollu riżorsi adegwati, sabiex jiġu żgurati identifikazzjoni, prevenzjoni u prosekuzzjoni aktar effettivi tal-ksur tal-istat tad-dritt fejn dawn ikollhom riperkussjonijiet diretti jew indiretti fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jappella għar-rinfurzar ta’ miżuri preventivi kontra l-prattiki “revolving doors” fis-sistemi ġudizzjarji, b’mod partikolari fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali, biex jiġi evitat li l-imħallfin u l-prosekuturi jieħdu pożizzjonijiet fil-gvern u politiċi li jistgħu jwasslu għal kunflitti ta’ interess u jagħmlu ħsara lill-integrità u l-imparzjalità tas-sistema ġudizzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni f’xi Stati Membri fejn korpi speċjalizzati kontra l-korruzzjoni ġew żarmati, assorbiti fi strutturi inqas indipendenti, jew kellhom il-kompetenzi tagħhom riallokati b’modi li jnaqqsu l-indipendenza tagħhom jew jippermettu li s-setgħat ta’ prosekuzzjoni jew tal-pulizija jintużaw għal skopijiet politiċi; jinnota li dawn l-iżviluppi wasslu għal tnaqqis qawwi fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ każijiet ta’ korruzzjoni, inklużi każijiet ta’ livell għoli, u jimminaw l-effettività tal-oqfsa nazzjonali kontra l-korruzzjoni, kif muri minn analiżijiet esperti reċenti; jirrimarka li s-servizz tal-prosekuzzjoni huwa element fundamentali fil-kapaċità ta’ Stat Membru li jiġġieled il-kriminalità u l-korruzzjoni; jiddispjaċih dwar kwalunkwe ndħil tal-gvern jew politiku f’investigazzjonijiet kriminali, inklużi l-korruzzjoni u reati relatati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu l-indipendenza, l-imparzjalità, l-ispeċjalizzazzjoni u r-riżorsi adegwati tal-bordijiet tad-dixxiplina, tas-servizzi tal-prosekuzzjoni, tal-aġenziji kontra l-korruzzjoni u tal-ġudikatura, f’konformità mal-impenji tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC) u l-GRECO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jilqa’ d-Direttiva l-ġdida dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li taġġorna u ssaħħaħ il-qafas legali tal-UE bi qbil mal-UNCAC; jilqa’ b’mod partikolari l-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE tad-definizzjoni ta’ reati ewlenin ta’ korruzzjoni, inklużi t-tixħim fis-setturi pubbliċi u privati, il-miżapproprjazzjoni, l-eżerċitar ta’ influwenza, it-tfixkil tal-ġustizzja, l-arrikkiment illeċitu, il-ħabi u l-abbużi serji tal-funzjoni pubblika; ifakkar li r-reat ta’ abbuż tal-uffiċċju u reati oħra simili jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, jiffurmaw parti integrali mill-qafas regolatorju dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-trasparenza, u jmorru kontra l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jilqa’ t-tisħiħ tas-sanzjonijiet kriminali kemm għall-persuni fiżiċi kif ukoll għal dawk ġuridiċi, inklużi sentenzi ta’ kustodja ta’ mill-anqas tliet snin sa ħames snin, skwalifika mill-kariga pubblika u esklużjoni mill-aċċess għall-fondi pubbliċi, kif ukoll multi bbażati fuq il-fatturat għall-kumpaniji; jinnota r-regoli msaħħa dwar il-ġuriżdizzjoni, li jippermettu lill-Istati Membri jipproċedu kontra ċerti reati mwettqa barra mill-pajjiż; jilqa’ l-qafas preventiv imsaħħaħ, inkluż l-obbligu li jkun hemm stabbiliti korpi jew unitajiet organizzattivi speċjalizzati kontra l-korruzzjoni, li jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju regolari u jiżguraw il-protezzjoni għall-whistleblowers u l-persuni li jikkooperaw; jisħaq li d-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni tenfasizza li filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ ir-regoli rilevanti kollha fil-kostituzzjonijiet nazzjonali, il-prinċipji u l-liġijiet kostituzzjonali, il-protezzjoni indebita tal-individwi, b’mod partikolari d-detenturi ta’ kariga pubblika, mill-obbligu ta’ rendikont għal reati ta’ korruzzjoni tista’ timmina l-fiduċja pubblika b’mod inkompatibbli mal-objettivi ta’ din id-Direttiva; jisħaq ukoll li l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ sistema għar-reġistrazzjoni, il-produzzjoni u l-għoti ta’ data statistika anonimizzata dwar l-għadd ta’ maħfriet relatati mal-kundanni fir-rigward tal-Artikoli 7, 8, 9 u 10 tad-Direttiva; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jimplimentaw malajr u bis-sħiħ id-Direttiva dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jisħaq li l-istat tad-dritt jirrikjedi li l-uffiċjali pubbliċi, kemm fl-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll fl-Istati Membri, jaġixxu b’mod trasparenti u fl-interess pubbliku, mingħajr abbuż tal-poter jew teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod arbitrarju; jistieden lill-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi kandidati potenzjali jippromwovu kultura ta’ integrità permezz ta’ taħriġ regolari kontra l-korruzzjoni għall-uffiċjali pubbliċi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura, u billi jinvolvu b’mod attiv lis-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jissottolinja li l-libertà tal-informazzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku huma dritt fundamentali u komponent essenzjali tat-trasparenza, ir-responsabbiltà demokratika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinnota li r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt ikopri b’mod sistematiku dan il-qasam, inklużi restrizzjonijiet, dewmien jew ostakli mhux ġustifikati fl-aċċess għall-informazzjoni pubblika; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu aċċess f’waqtu, effettiv u mhux diskriminatorju għall-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi, u jżommu lura minn miżuri leġiżlattivi jew amministrattivi li jillimitaw it-trasparenza jew ifixklu l-iskrutinju pubbliku, meta jkunu inkompatibbli mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jesprimi tħassib li r-riformi reċenti tal-liġi kriminali li jnaqqsu s-sanzjonijiet u l-perjodi ta’ preskrizzjoni għal reati kontra l-korruzzjoni rriżultaw fil-waqfien ta’ mijiet ta’ kawżi relatati mal-korruzzjoni, inklużi dawk li jinvolvu reati serji, id-dgħajfien tad-deterrenza, it-trawwim ta’ klima ta’ impunità u t-tnaqqis tal-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota li fl-Ungerija l-konċentrazzjoni tal-influwenza tal-eżekuttiv fuq il-prosekuturi, flimkien ma’ riformi leġiżlattivi li jippermettu l-għeluq ta’ każijiet ta’ korruzzjoni jew id-dgħajfien tal-penali, tirrifletti xejriet ta’ rigress sistemiku identifikati preċedentement mill-Parlament fil-kuntest tal-proċedimenti tal-Artikolu 7 tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali jiżguraw li jitwettqu investigazzjonijiet fil-pront, bir-reqqa u imparzjali ta’ każijiet ta’ korruzzjoni, bi prijorità partikolari mogħtija lil każijiet li jinvolvu uffiċjali ta’ livell għoli, sabiex jiġi ssalvagwardjat l-istat tad-dritt, tinżamm il-fiduċja pubblika u jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont fil-livelli kollha tal-gvern; jistieden, barra minn hekk lill-Istati Membri jagħtu segwitu lil każijiet bħal dawn fi żmien raġonevoli sabiex ma jrawmux sens ta’ impunità fost iċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jallinjaw id-dispożizzjonijiet legali tagħhom dwar ir-responsabbiltà kriminali ta’ uffiċjali ta’ livell għoli, kif definit fid-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u jnaqqsu l-ostakli legali u proċedurali li jxekklu lill-awtoritajiet ġudizzjarji milli jeżaminaw malajr il-każijiet rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b’mod sistematiku dwar ir-rekord ta’ investigazzjonijiet, akkużi u kundanni finali f’każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli f’kull Stat Membru, u tiddistingwi bejniethom; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tidentifika sitwazzjonijiet ta’ impunità persistenti bħala vulnerabbiltajiet strutturali b’implikazzjonijiet sinifikanti għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE, u tinkludi dawn is-sejbiet fil-kapitolu kontra l-korruzzjoni tar-rapport dwar l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali li għandhom il-whistleblowers fil-kxif tal-korruzzjoni u fil-promozzjoni tat-trasparenza kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn ikunu protetti b’mod effettiv kontra r-ritaljazzjoni u l-fastidju; jappella għat-tisħiħ ulterjuri tal-awtoritajiet indipendenti u awtonomi għall-protezzjoni tal-whistleblowers u għall-integrazzjoni tagħhom f’oqfsa nazzjonali usa’ kontra l-korruzzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati jipproteġu u jkomplu jsaħħu l-protezzjoni għall-whistleblowers u l-ġurnalisti li jirrapportaw dwar il-korruzzjoni jew dwar il-ġestjoni ħażina tal-fondi tal-UE, billi jiżguraw li jkun hemm mezzi ta’ rapportar kunfidenzjali, rimedji effettivi kontra r-ritaljazzjoni, u l-protezzjoni tal-ġurnaliżmu investigattiv u tal-libertà tal-espressjoni; jappella għall-introduzzjoni ta’ ċirkostanzi aggravanti speċifiċi fid-dritt kriminali għal reati mwettqa kontra l-ġurnalisti meta tali atti jkunu mmotivati mill-attivitajiet professjonali tagħhom jew marbuta magħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-protezzjoni tal-ġurnalisti, u l-pluraliżmu u l-libertà tal-media</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jiddikjara li l-assassinju ta’ ġurnalisti investigattivi jikkostitwixxi attakk dirett fuq l-istat tad-dritt, peress li mhux biss jimmina l-kapaċità taċ-ċittadini u tal-istituzzjonijiet li jżommu lil dawk fil-poter responsabbli għal għemilhom, iżda jirrappreżenta wkoll waħda mill-aktar forom estremi ta’ ċensura, li toħloq theddida diretta għal-libertà tal-espressjoni u għall-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi; jisħaq li t-theddid, il-fastidju u l-kampanji kontra l-ġurnalisti, inklużi dawk li jkunu politikament motivati, joħolqu effett dissważiv fuq ir-rapportar investigattiv u jridu jiskattaw investigazzjonijiet fil-pront, bir-reqqa, indipendenti u effettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa s-sorveljanza tal-ġurnalisti, b’mod partikolari permezz ta’ software ta’ spjunaġġ, inkluż il-każ tal-Paragon Graphite, kif ukoll l-attakki kontra ġurnalisti u atturi tas-soċjetà ċivili f’diversi Stati Membri, li jikkostitwixxi ksur tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-media, u jimmina l-prinċipji tad-demokrazija; jenfasizza l-importanza li l-ġurnalisti u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom jiġu protetti minn kwalunkwe forma ta’ sorveljanza illegali jew arbitrarja; jilqa’ l-isforzi bl-għan tat-tisħiħ tas-salvagwardji kontra prattiki bħal dawn; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu s-salvagwardji eżistenti, inklużi r-rieżami ġudizzjarju, il-valutazzjonijiet tan-neċessità u tal-proporzjonalità u l-mekkaniżmi ta’ rimedju effettivi, kif ukoll l-infurzar tad-dritt tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>jibqa’ mħasseb dwar is-segwitu limitat mogħti mill-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Inkjesta tal-Parlament dwar l-użu tal-Pegasus u ta’ software ta’ spjunaġġ ekwivalenti, iqis li l-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tagħhom issaħħaħ b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-UE li tipprevjeni l-abbużi u tirrispetta d-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament, b’mod partikolari lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) tiegħu, dwar l-istat ta’ implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-użu ta’ software ta’ spjunaġġ kontra l-ġurnalisti fir-rapport futur tagħha dwar l-istat tad-dritt, peress li għandu impatt dirett fuq il-libertà tal-media, il-pluraliżmu tal-media u s-sikurezza tal-ġurnalisti; jirrikonoxxi li, wara t-tħassib imqajjem fil-livell tal-UE, ċerti Stati Membri introduċew riformi maħsuba biex itejbu s-sorveljanza, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fl-użu tat-teknoloġiji ta’ sorveljanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-użu ta’ teknoloġiji ta’ sorveljanza dejjem aktar intrużivi, inklużi għodod ibbażati fuq l-IA, b’mod partikolari fejn l-użu tagħhom jista’ jinterferixxi b’mod sproporzjonat mad-drittijiet fundamentali, bħall-privatezza, il-libertà ta’ għaqda jew il-libertà tal-media; jisħaq li t-teknoloġiji ta’ sorveljanza bbażati fuq l-IA, inklużi s-sistemi bijometriċi bħar-rikonoxximent tal-wiċċ, joħolqu riskju kbir għar-rispett tad-drittijiet fundamentali, u li, meta jintużaw, iridu jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel u sorveljanza trasparenti; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-prattiki nazzjonali li jinvolvu sorveljanza bijometrika jew ġbir ta’ data fuq skala kbira joħolqux riskji sistemiċi għall-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-allegazzjonijiet dejjem aktar dokumentati sew ta’ sorveljanza u spjunaġġ illegali fil-konfront tal-istituzzjonijiet tal-UE; jisħaq li tali prattiki, jekk jiġu kkonfermati, jikkostitwixxu theddida serja għall-istat tad-dritt, is-separazzjoni tas-setgħat, is-sorveljanza demokratika u l-integrità tal-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Ifakkar li l-użu ta’ software ta’ spjunaġġ, minħabba n-natura intrużiva ħafna tiegħu, jikkostitwixxi interferenza serja fid-drittijiet fundamentali, jimmina l-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u jista’ jfixkel il-funzjonament tas-suq uniku u l-politiki tal-UE; jappella għal trasparenza sħiħa, skrutinju effettiv u indipendenti fuq tali prattiki, u miżuri korrettivi konkreti, inkluż fil-livell tal-UE, biex jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont; itenni li s-sorveljanza trid titwettaq f’konformità mal-liġi, isservi għan leġittimu u tkun strettament meħtieġa u proporzjonata, u soġġetta għal salvagwardji robusti; jissottolinja li kwalunkwe użu ħażin tal-għodod ta’ sorveljanza li jiġi debitament stabbilit wara proċess dovut irid ikollu konsegwenzi tanġibbli fl-ambitu tal-istrumenti legali u baġitarji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jibqa’ mħasseb ħafna li s-sjieda tal-media, kemm jekk f’idejn pubbliċi kif ukoll jekk f’idejn privati, għadha kkonċentrata ferm f’ħafna Stati Membri, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali, u dan joħloq riskju għad-diversità tal-informazzjoni u tal-fehmiet; jesprimi tħassib dwar l-indħil politiku dejjem akbar fil-governanza, il-ġestjoni u l-persunal tal-media tas-servizz pubbliku, li jimmina l-indipendenza tagħhom; jisħaq fuq l-importanza demokratika ta’ media tas-servizz pubbliku indipendenti u ffinanzjata tajjeb; jistieden lill-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi kandidati potenzjali jadottaw oqfsa leġiżlattivi biex jipprevjenu l-konċentrazzjoni orizzontali, jiżguraw it-trasparenza tas-sjieda u tal-maniġment, inkluż permezz ta’ reġistri ta’ sjieda pubblika, jiggarantixxu allokazzjoni trasparenti tal-fondi pubbliċi, u jistabbilixxu mekkaniżmi indipendenti ta’ sorveljanza u konformità biex jissalvagwardjaw l-indipendenza editorjali u ġurnalistika u r-rwol tal-media bħala għassies pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jikkundanna kwalunkwe ndħil politiku indebitu fil-ġestjoni tal-media pubblika u jinnota bi tħassib ir-riformi strutturali f’ċerti Stati Membri li jżidu l-influwenza politika fuq il-proċeduri tal-ħatra u tat-tkeċċija, kif ukoll l-użu ta’ reklamar ikkontrollat mill-Istat, korpi regolatorji influwenzati politikament u l-konsolidazzjoni tal-media f’konglomerati favur il-gvern, li flimkien inaqqsu l-pluraliżmu tal-media u jirrestrinġu l-aċċess għal informazzjoni indipendenti; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw proċeduri ta’ ħatra trasparenti, miftuħa, effettivi u mhux diskriminatorji għall-korpi governattivi, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u proporzjonati stabbiliti minn qabel, f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media u jħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib ir-riformi nazzjonali li jistgħu jimminaw il-pluraliżmu tal-media u l-indipendenza tal-media tas-servizz pubbliku; jisħaq li media indipendenti u affidabbli, inkluża media tas-servizz pubbliku ħielsa minn kontroll politiku, hija indispensabbli għar-responsabbiltà demokratika, peress li tippermetti liċ-ċittadini jiskrutinizzaw lil dawk fil-poter u jidentifikaw il-korruzzjoni u l-abbuż tal-uffiċċju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Ifakkar li pjattaformi online bħal Instagram, TikTok u X huma sorsi ewlenin ta’ aħbarijiet, b’mod partikolari għal udjenzi iżgħar fl-età; jesprimi t-tħassib li s-sistemi ta’ rakkomandazzjoni jistgħu jamplifikaw il-kontenut polarizzanti u joħolqu “kmamar tal-eku” tal-informazzjoni, u dan joħloq riskji serji għad-dibattitu demokratiku u l-pluraliżmu tal-media; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura b’mod effettiv l-infurzar tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligi tal-pjattaformi li jimmitigaw ir-riskji sistemiċi għall-pluraliżmu tal-media u d-diskors ċiviku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi għall-promozzjoni ta’ media ħielsa, indipendenti u pluralistika, bħall-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media (EMFA); jesprimi dispjaċir, madankollu, li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-EMFA għadu ’l bogħod milli jiġi implimentat b’mod effettiv; jistieden lill-Istati Membri jissodisfaw minnufih l-obbligi tagħhom biex jiżguraw l-implimentazzjoni rapida u sħiħa tiegħu, inkluża t-trasparenza fl-allokazzjoni tar-reklamar mill-Istat online u offline, u s-salvagwardja tal-pluraliżmu tal-media u tal-indipendenza editorjali; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fit-traspożizzjoni tal-EMFA fil-liġi nazzjonali, timmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu, u tikkunsidra proċedimenti ta’ ksur meta l-obbligi ma jiġux issodisfati; jistieden lill-Kummissjoni tassisti b’mod attiv lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-EMFA, inkluż permezz tal-adozzjoni ta’ linji gwida interpretattivi fejn meħtieġ, u timmonitorja mill-qrib l-infurzar effettiv tiegħu, b’mod partikolari fl-Istati Membri li fihom sorsi indipendenti qajmu tħassib dwar il-libertà tal-media; jisħaq li, minħabba l-applikabbiltà diretta tar-Regolament, il-ġurnalisti u l-partijiet ikkonċernati diġà huma intitolati li jinvokawh quddiem il-qrati nazzjonali u tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati jiżguraw il-protezzjoni tal-ġurnalisti u ta’ professjonisti oħra tal-media fl-UE f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni (UE) 2021/1534<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1534 tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar l-iżgurar tal-protezzjoni, tas-sikurezza u tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti u ta’ professjonisti oħra fil-media fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 331, 20.9.2021, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2021/1534/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u (UE) +2022/758<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/758 tas-27 ta’ April 2022 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti tal-qorti manifestament bla bażi jew abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (ĠU L 138, 17.5.2022, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2022/758/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li l-protezzjoni tal-ġurnalisti trid tinkludi mhux biss miżuri effettivi ta’ sikurezza fiżika, iżda wkoll salvagwardji kontra t-theddid online, il-fastidju u l-attakki diġitali, kif ukoll l-aċċess għall-informazzjoni mingħajr ostakli bla bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jikkundanna d-diskors ta’ mibegħda kemm online kif ukoll offline, inkluża l-media mainstream, fuq il-media soċjali u fl-ispazji pubbliċi, peress li dan jikkostitwixxi theddida serja għad-demokrazija u l-istat tad-dritt; jappella għal infurzar aktar b’saħħtu tar-regolamenti dwar il-media biex jiġi ssalvagwardjat xenarju tal-media divers u inklużiv; jissottolinja li l-personalitajiet pubbliċi jeħtiġilhom imexxu bl-eżempju biex jiżguraw dibattitu rispettuż; ifakkar li l-libertà tal-espressjoni hija dritt fundamentali u ma għandhiex tkun ristretta b’mod mhux ġustifikat; jisħaq li l-libertà tal-espressjoni ma tridx tintuża biex tiġġustifika d-diskors ta’ mibegħda jew ir-reati ta’ mibegħda; jistieden lill-Istati Membri jirrevokaw jew jemendaw leġiżlazzjoni li mhijiex f’konformità mal-istandards Ewropej rigward il-libertà tal-espressjoni u d-dibattitu pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Ifakkar li l-libertà tal-espressjoni hija pedament tas-soċjetajiet demokratiċi u element essenzjali tal-istat tad-dritt; jinnota bi tħassib iż-żieda fil-miżuri amministrattivi u kriminali mmirati lejn l-akkademiċi, il-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ u fil-ħin id-Direttiva kontra s-SLAPP<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (ĠU L, 2024/1069, 16.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1069/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/758; iħeġġeġ lill-Istati Membri jmorru lil hinn mill-minimu tat-traspożizzjoni u jadottaw miżuri domestiċi komprensivi kontra s-SLAPP biex jipproteġu lill-ġurnalisti u lil miri oħra mill-intimidazzjoni, mill-malafama u minn restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jirrakkomanda li, meta jittrasponu d-Direttiva, l-Istati Membri jestendu l-applikazzjoni tagħha biex tinkludi wkoll każijiet nazzjonali, peress li l-maġġoranza tal-każijiet SLAPP iseħħu fil-livell nazzjonali; jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ tkeċċija bikrija, regoli effettivi dwar it-trasferiment tal-kostijiet, sanzjonijiet dissważivi kontra litiganti abbużivi, u miżuri ta’ appoġġ robusti għall-ġurnalisti affettwati u miri oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra b’mod urġenti proposti jew strumenti komplementari biex tindirizza s-SLAPPs mhux koperti taħt il-qafas attwali tal-UE, u tesplora emendi li jespandu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva lil hinn mill-każijiet transfruntiera, filwaqt li tiżgura livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk is-sanzjonijiet tal-UE biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni jikkonformawx mar-rekwiżit tal-proporzjonalità skont id-dritt tal-UE u mal-Artikolu 11 tal-Karta, filwaqt li tirrikonoxxi bis-sħiħ l-objettiv leġittimu li tadotta politiki biex tindirizza d-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni; iqis li d-dritt li wieħed jinstema’ u salvagwardji legali adegwati jridu jiġu ggarantiti qabel ma tali miżuri jiġu applikati mill-Kunsill, speċjalment meta d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE, b’mod partikolari l-ġurnalisti, jirriskjaw li jiġu mminati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżguraw li l-minoranzi jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod effettiv fil-media u jkollhom aċċess għaliha u jiżguraw li s-servizzi tal-media awdjoviżiva ma jkunx fihom inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra l-minoranzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu oqfsa li jiggarantixxi l-libertà tal-persuni li jfittxu, jirċievu u jagħtu informazzjoni, u jiżguraw li l-koordinaturi nazzjonali previsti fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) ikunu jistgħu jwettqu bis-sħiħ ir-rwol tagħhom li jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell Ewropew; jissottolinja l-importanza tal-implimentazzjoni f’waqtha u effettiva tad-DSA biex jiġi żgurat ambjent online sikur, trasparenti u b’obbligu ta’ rendikont; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li t-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/343 dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza tirrispetta bis-sħiħ il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni kif iggarantita mill-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u ma tintroduċix restrizzjonijiet fuq ir-rappurtar dwar kwistjonijiet ta’ interess pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-monitoraġġ tal-pjattaformi online kbar u l-infurzar tad-DSA, inklużi investigazzjonijiet dwar il-manipulazzjoni algoritmika, l-amplifikazzjoni tad-diskors ta’ mibegħda, il-propaganda politika, jew in-nuqqas ta’ sorveljanza; jisħaq fuq l-importanza tat-trasparenza fl-algoritmi tal-pjattaformi, tal-awditi indipendenti u tal-mekkaniżmi ta’ verifika tal-fatti biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni, u jissottolinja li dawn il-miżuri għandhom jiġu kkomplementati minn aċċess iggarantit għall-informazzjoni u l-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku fost iċ-ċittadini kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jisħaq li d-diżinformazzjoni fuq skala kbira u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni, amplifikati dejjem aktar minn sistemi avvanzati tal-IA, joħolqu riskji serji għall-istat tad-dritt u għall-proċessi demokratiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinfurzaw bis-sħiħ l-Att dwar l-IA<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jiżguraw it-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-mitigazzjoni effettiva tar-riskji sistemiċi mmexxija mill-IA għall-istat tad-dritt, b’mod partikolari f’kuntesti elettorali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Spazju tas-soċjetà ċivili</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali li għandha soċjetà ċivili b’saħħitha u mhux ostakolata, inklużi l-organizzazzjonijiet ta’ bażi u tal-komunità, it-trade unions, il-gruppi ta’ attivisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), kif ukoll awtoritajiet indipendenti u ombudspersons, fil-promozzjoni u d-difiża tad-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u biex jiżguraw l-obbligu ta’ rendikont kemm għal atturi statali kif ukoll privati permezz tar-rwol tagħhom bħala għassiesa; ifakkar li, f’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li għad hemm ostakli f’xi Stati Membri għall-ħolqien ta’ ambjent li jippromwovi l-ħidma tal-atturi tas-soċjetà ċivili, kif ukoll il-ħtieġa ta’ miżuri addizzjonali għalihom, bħal taħriġ iddedikat, mekkaniżmi ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ protezzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex issaħħaħ il-protezzjoni ta’ dawn l-atturi kollha u tiggarantixxi l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-attivitajiet tagħhom; ifakkar fil-ħtieġa ta’ ambjent sikur, ta’ appoġġ u abilitanti għalihom; jinkoraġġixxi l-involviment ċiviku u l-parteċipazzjoni fil-proċessi demokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-protezzjoni tal-minoranzi u fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, filwaqt li jappella għal aċċess ġust u ekwu għall-appoġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Itenni l-importanza ta’ konsultazzjoni wiesgħa fl-abbozzar tar-rapport dwar l-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità liż-żjarat fuq il-post fl-Istati Membri, peress li dawn jippermettu valutazzjoni aktar komprensiva u kuntestwali tas-sitwazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ spazju ċiviku vibranti u tad-drittijiet għal-libertà ta’ għaqda paċifika u l-libertà ta’ assoċjazzjoni madwar l-UE, filwaqt li jisħaq li dawn id-drittijiet, protetti mid-dritt internazzjonali u mill-Karta, huma essenzjali għad-demokrazija u għall-obbligu ta’ rendikont tal-gvern; jinnota li dawn il-libertajiet jeħtieġu tisħiħ ulterjuri f’xi Stati Membri; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-protezzjoni tal-libertà ta’ għaqda għal kulħadd u jiggarantixxu ambjent sikur, abilitanti u legalment sigur għall-eżerċizzju tagħha, f’konformità mad-dritt tal-UE u mal-istandards Ewropej u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota bi tħassib ir-restrizzjonijiet dejjem jiżdiedu li jaffettwaw l-ispazju ċiviku f’diversi Stati Membri, inklużi piżijiet amministrattivi eċċessivi, kampanji ta’ malafama u limitazzjonijiet fuq l-aċċess għar-riżorsi, li joħolqu effett dissważiv u jimminaw ir-rwol ta’ għassiesa tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar restrizzjonijiet ripetuti fuq il-libertà ta’ għaqda; jenfasizza l-kritika espressa mill-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, in-Nazzjonijiet Uniti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rigward ċerti liġijiet, inkluża l-leġiżlazzjoni rilevanti fil-qasam tas-sigurtà, li ma jissodisfawx ir-rekwiżit tal-proporzjonalità, li jistgħu jdgħajfu s-salvagwardji legali u li jistgħu jkunu f’kunflitt mal-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Istati Membri jżommu lura milli jadottaw liġijiet jew prattiki li jirrestrinġu b’mod preventiv id-dritt għall-għaqda paċifika, inkluża l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet jew penali fuq parteċipanti f’dimostrazzjonijiet paċifiċi mingħajr sorveljanza ġudizzjarja; ifakkar lill-Istati Membri li l-liġijiet u l-prattiki li jikkonċernaw l-assemblej u l-protesti jridu dejjem jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz ta’ taħriġ adegwat dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ġestjoni tal-folol għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jintroduċu proċeduri jew mekkaniżmi xierqa għar-reġistrazzjoni tal-kontrolli tal-identità, u jistieden lill-Istati Membri jippubblikaw data dwar il-korrimenti u l-imwiet matul il-protesti sabiex jissaħħu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jirrikonoxxi l-Istrateġija tal-UE għas-Soċjetà Ċivili u l-miżuri biex jissaħħu l-protezzjoni, il-parteċipazzjoni u l-finanzjament sostenibbli, inklużi l-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili, iċ-Ċentru ta’ Għarfien dwar l-Ispazju Ċiviku u aktar għodod ta’ protezzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jkomplu jtejbu l-ambjent legali u regolatorju għas-soċjetà ċivili, filwaqt li jiżguraw li kwalunkwe restrizzjoni fuq il-finanzjament u l-attivitajiet tal-assoċjazzjonijiet tkun iġġustifikata b’mod ċar, tkun proporzjonata, issegwi għanijiet ta’ interess pubbliku u tikkonforma bis-sħiħ mad-dritt tal-UE u mal-istandards Ewropej tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-KEDB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-ispazju ċiviku li qed jiċkien u l-persekuzzjoni dejjem tiżdied tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE, b’mod partikolari dawk li jaħdmu fuq il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ġustizzja klimatika, id-drittijiet tal-LGBTIQ+, id-drittijiet tan-nisa, il-migrazzjoni, inkluża l-assistenza u l-għajnuna lil persuni f’diffikultà fil-baħar, kif ukoll kontra l-korruzzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja b’mod sistematiku s-sitwazzjoni ta’ dawn l-organizzazzjonijiet fir-rapporti tagħha dwar l-istat tad-dritt, peress li spazju ċiviku li qed jiċkien jikkostitwixxi tħassib strutturali dwar l-istat tad-dritt; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu protezzjoni effettiva għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi mekkaniżmi ta’ rispons rapidu għat-theddid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar emendi kostituzzjonali li jimminaw iċ-ċertezza legali u l-primazija tad-dritt tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jiddenunzja l-użu eċċessiv u ta’ rutina ta’ proċeduri leġiżlattivi aċċellerati fl-Ungerija, bi proporzjon sinifikanti ta’ liġijiet li qed jiġu adottati mingħajr konsultazzjoni adegwata, u dan jimmina l-prinċipji ta’ tfassil aħjar tal-liġijiet, it-trasparenza, l-inklużività u s-sorveljanza demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżguraw qafas ibbilanċjat li jappoġġja l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza għall-entitajiet kollha li jfittxu li jinfluwenzaw il-politika pubblika, filwaqt li jippermettu lis-soċjetà ċivili topera b’mod liberu, sikur u effettiv; huwa mħasseb dwar ir-restrizzjonijiet legali u finanzjarji li qed jiżdiedu, il-kampanji ta’ malafama, u l-kriminalizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-kriminalizzazzjoni mhux ġustifikata ta’ attivitajiet tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Istati Membri jżommu lura minn restrizzjonijiet sproporzjonati fuq il-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni; itenni l-importanza li jiġu implimentati bis-sħiħ id-Direttiva Kontra s-SLAPP u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/758 biex jiġu protetti l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jisħaq li r-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-NGOs ma għandhomx jaqbżu dawk li huma strettament meħtieġa u proporzjonati mal-għanijiet speċifiċi segwiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jisħaq li t-trasparenza u r-l-obbligu ta’ rendikont fl-użu tal-fondi tal-Unjoni huma komponenti vitali tal-istat tad-dritt; jisħaq li l-obbligi ta’ rappurtar u t-trasparenza għandhom ikunu fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-flus tal-UE jintefqu tajjeb, filwaqt li jiġu evitati piżijiet bla bżonn fuq l-organizzazzjonijiet; iqis li l-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar l-iskrutinju, id-diliġenza dovuta u t-trasparenza tikkostitwixxi bażi solida, u jissottolinja li l-UE għandha tibqa’ lesta li tirrieżamina u ssaħħaħ il-qafas jekk jiġu identifikati nuqqasijiet; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji adegwati u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, f’konformità ma’ kriterji ta’ eliġibbiltà u mekkaniżmi ta’ sorveljanza ċari li jikkonformaw bis-sħiħ mar-regoli eżistenti dwar it-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-infiq, b’mod partikolari fil-kuntest tal-ispazju ċiviku li qed jiċkien u l-piżijiet amministrattivi li qed jiżdiedu; f’dan ir-rigward, iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament adegwat u konsistenti, flimkien mal-objettivi tiegħu, għall-atturi li jaħdmu biex jippromwovu d-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, u jissottolinja li l-aċċess għall-finanzjament tal-UE jrid ikun ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju; ifakkar li d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament iridu jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, f’konformità mat-Trattati u r-Regolament Finanzjarju, filwaqt li jiġu żgurati ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-libertà akkademika bħala aspett integrali tal-istat tad-dritt u jħeġġeġ lill-Istati Membri jipproteġu lill-universitajiet minn influwenza politika jew kontroll fuq il-governanza akkademika u jiżguraw l-awtonomija istituzzjonali; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jrawmu kultura tal-istat tad-dritt permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, inizjattivi biex jintlaħqu n-nies u azzjoni intiża sabiex tippromwovi l-valuri u l-prinċipji demokratiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Drittijiet fundamentali, ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jisħaq li l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali jikkostitwixxu pilastru essenzjali tal-istat tad-dritt u obbligu ewlieni għall-Istati Membri kollha taħt l-Artikolu 2 tat-TUE; jissottolinja li dawn id-drittijiet iridu jiġu ssalvagwardjati b’mod ugwali għall-individwi kollha mingħajr diskriminazzjoni, permezz ta’ proċessi leġiżlattivi trasparenti, rimedji ġudizzjarji effettivi, u mekkaniżmi ta’ sorveljanza indipendenti; jissottolinja li l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku, u li l-ksur tal-istat tad-dritt jimmina direttament it-tgawdija tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jisħaq li kwalunkwe restrizzjoni fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali trid tikkonforma mal-Artikolu 52(1) tal-Karta u jikkundanna l-prattiki leġiżlattivi li jirriżultaw f’kumplessità eċċessiva, inċertezza legali jew nuqqas ta’ intelliġibbiltà għaċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jissottolinja li l-oqfsa legali tal-Istati Membri jridu jiggarantixxu ugwaljanza quddiem il-liġi u d-dritt tal-individwi li ma jiġux diskriminati, inkluż fi proċedimenti ġudizzjarji; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi b’mod deċiżiv f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità; jisħaq li kwalunkwe miżura li taffettwa l-moviment liberu tal-persuni, id-drittijiet ta’ residenza jew ir-riunifikazzjoni tal-familja trid tikkonforma mad-dritt applikabbli tal-UE u mal-Karta, inkluż il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 21 tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Ifakkar li aċċess effettiv għall-protezzjoni soċjali, introjtu minimu adegwat u servizzi pubbliċi nondiskriminatorji huwa kruċjali għall-eżerċizzju ugwali tad-drittijiet; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra kif l-esklużjoni soċjali, il-faqar estrem u n-nuqqas ta’ akkomodazzjoni jfixklu l-aċċess effettiv għall-ġustizzja u t-tgawdija prattika tad-drittijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jilqa’ l-istrateġija dwar l-ugwaljanza tal-LGBTIQ + 2026-2030 bħala qafas ewlieni għall-avvanz tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni madwar l-UE, b’mod partikolari permezz ta’ implimentazzjoni mtejba tal-liġi tal-UE dwar l-ugwaljanza, il-protezzjoni u s-sikurezza tal-persuni u l-attivisti LGBTIQ+, it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u obbligu ta’ rendikont, is-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ ta’ professjonisti ewlenin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal projbizzjoni vinkolanti tal-UE fuq il-prattiki ta’ konverżjoni fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar il-miżuri diskriminatorji introdotti f’xi Stati Membri bl-iskuża tal-ġlieda kontra l-hekk imsejħa “propaganda LGBTIQ” u l-“ideoloġija tal-ġeneru”; ifakkar fl-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali fil-Kawża C-769/22<FOOTNOTE><FIELD> Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ćapeta, ippreżentati fil-5 ta’ Ġunju 2025, ECLI:EU:C:2025:408.</FIELD></FOOTNOTE> li sabet li tali leġiżlazzjoni, meta ma tkunx oġġettivament, xjentifikament u proporzjonalment ġustifikata, hija inkompatibbli mad-dritt tal-UE u mal-Karta; jissottolinja li dawn il-miżuri jirrinforzaw il-istigmatizzazzjoni, jinterferixxu mal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, mal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, u jinterferixxu fil-ħajja privata u tal-familja u d-dinjità tal-bniedem, u ma jistgħux jiġu ġġustifikati mir-raġunijiet imressqa mill-Istat Membru; jisħaq li d-diskriminazzjoni sistematika kontra l-persuni LGBTIQ+ tqajjem dubji dwar il-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE u taffettwa l-ordni ġuridiku tal-Unjoni kollu kemm hu; jisħaq li l-Kummissjoni jeħtiġilha taġixxi malajr u b’mod deċiżiv meta l-Istati Membri jduru mar-regoli biex jevitaw id-dritt tal-UE, b’mod partikolari l-Karta tad-drittijiet fundamentali, inkluż permezz ta’ proċeduri ta’ ksur aċċelerati u miżuri interim; jikkundanna r-riformi kostituzzjonali diskriminatorji li jaffettwaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet LGBTIQ+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas ta’ progress fil-politiki ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni f’xi Stati Membri u dwar il-lakuni persistenti fl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE kontra d-diskriminazzjoni; jenfasizza li d-diskriminazzjoni intersezzjonali kontra individwi li jappartjenu għal diversi gruppi vulnerabbli għadha problema f’diversi Stati Membri, bi gradi differenti ta’ rikonoxximent u protezzjoni legali, u mhijiex indirizzata biżżejjed taħt l-oqfsa attwali tal-UE dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill jilħaq ftehim dwar id-direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni mingħajr dewmien; jappella għal azzjoni kontinwa tal-UE biex tiġġieled id-diskriminazzjoni u r-reati ta’ mibegħda mmirati lejn il-persuni LGBTIQ+, in-nisa, il-minorenni, il-persuni b’diżabilità, l-anzjani, il-migranti, u l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja u r-rimedji legali għall-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri kollha jipproteġu d-drittijiet LGBTIQ+ f’konformità sħiħa mad-dritt tal-UE, mal-Karta, u mal-ġurisprudenza tal-QĠUE u tal-QEDB; ifakkar li f’diversi Stati Membri għadhom jippersistu ostakli legali għar-rikonoxximent ta’ sħubijiet jew ta’ paternità bejn persuni tal-istess sess minn pajjiżi differenti, u li dan jikser il-prinċipji tal-moviment liberu u tan-nondiskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-konformità tal-Istati Membri mal-ġurisprudenza tal-QĠUE, b’mod partikolari s-sentenzi fil-Kawżi C-673/16<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Ġunju 2018, <STRING ITALIC="on">Relu Adrian Coman et al.</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Inspectoratul General pentru Imigrări u Ministerul Afacerilor Interne</STRING>, C‑673/16, ECLI:EU:C:2018:385.</FIELD></FOOTNOTE> u C-713/23<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Novembru 2025, <STRING ITALIC="on">Jakub Cupriak-Trojan u Mateusz Trojan</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Wojewoda Mazowiecki</STRING>, ECLI:EU:C:2025:917.</FIELD></FOOTNOTE>, u tniedi proċeduri ta’ ksur fejn meħtieġ; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur u jistieden lill-Kunsill jadottaha malajr, fl-aħjar interessi tat-tfal u bil-ħsieb li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri kollha jintroduċu rikonoxximent legali ta’ sħubijiet bejn persuni tal-istess sess, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jisħaq li n-nuqqas ta’ proċeduri legali aċċessibbli tar-rikonoxximent tal-ġeneru jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Istati Membri kollha jiggarantixxu r-rikonoxximent legali tal-identità tal-ġeneru abbażi tal-awtodeterminazzjoni, jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku bejn il-fruntieri u jipproteġu d-data personali, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jesprimi allarm dwar iż-żieda fil-forom kollha ta’ mibegħda reliġjuża, razziżmu, ksenofobija, u forom oħra ta’ diskriminazzjoni madwar l-UE; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw protezzjoni ugwali quddiem il-liġi għall-minoranzi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-livelli dejjem jiżdiedu ta’ antisemitiżmu fl-UE, filwaqt li jinnota li ħafna Lhud jirrapportaw li esperjenzaw ostilità antisemitika kemm online kif ukoll offline, u dan jaffettwa l-ħajja ta’ kuljum u s-sens ta’ sikurezza tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri effettivi biex jindirizzaw u jipprevjenu atti u retorika antisemitiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-livelli dejjem jiżdiedu tal-Iżlamofobija u l-mibegħda anti-Musulmana fl-UE, filwaqt li jinnota li ħafna Musulmani jesperjenzaw razziżmu, reati ta’ mibegħda, fastidju u prattiki diskriminatorji fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri effettivi biex jipprevjenu u jindirizzaw tali atti u retorika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jikkundanna l-inċidenti ta’ reati ta’ mibegħda u diskors ta’ mibegħda online u offline, motivati minn kwalunkwe raġuni ta’ diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw u jimplimentaw miżuri effettivi biex jiġġieldu l-forom kollha ta’ razziżmu, bl-inklużjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili u bil-kontribut tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali; jappella għal prevenzjoni, investigazzjoni, prosekuzzjoni u appoġġ għall-vittmi msaħħa, bl-involviment sħiħ tas-soċjetà ċivili u tal-korpi tal-ugwaljanza; jenfasizza n-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni komprensiva tal-UE u jitlob li d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jiġu inklużi fost ir-reati tal-UE skont l-Artikolu 83(1) tat-TFUE, inkluż meta jkunu bbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali, l-identità jew l-espressjoni tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar ix-xogħol b’lura fil-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, li qed jiġu dejjem aktar injorati; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-politiki u l-oqfsa legali tagħhom ma jirriżultawx f’diskriminazzjoni kontra dawn il-minoranzi; ifakkar fil-proposta tal-Parlament li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi tiġi inkluża fir-rapport dwar l-istat tad-dritt u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri tal-UE biex tissalvagwardja d-drittijiet tal-minoranzi u tal-lingwi, inkluż permezz tal-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jenfasizza d-diskriminazzjoni mifruxa li jiffaċċjaw il-komunitajiet Rom, inkluż l-anti-Żingariżmu, is-segregazzjoni fl-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u l-aċċess għas-servizzi, u l-prattiki ta’ sigurtà; jappella għal miżuri mmirati, mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u obbligu ta’ rendikont aktar b’saħħithom, u l-involviment sinifikanti tas-soċjetà ċivili tar-Rom, inkluż fil-proċessi ta’ adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza d-diskriminazzjoni razzjali u etnika, inkluż it-tfassil ta’ profili razzjali, fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-istat tad-dritt, inkluż permezz ta’ investigazzjonijiet effettivi, ġbir u pubblikazzjoni ta’ data diżaggregata f’konformità mal-istandards tad-drittijiet fundamentali, u l-involviment tas-soċjetà ċivili; jissottolinja r-rilevanza li tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni għal raġunijiet intersezzjonali fi ħdan qafas komprensiv tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jappella għal salvagwardji effettivi biex jiġi żgurat spazju online sikur u biex jiġu indirizzati l-mibegħda, id-diskriminazzjoni u d-diżinformazzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa tal-applikazzjoni sħiħa u bbażata fuq id-drittijiet tad-DSA, l-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, l-Att dwar l-IA, id-Direttiva kontra s-SLAPP u l-EMFA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jenfasizza li n-nuqqas ta’ progress lejn servizzi bbażati fil-komunità għall-persuni b’diżabbiltà jqajjem tħassib serju rigward il-konformità mal-obbligi tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Itenni l-obbligu tal-Istati Membri li jirrispettaw id-dritt tal-UE u dak internazzjonali fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil fuq l-art u fuq il-baħar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-politiki dwar il-migrazzjoni u l-ażil, inkluż il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, jiġu implimentati f’konformità sħiħa mal-Karta, il-prinċipju ta’ nonrefoulment u l-prinċipju tal-kondiviżjoni tar-responsabbiltà biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-persuni għall-ażil u l-protezzjoni internazzjonali jiġu rispettati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw il-politiki dwar il-migrazzjoni u l-ażil f’konformità sħiħa mat-Trattati, mal-Karta u mad-dritt internazzjonali applikabbli; jisħaq li l-persuni kollha fit-territorju tal-UE huma intitolati għar-rispett tad-dinjità tal-bniedem tagħhom, ma jridux ikunu soġġetti għal trattament inuman jew degradanti, u huma ugwali quddiem il-liġi mingħajr diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni, inklużi n-nazzjonalità jew l-istatus ta’ migrazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Iqis li s-sejbiet tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali u l-ġurisprudenza tal-QĠUE jipprovdu bażi affidabbli għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tat-TUE u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet tal-Karta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm il-proposta tagħha għal direttiva dwar it-trattament ugwali<FOOTNOTE><FIELD> Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426).</FIELD></FOOTNOTE> u jħeġġeġ lill-Kunsill jiffinalizzaha u jadottaha mingħajr aktar dewmien filwaqt li jinnota li huwa essenzjali li jingħalqu l-lakuni eżistenti fil-protezzjoni mid-diskriminazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni effettiva kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, online u offline, inkluż li tiżdied mal-lista ta’ “reati tal-UE”; iħeġġeġ li ssir proposta leġiżlattiva tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-istupru kif definit bħala nuqqas ta’ kunsens, l-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa, u r-ratifika tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul mill-Istati Membri kollha; jesprimi tħassib dwar il-movimenti kontra l-ġeneru u d-diżinformazzjoni li jimminaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Itenni s-sejħa sabiex l-aċċess għal abort sikur u legali jiġi minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jissottolinja li s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi huma parti integrali mill-ugwaljanza u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-istat tad-dritt u l-baġit tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar rapporti minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jindikaw li ċertu ksur tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali seta’ kien marbut mal-użu ta’ xi fondi tal-UE f’xi Stati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga bir-reqqa jekk tali ksur huwiex qed iseħħ fi programmi jew proġetti ffinanzjati mill-UE u, meta jiġi stabbilit tali ksur, tqis il-kundizzjonijiet abilitanti rilevanti u l-istadji importanti tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza bħala mhux issodisfati; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tinkludi rakkomandazzjonijiet li jindirizzaw dan il-ksur fir-rapport annwali tagħha dwar l-istat tad-dritt, u, fejn jippersistu n-nuqqasijiet, tissospendi pagamenti ulterjuri sakemm in-nuqqasijiet identifikati jiġu rimedjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-arranġamenti ta’ monitoraġġ indipendenti għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-UE, inkluż permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt legali u tad-drittijiet fundamentali u evalwazzjonijiet indipendenti, bl-involviment tas-soċjetà ċivili, filwaqt li jiġi ssalvagwarjat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja, sabiex tiġi żgurata konformità mad-dritt tal-UE u mal-Karta; jinkoraġġixxi l-allokazzjoni ta’ riżorsi adegwati biex jiġi appoġġjat tali monitoraġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jisħaq li l-protezzjoni tal-istat tad-dritt hija indispensabbli għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jissottolinja li sistemi ġudizzjarji indipendenti, oqfsa effettivi kontra l-korruzzjoni u proċeduri amministrattivi trasparenti huma essenzjali biex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jiġu ġestiti, allokati u minfuqa f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; jappella għal finanzjament xieraq għal korpi bħall-UPPE u l-OLAF biex tiġi żgurata l-kapaċità tagħhom li jinvestigaw, iħarrku u jressqu quddiem il-ġustizzja b’mod effettiv reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, fid-dawl tal-impatt tagħhom fuq l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu s-sinerġiji bejn l-għodod varji tal-istat tad-dritt u r-rabta tagħhom mal-baġit tal-UE, u jissaħħu r-rabtiet bejn ir-rakkomandazzjonijiet billi jiġu indirizzati l-każijiet ta’ ksur l-aktar persistenti fir-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt u l-għodod baġitarji; jiddeplora n-nuqqas ta’ dettall fir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 dwar kif issir din ir-rabta, b’mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Jinsisti li l-miżuri meħtieġa għar-rilaxx tal-finanzjament tal-UE, kif definiti mid-deċiżjonijiet rilevanti meħuda taħt ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, iridu jiġu vvalutati b’mod konsistenti bħala parti mill-istess sett ta’ għodod bla xkiel u koerenti, u li l-ebda pagament ma għandu jsir sakemm jippersistu n-nuqqasijiet; jinsisti li kwalunkwe rigress għandu jitqies u jiġi indirizzat ukoll sabiex tiġi evitata l-okkorrenza ta’ sitwazzjonijiet simili jew rigress ulterjuri fil-futur; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tali valutazzjonijiet jibqgħu strettament imparzjali, ħielsa mill-istrumentalizzazzjoni, u bbażati biss fuq il-konformità mal-istandards tal-istat tad-dritt; ifakkar li kwalunkwe proposta biex jitneħħew il-miżuri baġitarji għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni solida, komprensiva u aġġornata f’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fil-Kawża C-225/24<FOOTNOTE><FIELD> Il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ćapeta mogħtija fit-12 ta’ Frar 2026, il-Kawża C-225/24 <STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni Ewropea</STRING>, ECLI:EU:C:2026:88.</FIELD></FOOTNOTE>, li ssottolinjat li kull kundizzjoni għall-iżborż għandha ssir pubblika biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont; jinnota li r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt jipprovdi bażi fattwali essenzjali għall-identifikazzjoni ta’ sfidi sistemiċi li jistgħu jaffettwaw l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi u tippubblika kriterji ċari u dettaljati għall-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet baġitarji tan-nuqqasijiet fl-istat tad-dritt, inkluż għall-interruzzjonijiet, għas-sospensjonijiet u għar-riprogrammazzjoni tal-fondi tal-UE, u tiżgura teħid ta’ deċiżjonijiet f’waqtu u mhux selettiv fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>123.</NO.P>Itenni li l-Mekkaniżmu ta’ Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt jifforma parti integrali mis-sett ta’ għodod ta’ governanza finanzjarja tal-Unjoni; ifakkar li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità kien għodda ewlenija għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE kontra l-ksur tal-istat tad-dritt, u li dan għandu jiġi applikat kull meta l-kundizzjonijiet legali tiegħu jiġu ssodisfati fil-baġit kollu tal-UE; jappella għall-applikazzjoni konsistenti, effettiva, f’waqtha u imparzjali tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità, inkluż l-użu proattiv tal-Artikolu 6(4) tiegħu fejn ġustifikat, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità; jiddispjaċih dwar l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni li dan ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità għandu jintuża biss bħala miżura tal-aħħar istanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>124.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara x’jikkostitwixxi rabta diretta biżżejjed bejn il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-interess finanzjarju tal-UE, kif ukoll tistabbilixxi kriterji ċari, oġġettivi u prevedibbli għall-valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri baġitarji u ta’ rimedju, kif mitlub mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jistieden lill-Kummissjoni tindika fir-rapport tagħha dwar l-istat tad-dritt jekk ir-riskji jew il-ksur serji identifikati fl-Istati Membri jiġġustifikawx l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u ssarraf ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż billi tindirizza l-każijiet ta’ ksur l-aktar persistenti fl-Istati Membri fi stadji importanti konkreti li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri u, fejn xieraq, isservi bħala evidenza biex tiġġustifika l-attivazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>125.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jaġixxu malajr u bi trasparenza sħiħa meta tiġi stabbilita rabta bejn każijiet ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, jew ir-riskji serji ta’ dan, u r-riskji għall-baġit tal-UE, u meta l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jindirizza s-sitwazzjoni b’mod effettiv, sostenibbli u f’waqtu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>126.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni ulterjuri skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt fil-każ tal-Ungerija fir-rigward ta’ ksur ieħor tal-istat tad-dritt, bħal dak relatat mal-ġudikatura; jenfasizza li meta jiddgħajfu s-sistema ġudizzjarja u l-indipendenza u l-imparzjalità tal-amministrazzjoni pubblika u meta jkun hemm konċentrazzjoni tal-fornitur bla bżonn fil-proċeduri ta’ akkwist, dan jirrappreżenta riskji sistemiċi għall-istat tad-dritt li jheddu l-ġestjoni finanzjarja tajba; jisħaq li l-ksur tar-regoli, il-manipulazzjoni tal-favoritiżmu jew il-favoritiżmu mhux debitu fis-sejħiet għall-offerti u fl-applikazzjonijiet li jinvolvu l-finanzjament tal-UE, kif ukoll il-fastidju amministrattiv li jikser it-trattament ugwali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-kumpaniji jew riċevituri jew benefiċjarji finali oħra, u l-aċċess tagħhom għall-fondi tal-UE kif ukoll l-akkwist, il-korpi tal-awditjar, is-salvagwardji kontra l-korruzzjoni jew is-sistemi ta’ kontroll jikkostitwixxu riskji diretti għall-baġit tal-UE u jirrikjedu applikazzjoni konsistenti u stretta tal-kundizzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>127.</NO.P>Ifakkar li r-riċevituri u l-benefiċjarji finali tal-finanzjament tal-UE li mhumiex entitajiet tal-gvern, ma għandhomx isofru konsegwenzi negattivi b’riżultat ta’ problemi kkawżati mill-awtoritajiet nazzjonali f’każijiet fejn jittieħdu miżuri baġitarji; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-riċevituri finali jew il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE ma jiġux imċaħħda minn dawn il-fondi, kif stabbilit fir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri soġġetti għal miżuri skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità li jkomplu jonoraw l-impenji kollha lejn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi biex tiżgura li l-fondi tal-UE jilħqu l-gvernijiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jekk il-gvern ikkonċernat ma jikkooperax rigward in-nuqqasijiet; jindika li soluzzjoni possibbli hija li l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-diżimpenji skont ir-reġimi ta’ kundizzjonalità jsiru disponibbli biex jintużaw taħt strumenti jew programmi oħra tal-Unjoni implimentati b’ġestjoni diretta jew indiretta, b’mod partikolari dawk li jikkontribwixxu għall-appoġġ tad-demokrazija, tas-soċjetà ċivili, tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE jew tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jissottolinja li tali riallokazzjoni trid tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u trattament ugwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>128.</NO.P>Jenfasizza li l-aderenza verifikabbli mill-Istati Membri mal-istat tad-dritt kif ukoll mal-Karta trid titqies bħala prekundizzjoni essenzjali biex jirċievu kwalunkwe finanzjament tal-UE; jissottolinja li l-konformità sħiħa ma’ dawn il-kundizzjonalitajiet trid tippreċedi l-approvazzjoni tal-programmi u l-proġetti kollha ffinanzjati mill-UE ppreżentati mill-awtoritajiet pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe deċiżjoni li tissospendi, tnaqqas jew timblokka l-pagamenti kollha jew parti minnhom tkun ibbażata fuq mumenti ta’ valutazzjoni definiti b’mod ċar, trasparenti u prevedibbli matul l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u filwaqt li jitqiesu n-natura, id-durata, il-gravità u l-ambitu tal-ksur identifikat; jisħaq li l-monitoraġġ kontinwu jrid jiġi kkomplementat minn tal-anqas rieżamijiet perjodiċi regolari u stabbiliti formalment, inkluża valutazzjoni annwali tal-konformità marbuta b’mod espliċitu mas-sejbiet tar-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, sabiex jiġu ggarantiti ċ-ċertezza legali, l-obbligu ta’ rendikont u r-responsabbiltà effettiva għal azzjoni korrettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>129.</NO.P>Jilqa’ s-suġġeriment fil-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034 li kważi nofs il-fondi jsiru kundizzjonali fuq il-konformità mal-istat tad-dritt u mal-Karta qabel l-approvazzjoni tagħhom, peress li dan isaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tiżgura li l-finanzjament tal-UE jappoġġja politiki bbażati fuq id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi; jinnota li l-proposta żżomm u tintroduċi kundizzjonijiet orizzontali dwar ir-rispett tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u tal-Karta mal-firxa ta’ programmi rilevanti; jemmen li tali approċċ għall-kundizzjonalità jista’ jindirizza t-tħassib rigward il-protezzjoni tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali, b’mod partikolari billi jippermetti li l-fondi jerġgħu jsiru disponibbli taħt ġestjoni diretta jew indiretta, b’mod partikolari l-istrumenti u l-programmi li jikkontribwixxu għall-appoġġ tad-demokrazija, tas-soċjetà ċivili, tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE jew tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni primarjament fl-Istat Membru fejn seħħew il-każijiet ta’ ksur; jinnota bi tħassib it-trikkib potenzjali bejn il-kundizzjonalità li għadha kif ġiet proposta fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss u r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt eżistenti; jemmen, madankollu, li l-kundizzjonijiet orizzontali għandhom ikopru l-valuri kollha minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, u li l-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għandha tkun identika u twassal għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni; jappella għal qafas unifikat, koerenti u komprensiv fil-programmi kollha tal-UE, u jitlob li l-Kummissjoni tiżgura kriterji ċari, oġġettivi u trasparenti għall-applikazzjoni tal-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt, kif ukoll koordinazzjoni effettiva bejn l-istrumenti differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>130.</NO.P>Jitlob li l-fondi sospiżi jew iffriżati minħabba ksur tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE ma jridux jerġgħu jsiru disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>131.</NO.P>Jinnota li l-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali (Pjanijiet SNR) proposti jikkonsolidaw il-fondi ewlenin tal-UE f’qafas strateġiku uniku għal kull Stat Membru u jagħmlu l-iżborżi dejjem aktar ibbażati fuq il-prestazzjoni; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tipprovdi kriterji ċari, trasparenti u verifikabbli għall-valutazzjoni tal-eżistenza u l-effettività tal-“mekkaniżmi adegwati” meħtieġa għall-approvazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali u reġjonali, bħala prerekwiżit għall-applikazzjoni effettiva tagħhom, bl-għan li jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-konformità mal-istat tad-dritt u mal-Karta meta jiġu implimentati l-fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>132.</NO.P>Jisħaq li l-protezzjoni effettiva tal-baġit tal-UE tiddependi wkoll fuq sistemi robusti ta’ ġestjoni u kontroll finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-valutazzjonijiet mill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-UE, u l-awtoritajiet nazzjonali tal-awditu fir-rapporti annwali tagħha dwar l-istat tad-dritt, sabiex tivvaluta r-riskji relatati mal-istat tad-dritt għall-fondi tal-UE; jissottolinja li n-nuqqasijiet sistemiċi identifikati minn dawn il-korpi ta’ sorveljanza għandhom jiġu riflessi kif xieraq fl-użu mill-Kummissjoni tal-għodod għall-protezzjoni tal-baġit;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-istat tad-dritt u d-dimensjoni tas-suq uniku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>133.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li ġiet inkluża dimensjoni tas-suq uniku fir-rapport dwar l-istat tad-dritt, peress li tissottolinja r-rabta bejn l-istandards tal-istat tad-dritt u s-saħħa ġenerali tal-ambjent ekonomiku tal-UE; jenfasizza li dan l-approċċ jgħin biex jiġu identifikati l-ostakli strutturali li jaffettwaw lill-kumpaniji, lill-ħaddiema u lill-attività ekonomika transfruntiera, filwaqt li jikkontribwixxi għal ambjent tas-suq prevedibbli, trasparenti u ġust, bil-għan li jiġi żgurat li d-drittijiet jiġu difiżi, il-korruzzjoni tiġi kkastigata, u l-kuntratti jiġu infurzati; jinnota li l-inċertezza legali, it-teħid ta’ deċiżjonijiet amministrattivi arbitrarji u l-protezzjoni ġudizzjarja inkonsistenti jimminaw il-prevedibbiltà ekonomika u jaffettwaw il-kapaċità tal-atturi ekonomiċi li joperaw fi ħdan is-suq intern, kif enfasizzat mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kkonsultati għar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025; jisħaq li sistema tal-ġustizzja li tiffunzjona, qafas b’saħħtu kontra l-korruzzjoni, il-pluraliżmu tal-media, u kontrokontrolli effettivi huma indispensabbli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku; jissottolinja li ċ-ċertezza legali, ir-regoli tal-akkwist ġusti u trasparenti, il-miżuri effettivi kontra l-korruzzjoni, il-libertà tal-media, is-setgħat demokratiċi bbilanċjati u l-protezzjonijiet soċjali u tax-xogħol b’saħħithom huma muturi ewlenin tal-kompetittività sostenibbli, il-koeżjoni soċjali u suq uniku li jiffunzjona tajjeb;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>134.</NO.P>Jipproponi li l-Kummissjoni tkompli trawwem id-dimensjoni tas-suq uniku, peress li huwa essenzjali li jiġu żgurati kemm suq uniku li jiffunzjona tajjeb kif ukoll sistema demokratika reżiljenti, u li jiġi approfondit l-involviment mal-partijiet ikkonċernati u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi t-trade unions, l-assoċjazzjonijiet ġudizzjarji, l-organizzazzjonijiet tal-ġurnalisti, l-assoċjazzjonijiet tal-avukati u gruppi professjonali oħra li l-għarfien espert tagħhom huwa essenzjali għall-identifikazzjoni bikrija tar-riskji sistemiċi tal-istat tad-dritt f’valutazzjonijiet futuri; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tagħmel sforzi mmirati biex tqajjem sensibilizzazzjoni rigward ir-rapporti dwar l-istat tad-dritt u tinkoraġġixxi kontributi minn dawn l-atturi fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>135.</NO.P>Jilqa’ r-rikonoxximent tal-Kummissjoni li r-rispett tal-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għal ambjent ta’ investiment stabbli u affidabbli; jissottolinja li oqfsa legali prevedibbli, qrati imparzjali u mekkaniżmi ta’ infurzar effettivi jsaħħu l-fiduċja tal-investituri u jikkontribwixxu għal tkabbir ekonomiku sostenibbli fis-suq uniku kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>136.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar in-nuqqasijiet identifikati f’diversi Stati Membri, inkluż fir-rigward tal-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-akkwist pubbliku u l-għotjiet diretti; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li n-nuqqasijiet identifikati taħt din id-dimensjoni jiġu riflessi b’mod adegwat f’rakkomandazzjonijiet konkreti u mmirati fir-rapport tagħha dwar l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>137.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, meta tivvaluta d-dimensjoni tas-suq uniku fir-rapport dwar l-istat tad-dritt, u lill-Istati Membri, tindirizza d-distorsjonijiet strutturali fl-akkwist pubbliku u fl-użu tal-fondi tal-UE u dawk nazzjonali; jissottolinja li infurzar konsistenti tar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat u l-akkwist pubbliku, flimkien ma’ appoġġ għal ekonomiji lokali aktar diversifikata u aċċess ġust għall-finanzjament, huwa meħtieġ biex jinħoloq ċirku virtuż li fih is-swieq miftuħa u kompetittivi jirfdu l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>138.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-użu ta’ analiżi mmexxija mid-data min-naħa tal-Kummissjoni meta tivvaluta l-impatt tal-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt fuq is-suq uniku; jinnota li indikaturi robusti u komparabbli dwar l-effiċjenza ġudizzjarja, ir-riskji ta’ korruzzjoni, il-prestazzjoni amministrattiva u l-istabbiltà regolatorja huma essenzjali biex jiġu identifikati dgħufijiet strutturali li jfixklu l-attività ekonomika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa metodoloġiji bbażati fuq l-evidenza u tespandi d-disponibbiltà ta’ settijiet ta’ data ta’ kwalità għolja biex ittejjeb il-profondità analitika u r-rilevanza politika tar-rapporti futuri dwar l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>139.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika, fil-kapitoli tal-pajjiżi tagħha, dawk l-Istati Membri fejn id-dewmien ġudizzjarju, l-infurzar dgħajjef tal-kuntratti, jew il-korruzzjoni sistemika joħolqu ostakli nontariffarji effettivi għall-kumpaniji minn Stati Membri oħra, u tqabbel il-progress ma’ indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti; jisħaq li tali identifikazzjoni trid tkun ibbażata fuq data u metodoloġiji trasparenti u għandha torbot b’mod espliċitu n-nuqqasijiet tal-istat tad-dritt mal-investiment mitluf, mal-kostijiet ogħla tat-tranżazzjonijiet u mat-tnaqqis fil-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>140.</NO.P>Jemmen li d-dimensjoni tas-suq uniku tirfed ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, filwaqt li s-sistema ġudizzjarja, il-qafas kontra l-korruzzjoni, il-pluraliżmu tal-media u l-libertà tal-media, u kwistjonijiet istituzzjonali oħra relatati mas-sistema ta’ kontrokontrolli, huma rikonoxxuti bħala pilastri ewlenin fir-rapport; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza li jiġi indirizzat l-impatt tal-inugwaljanza ekonomika u tal-esklużjoni soċjali fuq il-parteċipazzjoni demokratika u l-funzjonament tal-istat tad-dritt;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-istat tad-dritt fil-qalba tal-proċess tat-tkabbir u l-azzjoni esterna tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>141.</NO.P>Itenni li l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE jridu jiġu rispettati bis-sħiħ u b’mod inekwivoku mhux biss mill-Istati Membri attwali iżda wkoll mill-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali matul il-proċess ta’ adeżjoni kollu, u fuq bażi kontinwa minn hemm ’il quddiem; jisħaq li l-kredibbiltà u l-leġittimità tal-UE fil-proċess ta’ tkabbir jiddependu mill-fatt li jiġi żgurat li kemm l-Istati Membri tal-UE kif ukoll il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali jintalbu jżommu l-istess standards għoljin tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, u jissottolinja li tali kredibbiltà, leġittimità u fiduċja fl-impenji tal-UE jistgħu jiġu ppreġudikati minn standards doppji f’dawn l-oqsma; jisħaq li l-fażi tal-adeżjoni hija mument deċiżiv u mhux negozjabbli li fih għandhom jiġu stabbiliti pedamenti sodi, irriversibbli u sostenibbli għall-protezzjoni tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet fundamentali u tal-istandards demokratiċi, li jikkostitwixxu l-elementi fundamentali ewlenin għall-adeżjoni mal-UE; jinnota li jippersistu kwistjonijiet sinifikanti relatati mal-monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali tal-minoranzi nazzjonali fil-pajjiżi kandidati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>142.</NO.P>Jitlob li ssir evalwazzjoni rigoruża, kontinwa u fil-fond tal-istat tad-dritt fil-pajjiżi kollha li għaddejjin minn proċess ta’ adeżjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi rakkomandazzjonijiet ċari, konkreti u li jistgħu jitkejlu li jindirizzaw in-nuqqasijiet u l-progress relatati mal-istat tad-dritt, u jinsisti fuq konsistenza sħiħa, komplementarjetà u tisħiħ reċiproku bejn ir-rapport dwar l-istat tad-dritt u r-Rapport dwar it-Tkabbir, sabiex jiġu evitati valutazzjonijiet diverġenti u tiġi żgurata politika tat-tkabbir koerenti u kredibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>143.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li r-rapport dwar l-istat tad-dritt jinkludi kapitoli speċifiċi dwar l-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja; jistieden lill-Kummissjoni testendi l-ambitu ġeografiku tar-rapporti futuri biex tkopri l-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali kollha u tipprovdi rakkomandazzjonijiet konkreti u li jistgħu jitkejlu biex tappoġġja r-riformi u tiżgura li l-istandards għoljin jiġu rispettati wara l-adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>144.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu appoġġ robust lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi kandidati potenzjali biex javvanzaw ir-riformi fid-demokrazija, fid-drittijiet tal-bniedem u fl-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>145.</NO.P>Jisħaq li l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE jridu jiġu rispettati wkoll meta l-fondi tal-UE jiġu allokati lil pajjiżi mhux tal-UE li jipparteċipaw fil-programmi tal-UE u matul kwalunkwe monitoraġġ ta’ segwitu ta’ użu tal-fondi; ifakkar li s-salvagwardja ta’ dawn il-valuri hija essenzjali biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja koerenti u tajba tal-infiq kollu tal-UE, kemm fl-UE kif ukoll f’kollaborazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>146.</NO.P>Jitlob li l-prinċipju tal-istat tad-dritt jiġi applikat b’mod konsistenti fl-infiq kollu tal-UE, inkluża l-azzjoni esterna b’mod ġenerali, u l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni għall-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali b’mod partikolari, fl-ambitu tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) III u fil-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent; jisħaq li tali nfiq irid ikun trasparenti, ibbażat fuq l-evidenza u l-prestazzjoni u akkumpanjat minn salvagwardji ġudizzjarji u ta’ monitoraġġ effettivi, f’konformità mal-valuri tal-UE minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; jitlob li l-iżborżi fl-ambitu tal-IPA III jkunu marbuta ma’ riżultati konkreti, u li l-finanzjament jiġi riallokat, sospiż jew imnaqqas f’każijiet ta’ rigress persistenti fl-indipendenza ġudizzjarja, fl-isforzi kontra l-korruzzjoni u fid-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>147.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li tinżamm ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli biex jiġu rispettati l-valuri universali li fuqhom hija msejsa l-UE; iwissi li t-theddid dejjem akbar għall-istituzzjonijiet multilaterali, inklużi tentattivi biex jiġu deleġittimizzati l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), u n-nuqqas ta’ rispett usa’ għad-dritt internazzjonali joħolqu theddida serja għall-ordni globali bbażata fuq ir-regoli; jiddeplora t-theddid bla preċedent li qed tiffaċċja l-QKI, inklużi s-sanzjonijiet imposti fuq l-imħallfin u uffiċjali oħra tagħha; jitlob li jiġi attivat l-Istatut ta’ Mblukkar tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta’ Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha (ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2271/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jipproteġi lill-QKI u lil dawk li jikkooperaw mal-QKI u jappoġġjawha, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, u lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi kandidati potenzjali, ikomplu jappoġġjaw lill-QKI u jużaw l-istrumenti kollha disponibbli biex isaħħu l-ġlieda kontra l-impunità madwar id-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>148.</NO.P>Itenni l-appoġġ qawwi tal-UE għall-QIĠ u l-QKI bħala istituzzjonijiet indipendenti u imparzjali essenzjali; ifakkar li l-konformità sħiħa mad-deċiżjonijiet tal-QKI, inkluża l-eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest, hija obbligu fuq l-Istati Membri tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tindika każijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest tal-QKI fir-rapporti tagħha dwar l-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonformaw bis-sħiħ mad-deċiżjonijiet tal-qrati internazzjonali u japplikaw ġuriżdizzjoni universali biex jiġġieldu l-impunità; jistieden lill-UE tħeġġeġ lill-pajjiżi mhux tal-UE, inklużi s-sħab ewlenin, lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi kandidati potenzjali, biex isiru partijiet għall-Istatut ta’ Ruma;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-titjib tal-proċess ta’ rapportar tal-Kummissjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>149.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-metodoloġija tagħha fir-rapport dwar l-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni, f’edizzjonijiet futuri, tiddefinixxi u tippubblika parametri referenzjarji u indikaturi ċari u operazzjonali taħt kull pilastru, u tapplikahom b’mod konsistenti u trasparenti fl-Istati Membri kollha, b’mod li jippermetti tqabbil sinifikattiv u jipprovdi ċarezza dwar l-istandards li qed jiġu applikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>150.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt sar aktar komprensiv sa mill-bidu tiegħu fl-2020; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-elementi essenzjali mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament, inklużi r-rakkomandazzjonijiet, indirizzati lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fil-kuntest tar-rapportar dwar l-istat tad-dritt ma tqisux bis-sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jindirizzaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>151.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkun aktar trasparenti dwar il-kriterji li tuża biex tagħżel l-informazzjoni mis-soċjetà ċivili, mill-korpi internazzjonali, mill-awtoritajiet nazzjonali, u minn partijiet ikkonċernati oħra fil-proċess tar-rapportar; jisħaq fuq l-importanza li jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza fil-mod ta’ kif din l-informazzjoni tiġi vvalutata u riflessa fil-kapitoli finali tal-pajjiżi; jinnota li, fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, għandhom jiġu pprovduti feedback u segwitu xierqa lill-kontributuri kollha rigward l-użu tal-kontribut tagħhom, u jinsisti li l-proċess ta’ rapportar ikun trasparenti, mhux partiġġjan u bbażat fuq l-evidenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>152.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-metodoloġija għall-għażla tal-kwistjonijiet fir-rapport dwar l-istat tad-dritt tkun trasparenti billi tiddefinixxi b’mod ċar il-kriterji ewlenin, inkluż x’jikkostitwixxi “żvilupp sinifikanti”, u tiżgura li l-isfidi emerġenti ġodda jiġu kkunsidrati b’mod sistematiku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża lingwaġġ aktar ċar meta tivvaluta l-konformità mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>153.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, fil-proċess tal-abbozzar tar-rapport dwar l-istat tad-dritt, tfittex kollaborazzjoni aktar b’saħħitha u twettaq konsultazzjoni minn qabel mal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>154.</NO.P>Jisħaq li l-Grupp ta’ Monitoraġġ tad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (DRFMG) tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament bagħat diversi delegazzjonijiet <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> f’dawn l-aħħar snin, u li, f’diversi każijiet, is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali ġiet ivvalutata li turi nuqqasijiet akbar minn dawk enfasizzati fir-rapporti tal-Kummissjoni; jemmen li l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ tad-DRFMG għandu jitqies kif xieraq fil-qafas tal-proċedura ta’ konsultazzjoni u fl-abbozzar sussegwenti tar-rapport; jappella għal relazzjoni interistituzzjonali aktar b’saħħitha u aktar strutturata bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, inkluż permezz ta’ skambji regolari, mekkaniżmi ta’ feedback trasparenti u integrazzjoni f’waqtha tal-valutazzjonijiet parlamentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>155.</NO.P>Itenni l-ħtieġa għal mekkaniżmu interistituzzjonali komprensiv dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali li jkopri l-valuri kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>156.</NO.P>Jemmen li l-Kummissjoni għandha tkun aktar ċara fl-identifikazzjoni u l-artikolazzjoni tat-trajettorja li kull Stat Membru u pajjiż kandidat jinsab fuqha, inklużi s-sinjali ta’ twissija bikrija u l-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet serji u sistemiċi, u jisħaq li l-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza bejn il-kwistjonijiet identifikati u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa kif ukoll aktar ċarezza u trasparenza dwar kif jintlaħqu dawn il-valutazzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara li ksur sistemiku, intenzjonat u gravi tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE fuq perjodu sostnut jimmina l-kundizzjonijiet strutturali tas-sħubija f’Unjoni bbażata fuq l-istat tad-dritt; jisħaq li, f’ċirkostanzi bħal dawn, l-Istati Membri jirriskjaw li jonqsu milli jissodisfaw l-impenji inerenti fl-istatus tagħhom skont it-Trattati; ifakkar li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jattivaw il-mekkaniżmi previsti mit-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>157.</NO.P>Jissottolinja li huwa importanti li l-valutazzjoni ma tiġix limitata għal nuqqasijiet identifikati qabel, iżda li l-analiżi tiġi aġġornata b’mod sistematiku biex tirrifletti żviluppi ġodda, riskji emerġenti u forom li qed jevolvu ta’ rigress; jenfasizza li dan huwa preċiżament fejn huma essenzjali preċiżjoni u ċarezza metodoloġika akbar, sabiex jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet jibqgħu rilevanti, reattivi u allinjati mat-trajettorja reali tal-istat tad-dritt f’kull Stat Membru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>158.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet li huma aktar operattivi, filwaqt li tiddistingwi b’mod ċar dawk relatati ma’ kwistjonijiet serji u sistemiċi u dawk relatati ma’ kwistjonijiet anqas sinifikanti, sabiex tevita r-riskju li l-aktar ksur serju tal-istat tad-dritt jiġi trivjalizzat, u tistabbilixxi miżuri, skedi ta’ żmien u parametri referenzjarji konkreti għall-implimentazzjoni tagħhom mill-Istati Membri u mill-pajjiżi kandidati; jenfasizza li r-rakkomandazzjonijiet m’għandhomx jirreferu għall-Istati Membri kollha b’mod ugwali, iżda għandhom ikunu proporzjonati għas-sitwazzjoni speċifika tal-istat tad-dritt f’kull pajjiż; jindika li r-rakkomandazzjonijiet għandhom jirriflettu aħjar il-konklużjonijiet negattivi fir-rapport u jkunu aktar dettaljati; jemmen li l-valutazzjoni tat-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għandha tkun aktar preċiża u kwalitattiva, u ma tqisx biss il-bidliet leġiżlattivi iżda anke l-evidenza verifikabbli tal-implimentazzjoni tagħhom fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>159.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-pilastri kollha tar-rapport dwar l-istat tad-dritt jirċievu attenzjoni ugwali meta toħroġ rakkomandazzjonijiet, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi persistenti u dokumentati sew u jiġu ssalvagwardjati l-aspetti strutturali li huma essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-sistemi demokratiċi, inklużi l-ispazju ċiviku u d-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>160.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-tħassib identifikat fir-rapport dwar l-istat tad-dritt jissarraf b’mod konsistenti f’rakkomandazzjonijiet; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tiżgura li kwistjonijiet simili jiġu ttrattati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha, sabiex l-ebda Stat Membru li jkun qed jiffaċċja nuqqasijiet komparabbli jew aktar serji ma jitħalla mingħajr rakkomandazzjonijiet xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>161.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-mekkaniżmu ta’ segwitu għar-rakkomandazzjonijiet mhux implimentati billi tintroduċi parametri referenzjarji li jistgħu jitkejlu, filwaqt li jinnota li 93 % tar-rakkomandazzjonijiet huma ripetuti mis-snin preċedenti u li, fl-2025, 6 % biss ġew implimentati bis-sħiħ<FOOTNOTE><FIELD> L-Unjoni tal-Libertajiet Ċivili għall-Ewropa, “European Commission’s Rule of Law Report 2025 – Gap Analysis” (Ir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 – Analiżi tad-Diskrepanzi).</FIELD></FOOTNOTE>; jitlob li jissaħħaħ, fejn xieraq, l-użu tal-għodod ta’ infurzar kollha disponibbli, inklużi l-proċedimenti ta’ ksur u l-kundizzjonalità baġitarja, kif previst mir-Regolament Finanzjarju, mir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt u mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni; jistieden lill-Kummissjoni tirrikorri b’mod sistematiku għal proċeduri u applikazzjonijiet imħaffa għal miżuri interim quddiem il-QĠUE f’każijiet ta’ ksur, u tiskatta azzjonijiet fir-rigward tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni tas-sentenzi tal-QĠUE; jinnota bi tħassib li, fl-aktar rapport reċenti, żewġ Stati Membri biss irċevew rakkomandazzjoni addizzjonali meta mqabbla maċ-ċiklu ta’ rapportar preċedenti, minkejja l-fatt li s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’diversi Stati Membri tiġġustifika azzjoni urġenti u fi Stati Membri oħra tirrikjedi li r-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati b’mod urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>162.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Ungerija naqset b’mod konsistenti milli tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, u mill-2022 ’l hawn, sitt rakkomandazzjonijiet għadhom kompletament mhux indirizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>163.</NO.P>Jisħaq li l-politika deskritta fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2022 dwar l-infurzar tad-dritt tal-UE, li tiċċara li l-proċedimenti ta’ ksur mhumiex maħsuba biex iservu bħala mekkaniżmi għal rimedju individwali, tillimita l-aċċess għal rimedji effettivi f’sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità persistenti jew sistemiku mad-dritt tal-UE, inkluż mas-sentenzi tal-QĠUE, min-naħa tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta kull sena dwar l-applikazzjoni u l-effettività tal-istrumenti disponibbli biex jindirizzaw il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri; ifakkar fl-opinjoni reċenti tal-Avukat Ġenerali Ćapeta fil-Kawża C-769/22 li tikkonferma li l-Artikolu 2 tat-TUE jista’ jservi bħala bażi legali separata għall-proċedimenti ta’ ksur f’każijiet fejn in-negazzjoni ta’ valur tkun il-kawża ewlenija ta’ ksur ieħor tad-dritt tal-UE; jissottolinja li s-sentenza li jmiss f’dan il-każ tista’ tkun opportunità importanti li l-Kummissjoni għandha taħtaf biex tinvolvi ruħha f’azzjoni ta’ ksur aktar sistematika u robusta, skont id-deċiżjoni finali tal-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>164.</NO.P>Jisħaq li l-ħruġ tar-rapport dwar l-istat tad-dritt mhuwiex biżżejjed biex jissaħħu l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, iżda li r-rapport għandu jwassal għal azzjoni konkreta; jisħaq li s-sejbiet tar-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt għandhom jiġu segwiti b’mod sistematiku, fejn xieraq, billi jintużaw l-istrumenti ta’ infurzar disponibbli, f’konformità mal-prerogattivi tal-Kummissjoni; jappella għall-monitoraġġ trasparenti tal-konformità tal-Istati Membri mas-sentenzi tal-QĠUE u, fejn rilevanti, mas-sentenzi tal-QEDB, inkluż billi jitqiesu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità persistenti fl-applikazzjoni ta’ tali strumenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>165.</NO.P>Iqis li l-parametri referenzjarji tar-rapport dwar l-istat tad-dritt għandhom ikopru wkoll l-indipendenza u l-funzjonament effettiv tal-awtoritajiet indipendenti u regolatorji ewlenin; jisħaq li dawk l-awtoritajiet għandhom jiżguraw proċeduri trasparenti, miftuħa u bbażati fuq il-mertu għall-ħatra u t-tkeċċija tat-tmexxija tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>166.</NO.P>Ifakkar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2019 intitolata “It-tisħiħ ulterjuri tal-Istat tad-Dritt fi ħdan l-Unjoni – Is-sitwazzjoni bħalissa u l-passi li jmiss li jistgħu jittieħdu” u dik tas-7 ta’ Awwissu 2019 intitolata “It-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-Unjoni – Pjan ta’ azzjoni”; jitlob li l-aġġornament tagħhom jirrifletti l-isfidi attwali u jiżgura l-operazzjonalizzazzjoni sħiħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>167.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu vvalutati r-riżorsi umani u r-rekwiżiti tal-kapaċità, minħabba t-talba għal monitoraġġ aktar proattiv tal-istat tad-dritt; jisħaq fuq l-importanza ta’ koordinazzjoni interdipartimentali fid-direttorati ġenerali kompetenti rilevanti fil-Kummissjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet orizzontali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>168.</NO.P>Jemmen li għandhom jissaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni interistituzzjonali fil-livell tal-UE dwar l-istat tad-dritt; jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill s’issa rrifjutaw l-offerta tiegħu li jidħlu fi ftehim interistituzzjonali dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jafferma mill-ġdid ir-rieda tiegħu li jerġa’ jibda t-taħditiet dwar dan il-ftehim, filwaqt li jissottolinja l-valur miżjud ta’ qafas strutturat u prevedibbli; jisħaq li l-argument li tali ftehim ikun eċċessivament riġidu ma jistax jiġġustifika n-nuqqas ta’ azzjoni; jappella għal soluzzjonijiet prammatiċi biex diġà tittejjeb il-kooperazzjoni; jistieden lill-Kunsill jagħmel id-djalogu tiegħu dwar l-istat tad-dritt aktar inklużiv billi jistieden lil rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet oħra, bħall-Kummissjoni ta’ Venezja u l-Parlament; jenfasizza li l-effettività tas-sett ta’ għodod estiż tal-UE tiddependi minn applikazzjoni koerenti u konsistenti fl-istituzzjonijiet kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>169.</NO.P>Jipproponi li, sakemm jiġi stabbilit mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali permezz ta’ ftehim interistituzzjonali, l-istituzzjonijiet tal-UE jkomplu jiżviluppaw mekkaniżmi għall-kooperazzjoni f’dan il-kuntest billi jintroduċu ċiklu annwali dwar l-istat tad-dritt li jkun strutturat f’fażijiet differenti, li jsaħħaħ il-kontinwità, il-koordinazzjoni u l-impatt fl-istituzzjonijiet kollha, u mfassal b’mod li jippermetti li jiġi estiż progressivament biex ikopri l-valuri kollha minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, filwaqt li jiġi żgurat approċċ komprensiv u koerenti għall-protezzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>170.</NO.P>Ifakkar li r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati għall-isfidi identifikati, speċifiċi biżżejjed biex jippermettu segwitu konkret u azzjonabbli mill-Istati Membri u vvalutati b’mod sistematiku f’edizzjonijiet sussegwenti; jappella għal approċċ aktar ibbilanċjat, trasparenti u kredibbli biex jiġu żgurati trattament ugwali u segwitu effettiv; jissottolinja li applikazzjoni aktar konsistenti tal-approċċ tal-Kummissjoni, b’mod partikolari billi jindika rakkomandazzjonijiet li jibqgħu mhux solvuti matul diversi ċikli, ittejjeb it-trasparenza, il-preċiżjoni u l-kredibbiltà tal-qafas ta’ monitoraġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>171.</NO.P>Jisħaq li, fil-futur, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk l-Istati Membri li fihom il-Kummissjoni tkun identifikat ksur serju u sistemiku, u jistieden lill-Kummissjoni tiddistingwi b’mod ċar każijiet bħal dawn fir-rakkomandazzjonijiet tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>172.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapport biex ikopri l-aspetti kollha tal-Artikolu 2 tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>173.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fir-rapporti futuri tagħha dwar l-istat tad-dritt, tinkludi pilastru dwar is-soċjetà ċivili, u pilastru dwar il-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ mibegħda u diskriminazzjoni, kif minqux fl-Artikolu 21 tal-Karta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>174.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni biex, fir-rapporti futuri tagħha dwar l-istat tad-dritt, tinkludi l-protezzjoni tal-libertà akkademika u artistika, u miżuri biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni fuq pjattaformi online minn atturi domestiċi jew esterni fl-ambitu tal-pilastru tal-libertà tal-media; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tinkludi r-reġistrazzjoni u l-monitoraġġ tar-reati ta’ mibegħda fl-ambitu tal-pilastru tas-sistemi ġudizzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>175.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu għal indikaturi usa’, bħad-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-protezzjoni tal-minoranzi u tal-gruppi vulnerabbli, u r-rispett għad-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>176.</NO.P>Ifakkar li l-protezzjoni tal-minoranzi tifforma parti mill-kriterji ta’ adeżjoni ta’ Copenhagen; jissottolinja n-nuqqas ta’ garanziji legali fil-livell tal-UE biex jiżguraw li l-Istati Membri jirrispettaw l-impenji meħuda matul il-proċess ta’ adeżjoni rigward il-protezzjoni tal-minoranzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>177.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura valutazzjoni aktar konsistenti u komprensiva tal-integrità elettorali fl-ambitu tal-pilastru tas-sistema ta’ kontrokontrolli u fil-kapitoli tal-pajjiżi kollha, li tkopri l-qafas legali u istituzzjonali, l-implimentazzjoni prattika tiegħu u r-riskji ewlenin; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ skrutinju tal-korruzzjoni, tal-użu ħażin tar-riżorsi tal-istat u tal-manipulazzjoni elettorali; jitlob kooperazzjoni sistematika mal-Kummissjoni ta’ Venezja, mal-OSKE/Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem u ma’ korpi internazzjonali rilevanti oħra, u li r-rakkomandazzjonijiet tagħhom jiġu riflessi kif xieraq fil-valutazzjonijiet u fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tar-rapporti dwar l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>178.</NO.P>Jinnota li l-Lista ta’ Kontroll aġġornata tal-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni ta’ Venezja tirrikonoxxi li l-IA u t-teknoloġiji diġitali jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-aċċessibbiltà fl-amministrazzjoni pubblika u fis-sistemi ġudizzjarji; jenfasizza fl-istess ħin, li l-użu tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi jista’ joħloq riskji sinifikanti għaċ-ċertezza legali, għall-ugwaljanza quddiem il-liġi, għat-trasparenza u għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, fin-nuqqas ta’ bażi legali ċara, sorveljanza umana u salvagwardji robusti; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza dawn ir-riskji u tiżgura li s-sistemi tal-IA jintużaw f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-istat tad-dritt, inklużi t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont, in-nondiskriminazzjoni, il-proporzjonalità u rimedji effettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>179.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni, meta tabbozza r-rapport dwar l-istat tad-dritt, tinvolvi ruħha fi djalogu strutturat u f’konsultazzjoni wiesgħa mas-soċjetà ċivili u mal-korpi u l-istituzzjonijiet ta’ sorveljanza indipendenti li huma attivi fl-oqsma tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>180.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq żjarat fl-Istati Membri fuq il-post kull meta jkun possibbli, aktar milli virtwalment, peress li ż-żjarat fuq il-post jistgħu jagħtu stampa aktar sħiħa u aktar kuntestwali tas-sitwazzjoni lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>181.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol essenzjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-funzjonament tad-demokrazija u bħala parti mis-sistema ta’ kontrokontrolli li jirfdu l-istat tad-dritt; jirrikonoxxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fuq quddiem nett, u qed jiffaċċjaw direttament sfidi li jistgħu jaffettwaw l-istat tad-dritt u l-infurzabbiltà tad-drittijiet fundamentali; jisħaq fuq l-importanza li jiġi evitat indħil bla bżonn mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u li tiġi ssalvagwardjata l-awtonomija tagħhom, kif protetta skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5(3) tat-TUE, li jirrikonoxxu l-awtonomija reġjonali u lokali bħala parti mill-identità kostituzzjonali tal-Istati Membri, u l-Artikolu 41 tal-Karta, dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>182.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom rigward l-istat tad-dritt, u jissottolinja li l-valutazzjoni tal-aderenza tal-istituzzjonijiet tal-UE mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, inkluża l-konsistenza interna tal-Unjoni fir-rispett ta’ dawn il-valuri fil-politiki u fl-azzjonijiet esterni kollha tagħha, hija essenzjali sabiex jiġu ssalvagwardjati l-kredibbiltà u l-leġittimità tal-UE; jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom imexxu bl-eżempju fiż-żamma tal-ogħla standards tal-istat tad-dritt; jikkritika l-esklużjoni tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-istituzzjonijiet tal-UE mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025; jitlob li fir-rapporti futuri dwar l-istat tad-dritt, jiġi inkluż kapitolu speċifiku dwar l-osservanza mill-UE tal-istandards tal-istat tad-dritt, abbażi ta’ mekkaniżmu ta’ rieżami indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>183.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jagħmel id-djalogu tiegħu dwar l-Istat tad-Dritt, il-proċess tal-Artikolu 7 u l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt kompletament trasparenti, interattiv u orjentat lejn l-eżiti, inkluż billi joħroġ konklużjonijiet dettaljati u jipprovdi feedback dwar is-sejbiet tal-Kummissjoni u tal-Parlament; jiddeplora l-inkapaċità tal-Kunsill li jagħmel progress sinifikattiv fil-proċedura li għaddejja skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE u jemmen li kwalunkwe dewmien ulterjuri fl-azzjoni tal-Kunsill se jammonta għal ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt mill-Kunsill innifsu,
</ACTION><ACTION>
<NO.P>184.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill jiżgura li jsiru seduti ta’ smigħ skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE mill-anqas darba għal kull presidenza; jisħaq, madankollu, li din il-frekwenza minima ma tridx tiġi interpretata bħala limitu massimu, u lanqas ma għandhom tali seduti ta’ smigħ jitnaqqsu għal sempliċi eżerċizzju ta’ konformità burokratika li jippermetti lill-presidenza twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha billi torganizza laqgħa formali waħda mingħajr ma jingħata segwitu sinifikattiv; jistieden lill-Kunsill jippubblika minuti komprensivi wara kull seduta ta’ smigħ, u jipprovdi rakkomandazzjonijiet konkreti u skadenzi għall-implimentazzjoni tagħhom; jinsisti li l-Parlament għandu jkun involut bis-sħiħ fil-proċedimenti kollha relatati mal-Artikolu 7 tat-TUE; jissottolinja li, anke fin-nuqqas ta’ unanimità, il-Kunsill mhuwiex imwaqqaf milli javvanza l-proċedura, b’mod partikolari billi jadotta rakkomandazzjonijiet konkreti indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari l-Ungerija, u jisħaq li l-proċess ma għandux jiġi ridott għal seduti ta’ smigħ perjodiċi mingħajr segwitu sostantiv jew eżiti tanġibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>185.</NO.P>Itenni s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni; jieħu nota li l-Kummissjoni bdiet proċedura ta’ ksur kontra l-Ungerija talli naqset milli tikkonforma ma’ diversi dispożizzjonijiet tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media, kif ukoll ma’ ċerti rekwiżiti skont id-Direttivi dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva; jissottolinja li, fl-Opinjoni tagħha fil-Kawża C-829/24, Il-Kummissjoni vs l-Ungerija, l-Avukat Ġenerali Juliane Kokott qieset li l-Ungerija kienet kisret id-dritt tal-UE billi adottat leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tas-sovranità nazzjonali, li tista’ ddgħajjef il-prinċipji fundamentali tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni kontra l-indħil politiku barrani; jissottolinja li, fl-Opinjoni tagħha fil-Kawża C-225/24, Il-Parlament vs Il-Kummissjoni, l-Avukat Ġenerali Tamara Ćapeta pproponiet li l-QĠUE tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tneħħi s-sospensjoni tal-fondi tal-UE lill-Ungerija, u b’hekk tqajjem tħassib dwar il-konformità mal-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>186.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rabta bejn l-istrumenti preventivi u reattivi u tagħmel użu mill-għodod kollha disponibbli biex tindirizza n-nuqqasijiet fl-istat tad-dritt, inklużi l-proċeduri ta’ ksur, l-Artikolu 7 tat-TUE, il-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità ġenerali, u l-kundizzjonijiet abilitanti orizzontali fil-Karta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>187.</NO.P>Jilqa’ l-Lista ta’ Kontroll aġġornata tal-Istat tad-Dritt adottata mill-Kummissjoni ta’ Venezja u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jintegrawha bis-sħiħ fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tesplora kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropa biex tippromwovi l-acquis tal-istat tad-dritt bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE mal-Istati Membri u fihom, fl-erba’ kapitoli tar-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>188.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura koerenza u konsistenza sħiħa fl-istrumenti kollha ta’ rapportar dwar l-istat tad-dritt, inkluż ir-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt, ir-rapporti dwar it-tkabbir, u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fl-ambitu tas-Semestru Ewropew; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ metodoloġija unifikata u koordinazzjoni mill-qrib fost id-direttorati ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>189.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jrawmu kultura tal-istat tad-dritt permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, inizjattivi biex jintlaħqu n-nies u programmi ta’ edukazzjoni ċivika dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jissottolinja l-impatt potenzjali tal-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni fuq il-funzjonament tad-demokrazija u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw programmi komprensivi ta’ edukazzjoni ċivika li jrawmu l-fehim tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fost iċ-ċittadini ta’ kull età;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>190.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tesplora l-ħruġ potenzjali, madwar l-istess żmien, tar-rapporti kollha relatati mal-istat tad-dritt jew mad-drittijiet fundamentali, bħar-rapporti annwali dwar il-konformità mal-Karta jew ir-rapport mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, sabiex ikun jista’ jsir dibattitu simultanju dwar dawn il-kwistjonijiet; itenni l-ħtieġa ta’ eżerċizzju simili dwar id-demokrazija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura tixrid wiesa’ tas-sejbiet tagħha fl-Istati Membri kollha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Iċ-ċiklu annwali dwar l-istat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>191.</NO.P>Jisħaq li l-UE żviluppat sett komprensiv ta’ strumenti biex tissalvagwardja l-istat tad-dritt; jinsisti li komplementarjetà akbar bejn il-ħidma ta’ kull istituzzjoni tal-UE u obbligu ta’ rendikont imsaħħaħ għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrumenti huma essenzjali; jissottolinja li l-invokazzjoni ripetuta tal-ħtieġa ta’ għodod ġodda jew elementi proċedurali addizzjonali ma tridx isservi bħala pretest għan-nuqqas ta’ azzjoni jew bħala distrazzjoni mill-varar sħiħ tal-istrumenti diġà disponibbli; jenfasizza li l-kredibbiltà tal-qafas tal-istat tad-dritt tal-UE ma tiddependix fuq il-proliferazzjoni tal-mekkaniżmi, iżda fuq ir-rieda politika u l-kapaċità operattiva l-mekkaniżmi eżistenti jintużaw sal-potenzjal sħiħ tagħhom, u fuq il-konformità sħiħa tal-istituzzjonijiet tal-UE nfushom mal-istat tad-dritt u r-rispett tiegħu fl-azzjonijiet tagħhom stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>192.</NO.P>Jinnota li l-proposta għal ċiklu annwali integrat dwar l-istat tad-dritt, imsemmija mill-President tal-Kummissjoni fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2025, u t-tisħiħ tar-rabta bejn l-għodod baġitarji u l-istat tad-dritt fil-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034 tal-Kummissjoni huma elementi allinjati mal-proposti tal-Parlament stess u konsistenti mal-ħtieġa li jsir progress fl-implimentazzjoni effettiva u koerenti tal-istrumenti eżistenti kollha, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>193.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Iħeġġeġ sensiela ta’ titjib, abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, biex jissaħħu l-kontinwità, il-koordinazzjoni u l-impatt taċ-ċiklu annwali tal-istat tad-dritt:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>li tiġi stabbilita data speċifika għall-pubblikazzjoni annwali tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, preferibbilment f’Ġunju, bil-ħsieb li tiġi żgurata prevedibbiltà akbar u jkun jista’ jsir ippjanar effettiv tal-ħidma kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, filwaqt li jiġi previst perjodu tranżitorju xieraq sabiex ma tiġix imfixkla l-iskeda ta’ żmien interna eżistenti taċ-ċiklu u jiġi żgurat li jiġu ppreservati biżżejjed żmien u riżorsi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>li, fl-analiżi tal-istat tad-dritt tagħha, jiġu inkorporati kemm il-komunikazzjoni ġenerali tagħha kif ukoll il-valutazzjonijiet tagħha speċifiċi għall-pajjiż, ir-referenzi għal indikaturi rikonoxxuti internazzjonalment u sorsi awtorevoli komparabbli li jippermettu evalwazzjoni aktar kwantitattiva u mmexxija mid-data u jikkontribwixxu għal trasparenza, komparabbiltà u konsistenza metodoloġika akbar fl-istrumenti ta’ monitoraġġ tal-istat tad-dritt tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>li titniżżel ir-rilevanza tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE bħala sors ta’ data komparattiva;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>li tiġi ssalvagwardjata l-imparzjalità fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni u l-azzjoni sussegwenti meta jiġu indirizzati kwistjonijiet tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri; li jiġi żgurat proċess ta’ valutazzjoni imparzjali fi ħdan il-Kummissjoni, bl-involviment tad-direttorat ġenerali rilevanti fit-tħejjija tar-rapport; li tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-Kummissjoni mal-UE u l-korpi internazzjonali, biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-konformità mal-istat tad-dritt, u r-rispett tiegħu, fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE nfushom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>li jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet jiġu fformulati b’formulazzjoni ċara u preċiża;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>li tiġi ċċarata l-metodoloġija li tirregola l-formulazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>li ssir distinzjoni bejn ir-rakkomandazzjonijiet relatati ma’ tħassib serju u sistemiku u l-osservazzjonijiet l-oħra, biex b’hekk jiġu enfasizzati dawk is-sitwazzjonijiet li fihom ikun hemm riskju potenzjali ta’ ksur serju u sistemiku tal-istat tad-dritt;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>li jkun hemm rabta bejn ir-rakkomandazzjonijiet identifikati bħala serji u sistemiċi u r-rilaxx tal-fondi, bl-iżborż kontinġenti fuq progress dimostrabbli vverifikat permezz ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ xierqa; li jiġu identifikati b’mod ċar ir-rakkomandazzjonijiet b’impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE u li dawn jiġu mmonitorjati kif xieraq skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt u għodod baġitarji oħra;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>li jiġi vvalutat mhux biss il-grad ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti iżda wkoll, fejn meħtieġ, jinħarġu rakkomandazzjonijiet ġodda; li l-evalwazzjoni ma tkunx limitata għall-kejl tal-progress biss fir-rigward tas-sena ta’ rapportar preċedenti, iżda minflok, tiġi pprovduta evalwazzjoni li tirrifletti l-evoluzzjoni ġenerali mill-pubblikazzjoni tar-rakkomandazzjoni inizjali, sabiex tipprovdi linja bażi ċara għall-implimentazzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(j)</SYMBOL>li tiġi inkluża, f’kull kapitolu tal-pajjiż tar-rapport dwar l-istat tad-dritt, taqsima ddedikata dwar l-implimentazzjoni tas-sentenzi kemm tal-QĠUE kif ukoll tal-QEDB;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(k)</SYMBOL>li tiġi inkluża fl-analiżi taqsima ddedikata dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE meta tkun relatata mas-salvagwardja tal-istat tad-dritt;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>194.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jisħaq li, fi stadju aktar tard fiċ-ċiklu, il-Parlament jeħtieġlu jeżerċita bis-sħiħ is-setgħat u l-prerogattivi tiegħu li jirriżultaw mit-Trattati permezz tar-riżoluzzjoni tiegħu b’reazzjoni għar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, li jista’ jipprovdi valur miżjud tanġibbli u, għal dan l-għan, jipproponi li r-riżoluzzjoni tal-Parlament:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>tiġi adottata sa mhux aktar tard minn Marzu, biex jiġi żgurat li l-kontribut tagħha jkun jista’ jitqies kif xieraq;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>tagħmel użu aktar sħiħ mill-istrutturi eżistenti, b’mod partikolari d-DRFMG, biex jiġu organizzati seduti ta’ smigħ u missjonijiet ibbażati fuq il-kwistjonijiet identifikati mill-Kummissjoni, li mbagħad jistgħu jikkontribwixxu għall-abbozzar tar-rapport tal-Kummissjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>tiġbor flimkien is-sejbiet l-aktar rilevanti li jirriżultaw mir-rapport tal-Kummissjoni, mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ tad-DRFMG, mid-djalogi annwali tal-Kunsill u mill-kontributi mis-soċjetà ċivili;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>tenfasizza l-aħjar prattiki identifikati matul il-laqgħa annwali tal-kumitat interparlamentari dwar l-istat tad-dritt, bil-ħsieb li tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>tivvaluta l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet annwali preċedenti tal-Kummissjoni matul snin suċċessivi, filwaqt li tidentifika x-xejriet u l-iżviluppi pożittivi jew negattivi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>tinkludi analiżi fil-fond tal-pajjiżi kollha li għalihom tkun ġiet attivata proċedura tal-Artikolu 7 u li għalihom ikun ġie identifikat tħassib serju u sistemiku dwar l-istat tad-dritt fir-rapportar tal-Kummissjoni;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>195.</NO.P>Jitlob li, fil-fażi tal-għeluq taċ-ċiklu, il-Kummissjoni tipprovdi, minbarra r-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt ippreżentat fil-plenarja ta’ Ġunju, segwitu strutturat, darb’oħra, dwar kif ikunu tqiesu r-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament; jappella, barra minn hekk, għal skambju speċifiku mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu dwar dan is-segwitu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>196.</NO.P>Jitlob li l-Kunsill iqis kif xieraq is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament adottata b’reazzjoni għal dan ir-rapport; jisħaq li dawk il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu riflessi kif xieraq fid-deliberazzjonijiet u l-azzjonijiet ta’ segwitu tal-Kunsill u jiġu integrati b’mod sistematiku fil-valutazzjoni tiegħu tal-proċeduri li għaddejjin skont l-Artikolu 7 tat-TUE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>197.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>