<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0152</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-liġi Ċiniża ġdida dwar "l-unità u l-progress etniċi" u s-soppressjoni intensifikata tal-identitajiet etniċi</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0216, 0223, 0232, 0233 u 0234/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2026 dwar il-liġi Ċiniża ġdida dwar “l-unità u l-progress etniċi” u s-soppressjoni intensifikata tal-identitajiet etniċi (2026/2703(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-protezzjoni tal-identità nazzjonali jew etnika, kulturali, reliġjuża u lingwistika tal-minoranzi hija ankrata fid-dritt internazzjonali konswetudinarju, kif rifless fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jagħmlu parti minn Minoranzi Nazzjonali jew Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi; billi l-istati kollha huma meħtieġa jirrispettaw dawn l-istandards;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fit-12 ta’ Marzu 2026, il-Kungress Nazzjonali tal-Poplu taċ-Ċina adotta l-Liġi dwar il-Promozzjoni tal-Unità u l-Progress Etniċi, li tkompli tintegra l-ideoloġija tal-istat u tagħti prijorità lill-Mandarin fl-edukazzjoni, fil-ħajja pubblika u fil-media, u tintensifika r-repressjoni istituzzjonalizzata u l-assimilazzjoni tal-identitajiet tal-minoranzi etniċi, inklużi t-Tibetani, il-Hui, l-Ujguri, il-Manchus u l-Mongoljani; billi din il-liġi titbiegħed b’mod sinifikanti mil-Liġi tal-1984 taċ-Ċina dwar l-Awtonomija Etnika Reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-firxa ekstraterritorjali tal-liġi tippermetti l-prosekuzzjoni tal-individwi barra mill-pajjiż li jkunu meqjusa li jimminaw l-“unità etnika” taċ-Ċina;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem taċ-Ċina poġġa pressjoni fuq ir-relazzjonijiet tagħha mal-UE; billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt għandhom ikunu fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet tal-UE maċ-Ċina;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-politiki repressivi ta’ assimilazzjoni taċ-Ċina u l-ksur konsegwenti tad-drittijiet universali tal-bniedem, inkluż fit-Tibet, f’Xinjiang u fil-Mongolja Interna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-Liġi adottata dwar il-Promozzjoni tal-Unità u l-Progress Etniċi, li tippromwovi b’mod miftuħ politiki ta’ assimilazzjoni u tirrestrinġi l-libertajiet kulturali, reliġjużi u lingwistiċi ta’ diversi gruppi fi ħdan iċ-Ċina u lil hinn minnha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ liċ-Ċina tħassar din il-liġi, u b’hekk tirrispetta l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali rigward in-nondiskriminazzjoni, u l-protezzjoni u l-promozzjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jattiva r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem kontra l-uffiċjali u l-entitajiet responsabbli tal-konċepiment u l-implimentazzjoni ta’ din il-liġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiddeplora d-dispożizzjonijiet ekstraterritorjali tal-liġi, li jikkostitwixxu repressjoni tranżnazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE jissospendu t-trattati ta’ estradizzjoni maċ-Ċina biex jipproteġu lill-individwi ppersegwitati li jirrisjedu fl-UE mir-riskji tar-repressjoni tranżnazzjonali skont din il-liġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrifjuta bil-qawwa t-tentattivi tal-awtoritajiet Ċiniżi li jinterferixxu fir-rikonoxximent u l-edukazzjoni tal-mexxejja spiritwali Buddisti Tibetani; jenfasizza li s-suċċessjoni tad-Dalai Lama hija kwistjoni purament reliġjuża, li għandha tiġi ddeterminata esklużivament f’konformità mat-tradizzjonijiet Buddisti Tibetani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappella għall-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi taċ-Ċina, inklużi Choktrul Dorje Ten Rinpoche, Palden Yeshi, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov Ilham Tohti, il-11-il Panchen Lama Gedhun Choekyi Nyima u l-attivist Mongoljan Hada; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jqajmu dawn il-każijiet maċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem joħroġ rapport tas-sitwazzjoni aġġornat dwar iċ-Ċina, li jindirizza speċifikament il-liġi tal-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iqis li l-introduzzjoni u l-infurzar ta’ din il-liġi se jwasslu għal konsegwenzi serji għar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE, lill-Gvern Ċiniż, lin-NU u lill-Amministrazzjoni Tibetana Ċentrali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>