<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0153</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">In-nuqqasijiet u d-defiċjenzi tal-“Liġi dwar l-Amnestija” fil-Venezwela</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0217, 0221 u 0231/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2026 dwar in-nuqqasijiet u d-defiċjenzi tal-“Liġi dwar l-Amnestija” fil-Venezwela (2026/2704(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-Venezwela,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fit-3 ta’ Jannar 2026, l-Istati Uniti wettqu intervent militari li wassal għall-estrazzjoni u l-ħtif ta’ Nicolás Maduro;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-reġim Venezwelan adotta l-“Liġi dwar l-Amnestija għall-Koeżistenza Demokratika” fi Frar 2026; billi din il-liġi, li hija r-riżultat ta’ pressjoni barranija u li ġiet approvata bil-ħeffa mill-assemblea illeġittima kkontrollata mir-reġim, tiffunzjona bħala miżura ta’ emerġenza limitata, każ b’każ, mhijiex biżżejjed biex tistabbilixxi mill-ġdid id-drittijiet ċivili u politiċi jew biex tiżgura r-rikonċiljazzjoni nazzjonali, u saret strument addizzjonali tal-apparat repressiv tar-reġim;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi madwar 470 priġunier politiku għadhom detenuti inġustament, fosthom persunal militari, avukati, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, barranin (inklużi ċittadini tal-UE) u ċittadini ordinarji; billi l-liġi tapplika għal avvenimenti u reati politiċi speċifiċi, bl-esklużjoni ta’ għadd kbir ta’ detenuti fuq akkużi foloz jew vagi, u ma tiġix applikata awtomatikament – u minħabba f’hekk jiġu sforzati ammissjonijiet għal allegazzjonijiet foloz quddiem ġudikatura kkontrollata mir-reġim, filwaqt li l-benefiċjarji jibqgħu jiffaċċjaw kundizzjonijiet restrittivi bħad-detenzjoni domiċiljari u s-superviżjoni ġudizzjarja;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-liġi ma teliminax is-sanzjonijiet legali u amministrattivi, bħall-projbizzjonijiet politiċi jew is-sekwestri tal-assi, b’mod partikolari għall-oppożizzjoni demokratika fl-eżilju li tinsab imċaħħda mid-dritt għar-ritorn, u dan jimpediha milli tipparteċipa fi proċess demokratiku futur;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, fit-23 ta’ April 2026, Delcy Rodriguez ħabbret it-tmiem tal-liġi dwar l-amnestija, bi ksur tal-kostituzzjoni u tal-indipendenza tal-ġudikatura;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-“liġi dwar l-amnestija” ma rnexxilhiex teħles mingħajr kundizzjonijiet lill-priġunieri politiċi kollha, filwaqt li mill-anqas 470 għadhom detenuti inġustament f’kundizzjonijiet inumani, u jiddeplora l-fatt li minħabba t-terminazzjoni prematura, il-kamp ta’ applikazzjoni limitat, in-nuqqas ta’ monitoraġġ indipendenti u l-implimentazzjoni diskriminatorja tagħha, ma rnexxielha tipprovdi l-ebda bażi għar-rikonċiljazzjoni politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob il-ħelsien sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet tal-individwi kollha detenuti b’mod arbitrarju għal raġunijiet politiċi; jinsisti li lkoll kemm huma għandhom jirkupraw id-drittijiet ċivili u politiċi sħaħ tagħhom; jisħaq li l-liġi dwar l-amnestija taħt l-ebda ċirkostanza ma trid tiġi applikata biex tipproteġi lil dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u li dawn jeħtiġilhom jintalbu jagħtu kont sħiħ ta’ għemilhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lir-reġim biex minnufih itemm ir-repressjoni u jwettaq riforma tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji, tal-infurzar tal-liġi u elettorali ewlenin, inkluż l-għeluq tal-faċilitajiet kollha użati għad-detenzjoni arbitrarja, għat-trattament ħażin u għat-tortura; jitlob li tintemm il-persekuzzjoni politika, li jitneħħew mingħajr kundizzjonijiet ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-priġunieri politiċi u li jingħataw garanziji ta’ ritorn sikur mingħajr rappreżalji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li, fiċ-ċirkostanzi kollha, id-dritt internazzjonali jrid jiġi rispettat, inkluża l-Karta tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni bil-qawwa li sakemm jittieħdu passi sinifikattivi lejn tranżizzjoni paċifika mmexxija mill-Venezwela lejn id-demokrazija, li tirrispetta s-sovranità tagħha, inklużi l-ħelsien mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha, l-irtirar u l-annullament tal-akkużi kollha motivati politikament kontra l-oppożizzjoni demokratika għar-reġim, u l-istabbiliment ta’ pjan direzzjonali kredibbli lejn elezzjonijiet ħielsa u ġusti, il-Kunsill ma għandu jneħħi l-ebda sanzjoni imposta fuq l-individwi responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-UE tagħmel l-almu kollu tagħha biex tikseb dawn ir-riżultati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>