<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0148</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-2023, l-2024 u l-2025</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0037/2026 - Rapporteur: Dainius Žalimas)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-2023, l-2024 u l-2025 (2025/2016(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Diċembru 2000,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tas-17 ta’ Novembru 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “Il-Monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea Rapport Annwali tal-2023” (COM(2024)0358),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Rapport Ġenerali Annwali tal-2025 dwar is-Simplifikazzjoni, l-Implimentazzjoni u l-Infurzar” (COM(2025)0871), u “r-Rapporti ta’ Progress Annwali tal-2025 dwar is-Simplifikazzjoni, l-Implimentazzjoni u l-Infurzar” tal-Kummissarji Ewropej ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-Dritt tal-Unjoni Ewropea fl-2020, l-2021 u l-2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4229, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4229/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2016 għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa,<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 86, 6.3.2018, p. 126.</FIELD></FOOTNOTE> effiċjenti u indipendenti u l-proposta fl-istess riżoluzzjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2023 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni u l-Liġi Amministrattiva<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4215, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4215/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2025 bit-titolu “Is-Suq Uniku: is-suq intern Ewropew tagħna f’dinja inċerta Strateġija biex is-Suq Uniku jsir sempliċi, bla xkiel u b’saħħtu (COM(2025)0500),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Nimxu ’l quddiem flimkien: Unjoni aktar kuraġġuża, sempliċi u rapida” (COM(2025)0045),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Ewropa aktar sempliċi u rapida: Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni u s-simplifikazzjoni” (COM(2025)0047),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Rapport ta’ rendikont dwar il-metodi ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE” (SWD(2023)0254),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 28/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Infurzar tad-dritt tal-UE”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-28 ta’ Awwissu 2025 bit-titolu “Ewropa aktar sempliċi u rapida”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4414, 29.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4414/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European Competitiveness – A Competitiveness Strategy for Europe” (Il-Futur tal-Kompetittività Ewropea – Strateġija għall-Kompetittività għall-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a Market” (“Ħafna aktar milli Suq”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0037/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-tfassil tal-liġijiet tal-UE huwa xprunat mill-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem kif minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE; billi l-applikazzjoni uniformi, konsistenti u effettiva tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri kollha hija meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE, jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq uniku u jinżamm spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja; billi l-kredibbiltà esterna tal-UE tiddependi fuq il-kapaċità tagħha li tiżgura konformità sħiħa ma’ dawn il-valuri u l-prinċipji internament;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi skont l-Artikolu 4(3) tat-TUE u l-Artikoli 288 u 291(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja li jittrasponu, japplikaw u jimplimentaw id-dritt tal-UE b’mod korrett, armonjuż u fil-limiti ta’ żmien stabbiliti; billi l-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera jinvolvi r-responsabbiltà li tiġi ffaċilitata t-tlestija tal-kompiti tal-UE u li ma tittieħed l-ebda miżura li tista’ tipperikola l-kisba tal-objettivi tal-UE; billi l-leġiżlazzjoni tal-UE hija effettiva biss dejjem jekk, minn naħa waħda, tiġi trasposta fil-ħin, u b’mod komplut u preċiż u, min-naħa l-oħra, tiġi applikata kif xieraq fi ħdan il-qafas legali nazzjonali mill-Istati Membri, u dan huwa neċessarju biex jiġu ggarantiti l-benefiċċji tal-politiki tal-UE għaċ-ċittadini kollha tal-UE, inkluża l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tagħhom, u biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi għan-negozji fis-suq intern kollu; billi, f’dan il-kuntest, l-infurzar tad-dritt tal-UE huwa essenzjali biex jinżammu kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-kwalità, iċ-ċarezza, il-koerenza u l-aċċessibbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-UE huma prekundizzjonijiet essenzjali għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni korretti, effettivi, f’waqthom u kompluti tagħha; billi l-kumplessità, l-atti li jikkoinċidu, id-definizzjonijiet diverġenti u l-abbozzar ambigwu jżidu r-riskju ta’ dewmien, interpretazzjoni diverġenti u konformità dgħajfa; billi l-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tiġi abbozzata b’mod ċar, razzjonali u teknikament trasponibbli, li jippermetti lill-Istati Membri, liċ-ċittadini u lin-negozji jifhmu, japplikaw u jinvokaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-UE; billi l-avvanzi teknoloġiċi, inkluża l-intelliġenza artifiċjali (IA), joħolqu opportunitajiet ġodda biex jittejbu l-abbozzar leġiżlattiv, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni tal-konformità u l-komunikazzjoni maċ-ċittadini u n-negozji, dment li l-użu tagħhom ikun irregolat minn oqfsa trasparenti, etiċi u siguri tad-data;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-proċedimenti ta’ ksur, flimkien ma’ mekkaniżmi oħra ta’ implimentazzjoni u ta’ promozzjoni tal-konformità, jiggarantixxu li ċ-ċittadini u n-negozji tal-UE ma jiġux affettwati b’mod negattiv mit-traspożizzjoni tardiva jew inkompleta jew mill-applikazzjoni mhux korretta tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri; billi l-ftuħ f’waqtu u konsistenti ta’ proċeduri ta’ ksur mill-Kummissjoni jikkostitwixxi strument komplementari biex tiġi ggarantita l-konformità mad-dritt tal-UE; billi d-djalogu mal-awtoritajiet nazzjonali jidher li huwa l-mod preferut tal-Kummissjoni biex issolvi l-proċeduri ta’ ksur, għall-kuntrarju li tressaq lill-Istati Membri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), li hija tqis bħala miżura tal-aħħar istanza; billi fl-2016, fil-ħidma tagħha dwar każijiet ta’ ksur u lmenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipprijoritizza l-aktar ksur serju tad-dritt tal-UE li jaffettwa b’mod sinifikanti l-interessi taċ-ċittadini u tan-negozji; billi l-2017 kienet l-ewwel sena li fiha l-Kummissjoni applikat dan l-approċċ ġdid u aktar immirat;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi konsultazzjonijiet pubbliċi <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> huma għodod essenzjali għal tfassil tal-liġijiet infurmat tajjeb, effiċjenti, responsabbli u trasparenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-petizzjonijiet u l-ilmenti sottomessi lill-Parlament huma sors siewi ta’ informazzjoni dwar in-nuqqasijiet u l-lakuni fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE fil-livell nazzjonali, u jistgħu jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni u t-traspożizzjoni korretti tal-leġiżlazzjoni tal-UE mill-Istati Membri fl-oqsma kollha ta’ politika; billi għadd sinifikanti ta’ petizzjonijiet jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u r-rispett għall-istat tad-dritt u d-demokrazija; billi tali kontribut taċ-ċittadini jipprovdi għarfien siewi dwar l-applikazzjoni fil-ħajja reali tad-dritt tal-UE u għandu jinforma b’mod sistematiku l-prattiki ta’ monitoraġġ u infurzar;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi għadd dejjem jikber ta’ petizzjonijiet sottomessi lill-Parlament jindirizzaw id-drittijiet u s-sikurezza tat-tfal u tal-adolexxenti f’ambjenti diġitali, b’mod partikolari r-riskji ta’ abbuż u sfruttament sesswali; billi l-petizzjonijiet jikkonċernaw nuqqasijiet fil-protezzjoni tat-tfal b’mod aktar wiesa’, inklużi s-sikurezza online u l-aċċess għas-servizzi ta’ protezzjoni tat-tfal; billi l-petizzjonanti spiss jiġbdu l-attenzjoni fuq nuqqasijiet persistenti u ksur ripetut fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri f’dawn l-oqsma, u dan juri l-ħtieġa ta’ sorveljanza msaħħa u segwitu f’waqtu;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, sfortunatament, il-Kummissjoni ma ppubblikatx rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE għall-2024, u b’hekk kisret prattika li ilha fis-seħħ għal aktar minn 40 sena, mill-1983;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi r-Rapport Ġenerali tal-2025 tal-Kummissjoni dwar is-Simplifikazzjoni, l-Implimentazzjoni u l-Infurzar jagħmel enfasi qawwija fuq l-inizjattivi ta’ simplifikazzjoni; billi din l-enfasi għandha tiġi kontrobilanċjata b’analiżi ugwalment dettaljata tal-implimentazzjoni u l-infurzar; billi mingħajr sorveljanza u infurzar effettiv u effiċjenti mill-Kummissjoni, in-negozju transfruntier u l-moviment liberu tal-persuni, l-oġġetti, il-kapital u s-servizzi fl-UE jistgħu jiġu mfixkla b’mod sever; billi l-Kummissjoni għandha tieħu azzjonijiet ta’ infurzar biex tiggarantixxi d-drittijiet kollha skont id-dritt tal-UE, b’mod partikolari d-drittijiet tal-bniedem; billi l-effettività u l-kredibbiltà tad-dritt tal-UE jiddependu fuq il-kapaċità tagħha li twassal benefiċċji soċjali, ambjentali u ekonomiċi tanġibbli liċ-ċittadini u lir-reġjuni kollha, filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura fl-applikazzjoni tar-regoli tal-UE; billi l-prinċipju tal-iskrutinju parlamentari tal-attivitajiet tal-Kummissjoni, inkluż il-monitoraġġ tal-Kummissjoni tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE, huwa essenzjali biex jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont demokratiku liċ-ċittadini tal-UE u biex tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-għadd ta’ każijiet ta’ ksur magħluqa naqas b’mod drammatiku minn 1,030 fl-2023 għal 535 fl-2024; billi l-għadd ta’ każijiet miftuħa żdied minn 1,461 fl-2023 għal 1,493 fl-2024; billi l-għadd ta’ każijiet ġodda ta’ ksur żdied minn 528 fl-2023 għal 567 fl-2024; billi għall-2025, iċ-ċifri preliminari li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Lulju 2025 juru li ngħalqu 345 każ u 1,559 każ kienu attivi; billi d-data jew mhijiex kompluta, jew għadha mhijiex disponibbli, jew inkella mhijiex irrappurtata fuq is-sit web tal-Kummissjoni; billi fl-2023, l-2024 u l-2025, l-ambjent kien konsistentement il-qasam ta’ politika bl-ogħla għadd ta’ proċeduri ta’ ksur attivi; billi fl-2023, dan il-qasam ta’ politika kien segwit minn dawk tal-enerġija u t-trasport; billi fl-2024 segwew dawk tal-ġustizzja u l-konsumaturi, u l-mobbiltà u t-trasport; billi fl-2025 segwew dawk tal-ġustizzja u l-konsumaturi, u l-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi hemm każijiet ta’ ksur persistenti tad-dritt tal-UE u nuqqas sistematiku ta’ implimentazzjoni tas-sentenzi tal-QĠUE minn ċerti Stati Membri;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Monitoraġġ u infurzar tad-dritt tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jieħu nota tar-rapport tal-Kummissjoni tal-2023 dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma ppubblikatx rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE għall-2024, u b’hekk kisret prattika li ilha stabbilita għal aktar minn 40 sena, mill-1983; jisħaq li l-monitoraġġ regolari u annwali tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE huwa strument essenzjali li permezz tiegħu l-Kummissjoni tissodisfa r-rwol tagħha bħala l-gwardjan tat-Trattati, f’konformità mal-Artikolu 17(1) tat-TUE, peress li dan jgħin biex jiġu żgurati u mmonitorjati l-applikazzjoni u l-infurzar b’mod korrett tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri kollha u biex jiġi segwit il-progress li jkun sar f’dan il-qasam b’mod trasparenti u aċċessibbli għal kulħadd; jemmen li r-rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE huwa għodda kruċjali biex ikun jista’ jsir skrutinju tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni korretti tad-dritt tal-UE, u biex jiġi ssalvagwardjat il-bilanċ istituzzjonali kif previst fit-Trattati; jisħaq li l-Parlament jeħtieġ li jinżamm infurmat b’mod kostanti u li jiddependi fuq tali rappurtar, kemm bħala koleġiżlatur kif ukoll fl-eżerċizzju tiegħu ta’ skrutinju politiku, skont l-Artikolu 14(1) tat-TUE, biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni teżerċita l-prerogattivi tagħha b’mod effettiv; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat monitoraġġ annwali tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE għal kull pajjiż, sabiex jiġi evitat ksur tad-drittijiet fundamentali u tal-istat tad-dritt bħala konsegwenza ta’ nuqqas ta’ konformità; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lil-libertà tal-espressjoni, il-pluraliżmu tal-midja, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, li l-ksur tagħhom jista’ jkollu impatt dirett fuq il-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE; jemmen li rappurtar trasparenti u aċċessibbli jikkontribwixxi biex iċ-ċittadini jinżammu infurmati dwar l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u jnaqqas l-ispazju għal miżinformazzjoni rigward il-funzjonament tal-UE; jinnota bi tħassib li l-qrati kostituzzjonali u supremi nazzjonali f’xi Stati Membri kienu qed jimminaw id-duttrina stabbilita tal-primazija tad-dritt tal-UE; jisħaq li tali żviluppi għandhom dejjem iwasslu għal attivitajiet ta’ infurzar rapidi mill-Kummissjoni, inklużi proċeduri ta’ ksur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni miexja lejn ċiklu ġdid ta’ rappurtar dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE b’rapporti ta’ progress annwali dwar is-simplifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar minn kull Kummissarju, u rapport ġenerali annwali dwar is-simplifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar; jilqa’ r-Rapport Ġenerali Annwali tal-2025, u r-Rapporti ta’ Progress Annwali tal-2025 tal-Kummissarji, li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Lulju 2025, bħala sors siewi ta’ informazzjoni fattwali dwar l-istat tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE fis-setturi u fl-Istati Membri kollha; jinnota li r-rapporti huma ppreżentati b’mod ċar; jiddispjaċih għall-fatt, madankollu, li l-analiżi għadha ffukata wisq fuq il-kisbiet, b’nuqqas ta’ attenzjoni mogħtija lill-isfidi persistenti u lill-lakuni sistemiċi fl-infurzar; jinnota li data komparattiva insuffiċjenti u indikaturi orjentati lejn ir-riżultati jillimitaw il-valutazzjoni tal-progress reali maż-żmien; jenfasizza li r-rapport ġenerali annwali jrid imur lil hinn minn eżerċizzju deskrittiv u jipprovdi valutazzjoni sostantiva u kritika tal-isfidi u n-nuqqasijiet sistemiċi fl-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE, inkluża identifikazzjoni ċara u trasparenti tan-nuqqasijiet u l-passi previsti biex dawn jiġu indirizzati; jistieden lill-Kummissjoni, f’rapporti ġenerali futuri, tiżgura approċċ koerenti, u li l-kapitoli dwar is-simplifikazzjoni jiġu kontrobilanċjati minn analiżi tal-implimentazzjoni u l-infurzar; jistieden lill-Kummissjoni tmur lil hinn mill-monitoraġġ formalistiku u proċedurali ffukat biss fuq it-traspożizzjoni tad-direttivi; jisħaq li l-monitoraġġ għandu jirrifletti l-effettività sostantiva tad-dritt tal-UE fil-kisba tal-objettivi tiegħu; jitlob li l-Kummissjoni tippubblika l-metodoloġija applikata fit-tħejjija tar-rapporti ġenerali sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-iskrutinju parlamentari effettiv; jissottolinja l-importanza ta’ kooperazzjoni tajba fost l-istituzzjonijiet, b’mod partikolari permezz tad-Djalogu Strutturat sostnut bejn il-Kummissjoni u l-Parlament, biex jiġu żgurati trasparenza u aċċessibbiltà sħaħ, u biex jissaħħu l-kredibbiltà u l-utilità tar-rapporti għal dawk li jfasslu l-politika u għaċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jappella għal trasparenza msaħħa fil-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill fl-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-UE, inkluż permezz ta’ djalogi strutturati regolari, kondiviżjoni sistematika tad-data, u trażmissjoni f’waqtha tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-prijoritajiet ta’ politika essenzjali tal-UE fir-rapport annwali tal-2023 tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE, kif ukoll fir-rapport ġenerali tagħha dwar is-simplifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-mekkaniżmi <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> li jiżguraw li l-proposti leġiżlattivi jikkonformaw bis-sħiħ mad-distribuzzjoni tal-kompetenzi stabbiliti fit-Trattati, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet li fihom l-atti adottati permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja sħiħa u approvati mill-Istati Membri jistgħu sussegwentement jiġu annullati, anke parzjalment, għal raġunijiet ta’ bażi ġuridika jew kompetenza; jissottolinja li skrutinju legali msaħħaħ fl-istadji kollha tal-proċess leġiżlattiv huwa essenzjali biex jiġu ssalvagwardjati l-istabbiltà, il-prevedibbiltà u l-kredibbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tiżgura kontrolli sistematiċi tal-konformità sabiex tipprevjeni li l-leġiżlazzjoni tal-UE tinterferixxi f’oqsma esklużi mill-kompetenza tal-UE, b’mod partikolari f’oqsma sensittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapport annwali dwar it-trasparenza ddedikat speċifikament għaċ-ċiklu ta’ monitoraġġ, simplifikazzjoni u infurzar, li jagħti dettalji dwar il-bidliet metodoloġiċi, is-sorsi tad-data, l-isfidi ffaċċjati u l-konsultazzjonijiet li saru mal-partijiet ikkonċernati u l-amministrazzjonijiet nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota r-referenzi fir-rapport ġenerali tal-Kummissjoni tal-2025 u fir-rapporti ta’ progress settorjali disponibbli għad-djalogi dwar il-proċedura ta’ qabel il-ksur (li qabel kienu magħrufa bħala EU Pilot), il-funzjonament attwali tagħhom u r-rwol tagħhom fl-iffaċilitar tas-soluzzjoni bikrija tal-problemi qabel it-tnedija ta’ proċedimenti formali ta’ ksur; iqis, madankollu, li dawn ir-referenzi għandhom ikunu aktar dettaljati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-petizzjonijiet li jirċievi l-Parlament jikkostitwixxu strument vitali għall-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE, inkluż il-ksur sistemiku jew strutturali fl-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżgura li l-informazzjoni u s-sejbiet li joħorġu mill-petizzjonijiet jitqiesu u jiġu integrati fil-proċessi ta’ infurzar u monitoraġġ tagħha; jistaqsi lill-Kummissjoni, b’mod partikolari tipprovdi data statistika dettaljata dwar l-għadd ta’ petizzjonijiet li ngħataw segwitu mill-Kummissjoni, inklużi dawk li wasslu għal investigazzjonijiet ulterjuri permezz ta’ proċessi tal-EU Pilot jew għal proċeduri ta’ ksur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar in-nuqqas regolari ta’ valutazzjonijiet tal-impatt li jakkumpanjaw il-proposti leġiżlattivi, b’mod partikolari l-proposti leġiżlattivi bil-possibbiltà li jkollhom impatti sostanzjali fuq id-drittijiet fundamentali; jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt jikkontribwixxu għall-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-UE u għalhekk jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll itejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-istituzzjonijiet tal-UE; jenfasizza l-importanza li jiġu kkonsultati l-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-abbozzar tal-valutazzjonijiet tal-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinvolvi b’mod estensiv lill-partijiet ikkonċernati, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-esperti indipendenti meta timmonitorja l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE, filwaqt li tagħmel użu sħiħ mill-għarfien espert tagħhom dwar l-implimentazzjoni lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni fundamentali għall-implimentazzjoni effettiva u għall-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri kollha u jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tal-infurzar tal-liġi biex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali; jisħaq li l-applikazzjoni xierqa u uniformi tad-dritt tal-UE fl-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja hija essenzjali għas-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, il-fiduċja reċiproka u l-istat tad-dritt madwar l-UE; jinnota bi tħassib nuqqasijiet persistenti fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strumenti legali ewlenin; jesprimi appoġġ qawwi għall-Mekkaniżmu ta’ Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt u jistieden lill-Kummissjoni tapplikah b’mod konsistenti u b’mod oġġettiv u trasparenti; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta’ skrutinju akbar tal-konformità tal-Istati Membri mal-valuri fundamentali tal-UE, jiġifieri l-istat tad-dritt, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE; jissottolinja li l-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu 7 tat-TUE huwa għodda ta’ infurzar essenzjali fil-każ ta’ riskju ċar ta’ ksur serju; jisħaq li r-rispett għall-istat tad-dritt jikkonċerna mhux biss lill-Istati Membri iżda wkoll lill-istituzzjonijiet tal-UE, li għandhom jinżammu responsabbli għall-konformità mat-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tinforza d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat- 28 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2008/913/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, kif ukoll l-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, biex tiżgura protezzjoni legali u istituzzjonali robusta kontra d-diskors ta’ mibegħda, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza, kemm fl-ambjenti fiżiċi kif ukoll f’dawk diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni transfruntiera aktar b’saħħitha fost l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi biex jiġu miġġielda b’mod effettiv il-kriminalità serja, il-korruzzjoni u t-terroriżmu; jappoġġja d-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-għodod tal-ġustizzja, inkluż l-użu sħiħ tal-Evidenza elettronika u tal-e-CODEX; jissottolinja l-importanza li jissaħħu r-rwol u l-kapaċità operazzjonali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza li meta l-Kummissjoni tinforza l-protezzjonijiet tad-drittijiet fundamentali skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li jikkorrispondu għad-drittijiet iggarantiti mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, għandha tqis kif xieraq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Japprova r-rakkomandazzjonijiet strateġiċi stabbiliti fir-rapporti Draghi u Letta, u jenfasizza r-rilevanza tagħhom għat-tisħiħ tal-kapaċità ta’ implimentazzjoni tal-UE, l-immodernizzar tas-Suq Uniku u l-iżgurar ta’ governanza aktar koerenti u orjentata lejn ir-riżultati tad-dritt tal-UE fl-oqsma ta’ politika kollha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Proċeduri ta’ ksur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar in-nuqqas ta’ rieda tal-Kummissjoni li tniedi proċedimenti ta’ ksur quddiem il-QĠUE, anke f’każijiet li jinvolvu ksur ċar u persistenti tad-dritt tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, tagħmel użu sħiħ mill-għodod ta’ infurzar kollha disponibbli u ma toqgħodx lura mil-litigazzjoni bħala għodda ta’ infurzar essenzjali biex tiżgura l-konformità u tirrispetta l-awtorità tad-dritt tal-UE; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-bidu ta’ proċeduri ta’ ksur għadu selettiv, minħabba l-approċċ tal-Kummissjoni li tipprijoritizza l-ksur li tqis li għandu l-aktar impatt sinifikanti fuq l-interessi pubbliċi u kummerċjali<FOOTNOTE><FIELD> Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Ewropa aktar sempliċi u rapida: Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni u s-simplifikazzjoni” (COM(2025)0047).</FIELD></FOOTNOTE>, u jesprimi tħassib li l-ksur possibbli tad-dritt tal-UE mhuwiex segwit b’mod sistematiku minn azzjoni ta’ infurzar; jenfasizza l-importanza ta’ monitoraġġ effettiv u azzjoni preventiva sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini ma jġarrbux l-ispiża ta’ traspożizzjoni mhux kompluta jew applikazzjoni mhux korretta tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jikkritika n-nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-kriterji użati mill-Kummissjoni biex tipprijoritizza ċerti azzjonijiet ta’ infurzar fuq oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni tadotta u tippubblika kriterji trasparenti u oġġettivi applikabbli għall-każijiet ta’ ksur, b’mod partikolari fir-rigward tal-għażla u l-prijoritizzazzjoni ta’ dawk li jinvolvu ksur serju jew sistemiku tad-drittijiet fundamentali, tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jew tar-regoli tas-suq intern; jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ trasparenza akbar matul il-proċess kollu, inkluż l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-istatus, in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċeduri miftuħa, dwar l-eżiti tal-proċeduri, kif ukoll dwar il-kontribut pubbliku, kemm dak riċevut kif ukoll dak ikkunsidrat, b’mod partikolari fil-fażi tal-bidu tal-proċeduri ta’ ksur; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b’mod proattiv u fuq bażi kontinwa dwar każijiet fejn tkun aġixxiet b’reazzjoni għal ksur serju suspettat u dwar każijiet fejn tkun iddeċidiet li ma tiħux azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jiddispjaċih li l-proċedimenti ta’ ksur spiss ma jinbdewx meta jkun hemm nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjonijiet tal-QĠUE; jistieden lill-Kummissjoni tibda b’mod konsistenti tali proċeduri f’każijiet ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ deċiżjoni tal-QĠUE, inkluż billi toħroġ talbiet għal somom f’daqqa jew pagamenti ta’ penali, speċjalment f’każijiet ta’ ksur sistemiku tad-dritt tal-UE jew nuqqas ta’ konformità ripetut mas-sentenzi tal-QĠUE mill-Istat Membru inkwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq li l-ilmenti li jikkonċernaw allegat ksur tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri mressqa minn ċittadini, professjonisti legali jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma sors importanti ta’ informazzjoni relatata mal-infurzar tad-dritt tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, meta jitressqu lmenti quddiemha, tiżgura segwitu xieraq għal tali lmenti, inkluż, fejn rilevanti, il-bidu f’waqtu ta’ proċeduri ta’ ksur jew komunikazzjoni ċara lill-applikant dwar ir-raġunijiet għaliex mhi se tinbeda l-ebda proċedura ta’ ksur; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza ta’ mezzi oħra li jippermettu liċ-ċittadini jirrapportaw amministrazzjoni ħażina minn istituzzjoni tal-UE jew frodi, u l-ħtieġa li jissaħħu l-mezzi finanzjarji u l-persunal tal-Ombudsman Ewropew u tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, kif ukoll li l-mekkaniżmu għat-tressiq tal-petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew isir aktar effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-Parlament irċieva diversi petizzjonijiet li jqajmu tħassib serju dwar l-abbuż sesswali tat-tfal, b’mod partikolari online, u b’mod aktar wiesa’ dwar nuqqasijiet ripetuti jew sistemiċi fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE b’rabta mal-protezzjoni tat-tfal; jenfasizza li, fl-2023 u fl-2025, il-Kummissjoni segwiet il-proċeduri ta’ ksur kontra 18-il Stat Membru għat-traspożizzjoni skorretta tagħhom tad-Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/93/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li minnhom ingħalqu 8 każijiet; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-infurzar f’dan il-qasam u tiżgura segwitu rapidu u effettiv għall-petizzjonijiet li jqajmu allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, fid-dawl tal-vulnerabbiltà partikolari tat-tfal; f’dan il-kuntest iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-mezzi proċedurali u legali kollha disponibbli biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tad-dritt tal-UE mmirat lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota bi tħassib li f’ċerti Stati Membri l-applikazzjoni tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari hija mhedda, inklużi s-setgħat tal-imħallfin li jitolbu deċiżjonijiet preliminari; jisħaq li tali ostakli jimminaw l-implimentazzjoni xierqa tad-dritt tal-UE f’dawk l-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti rilevanti biex tiżgura konformità sħiħa mal-proċedura għal deċiżjoni preliminari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel użu effettiv mill-fażi ta’ qabel il-litigazzjoni, filwaqt li żżomm f’moħħha l-objettiv li tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-UE malajr kemm jista’ jkun; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi limitu ta’ żmien għad-djalogu ta’ qabel il-ksur, li qabel kien magħruf bħala l-proċedura EU Pilot, biex tiżgura riżoluzzjoni u infurzar fil-pront; jirrakkomanda l-għoti ta’ informazzjoni aktar dettaljata u aċċessibbli dwar dawn id-djalogi informali, inklużi l-iskedi ta’ żmien u l-eżiti mistennija, biex jiġu żgurati l-obbligu ta’ rendikont u r-riżoluzzjoni f’waqtha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni strutturata u l-mekkaniżmi ta’ twissija bikrija li jgħinu biex jiġu identifikati problemi bit-traspożizzjoni jew l-implimentazzjoni qabel ma jsiru meħtieġa proċeduri formali ta’ ksur; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaderixxu strettament mal-iskadenzi tat-traspożizzjoni, isegwu l-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni u jinvolvu ruħhom b’mod attiv u sħiħ fi djalogi ta’ implimentazzjoni, u jinnotifikaw lill-Kummissjoni fil-ħin dwar l-ostakli u l-kwistjonijiet potenzjali bit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni, sabiex jiġu evitati dewmien, żbalji u penali potenzjali; jappella għal aktar appoġġ biex tinbena l-kapaċità amministrattiva u teknika tal-Istati Membri f’dan ir-rigward; jiddispjaċih li xi Stati Membri jirrapportaw kwistjonijiet ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ implimentazzjoni tard wisq, jew jonqsu milli jirrapportawhom għalkollox, u dan jirriżulta f’dewmien li jaffettwa b’mod negattiv liċ-ċittadini u lin-negozji tal-UE; ifakkar li l-Istati Membri jipparteċipaw fil-proċedura leġiżlattiva permezz tal-Kunsill bħala koleġiżlatur; jisħaq li n-nuqqas ta’ infurzar tad-dritt tal-UE jimmina l-perċezzjoni li ċ-ċittadini għandhom tal-UE u tal-kapaċità tagħha li tikseb ir-riżultati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-introduzzjoni ta’ djalogi ta’ implimentazzjoni bħala strument ġdid biex jappoġġja l-konformità tal-Istati Membri mad-dritt tal-UE; jisħaq fuq l-importanza li jiġi stabbilit proċess ċar, trasparenti u inklużiv għall-identifikazzjoni, l-għażla u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati f’dawn id-djalogi fl-Istati Membri kollha tal-UE; jinnota bi tħassib li l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fid-djalogi ta’ implimentazzjoni għadha limitata; jenfasizza li l-parteċipazzjoni sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati hija essenzjali biex jissaħħu l-kwalità, il-leġittimità u l-effettività tal-isforzi ta’ implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li, skont it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku, id-dewmien medju fit-traspożizzjoni għad-direttivi dwar is-Suq Uniku fl-UE bħalissa huwa ta’ 11.9-il xahar, li jfisser, bħala medja, li l-Istati Membri qed jieħdu kważi sena aktar mill-iskadenza preskritta biex jinkorporaw id-direttivi tal-UE fil-liġijiet nazzjonali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-fatt li ħafna atti leġiżlattivi Ewropej jinkludu referenzi għal standards tekniċi u atti delegati jew ta’ implimentazzjoni li għadhom fl-istadju tal-abbozzar meta jiġu adottati l-atti bażiċi, u dan jagħmilha diffiċli għall-Istati Membri biex jittrasponuhom bis-sħiħ fil-perjodu preskritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota bi tħassib il-limitazzjonijiet tal-pjattaforma l-ġdida ta’ implimentazzjoni Europa, imnedija f’April 2025, li l-għan tagħha huwa li tiċċentralizza l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni, il-każijiet ta’ ksur, it-traspożizzjoni tad-direttivi u d-djalogu ta’ qabel il-ksur, li qabel kienet magħrufa bħala l-proċedura EU Pilot; jirrimarka li, minkejja l-potenzjal tagħha, il-pjattaforma tikkonsisti primarjament f’tabelli tad-data u għandha tittejjeb bil-ħsieb li tipprovdi, b’mod trasparenti, informazzjoni essenzjali dwar proċeduri li għaddejjin jew li ġew konklużi, u li tagħmel disponibbli analiżijiet kwalitattivi eżawrjenti tad-data ppreżentata; jinnota li l-informazzjoni ppreżentata fuq il-pjattaforma hija primarjament organizzata mill-Istati Membri, u toffri ħarsa ġenerali lejn l-isforzi ta’ implimentazzjoni nazzjonali; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ struttura bbażata fuq l-atti legali li tippermetti fehim aktar ċar tal-istadju ta’ implimentazzjoni, l-isfidi relatati, kif ukoll l-isfidi li jiffaċċjaw l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-atti leġiżlattivi; iqis li l-iżvilupp ta’ approċċ analitiku bħal dan itejjeb b’mod sinifikanti t-trasparenza u jiffaċilita valutazzjoni tal-implimentazzjoni bbażata aktar fuq l-evidenza madwar l-UE; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-effiċjenza tal-pjattaforma u l-kontenut tagħha sabiex tkun tista’ tintuża biex twettaq firxa ta’ operazzjonijiet b’mod trasparenti u faċilment aċċessibbli, inklużi paraguni u konklużjonijiet f’ċerti każijiet, u sabiex issir strument utli għal-leġiżlaturi, il-professjonisti legali, u ċ-ċittadini li jfittxu għarfien dwar kif id-dritt tal-UE jiġi rispettat fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq li l-pubblikazzjoni trasparenti u fil-ħin tad-data dwar każijiet ta’ traspożizzjoni u ksur hija essenzjali biex jiġu żgurati l-obbligu ta’ rendikont u l-fiduċja pubblika; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel tali data aċċessibbli f’format miftuħ u faċli għall-utent u tiffaċilita t-tqabbil bejn l-Istati Membri u l-oqsma ta’ politika; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza meħtieġa tal-għodod u l-bażijiet tad-data kollha użati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE, inkluż billi tagħmel disponibbli għall-pubbliku noti metodoloġiċi, kriterji għall-ġbir tad-data, u spjegazzjonijiet tal-indikaturi; jisħaq li t-trasparenza hija essenzjali għal skrutinju sinifikanti miċ-ċittadini, mir-riċerkaturi u mill-istituzzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li tissaħħaħ it-trasparenza għaċ-ċittadini u n-negozji fir-rigward tad-drittijiet li jgawdu skont id-dritt tal-UE u l-mekkaniżmi disponibbli meta dawn id-drittijiet jinkisru; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-proċeduri tal-ilmenti, inkluż permezz ta’ għodod diġitali modernizzati u portals ta’ informazzjoni multilingwi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ u timmodernizza l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regolamenti, minħabba l-importanza dejjem tikber tagħhom bħala l-istrument leġiżlattiv ewlieni tal-UE; jinnota l-isfidi fl-applikazzjoni tar-regolamenti, kif muri mil-lakuni fid-data pprovduta mill-Kummissjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ kompletezza, aċċessibbiltà u konsistenza; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar kif l-attivitajiet u l-prattiki ta’ monitoraġġ tagħha huma adattati għall-applikazzjoni tar-regolamenti u għar-rakkomandazzjonijiet magħmula f’dan ir-rigward fir-rapport ta’ rendikont tagħha dwar il-metodi ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jirrakkomanda użu aktar dixxiplinat u limitat tal-leġiżlazzjoni tal-livell 2, jiġifieri atti delegati u ta’ implimentazzjoni, billi jiġu speċifikati elementi mhux essenzjali tal-leġiżlazzjoni jew billi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom jiġi ristrett għal kwistjonijiet ġenwinament tekniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-livell 1, rispettivament; jisħaq li l-atti tal-livell 2 iridu jkunu soġġetti għal proċeduri trasparenti, jinkludu skedi ta’ żmien ċari, jippermettu biżżejjed żmien għal skrutinju sinifikanti u effettiv mill-koleġiżlaturi, u jiġu ppubblikati bi żmien suffiċjenti biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jħejju għall-konformità, u li tali miżuri għandhom, fejn fattibbli, ikunu disponibbli qabel jew simultanjament mad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni tal-livell 1 biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-infurzabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinsisti fuq ir-rwol fundamentali tal-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri u tal-UE biex tinbena ġurisprudenza robusta, u b’hekk tinżamm is-sigurtà legali fis-soċjetà kollha tal-UE u fis-suq tal-UE; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq l-importanza li tiġi ppreservata l-indipendenza ġudizzjarja, iżda wkoll li jiġu allokati riżorsi finanzjarji u umani robusti lill-awtoritajiet ġudizzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jenfasizza li, f’ċerti Stati Membri li għandhom sistemi federali jew reġjonali, it-traspożizzjoni tista’ tinvolvi diversi proċessi leġiżlattivi u livelli ta’ gvern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ kooperazzjoni transfruntiera aktar b’saħħitha fost l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi biex jiġu miġġielda b’mod effettiv il-kriminalità serja, il-korruzzjoni u t-terroriżmu, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tar-rwol u l-kapaċità operazzjonali tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jappoġġja d-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-għodod tal-ġustizzja, speċjalment fi proċeduri transfruntiera, bħas-sistemi tal-Evidenza elettronika u tal-e-CODEX, bl-għan li jitħaffef it-teħid ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji b’mod affidabbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Simplifikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq li s-simplifikazzjoni tad-dritt tal-UE ma tridx tiġi konfuża ma’ deregolamentazzjoni; jenfasizza li l-isforzi ta’ simplifikazzjoni tal-Kummissjoni, li jiġbru flimkien id-destin ta’ diversi atti leġiżlattivi, ma għandhom bl-ebda mod ikunu awtomatiċi u jridu, fejn meħtieġ, ikunu soġġetti għal valutazzjonijiet tal-impatt bir-reqqa u konsultazzjonijiet sinifikanti mal-partijiet ikkonċernati; jenfasizza li s-simplifikazzjoni tat-testi u l-proċeduri legali tista’ ttejjeb iċ-ċarezza, iċ-ċertezza legali, u l-effiċjenza amministrattiva; itenni li leġiżlazzjoni tal-UE ta’ kwalità, ċara u koeżiva hija kundizzjoni essenzjali għal traspożizzjoni effettiva, korretta u uniformi mill-Istati Membri li tippreserva l-objettivi u l-protezzjonijiet essenzjali tal-politika; jenfasizza li l-għan ta’ tali proċess ta’ simplifikazzjoni jrid ikun li jnaqqas il-kumplessità teknika, jelimina t-trikkib regolatorju, jarmonizza d-definizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti minn atti li jirregolaw oqsma relatati u jiggarantixxi l-fattibbiltà teknika tal-implimentazzjoni fid-dritt nazzjonali; jirrimarka l-importanza tal-koerenza fl-istrumenti leġiżlattivi kollha sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u l-kontradizzjonijiet li jżidu l-kumplessità u jfixklu l-implimentazzjoni effettiva. jenfasizza li t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi jimxi id f’id mal-iżgurar tal-aċċessibbiltà, li jista’ jinkiseb b’mod effettiv permezz ta’ għodod diġitali mfassla tajjeb li huma sempliċi u inklużivi għall-utenti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li fl-2023, 59 minn 130 Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja ġew ippubblikati mingħajr valutazzjoni tal-impatt, u fl-2024, 26 minn 31 Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja ġew ippubblikati mingħajr valutazzjoni tal-impatt; jinnota bi tħassib, barra minn hekk, li l-Kummissjoni ppubblikat 80 Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja bejn l-1 ta’ Diċembru 2024 u s-26 ta’ Settembru 2025, li minnhom 18 biss kienu appoġġjati minn total ta’ 12-il valutazzjoni tal-impatt; jitlob li jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-atti kollha; jiddispjaċih għall-fatt li dan ma kienx il-każ għal diversi proposti politikament sensittivi fil-passat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jirrikonoxxi l-objettivi għat-tnaqqis tal-piżijiet stabbiliti mill-Kummissjoni fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2025; jilqa’ l-pjanijiet tal-Kummissjoni li twettaq testijiet tal-istress u kontrolli tar-realtà fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE biex tiżgura li tilħaq b’mod effettiv l-objettivi ta’ politika tagħha; ifakkar, f’dan ir-rigward, fl-importanza tal-evalwazzjoni sistematika tal-leġiżlazzjoni għat-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza, kif previst fl-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni; iħeġġeġ li Kummissarju maħtur jingħata s-setgħa bl-awtorità, ir-riżorsi u l-għodod analitiċi meħtieġa biex imexxi dan l-isforz u jiżgura li l-atti leġiżlattivi kollha jkunu proporzjonati, infurzabbli u adatti għall-iskop tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jissottolinja l-każijiet ta’ atti leġiżlattivi li qatt ma ġew applikati; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja każijiet bħal dawn regolarment, tivvaluta r-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta’ applikazzjoni, tiddeċiedi jekk jeħtiġux simplifikazzjoni u toħroġ bi proposti biex timmodifikahom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Ifakkar li t-tfassil tal-liġijiet tal-UE huwa bbażat fuq bilanċ interistituzzjonali fost il-koleġiżlaturi u impenn kondiviż għal kooperazzjoni trasparenti matul iċ-ċiklu leġiżlattiv; jinnota li dan irid jiġi rifless meta jiġu stabbiliti jew rieżaminati l-prijoritajiet pluriennali u fid-dikjarazzjoni konġunta ta’ kull sena dwar il-prijoritajiet interistituzzjonali annwali; jikkritika bil-qawwa l-prattika reċenti tal-Kummissjoni li tirtira l-proposti leġiżlattivi, b’mod partikolari dawk li diġà għaddejjin minn negozjati tat-trilogu, mingħajr ġustifikazzjoni suffiċjenti, peress li tali azzjonijiet jimminaw il-kredibbiltà tal-kooperazzjoni interistituzzjonali u r-responsabbiltà demokratika; ifakkar li kwalunkwe intenzjoni mill-Kummissjoni li tirtira atti leġiżlattivi pendenti, kif imħabbar fil-programmi ta’ ħidma annwali tagħha, teħtieġ li tkun debitament motivata u sostanzjata, filwaqt li tippermetti l-konsultazzjoni xierqa tal-koleġiżlaturi tal-UE; josserva li nuqqas ta’ konsultazzjoni xierqa jpoġġi f’riskju l-eżerċizzju bbilanċjat tal-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-UE, joħloq inċertezza legali għan-negozji u jimmina l-fiduċja tan-nies ordinarji fit-tfassil tal-liġijiet tal-UE; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tinvolvi bis-sħiħ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi stadju bikri u matul kwalunkwe proċedura ta’ rtirar, u twettaq valutazzjonijiet tal-impatt bir-reqqa u bbażati fuq l-evidenza qabel kwalunkwe revoka potenzjali, filwaqt li tqis il-benefiċċji u l-ispejjeż b’mod komprensiv, inklużi l-ispejjeż tan-nuqqas ta’ konformità u n-nuqqas ta’ azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tressaq leġiżlazzjoni biex tikkodifika l-istandards minimi għall-proċeduri amministrattivi fl-Istati Membri kollha, f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni u l-Liġi Amministrattiva; jisħaq li tali leġiżlazzjoni għandha tippromwovi l-ġustizzja, it-trasparenza u d-diġitalizzazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika tal-UE, inklużi salvagwardji għall-użu responsabbli tal-IA fit-teħid tad-deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jitlob simplifikazzjoni sinifikanti tal-obbligi amministrattivi għall-benefiċjarji tal-fondi tal-UE biex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jintużaw kif suppost u b’mod effettiv, b’mod partikolari permezz tal-użu usa’ ta’ mudelli ta’ rapportar ibbażati fuq ir-riżultati, duplikazzjoni mnaqqsa fil-proċeduri tal-awditjar, u distinzjoni legali ċara bejn żbalji mhux intenzjonati u frodi intenzjonata; jiddispjaċih li sa tmiem l-2023, madwar terz biss tal-fondi totali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) kienu ġew żborżati lill-Istati Membri, filwaqt li seba’ Stati Membri ma kienu rċevew l-ebda fond għall-ilħuq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri mill-RRF sa tmiem l-2023, minħabba li l-gvernijiet ma laħqux l-istadji importanti miftiehma<FOOTNOTE><FIELD> Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapport Speċjali 13/2024: “Assorbiment ta’ fondi mingħand il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza – Qed isir progress b’xi dewmien u għad hemm riskji fir-rigward tat-twettiq tal-miżuri u, għalhekk, l-ilħuq tal-objettivi tal-RRF”, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza li l-piżijiet amministrattivi eċċessivi, kif ukoll problemi bil-kapaċità amministrattiva u regoli kumplessi fil-livell nazzjonali, jimminaw l-aċċess għall-finanzjament tal-UE u l-kredibbiltà tal-politiki ta’ appoġġ tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà li tgħaqqad il-leġiżlazzjoni diġitali attwali u futura, inklużi l-oqfsa taċ-ċibersigurtà, f’Ġabra ta’ Regoli Diġitali unika u koerenti; jirrakkomanda li tali strument ikun fih definizzjonijiet armonizzati, obbligi ta’ rapportar unifikati, u gwida ċara kemm għall-atturi pubbliċi kif ukoll għal dawk privati biex jittejbu l-koerenza u l-konformità legali fis-Suq Uniku Diġitali kollu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Elementi speċifiċi għas-settur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li, fil-qasam tal-kummerċ, fil-każ ta’ atti leġiżlattivi b’dati ta’ applikazzjoni differiti, huwa ta’ importanza kbira li jiġu stabbiliti dati ta’ applikazzjoni ċari; ifakkar li l-linji gwida tal-Kummissjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u uniformi ta’ tali atti għandhom jipprovdu ċarezza u ċertezza legali, u ma jimminawx l-essenza u l-iskop stess tal-att bażiku; jiddispjaċih ħafna, f’dan il-kuntest, dwar l-impatt negattiv fuq l-operaturi tal-UE u s-sħab internazzjonali tal-UE kkawżat mid-dewmien ripetut u n-nuqqas ta’ ċarezza rigward id-dati tal-applikazzjoni u l-perjodi ta’ introduzzjoni gradwali skont il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-ftehimiet internazzjonali li għalihom l-UE hija parti, li, fost l-oħrajn, idgħajjef il-kredibbiltà tal-UE fix-xena globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jilqa’, fil-qasam tal-impjiegi, is-sentenza tal-QĠUE<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2025, <STRING ITALIC="on">Id-Danimarka</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Parlament u l-Kunsill</STRING>, C-19/23, ECLI:EU:C:2025:865.</FIELD></FOOTNOTE> li fil-biċċa l-kbira kkonfermat il-validità tad-Direttiva dwar pagi minimi adegwati<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2041/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ttrasponewx id-Direttiva fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom sal-iskadenza preskritta biex jagħmlu dan mingħajr dewmien; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibqa’ viġilanti u tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tiżgura t-traspożizzjoni sħiħa u f’waqtha u l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva; jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni fid-djalogi ta’ qabel il-ksur fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, li jiffaċilita l-bidliet leġiżlattivi nazzjonali mmirati lejn it-tisħiħ u l-armonizzazzjoni tal-livelli minimi ta’ protezzjoni għall-ħaddiema, u b’hekk jissalvagwardja d-drittijiet tal-ħaddiema u jikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ekwi madwar l-UE; jiddispjaċih li diversi Stati Membri ttrasponew parzjalment biss ċerti direttivi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’, fil-qasam tal-ambjent, ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR); jistieden lill-Kummissjoni tippubblika dashboards annwali tal-implimentazzjoni għal kull Stat Membru u qasam ta’ politika b’indikaturi komparabbli li jinqraw mill-magni u metadata dwar l-istatus tal-każ, li jintegraw is-settijiet tad-data tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u jippermettu analiżi tax-xejriet u valutazzjoni komparattiva; jirrimarka li, skont l-EIR tal-2025, il-kost tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE jammonta għal EUR 180 biljun fis-sena, filwaqt it-tnaqqis tad-diskrepanza fl-implimentazzjoni jkun jirrikjedi EUR 122 biljun fis-sena, li juri li l-implimentazzjoni effettiva tirrappreżenta investiment sod aktar milli kost; jenfasizza li, mit-2 ta’ April 2025, kienu għaddejjin 309 proċediment ta’ ksur fil-qasam tal-leġiżlazzjoni ambjentali, li minnhom 45 % kienu jikkonċernaw it-tniġġis u l-ilma, 24 % il-ġestjoni tal-iskart, 24 % in-natura u l-bijodiversità, u 7 % il-governanza; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-kapaċità amministrattiva tagħhom għall-għoti ta’ permessi, l-ispezzjonijiet u l-monitoraġġ, jadottaw għodod diġitali għall-għoti ta’ permessi u l-infurzar, u jiżguraw data ambjentali miftuħa għat-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza u s-sorveljanza ċivika; jinnota bi tħassib li l-proliferazzjoni u l-istratifikazzjoni tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni jistgħu jimminaw iċ-ċarezza legali u l-konformità f’waqtha għall-amministrazzjonijiet u għal dawk responsabbli; jissottolinja li s-simplifikazzjoni għandha ssaħħaħ iċ-ċarezza u ċ-ċertezza mingħajr ma tbaxxi l-istandards tal-protezzjoni ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni takkumpanja l-inizjattivi ta’ simplifikazzjoni b’valutazzjonijiet tal-impatt tal-konformità u gwida għall-prattikanti; iħeġġeġ li l-finanzjament tal-UE jiġi allinjat mal-prijoritajiet ta’ implimentazzjoni, filwaqt li jiġi identifikat appoġġ biex jingħalqu l-lakuni fil-konformità ambjentali identifikati fl-EIR u billi jitneħħew gradwalment is-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra kundizzjonalitajiet proporzjonati u mmirati fejn in-nuqqas ta’ konformità persistenti jimmina l-objettivi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni bdiet djalogi ta’ qabel il-ksur mal-Istati Membri, b’mod partikolari dawk li ma ppreżentawx l-abbozzi aġġornati tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima għall-perjodu 2021–2030 fil-ħin, iżda jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ skedi ta’ żmien dettaljati għall-konformità tal-Istati Membri u l-azzjoni ta’ segwitu minnhom; jenfasizza l-importanza li tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klima u l-ambjent, inkluż il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u l-Patt Ekoloġiku Ewropew; jappella għal monitoraġġ integrat, mekkaniżmi ta’ infurzar aħjar u allinjament aktar mill-qrib bejn l-għanijiet klimatiċi tal-UE u l-istrateġiji nazzjonali biex jiġi żgurat it-twettiq f’waqtu u koerenti tal-impenji ambjentali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li l-implimentazzjoni f’waqtha u effettiva tal-leġiżlazzjoni adottata reċentement, inkluża d-Direttiva riformulata dwar l-Effiċjenza Enerġetika<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/1791/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, il-pakkett tad-Disinn tas-Suq tal-Elettriku, u d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1275/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, hija essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE għall-klima u l-enerġija għall-2030, kif ukoll biex tiġi żgurata t-tlestija ta’ Unjoni tal-Enerġija kompletament integrata u interkonnessa f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/869 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/869/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, inkluża r-reviżjoni li jmiss tiegħu, u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1999/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq li ostakli persistenti bħal proċeduri amministrattivi twal u kumplessi, diġitalizzazzjoni insuffiċjenti, nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva fl-għoti tal-permessi u l-awtoritajiet regolatorji, u traspożizzjoni inkonsistenti jew imdewma mill-Istati Membri jkomplu jfixklu l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-UE dwar l-enerġija, idewmu l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura u l-interkonnessjonijiet tal-enerġija, u jimpedixxu l-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jiddispjaċih li l-infurzar fil-qasam tal-enerġija għadu jirrappreżenta sehem sinifikanti tal-proċedimenti ta’ ksur, primarjament minħabba t-traspożizzjoni mhux kompluta jew mhux korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jisħaq li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-infrastruttura tal-enerġija u l-interkonnessjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2022/869 u r-Regolament (UE) 2018/1999 ikomplu jdewmu l-integrazzjoni tas-sistemi tal-enerġija nazzjonali u jimminaw l-ilħuq tal-objettivi tal-UE dwar l-enerġija u l-klima; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura approċċ aktar koerenti bejn il-proċeduri ta’ ksur, il-monitoraġġ skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, u l-appoġġ tekniku pprovdut permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, sabiex jiġu indirizzati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jirriżultaw minn kapaċità amministrattiva insuffiċjenti jew nuqqas ta’ ċarezza legali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-azzjonijiet ta’ infurzar u gwida li jiffaċilitaw it-tlestija f’waqtha ta’ proġetti ta’ interess komuni u infrastruttura transfruntiera oħra essenzjali għat-tlestija tas-suq intern tal-enerġija u l-Unjoni tal-Enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw bis-sħiħ u b’mod korrett id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/JHA u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, u jistieden lill-Kummissjoni tkompli teżerċita proċeduri ta’ ksur f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità sistemika; jilqa’, b’mod partikolari, l-istabbiliment ta’ Unità ġdida fil-Kummissjoni li tittratta l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, li għandha tippermetti li jittieħdu azzjonijiet konkreti fir-rigward ta’ pjattaformi kbar ħafna li ma jirrispettawx il-liġi, kif ukoll segwitu xieraq rigward il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li, fil-qasam tal-agrikoltura, il-Politika Agrikola Komuni (PAK) tirrappreżenta l-akbar sehem tal-baġit tal-UE u tammonta għal 31 % tan-nefqa totali għall-perjodu 2021–2027; jenfasizza li huwa kruċjali li l-leġiżlazzjoni tal-UE u s-sistemi ta’ kontroll tal-PAK jiġu implimentati u infurzati b’mod effettiv kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali, biex jiġi żgurat li l-interessi finanzjarji tal-UE u taċ-ċittadini tagħha jkunu protetti b’mod effettiv kontra kwalunkwe użu ħażin tal-fondi tal-UE, li jista’ jaffettwa b’mod negattiv lill-bdiewa u l-immaġni pubblika ta’ din il-politika; jirrimarka li f’ċerti Stati seħħew il-ħtif tal-art u l-użu ħażin tas-sussidji Membri minħabba ksur tad-Dritt tal-UE, prattiki korrotti, jew l-involviment tal-kriminalità organizzata; jenfasizza li l-implimentazzjoni korretta tad-dritt tal-UE, flimkien ma’ miżuri effettivi ta’ monitoraġġ u kontroll, huma meħtieġa biex jiġu miġġielda abbużi bħal dawn; jenfasizza, f’dan il-kuntest, in-nuqqas ta’ trasparenza u aċċess pubbliku għad-data dwar id-distribuzzjoni tas-sussidji agrikoli; jesprimi tħassib li l-kooperazzjoni ġudizzjarja, minkejja d-diversi strumenti legali stabbiliti fil-qasam tal-irkupru tal-assi, għadha mxekkla minn differenzi sinifikanti bejn is-sistemi legali nazzjonali u nuqqas ta’ regolamenti armonizzati; jenfasizza li r-Regolament Finanzjarju tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari l-Artikolu 61 tiegħu, irid jiġi rispettat u infurzat fl-Istati Membri kollha u jiġi applikat għall-pagamenti kollha tal-fondi tal-UE, inklużi l-pagamenti diretti għall-agrikoltura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Ifakkar, fil-qasam tal-politika u l-kultura awdjoviżiva u tal-media, fl-importanza tal-implimentazzjoni f’waqtha u effettiva tal-istrumenti regolatorji, b’mod partikolari l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media) (ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, bħala mezz biex tiġi żgurata ekosistema tal-media sostenibbli, pluralistika u reżiljenti, li tkun kapaċi tiġġieled id-diżinformazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati strumenti finanzjarji fil-perjodi ta’ programmazzjoni annwali tagħhom b’mod konsistenti mal-kriterji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/818<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 - 2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (ĠU L 189, 28.5.2021, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/818/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari fir-rigward tal-Programm Ewropa Kreattiva 2021–2027, li l-missjoni primarja tiegħu hija li jappoġġja s-settur kulturali u li jissalvagwardja l-indipendenza u l-libertà artistika tal-kreaturi; jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni komprensiva u bbilanċjata tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbiddlu (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/1808/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, bħala l-istrument ewlieni li jirregola l-kontenut awdjoviżiv u tal-media fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni uniformi u l-infurzar effettiv tar-regoli tas-suq intern fis-setturi kollha; jesprimi tħassib serju dwar il-prattiki koerċittivi ta’ akkwiżizzjoni imposti fuq il-kreaturi Ewropej, b’mod partikolari ta’ kuntratti bbażati fuq liġijiet u ġuriżdizzjonijiet barranin li jistgħu jevitaw l-istandards tal-UE dwar remunerazzjoni xierqa u proporzjonata; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi proposta leġiżlattiva ddedikata li tistabbilixxi salvagwardji għall-prevenzjoni ta’ tali ċirkomvenzjoni u tiżgura li l-kreaturi Ewropej ikunu jistgħu jgawdu b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom u jinfurzawhom skont id-dritt tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota bi tħassib nuqqasijiet persistenti fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strumenti legali ewlenin relatati mal-ażil, il-migrazzjoni, il-protezzjoni tad-data, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-infurzar tal-liġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota n-nuqqas ta’ rappurtar dwar l-applikazzjoni tal-istrateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2020–2025, dwar l-azzjonijiet tagħha biex tiġġieled id-diskriminazzjoni, inkluż permezz tal-Att tal-UE dwar l-Aċċessibbiltà<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/882/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, kif ukoll dwar l-istrateġija tal-UE dwar iż-żgħażagħ; ifakkar fl-impenn tiegħu li jilħaq il-miri tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali sal-2030 għal Ewropa soċjali b’saħħitha li tkun ġusta, inklużiva u mimlija opportunitajiet; jistieden lill-Kummissjoni tiddedika kapitoli speċifiċi dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn l-oqsma ta’ politika importanti fir-rapportar futur tagħha; jirrakkomanda li tinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-ġlieda kontra r-reati ta’ mibegħda, dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u dwar l-applikazzjoni sistematika tat-testijiet taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika tagħha;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>