<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0151</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-eskalazzjoni tat-traffikar u tal-isfruttament minn gruppi kriminali fil-Ħaiti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0209, 0220, 0225, 0228 u 0230/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2026 dwar l-eskalazzjoni tat-traffikar u tal-isfruttament minn gruppi kriminali fil-Haiti (2026/2702(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Haiti qed jiffaċċja kollass tal-awtorità tal-istat, fejn gruppi kriminali jikkontrollaw meded kbar ta’ territorju; billi l-gruppi kriminali jwettqu estorsjoni, ħtif u qtil, u jikkawżaw il-ġuħ, l-ispostament u jxerrdu l-vjolenza; billi mill-inqas 5 519 persuna nqatlu u mill-inqas 1 571 mara u tifla sfaw vittmi ta’ vjolenza sesswali bejn Marzu 2025 u Jannar 2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-biċċa l-kbira tal-gruppi kriminali huma involuti fit-traffikar tat-tfal; billi r-reklutaġġ tat-tfal allegatament ittrippla fl-2025; billi huwa rrappurtat li t-tfal jirrappreżentaw sa 50 % tal-membri tal-gruppi kriminali; billi l-għeluq tal-iskejjel ċaħħad lil 1,5 miljun tifel u tifla mill-edukazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-gruppi kriminali jużaw il-vjolenza sesswali biex jintimidaw u jikkontrollaw, u dan jaffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa u lill-bniet;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-sitwazzjoni umanitarja laħqet livelli mingħajr preċedent, fejn 1,45 miljun persuna spostata u aktar minn nofs il-popolazzjoni qed tiffaċċja insigurtà tal-ikel akuta u rispons serjament nieqes mill-fondi;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kriminalità transnazzjonali, il-flussi illeċti tal-armi, it-traffikar tad-droga u l-ħasil tal-flus iżidu l-vjolenza minn gruppi kriminali, it-traffikar u l-isfruttament fl-Haiti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fit-30 ta’ Settembru 2025, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ittrasforma l-Appoġġ għas-Sigurtà Multinazzjonali fil-Forza ta’ Trażżin ta’ Gruppi Kriminali (GSF), li għadha nieqsa mill-fondi u mill-persunal;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza dejjem teskala mwettqa minn gruppi kriminali, it-traffikar, ir-reklutaġġ u l-isfruttament, inkluż l-isfruttament sesswali, tat-tfal, u l-ispostament furzat tal-popolazzjoni ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jappella għal politika ta’ diżarm, ta’ żarmar u ta’ riintegrazzjoni, anke għat-tfal; jisħaq li t-tfal ma jridux jiġu kriminalizzati għal atti mwettqa bħala konsegwenza diretta tal-isfruttament tagħhom, iżda jridu jiġu rikonoxxuti u megħjuna bħala vittmi; jitlob li jkun hemm aċċess għall-kura medika u protezzjoni legali għas-superstiti ta’ vjolenza u sfruttament sesswali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Haiti jipprevjenu t-traffikar tat-tfal billi jsaħħu l-protezzjoni soċjali, jiżguraw edukazzjoni sikura, jespandu l-kura psikosoċjali u jiżviluppaw programmi ta’ riintegrazzjoni, filwaqt li jiżguraw perkorsi mbiegħda mill-vjolenza bbażati fuq id-drittijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Haiti jagħtu prijorità lill-ġustizzja, jiżguraw rimedju, jiġġieldu l-impunità, jinvestigaw id-delitti kollha mwettqa minn gruppi kriminali fi proċedimenti ġusti u kredibbli, u joperazzjonalizzaw il-kapaċità ġudizzjarja speċjalizzata kif xieraq; jitlob li jsiru investigazzjonijiet indipendenti dwar l-allegat qtil extraġudizzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lis-sħab internazzjonali jsaħħu l-appoġġ għall-protezzjoni tat-tfal, ir-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni, is-servizzi mmirati għas-superstiti, il-kapaċità ġudizzjarja u ta’ prosekuzzjoni, u s-soċjetà ċivili Haitjana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota t-tnaqqis fil-finanzjament tal-USAID u tan-Nazzjonijiet Uniti; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-appoġġ umanitarju, inklużi l-protezzjoni u l-kura tas-saħħa għall-vittmi tat-traffikar u l-isfruttament sesswali; iħeġġeġ lill-pajjiżi ospitanti jwaqqfu d-deportazzjonijiet lejn Haiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu appoġġ sostnut għall-Forza ta’ Trażżin tal-Gruppi Kriminali, filwaqt li jiżguraw salvagwardji robusti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-embargo tan-Nazzjonijiet Uniti fuq l-armi; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-isforzi biex irażżnu l-armi illeċiti u l-flussi finanzjarji lejn il-Haiti, inkluż permezz tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-monitoraġġ tal-fruntieri, u jkomplu jimponu sanzjonijiet immirati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-istituzzjonijiet CARIFORUM, u lill-awtoritajiet tal-Haiti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>