<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0149</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-protezzjoni tal-kumpaniji, tal-impjiegi u tal-prodotti tal-UE mill-kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0185/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar il-protezzjoni tal-kumpaniji, tal-impjiegi u tal-prodotti tal-UE mill-kompetizzjoni inġusta min-naħa ta’ pajjiżi mhux tal-UE (2025/2955(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Petizzjonijiet 0072/2025 u 0956/2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/512 tat-13 ta’ Marzu 2025 dwar l-arranġamenti tekniċi għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi elettroniċi għall-iskambju u l-ħżin tal-informazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/512, 20.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/512/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 135, 23.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/988/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1020/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/765/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/3015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3015, 12.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3015/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Sett ta’ għodod komprensiv tal-UE għal kummerċ elettroniku sikur u sostenibbli” (COM(2025)0037),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2025 dwar is-sikurezza tal-prodotti u l-konformità regolatorja fil-kummerċ elettroniku u l-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-EU<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0154.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 233(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>	billi l-kompetizzjoni inġusta mill-importazzjonijiet imqiegħda fis-suq tal-UE tista’ tinħoloq meta l-prodotti jinbiegħu bi prezzijiet artifiċjalment baxxi bħala riżultat ta’ dumping, sussidji li jfixklu l-kummerċ, kapaċità strutturali żejda, asimmetriji regolatorji, inklużi standards ambjentali, ta’ sostenibbiltà u tax-xogħol aktar baxxi, prattiki kummerċjali qarrieqa jew iċ-ċirkomvenzjoni tal-istandards applikabbli tas-saħħa u s-sikurezza; billi tali prattiki jmorru kontra l-impenn tal-UE għal sistema kummerċjali globali ġusta u sostenibbli, jimminaw il-produtturi tal-UE li joperaw skont rekwiżiti regolatorji u ta’ sostenibbiltà għoljin, u jistgħu jikkawżaw ħsara ekonomika sostanzjali lill-ekosistemi industrijali strateġiċi fis-suq intern filwaqt li jaffettwaw ukoll b’mod negattiv lill-konsumaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-tfixkil reċenti fis-sistema kummerċjali globali jirriskja li jiddevja l-produzzjoni eċċessiva lejn is-suq tal-UE u jfixkel il-kundizzjonijiet kompetittivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi s-sussidji mill-Istat u l-kapaċità żejda industrijali fiċ-Ċina f’setturi bħall-azzar, l-elettronika u l-pannelli solari jirriskjaw it-twaqqigħ fil-prezz tal-kumpaniji tal-UE, u dan jagħmilha dejjem aktar diffiċli għall-produtturi tal-UE biex jikkompetu fuq il-prezz; billi, kif deskritt fir-rapport Draghi<FOOTNOTE><FIELD> Draghi, M., “The Future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea), 9 ta’ Settembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>, iċ-Ċina diġà qed tiddomina l-esportazzjonijiet globali ta’ teknoloġiji nodfa u mistennija żżomm kapaċità żejda sinifikanti fil-vetturi fotovoltajċi solari, fiċ-ċelloli tal-batteriji u fil-vetturi elettriċi fil-futur, xprunata parzjalment minn sussidji mill-Istat li huma erba’ darbiet ogħla milli f’ekonomiji ewlenin oħra, flimkien ma’ kostijiet baxxi tal-manifattura;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Kummissjoni diġà għandha firxa ta’ strumenti għad-difiża tal-kummerċ għad-dispożizzjoni tagħha, inklużi miżuri ta’ salvagwardja, li jippermettulha tipproteġi l-impjiegi u l-kumpaniji tal-UE f’każijiet ta’ kompetizzjoni inġusta, distorsjoni tas-suq jew dumping; billi, b’mod partikolari, l-UE applikat dawn il-miżuri għall-vetturi elettriċi Ċiniżi wara sejbiet ta’ sussidjar inġust mill-Istat;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi xi pjattaformi online mhux tal-UE qed jespandu b’mod rapidu fis-suq tal-UE, u f’xi każijiet qed jibbenefikaw minn appoġġ mill-Istat, joffru oġġetti bi prezzijiet baxxi ħafna li jwaqqgħu n-negozji tal-UE, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), filwaqt li jqiegħdu fis-suq volumi sinifikanti ta’ prodotti li ma jikkonformawx mal-istandards tal-UE dwar is-sikurezza, l-ambjent u s-sustanzi kimiċi, u b’hekk joħolqu riskji għall-konsumaturi u jikkawżaw ħsara ekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi tali kompetizzjoni inġusta spiss tkun marbuta ma’ standards tax-xogħol aktar baxxi, protezzjoni ambjentali dgħajfa u ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema, għall-kuntrarju tal-impenn tal-UE għal kummerċ ġust u sostenibbli, u timmina l-kompetittività u r-reżiljenza tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (MSMEs) innovattivi tal-UE li jikkonformaw mar-regoli tal-UE<STRING BOLD="on">;</STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi t-tkabbir qawwi fl-importazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku ta’ valur baxx, iffaċilitat b’mod partikolari minn eżenzjonijiet mid-dazju għal vjeġġi b’valur ta’ anqas minn EUR 150, li fil-biċċa l-kbira ġejjin miċ-Ċina, qed ipoġġi pressjoni sinifikanti fuq l-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq, u b’hekk jillimita l-kapaċità tagħhom li jinfurzaw b’mod effettiv ir-regoli tal-UE dwar il-bejgħ online;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi għadd dejjem jikber ta’ oġġetti importati fl-UE permezz ta’ kanali tal-kummerċ elettroniku jonqsu milli jikkonformaw mal-istandards tal-UE dwar is-sikurezza, l-ambjent jew ix-xogħol, u b’hekk jesponu lill-konsumaturi, b’mod partikolari lill-utenti vulnerabbli u lill-minorenni, għal prodotti mhux sikuri jew kontrafatti, u b’hekk jikkawżaw ħsara ekonomika, ifixklu l-kompetizzjoni ġusta u jimminaw il-fiduċja fis-suq uniku, għad-detriment partikolari tan-negozji konformi tal-UE, b’mod partikolari l-SMEs li jinvestu fil-kwalità, is-sikurezza u s-sostenibbiltà;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi ċerti bejjiegħa mhux tal-UE qed jevitaw ir-rekwiżiti regolatorji u amministrattiv meta jbigħu lill-konsumaturi tal-UE, u dan joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi li jaffettwaw b’mod negattiv lin-negozji tal-UE, b’mod partikolari lill-SMEs u lill-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, u dan qed iħalli impatt fuq il-kompetittività u l-kapaċità tat-tkabbir tagħhom, speċjalment meta dawk l-istess obbligi ma jiġux infurzati b’mod effettiv fuq il-prodotti importati;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>	billi r-rapport Draghi enfasizza li, meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti, il-kumpaniji tal-UE jaffaċċjaw kumplessità regolatorja bla bżonn, u jiddeskrivi l-burokrazija tal-UE bħala kbira u li dejjem tikber; billi aktar minn 60 % tal-kumpaniji tal-UE jqisu l-obbligi ta’ rapportar bħala ostaklu għall-investiment, u 55 % tal-SMEs iqisu l-ostakli regolatorji u l-piżijiet amministrattivi bħala l-akbar sfida tagħhom; billi l-UE m’għandhiex qafas kwantitattiv biex tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ leġiżlazzjoni ġdida;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi t-trasparenza insuffiċjenti rigward l-oriġini tal-prodotti li jidħlu fis-suq intern timmina l-għażla infurmata tal-konsumatur u l-kompetizzjoni ġusta, u billi bħalissa ma hemm l-ebda tikkettar obbligatorju tal-oriġini għal prodotti mhux tal-ikel importati fl-UE<STRING BOLD="on">;</STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>	billi l-konsumaturi, b’mod partikolari x-xerrejja online vulnerabbli jew li jixtru għall-ewwel darba, li ma jingħatawx informazzjoni ċara u affidabbli dwar l-oriġini tal-prodott, il-konformità u l-operatur ekonomiku responsabbli huma f’riskju li jiġu esposti għal prattiki qarrieqa minn bejjiegħa mhux tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-bdiewa tal-UE spiss ikunu esposti għall-kompetizzjoni minn importazzjonijiet agrikoli minn pajjiżi mhux tal-UE fejn ma jkun hemm l-ebda standard ambjentali, fitosanitarju jew tax-xogħol ekwivalenti, jew traċċabbiltà suffiċjenti; billi dan joħloq riskji potenzjali għas-saħħa pubblika, tal-pjanti u tal-annimali, inkluż mit-tixrid ta’ pesti u mard; billi tali prattiki jimminaw il-kompetizzjoni ġusta u jheddu direttament l-impjiegi agrikoli, is-sigurtà tal-ikel u l-vijabbiltà tal-ekonomiji rurali fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-UE bdiet tindirizza l-kompetizzjoni inġusta u l-lakuni regolatorji fil-kummerċ elettroniku permezz ta’ leġiżlazzjoni dwar il-pjattaformi diġitali, is-sikurezza tal-prodotti, is-sorveljanza tas-suq u r-riforma doganali<STRING BOLD="on">; </STRING>billi l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn il-miżuri hija essenzjali biex jiġu ssalvagwardjati l-kompetittività u l-impjiegi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi d-Direttiva (UE) 2024/825 dwar l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2024 li temenda d-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar, ĠU L, 2024/825, 6.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/825/oj).</FIELD></FOOTNOTE> ssaħħaħ il-protezzjoni kontra prattiki kummerċjali żleali u ttejjeb l-informazzjoni dwar aspetti ta’ sostenibbiltà bħal impatti ambjentali, l-użu tal-enerġija u l-possibbiltà ta’ tiswija u d-durabbiltà tal-prodotti, inklużi dawk mibjugħa permezz ta’ swieq online, u l-implimentazzjoni rapida u konsistenti tagħha hija essenzjali biex jiġu żgurati għażla infurmata tal-konsumatur u kompetizzjoni ġusta;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-kompetizzjoni inġusta minn impriżi ta’ pajjiżi mhux tal-UE, inklużi, f’ċerti każijiet, dawk li jibbenefikaw minn sussidji kbar mill-Istat, twassal għal telf ta’ impjiegi fl-UE u toħloq theddida sinifikanti għall-kumpaniji Ewropej li spiss ikunu SMEs u negozji mmexxija mill-familji u li jrawmu t-trasferiment interġenerazzjonali tal-ħiliet, l-għarfien u l-kapital; ifakkar li l-Kummissjoni spiss tirċievi applikazzjonijiet għal appoġġ mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati, li jimplika s-sensjar tal-ħaddiema u l-għeluq ta’ kumpaniji tal-UE minħabba l-inkapaċità tagħhom li jikkompetu ma’ importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE li ma jirrispettawx l-istandards tas-sikurezza, ambjentali jew tax-xogħol tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-kompetizzjoni inġusta minn pjattaformi tal-kummerċ elettroniku mhux tal-UE li jisfruttaw il-lakuni regolatorji, jipperikolaw is-sikurezza tal-konsumatur u jfixklu s-suq uniku; jappella għal regoli aktar ċari dwar l-oriġini tal-prodott, it-traċċabbiltà u l-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi responsabbli, inkluż infurzar aktar strett tal-markatura CE u definizzjonijiet ta’ “manifattur” u “importatur”, biex tiġi appoġġjata l-kompetizzjoni ġusta għan-negozji tal-UE, b’mod partikolari l-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrimarka li ż-żieda qawwija fix-xiri li sar permezz ta’ pjattaformi online mhux tal-UE kienet akkumpanjata minn sfidi sinifikanti ta’ konformità li jikkonċernaw is-sikurezza tal-prodotti u l-konformità mar-regoli tas-suq intern; jisħaq li dawn il-prattiki jagħtu vantaġġ inġust lill-pjattaformi mhux tal-UE, u jagħmlu pressjoni fuq l-impriżi tal-UE, speċjalment fuq l-SMEs u l-mikrointrapriżi; jirrimarka li l-manifatturi tal-UE jaffaċċjaw rekwiżiti ta’ sorveljanza tas-suq aktar stretti mill-bejjiegħa tal-kummerċ elettroniku mhux tal-UE; jenfasizza li l-importazzjonijiet mhux konformi bi prezz baxx inaqqsu s-sehem mis-suq tal-UE u jwasslu għal telf ta’ impjiegi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar fid-dritt tal-konsumaturi għal informazzjoni affidabbli dwar l-oriġini tal-prodotti u huwa tal-fehma li l-biċċa l-kbira tal-konsumaturi fis-suq intern isibu t-tikkettar obbligatorju tal-pajjiż ta’ oriġini utli sabiex jieħdu deċiżjonijiet infurmati malajr dwar ix-xiri tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jemmen li l-implimentazzjoni konsistenti u f’waqtha tal-acquis regolatorju tal-UE, applikabbli kemm għan-negozji offline kif ukoll għal dawk online, hija kruċjali biex jiġi indirizzat l-impatt detrimentali serju ta’ prodotti mhux konformi, mhux sikuri u kontrafatti offruti lill-konsumaturi minn kumpaniji mhux tal-UE; jisħaq fuq l-importanza ta’ għodod ta’ infurzar, inklużi sanzjonijiet adegwati u l-applikazzjoni aktar rapida ta’ miżuri interim, speċjalment f’każijiet ta’ ksur ripetut, serju u sistemiku tad-dritt tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza li r-riforma doganali u tas-sorveljanza tas-suq trid tindirizza l-prattiki kummerċjali inġusti permezz tal-għeluq tal-lakuni regolatorji fil-qafas leġiżlattiv attwali u tappoġġja b’mod espliċitu lill-SMEs billi tnaqqas il-piżijiet amministrattivi bla bżonn, taċċellera l-proċeduri ta’ approvazzjoni għall-operaturi konformi tal-UE, u tiffoka r-riżorsi fuq kunsinni ta’ riskju għoli minn pjattaformi jew bejjiegħa li wettqu ksur ripetut; jisħaq li l-SMEs ma għandhomx ikunu żvantaġġati meta mqabbla ma’ pjattaformi kbar jew esportaturi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi reċenti tal-Kummissjoni biex tnaqqas il-piżijiet amministrattivi eżistenti għall-kumpaniji tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex ittejjeb il-qafas regolatorju sabiex jiġi evitat kwalunkwe effett detrimentali fuq il-kompetittività ekonomika tal-UE u jappella għal sforzi kontinwi biex jiġu appoġġjati l-industrija, is-sovranità teknoloġika u l-impjiegi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrakkomanda tisħiħ, koordinazzjoni aħjar u aktar riżorsi għall-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq, inklużi kontrolli mmirati għal kategoriji ta’ prodotti b’riskju għoli, investiment f’għodod ġodda (eż. l-IA, il-blockchain), ittestjar imsaħħaħ u t-taħriġ meħtieġ tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ t-tneħħija tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u mid-dazju doganali għal kunsinni ta’ valur baxx maqbula reċentement fil-Kunsill dwar pakketti b’valur ta’ anqas minn EUR 150 li jintbagħtu minn pajjiż mhux tal-UE lil konsumatur fl-UE; jissottolinja l-importanza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, bl-appoġġ tal-awtoritajiet doganali, fl-indirizzar ta’ reati doganali f’investigazzjonijiet transfruntiera, inklużi dawk kontra dikjarazzjonijiet frodulenti tal-kummerċ elettroniku u sottovalutazzjoni, kif ukoll l-evitar ta’ kontrolli u “l-għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li l-implimentazzjoni rapida tal-passaport diġitali tal-prodott (DPP) speċjalment fir-rigward ta’ għadd ta’ prodotti kritiċi mibjugħa online, hija essenzjali sabiex jissaħħaħ l-infurzar tal-leġiżlazzjoni attwali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta l-leġiżlazzjoni sekondarja meħtieġa dwar id-DPP mingħajr dewmien, speċjalment għat-tessuti, iż-żraben, inklużi dawk magħmula bl-użu tal-“ekoġilda”, il-prodotti tat-tfal, il-kożmetiċi, il-prodotti elettroniċi, u prodotti oħra b’rati għoljin ta’ nuqqas ta’ konformità u riskji assoċjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproteġi lill-kumpaniji tal-UE minn kompetizzjoni inġusta minn manifatturi ta’ pajjiżi mhux tal-UE, sabiex jinżammu l-impjiegi fl-UE u tissaħħaħ l-indipendenza strateġika sabiex ikunu jistgħu jirrispondu għal kwalunkwe kriżi, bħall-pandemija tal-COVID-19; jiddeplora t-telf ta’ impjiegi li jirriżulta minn kompetizzjoni inġusta minn kumpaniji mhux tal-UE li joperaw bi ksur tal-istandards tas-sikurezza, ambjentali u tax-xogħol tal-UE, spiss iffaċilitat minn pjattaformi online li jippermettu d-dħul aktar faċli ta’ prodotti mhux konformi fis-suq tal-UE; jisħaq li s-sikurezza tal-prodotti, b’mod partikolari għall-prodotti tat-tfal, trid tibqa’ kunsiderazzjoni primarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinsab allarmat bil-fatt li bejjiegħa mhux konformi spiss jevadu sanzjonijiet sinifikanti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-infurzar koordinat tad-dritt attwali tal-UE, inklużi multi u projbizzjonijiet, fil-mezzi kollha tal-bejgħ, biex jiżguraw li oġġetti mhux sikuri jew mhux konformi jitneħħew minnufih u t-trasgressuri jiġu sanzjonati; jenfasizza li infurzar aktar b’saħħtu huwa essenzjali biex jiġi evitat li bejjiegħa mhux tal-UE jwaqqgħu b’mod sistematiku l-prezzijiet ta’ kumpaniji konformi, b’mod partikolari l-SMEs, li jinvestu f’konformità mar-regoli obbligatorji tal-UE dwar is-sikurezza, is-sostenibbiltà u l-kwalità li l-bejjiegħa mhux tal-UE jistgħu jevitaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jiddeplora l-mudell kummerċjali ta’ xi pjattaformi online ewlenin mhux tal-UE bbażati fuq il-produzzjoni u d-distribuzzjoni rapidi u fuq skala kbira ta’ oġġetti li mhumiex konformi mal-istandards tas-sikurezza u ambjentali tal-UE; jenfasizza li tali prattiki jikkostitwixxu dumping soċjali u ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura konformità stretta mal-leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali tal-UE u tqajjem kuxjenza dwar l-impatti ambjentali, tas-saħħa u soċjali ta’ prattiki kummerċjali inġusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq li s-swieq online jeħtiġilhom jiżguraw trasparenza u obbligu ta’ rendikont tul il-katina tal-provvista tal-importazzjoni tal-kummerċ elettroniku, inkluż għall-bejjiegħa terzi mmirati lejn il-konsumaturi tal-UE, u jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-UE dwar is-sikurezza u l-prodotti; jesprimi appoġġ għall-kunċett ta’ “importatur preżunt”, li l-użu tiegħu jiżgura li l-prodotti li jidħlu fl-UE jikkonformaw mar-regoli tal-UE, anke jekk l-esportatur oriġinali jkun barra mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li tiġi vverifikata l-identità tal-bejjiegħ u li ssir disponibbli l-informazzjoni meħtieġa dwar il-konformità, inkluża l-markatura CE u l-identifikazzjoni ta’ operatur ekonomiku responsabbli stabbilit fl-UE, u li jitneħħew mingħajr dewmien prodotti mhux konformi jew ittikkettati b’mod falz; jitlob li l-pjattaformi jiżguraw kooperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż billi jipprovdu data rilevanti dwar bejjiegħa mhux tal-UE u jiffaċilitaw l-ispezzjonijiet, is-sejħiet lura u r-rimedju għall-konsumatur; jinnota li t-twettiq permezz ta’ ċentri bbażati fl-UE jista’ jikkontribwixxi għal kontrolli aktar effettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi proattivi u tuża malajr strumenti mmirati għad-difiża tal-kummerċ, inklużi investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji, biex tiġġieled l-effetti negattivi tal-kompetizzjoni inġusta fuq il-bejjiegħa bl-imnut, l-SMEs u l-industrija tal-UE, peress li ma jistgħux jikkompetu ma’ prezzijiet artifiċjalment baxxi li jirriżultaw minn prattiki ta’ dumping appoġġjati mill-Istat f’pajjiżi tmhux tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura appoġġ sħiħ għall-ilmentaturi meta tiġi ppreżentata evidenza ta’ dumping u sussidjar, u jiġu żgurati proċeduri simplifikati għall-produtturi ż-żgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taċċellera r-riforma doganali, inkluż billi tneħħi l-eżenzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ valur baxx u tintroduċi tariffi għat-trattament jew l-iżdoganar kompatibbli mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; jisħaq li tali tariffi għandhom jikkontribwixxu biex ikopru ż-żieda fl-ispejjeż superviżorji tal-awtoritajiet doganali; jenfasizza l-importanza ta’ approċċ fil-livell tal-UE biex jiġu evitati l-frammentazzjoni u x-xiri fil-fruntieri u tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta; jissottolinja li riforma doganali msaħħa, inklużi għodod ta’ monitoraġġ imtejba u kontrolli mmirati, hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-importazzjonijiet inġusti filwaqt li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-konsumatur u l-affordabbiltà; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-miżuri ta’ appoġġ immirati tal-UE għas-setturi affettwati ħafna minn importazzjonijiet inġusti, bħall-aċċess għall-fondi tal-UE, l-appoġġ għall-innovazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-programmi ta’ diversifikazzjoni tal-esportazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappella għal mekkaniżmi msaħħa ta’ rimedju għall-konsumatur li jippermettu lill-konsumaturi tal-UE jiksbu rifużjonijiet, sostituzzjonijiet jew rimedji għal oġġetti mhux sikuri jew mhux konformi mixtrija minn bejjiegħa mhux tal-UE; jappoġġja l-ħolqien ta’ interfaċċa tal-UE li tintuża faċilment għall-ilmenti tal-konsumaturi online disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE, li tiżgura li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jaġixxu malajr meta jinkisru d-drittijiet tagħhom; iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ kampanja ta’ sensibilizzazzjoni madwar l-UE kollha li tippromwovi l-konsum responsabbli u l-prodotti magħmula fl-UE, li tenfasizza l-vantaġġi soċjali, ambjentali u ta’ sikurezza tagħhom, filwaqt li tħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għar-reġjuni insulari, u b’hekk tagħmilha possibbli għal tali reġjuni li jaċċessaw il-prodotti tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>