<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0155</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-estimi tad-dħul u tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2027 – Taqsima I – Il-Parlament Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0124/2026 - Rapporteur: Michalis Hadjipantela)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2026 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2027 (2025/2247(BUI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament Finanzjarju),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u d-dikjarazzjoni konġunta maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’dan il-kuntest<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dikjarazzjonijiet unilaterali relatati<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 252.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2022/2496 tal-15 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 325, 20.12.2022, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2496/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Reviżjoni tal-QFP),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprja ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 240.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti u adegwat għal sfidi ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.5.2023, p. 115.</FIELD></FOOTNOTE>;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar il-proposta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/1195, 23.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1195/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Frar 2024 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6751, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6751/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2026, kif adottat definittivament fis-26 ta’ Novembru 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2026/72, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2026/72/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dikjarazzjonijiet komuni maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni u li huma annessi għalih,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau dwar it-tħejjija tal-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2027,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fit-9 ta’ Marzu 2026 skont l-Artikolu 25(7) u l-Artikolu 104(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 104(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 104 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0124/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-baġit propost fid-9 ta’ Frar 2026 mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2027 jammonta għal EUR 2 665 474 853 u jirrappreżenta żieda ta’ 2,33 % jew EUR 60 618 266 meta mqabbel mal-baġit tal-2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi ż-żieda ta’ 2,33 % kif proposta mis-Segretarju Ġenerali hija dovuta għal żieda ta’ 2,01 % għall-obbligi finanzjarji statutorji u 2,89 % għan-nefqa mhux statutorja;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-inflazzjoni annwali tal-Unjoni kienet ta’ 2,3 % f’Diċembru 2025 skont l-Eurostat, żieda minn 2,7 % f’Diċembru 2024; billi l-livell ta’ nfiq fl-Intestatura 7 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027 huwa bbażat fuq żieda annwali ta’ 2 %;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-kredibbiltà tal-Parlament tiddependi mill-kapaċità tiegħu li jwettaq il-ħidma ewlenija baġitarja, leġiżlattiva u ta’ skrutinju tiegħu sal-ogħla standard, filwaqt li jservi ta’ eżempju fil-konfront ta’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni biex jippjanaw u jwettqu l-infiq tagħhom b’mod prudenti u effiċjenti u biex jirriflettu r-realtajiet ekonomiċi prevalenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-Intestatura 7 fil-QFP attwali; ifakkar li r-restrizzjonijiet huma r-riżultat tat-tnaqqis applikat mill-Kunsill għall-proposta inizjali diġà baxxa ħafna tal-Kummissjoni waqt il-qbil dwar il-QFP 2021-2027 kif ukoll tal-impatt akkumulat tal-inflazzjoni li  tul bosta snin kienet ogħla minn dik mistennija; jiddispjaċih li l-Kunsill oppona l-proposta tal-Kummissjoni li jiżdied il-limitu massimu tal-Intestatura 7 fir-reviżjoni tal-QFP mill-2024; jindika n-nuqqas li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-limitu massimu tal-Intestatura 7 fir-reviżjoni tal-QFP; jenfasizza li l-marġni negattiv previst għall-2027 jippresupponi l-użu ta’ strumenti speċjali fl-Intestatura 7 għal dak l-għan; jissottolinja li r-rikors għal strumenti speċjali għandu jibqa’ eċċezzjonali, debitament ġustifikat u limitat għal ċirkostanzi mhux previsti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Japprova l-ftehim li ntlaħaq fil-Konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits fil-15 ta’ April 2026 biex iż-żieda fuq il-baġit tal-2026 tiġi stabbilita għal 1,98 %, li tikkorrispondi għal livell kumplessiv ta’ estimi ta’ EUR  2 656 435 753 għall-2027, u biex jitnaqqsu skont dan l-approprjazzjonijiet proposti fil-linji baġitarji li ġejjin għal total ta’ EUR 10 554 000:
</ACTION><ACTION>
1 0 0 6 — Allowance għall-ispejjeż ġenerali, 1 4 0 5 01 — Nefqa għall-interpretazzjoni: interpretazzjoni esterna, 1 4 2 — Servizzi esterni tat-traduzzjoni, 1 6 1 2 07 — Tagħlim u żvilupp: Taħriġ estern għal DĠ ITEC 2 0 0 7 04 — Kostruzzjoni ta’ bini u xogħlijiet ta’ sistemazzjoni fil-binjiet: Uffiċċji ta’ Kollegament/Europa Experience, 2 1 0 0 02 — Governanza tal-IT u ċibersigurtà — sigurtà, riskji u konformità tal-ICT, 2 1 0 0 03 — Governanza tal-IT u ċibersigurtà — Teknoloġija tal-fruntieri, 2 1 0 1 02 — Ġestjoni tal-applikazzjonijiet kummerċjali — Twettiq ta’ Soluzzjonijiet tal-IT, 2 1 0 1 13 — Ġestjoni tal-applikazzjonijiet kummerċjali — DĠ FINS, 2 1 0 2 03 — Ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet — Telekomunikazzjoni, 2 1 0 2 04 — Ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet — Infrastruttura Korporattiva, 2 1 0 2 05 — Ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet — Software — Infrastruttura, 2 1 0 2 07  — Ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet — Ġestjoni tal-istampar, 2 1 0 3 01 — Servizzi u tagħmir diġitali fuq il-post tax-xogħol — Tagħmir tal-IT individwali, 2 1 2 0 01  — Għamara: xiri, kiri, tiġdid, manutenzjoni u tiswija ta’ għamara, 2 1 6 0 01 — Trasport ta’ Membri, persuni oħra u oġġetti: trasport tal-Membri (kiri u użu), 3 0 0 0 02  — Nefqiet għal missjonijiet tal-persunal u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta’xogħol: missjonijiet lil hinn mit-tliet postijiet tax-xogħol, 3 0 0 0 03 — Nefqiet għal missjonijiet tal-persunal u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta’ xogħol: tagħlim u żvilupp, 3 2 1 0 01 — Nefqa għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari, inklużi l-bibljoteka, l-arkivji storiċi, il-valutazzjoni tal-għażliet xjentifiċi u teknoloġiċi (STOA) u ċ-Ċentru Ewropew tal-Media Xjentifika: valutazzjoni tal-impatt u valur miżjud Ewropew, 3 2 2 0 09 — Nefqa għad-dokumentazzjoni: abbonamenti u monitoraġġ tal-media, 3 2 4 2 01 — Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi kampanji ta’ informazzjoni, 3 2 4 3 01 — Ċentri għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew Parlamentarium and “Europa Experience”, 3 2 4 3 02 — Ċentri għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew: Dar l-Istorja Ewropea, 101 — Riżerva ta’ Kontinġenza.
</ACTION><ACTION>
Barra minn hekk, ġie deċiż li jiżdied il-livell tal-infiq tal-abbozz preliminari tal-estimi approvat mill-Bureau fid-9 ta’ Marzu 2026 b’EUR 1 514 900 u li jiżdied skont l-approprjazzjonijiet proposti fil-linji baġitarji li ġejjin:
</ACTION><ACTION>
4 0 3 — Fondazzjonijiet politiċi Ewropej u  4 4 0 — Il-kost għal-laqgħat u għal attivitajiet oħra tal-eks Membri.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li kważi żewġ terzi tal-baġit huma ffissati minn obbligi statutorji; ifakkar li l-indiċjar tas-salarji, f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, bħalissa huwa mbassar mill-Kummissjoni għal Lulju 2026 għal 2,2 % u Lulju 2027 għal 2,3 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li miż-żieda ta’ EUR 51,6 miljun meta mqabbla mal-baġit tal-2026 żieda ta’ EUR 32,6 miljun hija dovuta għal obbligi finanzjarji statutorji, prinċipalment għall-aġġornament tal-uffiċjali u l-persunal temporanju (EUR 16,2 miljun) u l-aġenti kuntrattwali (EUR 1,7 miljun); jinnota b’sodisfazzjon li hija prevista għajnuna diretta eċċezzjonali mill-2027 ’il quddiem għal kull trainee bbażat fil-Lussemburgu (sa EUR 500 fix-xahar ta’ traineeship) biex tgħinhom ilaħħqu mal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni li jiżdiedu; jitlob li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għat-traineeships għaż-żgħażagħ fil-kuntest taż-żieda fl-għoli tal-ħajja irrispettivament mill-post tax-xogħol; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Bureau li jirrinunzja l-indiċjar tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali għall-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>	Jieħu nota li l-ammont previst għall-Allowance għall-Assistenza Parlamentari huwa stmat abbażi ta’ xejriet storiċi; jisħaq li l-Membri taħt l-ebda ċirkostanza ma jistgħu jiġu mċaħħda mid-dritt tagħhom li jagħmlu użu sħiħ minn din l-allowance, f’konformità mar-regoli rilevanti, minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà f’din il-linja baġitarja; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni, jinforma lill-Kumitat għall-Baġits dwar l-implimentazzjoni tal-linja baġitarja u jieħu azzjoni rilevanti meta jkun hemm riskju ta’ riżorsi finanzjarji insuffiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li l-Parlament ma jitlob l-ebda kariga addizzjonali għall-2027, għar-raba’ sena konsekuttiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li ż-żieda għan-nefqa mhux statutorja bejn l-2026 u l-2027 hija ta’ 2 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma li għaddejja tas-Segretarju Ġenerali f’konformità mar-riformi proposti mill-President Metsola fis-16 ta’ Ġunju 2025 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, l-ippjanar u s-simplifikazzjoni mmirati lejn it-titjib tal-effiċjenza, l-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-kisba ta’ ffrankar fejn possibbli; jappella għal mekkaniżmi ta’ rapportar imsaħħa biex jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jagħti lill-Kumitat għall-Baġits aġġornamenti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Simplifikazzjoni amministrattiva kif ukoll dwar l-impatt tiegħu f’termini ta’ baġit u persunal;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tisħiħ tal-funzjonijiet ewlenin tal-Parlament</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jieħu nota tal-erba’ Direttorati Ġenerali (DĠ) tematiċi ġodda, operattivi minn Jannar 2025 li huma responsabbli għall-attivitajiet leġiżlattivi, baġitarji u ta’ skrutinju, sabiex jittejjeb il-funzjonament tal-Parlament bħala koleġiżlatur, bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja, u bħala awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jieħu nota tar-riallokazzjoni tar-riżorsi interni fir-rigward tal-għadd ta’ postijiet allokati (+15 % mill-2024 sal-2026), il-pakkett baġitarju għall-persunal estern (partita 1400, minn EUR 3,2 miljun fl-2024 għal EUR 8 miljun fl-2027) u l-baġit għall-għarfien espert estern (partita 3200, minn EUR 3,2 miljun fl-2024 għal EUR 7,7 miljun fl-2027) biex jissaħħaħ l-għarfien espert ipprovdut lill-Membri; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn iż-żidiet jibqgħu ġustifikati, proporzjonati u jwasslu valur miżjud ċar; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jipprovdi lill-Kumitat għall-Baġits b’aġġornamenti regolari l-evoluzzjoni tal-persunal f’dawn l-erba’ DĠ ġodda; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat l-objettiv importanti li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Parlament li jappoġġja l-ħidma tal-Membri; Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali tal-gruppi politiċi biex jagħtu għarfien espert u appoġġ politiku lill-Membri fil-ħidma leġiżlattiva u parlamentari tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifakkar li d-dmir li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni japplika bl-istess mod għall-benefiċjarji kollha tal-fondi tal-Unjoni, inklużi l-gruppi politiċi li joperaw fi ħdan il-Parlament; jinnota li l-investigazzjonijiet u l-azzjonijiet ta’ rkupru li jikkonċernaw l-użu ħażin suspettat tal-fondi tal-Unjoni mill-grupp preċedenti Identità u Demokrazija, ikkonfigurat mill-ġdid illum bħala l-Grupp Patrijotti għall-Ewropa, jenfasizzaw l-importanza ta’ kontrolli interni robusti, ta’ verifika <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> effettiva u ta’ mekkaniżmi ta’ rkupru rapidi fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Parlament; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tlesti l-proċedimenti ta’ rkupru pendenti kollha mingħajr dewmien u tirreferi kwalunkwe evidenza ta’ nefqa irregolari lill-OLAF u lill-UPPE; jisħaq li l-kredibbiltà tal-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi tiddependi mill-applikazzjoni konsistenti tagħha għall-benefiċjarji kollha, inklużi dawk fil-Parlament innifsu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tranżizzjoni diġitali </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-baġit globali tal-IT jirrappreżenta 7,6 % tal-baġit totali fl-estimi tal-2027 u jammonta għal EUR 202,4 miljun; jisħaq fuq l-importanza ta’ infrastruttura taċ-ċibersigurtà soda fi żminijiet ġeopolitikament turbolenti; ifakkar fiż-żieda gradwali ppjanata tal-approprjazzjonijiet finanzjarji għaċ-ċibersigurtà sa 10 % tal-baġit tal-ICT tal-Parlament; jinnota li tali żieda ppjanata għandha tiġi implimentata malajr kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li ċ-ċibersigurtà tal-Parlament hija prijorità ewlenija fi żmien ta’ inċertezza ġeopolitika; jinnota li l-ammont totali allokat għaċ-ċibersigurtà huwa ta’ EUR 16,9 miljun li jinkludi żieda ta’ 54 % fuq il-linja ċentralizzata taċ-ċibersigurtà meta mqabbel mal-2026; ifakkar li l-investimenti fiċ-ċibersigurtà huma kruċjali biex jipproteġu l-vuċi demokratika tal-Parlament u tal-Unjoni u sabiex jiżguraw it-tħaddim xieraq tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq li l-Parlament jeħtieġ li jkun fuq quddiem nett fl-adozzjoni ta’ metodi ta’ ħidma aktar diġitali; jilqa’ l-investimenti fl-Intelliġenza Artifiċjali (IA) li jammontaw għal EUR 1 miljun; jitlob li jiżdied l-użu tal-IA sabiex jinkisbu effiċjenzi u tissaħħaħ is-sovranità f’dan il-qasam filwaqt li jinżamm kont tar-riskji relatati, inklużi l-etika u l-protezzjoni tad-data; jisħaq li l-varar tal-IA jrid jibbilanċja l-innovazzjoni mas-salvagwardji meħtieġa; jissottolinja l-potenzjal tal-IA li tħaffef il-proċessi amministrattivi; iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ linji gwida u salvagwardji ċari biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni responsabbli u trasparenti tal-IA, titrawwem l-innovazzjoni filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali, is-sigurtà u l-obbligu ta’ rendikont; jinnota li l-iżvilupp tal-IA se jiġi mmonitorjat mill-qrib f’konformità mal-prinċipji stabbiliti mill-Bureau; jisħaq li l-investimenti fl-IA m’għandhomx jiffukaw biss fuq l-effiċjenza amministrattiva iżda wkoll fuq it-tisħiħ tat-trasparenza demokratika u l-involviment taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li, fid-dawl tal-kuntest ġeopolitiku u tal-investimenti li l-Unjoni Ewropea se jkollha tagħmel għall-awtonomija strateġika tagħha, il-Parlament Ewropew jeħtieġ jagħti l-eżempju; jieħu nota tat-tħejjijiet ta’ pjan ta’ azzjoni konsolidat immirat lejn it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar is-Sovranità Diġitali; jistenna bil-ħerqa li jirċievi aġġornamenti regolari dwar il-progress li jkun sar; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat livell għoli ta’ ċibersigurtà, protezzjoni tad-data u reżiljenza fl-infrastruttura diġitali tal-Parlament; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu vvalutati bir-reqqa r-riskji assoċjati mad-dipendenza fuq fornituri mhux Ewropej, inkluż permezz ta’ valutazzjonijiet tar-riskju; jenfasizza l-importanza li jinżammu soluzzjonijiet siguri, kompetittivi u affidabbli, inkluż, fejn fattibbli, billi tingħata prijorità lill-fornituri Ewropej; jappella għal evalwazzjoni regolari tal-kanali ta’ komunikazzjoni u tal-għodod diġitali tal-Parlament abbażi tas-sigurtà u l-konformità mad-dritt tal-UE, b’mod koordinat ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE, bil-ħsieb li jiġu żgurati l-protezzjoni tad-data parlamentari u l-integrità tal-komunikazzjoni tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Infrastruttura</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jirrikonoxxi l-approċċ il-ġdid relatat mal-bini, li daħal f’era ta’ konsolidazzjoni aktar milli ta’ akkwist ta’ bini ġdid, filwaqt li jitqiesu s-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-mobbiltà tal-Membri u tal-Persunal kif ukoll tal-viżitaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li r-rinnovazzjoni tal-bini SPAAK se tibda titwettaq mill-2027; jieħu nota li l-baġit globali għar-rinnovazzjoni ġie stabbilit għal EUR 455 miljun u li EUR 77,67 miljun huma previsti għall-2027; jissottolinja li dawn l-ispejjeż mhumiex inklużi fil-baġit 2027; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati kontroll strett tal-kostijiet, trasparenza u aderenza mal-baġit ippjanat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jieħu nota li l-Parlament biħsiebu jieħu self, inkluż mal-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-finanzjament tal-proġett ta’ rinnovazzjoni tal-binja SPAAK; jinnota li, fil-baġit għall-2027, il-kostijiet marbuta mal-imgħax (EUR 3,17 miljun) u mal-ħlas lura tal-kapital (EUR 0,65 miljun) huma inklużi. Iħeġġeġ sabiex, fejn ikun rilevanti, il-kostijiet mhux marbuta direttament max-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni għandhom ukoll jiġu elenkati u bbaġitjati b’mod ċar; jistieden lill-amministrazzjoni żżomm lill-Kumitat għall-Baġits infurmat mill-qrib dwar ir-rati tal-imgħax applikabbli għas-self u l-ippjanar fit-tul tal-ħlas lura tal-kapital; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni prudenti tad-dejn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jiddispjaċih għad-dewmien tat-twaqqif ta’ Europa Experiences fl-Istati Membri kollha; jilqa’ b’sodisfazzjon il-kunċett il-ġdid, approvat mill-Bureau fil-31 ta’ Marzu 2025, biex jiġi ottimizzat l-użu tal-ispazji tal-Europa Experience, filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet differenti madwar l-Istati Membri; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-Europa Experience għandha toffri esperjenza interessanti għall-viżitaturi biex tattira liċ-ċittadini; jitlob li jiġu stabbiliti Europa Experiences u li l-prijorità tingħata lill-Istati Membri l-aktar imbiegħda mit-tliet postijiet tax-xogħol filwaqt li jiġi żgurat li l-iżvilupp u l-operat tagħhom jibqgħu kosteffettivi; ifakkar li l-Europa Experiences għandhom jippermettu liċ-ċittadini kollha jifhmu aħjar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-valuri kondiviżi tagħna; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ użu effiċjenti tal-approprjazzjonijiet baġitarji allokati għal dawn iċ-ċentri biex jiġi żgurat li dawn iwasslu komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni b’impatt għoli b’mod partikolari liż-żgħażagħ u lill-gruppi vulnerabbli; jissottolinja li l-finanzjament għandu jipprijoritizza t-tixrid ta’ informazzjoni fattwali u aċċessibbli dwar l-impatt lokali tal-politiki tal-UE, li tirrappreżenta għodda kosteffettiva fil-protezzjoni tal-integrità demokratika tal-Unjoni kontra d-diżinformazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-programm “Skola Ambaxxatriċi tal-Parlament Ewropew” biex jippromwovi l-involviment attiv fost iż-żgħażagħ Ewropej u tal-programm ta’ taħriġ għall-ġurnalisti żgħażagħ imsemmi f’ġieħ David Sassoli biex jissaħħaħ il-fehim tal-Unjoni u tal-funzjonament tagħha fost il-ġurnalisti, bħala l-aqwa antidotu kontra d-diżinformazzjoni, fid-dawl tax-xejriet reċenti li juru tnaqqis inkwetanti fil-libertà u l-indipendenza tal-media fl-Unjoni kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għall-bini ta’ monument pan-Ewropew fi Brussell għall-vittmi tar-reġimi totalitarji tas-seklu 20, li jirrifletti d-diversità tal-esperjenzi storiċi; jistieden lill-Bureau jikkunsidra din il-kwistjoni bl-għan li jadotta deċiżjoni, filwaqt li jqis kif xieraq ir-restrizzjonijiet baġitarji tal-aħħar snin tal-QFP attwali u t-tbatija ekonomika li qed jiffaċċjaw iċ-ċittadini Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li, jekk il-Parlament ikollu sede waħda, dan jista’ jnaqqas il-kostijiet finanzjarji u ambjentali; ifakkar li, skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strażburgu; jinnota li bidliet permanenti jkunu jirrikjedu bidla fit-Trattat li għaliha hija meħtieġa l-unanimità;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Parlament Ekoloġiku </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ l-miri tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMAS) tal-Parlament għall-2025-2029; jilqa’ l-investimenti fl-infrastruttura bħala parti mill-azzjonijiet ippjanati għall-effiċjenza enerġetika u r-rinnovazzjoni ambjentali previsti bejn l-2025 u l-2029, li huwa metodu tajjeb biex jinkiseb valur għall-flus; jieħu nota tal-baġit ta’ EUR 8,97 miljun għall-investimenti fl-effiċjenza enerġetika u l-ambjent fl-estimi tal-2027 biex tkompli tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-binjiet tiegħu; jinnota li dan jikkorrispondi għal żieda ta’ 6,1 % meta mqabbel mal-baġit tal-2026; jilqa’ l-fatt li l-Parlament installa u qed ikompli jinstalla pannelli solari fotovoltajċi biex ikompli jżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli prodotta fuq il-post; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li tali investimenti jwasslu għal titjib fl-effiċjenza li tista’ titkejjel, anke minħabba l-kuntest ġeopolitiku u biex jinkiseb iffrankar tal-kostijiet fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifakkar li kważi żewġ terzi tal-impronta tal-karbonju tal-Parlament joriġinaw mit-trasport tal-persuni; jieħu nota li sehem sinifikanti mill-baġit tal-Parlament, EUR 162,1 miljun fl-2027, jintefaq biex ikopri l-ispejjeż tal-missjonijiet tal-Membri u tal-persunal; jitlob riflessjoni mill-korpi tal-Parlament dwar il-prattiki tal-missjonijiet lil hinn mit-tliet postijiet tax-xogħol u reviżjoni tar-regoli u l-prattiki tal-missjonijiet bl-għan ġenerali li jitnaqqas l-għadd ta’ missjonijiet, u l-ispejjeż finanzjarji u ambjentali assoċjati; iħeġġeġ lill-Membri jużaw alternattivi tat-trasport b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u għażliet ta’ titjiriet bl-aħjar valur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda fl-użu tat-trasport pubbliku għall-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura u fl-istess ħin jieħu nota taż-żieda fid-domanda għas-sistema ta’ sussidji finanzjarji għall-biljetti staġunali tat-trasport pubbliku, b’mod partikolari fi Brussell, li twassal għal żieda fl-approprjazzjonijiet; iqis li l-Parlament għandu jmexxi bl-eżempju billi jinkoraġġixxi miżuri possibbli biex jiżgura l-użu effiċjenti tar-riżorsi billi jtejjeb il-modi sostenibbli tat-trasport għall-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura u joħloq inċentivi addizzjonali għall-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura bir-roti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jieħu nota taż-żidiet sinifikanti fil-prezzijiet tal-krediti tal-karbonju li, bil-livelli ta’ emissjonijiet attwali, jeħtieġu ammont stmat ta’ EUR 950 000 għall-2027; jistieden lill-amministrazzjoni tagħti prijorità lit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Parlament inkluż permezz ta’ aktar investimenti f’sistemi nodfa ta’ tisħin, ventilazzjoni u arja kundizzjonata, b’mod partikolari bl-installazzjonijiet ta’ pompi tas-sħana fi Brussell u permezz ta’ miżuri proporzjonati u kosteffettivi oħra biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, fejn raġonevoli, fuq ix-xiri ta’ krediti tal-karbonju; jilqa’ l-introduzzjoni ta’ offerta mtejba għall-ferroviji għall-missjonijiet lejn Strażburgu minn Lulju 2025, bħala pass pożittiv lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Oħrajn</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Konferenza tal-Presidenti toħroġ mingħajr aktar dewmien b’deċiżjoni dwar l-Artikoli rilevanti tar-regoli interni tagħha rigward il-parteċipazzjoni tal-APAs biex jakkumpanjaw lill-Membri f’missjonijiet u delegazzjonijiet uffiċjali barra mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament fejn l-ebda membru tal-persunal tal-grupp politiku tagħhom rappreżentat fil-missjoni ma jkun ġie nnotifikat uffiċjalment lis-Segretarjat tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jemmen li l-Parlament għandu jmexxi bl-eżempju fir-rigward tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, kemm bħala impjegatur kif ukoll bħala istituzzjoni pubblika; jilqa’ l-politika tal-Parlament li għandha l-għan li tiżgura l-użu kompletament indipendenti tal-binjiet tal-Parlament minn persuni b’diżabbiltà u jappoġġja aktar miżuri u adattamenti li se jkunu meħtieġa f’dan ir-rigward; jinnota li l-baġit jipprevedi EUR 2,07 miljun għal dan il-għan għall-bini tiegħu fi Strażburgu; jisħaq li l-aċċessibbiltà għandha tkun kriterju ewlieni fir-rinnovazzjoni tal-bini SPAAK u fl-iżvilupp tal-pjattaformi diġitali kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi riċenti appoġġjati mill-Konferenza tal-Presidenti u mill-Bureau li jippermetti lill-Membri fil-perjodu perinatali li jivvutaw permezz ta’ prokura, u jirrikonoxxi dan bħala pass pożittiv lejn inklużività akbar fil-ħidma parlamentari, u jappella biex il-partiti kollha jimplimentaw malajr din il-miżura; jinsisti, madankollu, li l-miżura għada lura milli tissodisfa s-sejħiet ripetuti tal-Parlament li jiżgura li d-drittijiet tal-vot ma jkunux garantiti biss għall-Membri fil-perjodu perinatali, iżda wkoll għall-Membri li jinsabu fuq liv parentali jew tal-paternità jew għall-Membri li għaddejjin minn mard fit-tul iċċertifikat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-kwalità u l-kontinwità tas-servizzi pprovduti mill-Crèche Wayenberg tal-Parlament ġew affettwati minn bidliet frekwenti tal-fornituri tas-servizz mill-2020, flimkien ma’ sfidi relatati ma’ nuqqas ta’ persunal u livell għoli ta’ assenteiżmu tal-persunal u dawran tal-persunal fil-Crèche; jieħu nota tal-għoti tal-kuntratt attwali għas-servizzi tal-indukrar tat-tfal tal-Parlament fi Brussell lil kumpanija ġdida stabbilita ftit wara l-pubblikazzjoni tal-offerta u allegatament marbuta mal-fornitur preċedenti, Esedra; ifakkar fit-terminazzjoni bikrija mill-Parlament tal-kuntratt mal-fornitur preċedenti tal-Crèche Wayenberg, Esedra, wara għadd ta’ allegazzjonijiet serji kontra dak il-kuntrattur; itenni li kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u paga adegwata għall-persunal estern, inklużi t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, il-miżuri kontra l-vjolenza u l-fastidju, id-djalogu soċjali sinifikattiv, u l-investiment fil-benessri tal-persunal għandhom, fejn rilevanti, ikunu kunsiderazzjoni prijoritarja fl-akkwist pubbliku tal-Parlament bħala kwistjoni ta’ prinċipju; jappella għal awditu estern indipendenti tal-proċedura tal-offerti u tal-implimentazzjoni tal-kuntratt attwali, inkluża valutazzjoni esterna indipendenti tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-benesseri tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ l-kamra tal-familja fi Strażburgu bħala appoġġ siewi għall-Membri u l-persunal bi tfal żgħar matul l-attivitajiet parlamentari tagħhom; jinnota, madankollu, li għandha kapaċità limitata li takkomoda 30 tifel/tifla; josserva li l-età medja tal-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-persunal parlamentari naqset f’dawn l-aħħar snin, u dan wassal għal għadd akbar ta’ familji żgħażagħ u żieda fid-domanda għal faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal; jistieden lill-Bureau u lis-Segretarju Ġenerali jidentifikaw u jimplimentaw soluzzjonijiet biex ikomplu jtejbu l-indukrar tat-tfal fi Strażburgu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jafferma mill-ġdid it-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jenfasizza l-prinċipju fundamentali li r-reklutaġġ kollu għandu jkun ibbażat fuq il-kompetenza filwaqt li jiġi żgurat ukoll il-bilanċ ġeografiku fost l-Istati Membri kollha f’kull livell tal-persunal; jissottolinja li l-kisba ta’ rappreżentanza ġeografika ġusta fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni, filwaqt li jitqiesu wkoll l-età u l-ġeneru, hija essenzjali biex jitrawwem servizz pubbliku ġenwinament Ewropew; jinnota li l-Parlament ħa miżuri biex jappoġġja dan l-objettiv, inkluża l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet speċifiċi għan-nazzjonalità; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu aċċellerati l-proċessi tal-kompetizzjonijiet filwaqt li jinżamm approċċ ta’ għażla ibbażat strettament fuq il-mertu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza li l-multilingwiżmu huwa prinċipju fundamentali li l-ħidma tal-Parlament hija bbażata fuqu; jitlob li, meta xieraq, il-Parlament jisfrutta l-evoluzzjonijiet teknoloġiċi l-kbar fis-servizzi relatati mal-multilingwiżmu, inklużi l-iżvilupp u l-użu tal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jieħu nota tas-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2025 mill-Qorti Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tikkonferma l-legalità tal-miżuri adottati mill-Bureau fl-2023 rigward il-Fond ta’ Pensjoni Volontarja għall-Membri<FOOTNOTE><FIELD> Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2025,  <STRING ITALIC="on">FE</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T‑483/24, ECLI:EU:T:2015:1121.</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza li filwaqt li dawn il-miżuri naqqsu l-obbligu tal-benefiċċju b’ 63 %, il-fond għadu f’sitwazzjoni finanzjarja fraġli ħafna; jistenna li jirċievi aġġornament ta’ żviluppi ulterjuri rigward l-Iskema ta’ Pensjoni Volontarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jistenna li t-talbiet ivvotati mill-Plenarja għandhom jiġu implimentati bħala kwistjoni ta’ prijorità għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>