<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0150</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Oġġezzjoni skont l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura: Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 94637</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0186/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 94637, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D113501/03 – 2026/2651(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 94637, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D113501/03),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1., ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1829/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-27 ta’ Frar 2026, fejn ma ngħatat ebda opinjoni, u l-votazzjoni tal-Kumitat ta’ Appell tal-31 ta’ Marzu 2026, fejn ukoll ma ngħatat ebda opinjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-1 ta’ Lulju 2025, u ppubblikata fit-23 ta’ Ottubru 2025<FOOTNOTE><FIELD> L-opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati bit-titolu “Assessment of genetically modified soybean MON 94637 (application GMFF-2023-21116)” (Valutazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 94637 (applikazzjoni GMFF-2023-21116), <STRING ITALIC="on">EFSA Journal</STRING> 2025;23(10):e9581, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9581.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”)<FOOTNOTE><FIELD>–––––––––––––––––––––––  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni u, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fl-għaxar leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2628 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1797, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1797/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2627 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat COT102, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1798, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1798/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2629 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 u tmien subkombinazzjonijiet tiegħu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1799, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1799/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1828 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 u li jikkonsisti minnu, u ta’ prodotti tal-ikel u tal-għalf prodotti minn dak il-qamħirrum ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1207 (ĠU C, C/2025/1800, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1800/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1822 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP915635, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1801, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1801/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1826 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP23211, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1802, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1802/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2618 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1803, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1803/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 94804 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1804, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1804/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP910521 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/2246, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2246/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 95275, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/2247, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2247/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/586, 24.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/586/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2025 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1898 tat-22 ta’ Settembru 2025 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP51291 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2025)0222).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DAS1131 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2025)0288).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qoton ġenetikament modifikat MON 88913 (MON-88913-8), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2025)0289).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-lift ġenetikament modifikat MON 88302, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2025)0290).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708, li jikkonsistu minnha, jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2025)0291).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2025)0292).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2025)0327).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf prodotti minn pitrava zokkrija ġenetikament modifikata KWS20-1, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2025)0328).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DBN-09004-6, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0041).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat T25 (ACS-ZMØØ3-2), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0042).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0043).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qoton ġenetikament modifikat T304-40, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0044).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 94637 (il-“fażola tas-sojja ĠM”) ġiet żviluppata biex tipprovdi protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri permezz tal-espressjoni ta’ żewġ proteini kimeriċi tal-Bt iddisinjati ġodda, Cry1A.2 u Cry1B.2;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fl-1 ta’ Lulju 2025, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli li tikkonkludi li l-fażola tas-sojja ĠM hija sikura daqs il-kontroparti konvenzjonali tagħha u ttestjat varjetajiet ta’ fażola tas-sojja mhux ĠM fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent; billi l-EFSA kkonkludiet li l-konsum ta’ ikel u għalf mill-fażola tas-sojja ĠM ma jirrappreżentax tħassib nutrizzjonali, u li l-esponiment ambjentali aċċidentali ma jqajjimx tħassib dwar is-sikurezza;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-karatterizzazzjoni molekulari u l-analiżijiet bijoinformatiċi ma identifikawx kwistjonijiet li jirrikjedu valutazzjoni addizzjonali tas-sikurezza tal-ikel jew tal-għalf u li l-ebda monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq tal-ikel jew tal-għalf ma tqies meħtieġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, minkejja l-valutazzjoni favorevoli tal-EFSA, il-letteratura xjentifika tindika li t-tossini kimeriċi tal-Bt Cry1A.2 u Cry1B.2 iddisinjati ġodda juru attività insettiċida sostanzjalment imtejba meta mqabbla mat-tossini li minnhom huma derivati, u dan iqajjem mistoqsijiet speċifiċi dwar is-sikurezza li ma ġewx indirizzati biżżejjed<FOOTNOTE><FIELD> Chen, D., Moar, W.J., Jerga, A., Gowda, A., Milligan, J.S., Bretsynder, E.C., Rydel, T.J., Baum, J.A., Semeao, A., Fu, S., Guzov, V., Gabbert, K., Head, P.H., Haas, J.A. (2021), “<STRING ITALIC="on">Bacillus thuringiensis</STRING> chimeric proteins Cry1A.2 and Cry1B.2 to control soybean lepidopteran pests: New domain combinations enhance insecticidal spectrum of activity and novel receptor contributions” (Proteini kimeriċi Cry1A.2 u Cry1B.2 tal-<STRING ITALIC="on">Bacillus thuringiensis</STRING> għall-kontroll tal-pesti lepidopteri: il-kombinazzjonijiet ġodda ta’ dominji jtejbu l-ispettru ta’ attività insettiċida u l-kontributi ġodda għar-riċetturi), <STRING ITALIC="on">PLoS One</STRING>, Ġunju 2017, 16(6), e0249150, https://doi.org/10.1371/journal.pone.0249150.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-rieżami sistematiku tal-letteratura ppreżentat mill-applikant ġie kkritikat minħabba nuqqasijiet metodoloġiċi u talli ma kopriex b’mod adegwat il-firxa sħiħa ta’ letteratura xjentifika disponibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-karatterizzazzjoni molekulari tal-fażola tas-sojja ĠM għadha mhux kompluta, peress li l-alterazzjonijiet ġenomiċi mhux intenzjonati u l-kwadri ta’ qari miftuħa maħluqa ġodda ma ġewx investigati bir-reqqa bl-użu tal-aktar approċċi avvanzati ta’ sekwenzjar u “omika”;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-espressjoni tal-ġeni ġiet ivvalutata biss f’kundizzjonijiet limitati fuq il-post, jiġifieri sena waħda u pajjiż wieħed, mingħajr kunsiderazzjoni suffiċjenti ta’ fatturi ta’ stress ambjentali jew sfondi ġenetiċi differenti, minkejja l-varjabbiltà magħrufa fl-espressjoni transġenika;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-provi fuq il-post li jappoġġjaw l-applikazzjoni kienu limitati fl-ambitu ġeografiku u ambjentali u ma jirriflettux id-diversità tal-kundizzjonijiet ambjentali li fihom tista’ tiġi kkultivata jew ipproċessata l-fażola tas-sojja;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-biċċa l-kbira tal-istudji tossikoloġiċi kienu jiddependu fuq proteini tal-Bt prodotti b’mod mikrobiku aktar milli fuq proteini prodotti mill-pjanti, minkejja evidenza li l-kostitwenti tal-pjanti bħall-inibituri tal-proteażi jistgħu jtejbu t-tossiċità tal-Bt;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi diversi sejbiet ta’ sinifikanza statistika osservati fl-istudji tossikoloġiċi ta’ 28 jum u ta’ 90 jum ma skattawx investigazzjonijiet ta’ segwitu addizzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-effetti sinerġistiċi jew kombinatorji possibbli bejn iż-żewġ tossini tal-Bt, ma’ komposti tal-pjanti jew fatturi ta’ stress oħra, ma ġewx investigati b’mod adegwat;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali ma tindirizzax biżżejjed l-esponiment potenzjali minn tixrid, demel jew drenaġġ, u lanqas l-effetti possibbli fuq l-organiżmi mhux fil-mira;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Parlament saħaq ripetutament li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠM f’każijiet li fihom ma tintlaħaq l-ebda maġġoranza kwalifikata mill-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jew fil-Kumitat ta’ Appell, sabiex jiġi indirizzat id-defiċit demokratiku persistenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza l-OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-approċċ “Saħħa Waħda” jirrikjedi li titqies l-interdipendenza bejn is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali, tal-pjanti u dik ambjentali meta jiġu vvalutati s-sostenibbiltà u s-sikurezza fit-tul tal-OĠM;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1829/2003;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li l-valutazzjoni tar-riskju għadha mhux kompluta, b’mod partikolari fir-rigward tal-karatterizzazzjoni molekulari, il-valutazzjoni tossikoloġika u l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax il-fażola tas-sojja ĠM minħabba n-nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti dwar l-impatti fit-tul fuq il-bijodiversità, is-sikurezza tal-ikel, l-għajxien tal-bdiewa u s-saħħa tal-annimali, f’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mingħajr dewmien, proposta leġiżlattiva biex tirriforma l-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-OĠM sabiex tirrispondi għall-oġġezzjonijiet konsistenti tal-Parlament u n-nuqqas ta’ appoġġ b’maġġoranza kwalifikata fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni għall-użi tal-ikel jew tal-għalf ta’ kwalunkwe pjanta ĠM li tkun saret tolleranti għall-erbiċidi li huma pprojbiti fl-Unjoni, bħall-glufosinat, hija inkonsistenti mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni skont, fost l-oħrajn, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, inkluż il-Qafas Kunming-Montreal, u li dan joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi għall-bdiewa tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>