<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0156</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-litteriżmu finanzjarju u l-preżenza dejjem akbar tal-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju fil-kuntest tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0082/2026 - Rapporteur: Lídia Pereira)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2026 dwar il-litteriżmu finanzjarju u l-preżenza dejjem akbar tal-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju fil-kuntest tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti (2025/2209(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-G20/Network Internazzjonali dwar l-Edukazzjoni Finanzjarja tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD INFE) dwar il-litteriżmu finanzjarju għall-adulti fil-pajjiżi tal-G20, ippubblikat fit-8 ta’ Lulju 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/1808/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-qafas ta’ kompetenza finanzjarja għall-adulti fl-Unjoni Ewropea, imfassal mill-UE u l-OECD, u ppubblikat fil-11 ta’ Jannar 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tematiku tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej dwar l-inizjattivi nazzjonali tal-edukazzjoni finanzjarja dwar id-diġitalizzazzjoni, b’enfasi fuq iċ-ċibersigurtà, l-iscams u l-frodi, ippubblikat fit-12 ta’ Jannar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument mill-grupp ta’ riflessjoni Bruegel intitolat “The state of financial knowledge in the European Union” (L-istat tal-għarfien finanzjarju fl-Unjoni Ewropea), ippubblikat fi Frar 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istħarriġ Ewrobarometru Flash 525 tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-livell ta’ litteriżmu finanzjarju fl-UE, ippubblikat f’Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-qafas ta’ kompetenza finanzjarja tal-UE/OECD għat-tfal u ż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea, ippubblikat fit-2 ta’ Ottubru 2023;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ippubblikat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fis-6 ta’ Frar 2024 intitolat “Warning – For people posting Investment Recommendation on social media” (Twissija – Għal nies li jippubblikaw rakkomandazzjonijiet dwar l-investiment fuq il-media soċjali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-Litteriżmu Finanzjarju,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD tas-27 ta’ Ġunju 2024 intitolat “PISA 2022 Results (Volume IV): How Financially Smart Are Students?” (Ir-riżultati ta’ PISA 2022 (Volum IV): x’inhu l-livell ta’ intelliġenza finanzjarja tal-istudenti?),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti finali tal-Bord tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO), ta’ Mejju 2025, intitolati “Finfluencers” (L-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju), “Online Imitative Trading Practices: Copy Trading, Mirror Trading, Social Trading” (Il-Prattiki ta’ Kummerċ Imitattivi Online: Kummerċ ta’ Kopji, Kummerċ Mera, Kummerċ Soċjali) u “Digital Engagement Practices (DEPs)” (Il-Prattiki ta’ Involviment Diġitali (DEPs)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-litteriżmu finanzjarju u l-edukazzjoni għall-Ewropej, adottata fis-17 ta’ Lulju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2025 dwar Strateġija ta’ Litteriżmu Finanzjarju tal-UE (COM(2025)0681),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0082/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-litteriżmu finanzjarju huwa ħila tal-ħajja essenzjali u strument fundamentali li jippermetti liċ-ċittadini jiġġestixxu aħjar il-baġit personali u tal-familja tagħhom, u jinvolvu ruħhom f’investiment produttiv u fl-intraprenditorija, u jwassal għal deċiżjonijiet infurmati u xierqa dwar it-tfaddil, pjanijiet għall-irtirar u għanijiet u investimenti oħra; billi l-litteriżmu finanzjarju huwa essenzjali għall-prevenzjoni tal-frodi, tal-miżinformazzjoni u tad-dejn eċċessiv u, għalhekk, irid jinkludi għarfien robust tal-finanzi diġitali, taċ-ċibersigurtà u tal-identifikazzjoni ta’ scams finanzjarji online; billi l-istituzzjonijiet pubbliċi, b’mod partikolari r-regolaturi indipendenti, u s-soċjetà ċivili għandu jkollhom rwol fundamentali f’dan ir-rigward;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-tnaqqis fil-kumplessità eċċessiva tal-qafas legali li jirregola s-sistema finanzjarja fl-UE jtejjeb l-aċċessibbiltà tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-litteriżmu finanzjarju jippermetti lin-nies jifhmu d-dejn, is-swieq finanzjarji, it-tassazzjoni u l-assigurazzjoni bħala għodda ta’ ġestjoni tar-riskju, u jgħinhom jiġġestixxu r-riskji finanzjarji, jieħdu deċiżjonijiet infurmati u jippjanaw għall-irtirar; billi, f’dan il-kuntest, li wieħed jifhem kif jaħdmu l-flus ma għandux ikun xi ħaġa straordinarja, iżda pjuttost xi ħaġa neċessarja għal-libertà finanzjarja personali; billi l-evidenza turi li hemm rabta bejn livelli ogħla ta’ litteriżmu finanzjarju u inklużjoni finanzjarja akbar; billi l-litteriżmu finanzjarju huwa kunċett iffukat fuq l-eżitu li jkejjel is-sensibilizzazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet, l-attitudnijiet u l-imġiba finanzjarji meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet finanzjarji tajbin u, fl-aħħar mill-aħħar, jinkiseb benesseri finanzjarju;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi livelli ogħla ta’ litteriżmu finanzjarju jistgħu jimmotivaw liċ-ċittadini biex ifaddlu b’mod aktar effettiv, jinvestu b’mod aktar għaqli u jipparteċipaw b’mod attiv fis-swieq kapitali, u b’hekk jippromwovu t-tkabbir inklużiv u l-innovazzjoni fl-Istati Membri kollha, jikkontribwixxu għall-istabbiltà makroekonomika u jnaqqsu l-inugwaljanzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Ewrobarometru Flash tal-2023 tal-Kummissjoni dwar il-litteriżmu finanzjarju fl-UE juri l-ħtieġa li jittejjeb il-litteriżmu finanzjarju fl-Ewropa, peress li r-riżultati juru li 18 % biss taċ-ċittadini tal-UE juru livell għoli ta’ litteriżmu finanzjarju, b’disparitajiet kbar f’dan ir-rigward bejn l-Istati Membri individwali, u li l-perċentwal ta’ ċittadini li juru livell għoli ta’ litteriżmu finanzjarju jvarja minn 11 % f’żewġ pajjiżi għal aktar minn 25 % f’erba’ pajjiżi biss;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru, kważi nofs l-adulti fl-UE ma għandhomx biżżejjed flus imfaddlin għall-emerġenza biex ikopru tliet xhur ta’ spejjeż tal-għajxien, filwaqt li 16 % ma għandhom l-ebda flus imfaddlin għall-emerġenza; billi dawn il-fatturi, flimkien ma’ użu sostanzjali ta’ kreditu għall-konsumatur f’xi reġjuni, iżidu r-riskju ta’ dejn eċċessiv, jagħmluha aktar diffiċli li l-unitajiet domestiċi jirrispondu għal avvenimenti għal għarrieda, jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali, u jistgħu jillimitaw it-tfaddil milli jiġi dirett lejn investimenti produttivi fl-ekonomija reali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2023, 38 % biss tar-rispondenti fl-UE huma konvinti li l-parir dwar l-investiment li jirċievu mill-bank, mill-assiguratur jew mill-konsulent finanzjarju tagħhom huwa primarjament fl-aħjar interess tagħhom, filwaqt li 45 % ma jafdawhomx;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-riżultati tal-istħarriġiet reċenti tal-UE juru li, bħala medja madwar l-UE, adult wieħed minn kull tnejn jista’ jwieġeb mill-anqas tlieta minn ħames mistoqsijiet bażiċi ta’ għarfien finanzjarju b’mod korrett, u dan jenfasizza lakuni persistenti fil-fehim tal-inflazzjoni, tal-imgħax kompost, tal-kunċett tar-riskji u r-redditi, u tad-diversifikazzjoni; billi huwa importanti li dawn l-istħarriġiet jiġu kkunsidrati biex jiġu identifikati l-ħiliet finanzjarji ewlenin u l-miżuri ta’ segwitu possibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Global Retail Investor Outlook tal-2024 juri li l-għarfien finanzjarju huwa korrelatat b’mod negattiv mal-fraġilità finanzjarja kemm fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta’ żmien twil, u juri li l-individwi li għandhom aktar għarfien finanzjarju x’aktarx li jkollhom mezzi adegwati għall-irtirar;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ litteriżmu finanzjarju jaffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa, liż-żgħażagħ, lill-persuni akbar fl-età, lill-persuni b’introjtu aktar baxx jew b’edukazzjoni formali limitata, u lill-gruppi l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi litteriżmu finanzjarju aħjar jikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali, jgħin biex titnaqqas l-inugwaljanza, u jappoġġja u jawtonomizza lill-gruppi vulnerabbli jew emarġinati;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-parteċipazzjoni tal-investituri bl-imnut fis-swieq kapitali tibqa’ irregolari madwar l-Istati Membri u litteriżmu finanzjarju ogħla jikkorrelata ma’ reżiljenza finanzjarja u investiment akbar;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-istudji juru li l-investituri tal-Ġenerazzjoni Z (jiġifieri nies li twieldu bejn l-1997 u l-2012), b’mod partikolari, jużaw b’mod predominanti l-media soċjali, it-tiftix fuq l-internet u l-konnessjonijiet personali biex jitgħallmu dwar l-investiment u kwistjonijiet finanzjarji; billi, skont il-Global Retail Investor Outlook tal-2024, il-media soċjali saret sors dominanti ta’ informazzjoni għall-gruppi ta’ età iżgħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi t-tranżizzjoni diġitali tespandi l-aċċess għal prodotti ta’ tfaddil u investiment, iżda żżid ukoll l-esponiment taċ-ċittadini għal strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni aggressivi u frodi online, u b’hekk id-diġitalizzazzjoni ssir kemm riskju kif ukoll opportunità;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-politika tal-UE dwar il-litteriżmu finanzjarju tista’ tirnexxi biss jekk tkun akkumpanjata minn strumenti finanzjarji faċilment aċċessibbli u xierqa għar-riskju;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-pjattaformi ta’ kooperazzjoni pubblika-privata u l-inizjattivi pan-Ewropej urew li huma effettivi biex jimmobilizzaw l-iskejjel, is-soċjetà ċivili u l-industrija madwar l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-litteriżmu finanzjarju fost l-intraprendituri u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) huwa aspett kritiku, iżda mhux imkejjel biżżejjed, tar-reżiljenza u tal-kompetittività tal-UE, li jirrikjedi monitoraġġ iddedikat u programmi mfassla apposta;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Aġenda tal-Konsumatur 2030 tal-Kummissjoni tpoġġi l-ekwità diġitali, l-infurzar tar-regoli u l-aċċess transfruntier għas-servizzi finanzjarji bl-imnut fil-qalba tal-kompetittività, u tinkludi l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Litteriżmu Finanzjarju tal-UE u t-tnedija ta’ kontijiet tat-tfaddil u tal-investimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-Aġenda tal-Konsumatur 2030 tipproponi att dwar l-ekwità diġitali biex tindirizza dark patterns, disinn li joħloq dipendenza u prattiki problematiċi minn influwenzaturi, bi protezzjoni aktar b’saħħitha għall-minorenni; billi din l-aġenda tinkludi t-tħabbira ta’ pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar il-frodi online, li għandu l-għan li jtejjeb il-miżuri ta’ prevenzjoni, jagħmel l-azzjoni tal-infurzar tal-liġi aktar effettiva u jsaħħaħ l-appoġġ għall-vittmi tal-frodi, u b’hekk jikkomplementa l-infurzar tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-media soċjali qed tintuża dejjem aktar biex tinxtered, tiġi kondiviża u tiġi diskussa informazzjoni dwar is-swieq finanzjarji u l-istrateġiji u l-prodotti ta’ investiment u, f’dan il-kuntest, ir-rwol tal-“influwenzaturi finanzjarji” (bl-Ingliż, “finfluencers”) joħloq opportunitajiet ġodda għas-sensibilizzazzjoni u għall-inklużjoni, iżda jista’ joħloq ukoll riskji, bħal kunflitti ta’ interess, reklamar qarrieqi, miżinformazzjoni jew komunikazzjoni frodulenti, li joħolqu riskji reali fil-forma ta’ investimenti mhux xierqa;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi ż-żieda fil-frodi finanzjarja online sofistikata, mibnija fuq l-użu ħażin ta’ teknoloġiji ġodda u l-IA, trid titqies bħala stedina biex tingħata spinta lill-litteriżmu finanzjarju diġitali sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi mhux biss jifhmu kunċetti finanzjarji bażiċi, iżda jkunu jafu wkoll kif jipproteġu lilhom infushom f’ambjent diġitali dejjem aktar kumpless, b’ritmu mgħaġġel u faċilment aċċessibbli; billi l-frodi finanzjarja, inkluż it-tentattiv ta’ frodi finanzjarja, tnaqqar il-fiduċja fis-sistema finanzjarja, u tissottolinja li l-pjattaformi online u l-magni tat-tiftix għandhom responsabbiltà partikolari li jidentifikaw u jimmitigaw ir-riskji ta’ frodi fl-investiment online;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi f’ċerti każijiet, fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni dwar affarijiet finanzjarji lill-udjenzi tagħhom, l-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju joperaw b’mod simili għall-fornituri tas-servizzi tal-media, iżda mingħajr ma jaderixxu ma’ strumenti regolatorji jew awtoregolatorji relatati mal-istandards tat-trasparenza u tal-kwalità tal-komunikazzjonijiet kummerċjali, jew mal-preċiżjoni, l-affidabbiltà jew il-veraċità tal-kontenut ipprovdut;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi, filwaqt li xi Stati Membri bdew jikkwalifikaw lill-influwenzaturi, inklużi l-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju, bħala servizzi tal-media awdjoviżiva fuq talba fl-ambitu tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMSD), ix-xenarju leġiżlattiv ġenerali fir-rigward tal-influwenzaturi jvarja fl-UE kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-affidabbiltà, l-inklużività u t-trasparenza fil-komunikazzjonijiet diġitali mill-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju huma kundizzjonijiet essenzjali għas-salvagwardja tal-fiduċja pubblika fix-xogħol tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-media diġitali f’forma mqassra qed tintuża dejjem aktar bħala sors primarju ta’ informazzjoni finanzjarja u tista’ tkun nieqsa minn kuntest jew verifika;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi huwa essenzjali li l-parteċipazzjoni fis-suq bl-imnut tissaħħaħ u tiġi inċentivata biex l-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti tal-UE tagħmel progress, u biex is-sigurtà finanzjarja u l-prosperità fit-tul għall-Ewropej kollha jitjiebu, filwaqt li l-inugwaljanzi jitnaqqsu;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-litteriżmu finanzjarju bħala sforz komuni u responsabbiltà kondiviża</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jifhem li l-promozzjoni tal-litteriżmu finanzjarju, u l-implimentazzjoni ta’ programmi u inizjattivi ta’ litteriżmu finanzjarju madwar l-Ewropa, huma prijorità ewlenija u orizzontali għall-UE u l-Istati Membri tagħha, u kundizzjoni importanti biex jiġu ggarantiti opportunitajiet finanzjarji ugwali għaċ-ċittadini tagħha, peress li l-livell baxx attwali ta’ litteriżmu finanzjarju jimmina l-kompetittività tal-UE, iżid l-inugwaljanzi u jfixkel l-investiment bl-imnut fl-ekonomija reali u l-produttività tagħha, jagħmel ħsara lill-ekwità interġenerazzjonali, iċaħħad lin-negozji, speċjalment lill-SMEs, minn bażi ta’ investituri infurmati tajjeb, u jipperikola serjament ir-reżiljenza, il-benesseri u l-indipendenza tal-unitajiet domestiċi, filwaqt li jnaqqas ukoll ir-ritmu tal-kapaċità tal-investimenti bl-imnut li jibbenefikaw bis-sħiħ mis-swieq kapitali, u jżid il-vulnerabbiltà taċ-ċittadini għal scams u reklamar qarrieqi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li litteriżmu finanzjarju u fehim aħjar tas-settur finanzjarju u l-istituzzjonijiet finanzjarji jikkontribwixxu indirettament għall-istabbiltà finanzjarja; jisħaq li litteriżmu finanzjarju mtejjeb se jippermetti liċ-ċittadini jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati dwar l-infiq, it-tfaddil, il-pensjonijiet, l-investimenti u l-ippjanar finanzjarju tagħhom għall-futur, u b’hekk jikkontribwixxi għas-sigurtà ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jafferma li t-titjib tal-litteriżmu finanzjarju jista’ jappoġġja t-tkabbir tal-UE u jgħin biex tingħata spinta lill-investiment privat, filwaqt li jikkomplementa strateġija ta’ investiment dedikata appoġġjata minn finanzjament pubbliku sostenibbli biex tiggwida l-investimenti meħtieġa biex tiżdied il-produttività tal-UE, tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, jissaħħu s-sigurtà u s-sovranità industrijali tal-UE u jinħolqu impjiegi ta’ kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jaġġornaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, sabiex il-litteriżmu finanzjarju jiġi ddeżinjat bħala kompetenza ewlenija indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iqis li l-miżuri meħuda fil-livell tal-Istati Membri, meta kkoordinati sew mal-Kummissjoni, irriżultaw li huma l-aktar effettivi fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni bl-imnut fis-swieq kapitali, inkluż permezz ta’ sistemi tal-pensjonijiet; iqis li l-fatt li l-investituri bl-imnut jingħataw is-setgħa li jiddeċiedu kif u fejn jallokaw it-tfaddil tagħhom billi jittejjeb il-litteriżmu finanzjarju jista’ jrawwem parteċipazzjoni akbar fis-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li filwaqt li l-edukazzjoni finanzjarja hija l-għodda primarja biex jiġi indirizzat direttament il-litteriżmu finanzjarju, l-edukazzjoni trid tiġi kkomplementata mill-protezzjonijiet regolatorji meħtieġa u minn miżuri proattivi mis-settur tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-protezzjoni tal-konsumatur u l-prevenzjoni tal-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza d-diġitalizzazzjoni dejjem tikber tas-settur finanzjarju u l-ħtieġa li l-ħiliet diġitali jkunu parti essenzjali mill-edukazzjoni finanzjarja jew jikkomplementawha; jinnota, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li l-għodod tal-edukazzjoni finanzjarja jiġu aġġornati b’mod konsistenti biex jitqiesu l-avvanzi diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintegraw proġetti ta’ litteriżmu finanzjarju adatti għall-età fil-kurrikuli tal-iskejjel, fl-istadji kollha tal-edukazzjoni formali, biex jikkomplementaw l-edukazzjoni diġitali u dwar il-media, u b’mod parallel mal-programmi formali, filwaqt li jippromwovu inizjattivi ta’ appoġġ għall-għalliema; iħeġġeġ, għaldaqstant, li jinħolqu networks ta’ taħriġ għall-għalliema appoġġjati mill-UE biex jippromwovu metodi konsistenti u ta’ kwalità għolja għat-tagħlim tal-litteriżmu finanzjarju madwar l-UE, filwaqt li jibnu fuq l-aħjar prattiki mill-Istati Membri; jenfasizza li l-Istati Membri li jinkludu l-edukazzjoni finanzjarja fil-kurrikuli nazzjonali huma fost dawk bl-aqwa prestazzjoni fl-istħarriġiet tal-UE dwar il-litteriżmu finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw inizjattivi edukattivi xierqa għall-istadji kollha tal-ħajja, biex irawmu t-tagħlim tul il-ħajja; jifhem li, sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt ta’ tali inizjattivi, dawn l-inizjattivi għandhom ikunu allinjati ma’ stadji importanti fil-ħajja, bħal meta wieħed ikun lesta livelli speċifiċi tal-edukazzjoni formali, jaċċessa proprjetà jew ikun wasal għall-irtirar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu ssalvagwardjati l-prinċipji ta’ indipendenza u trasparenza meta jkunu promossi miżuri jew inizjattivi fil-qasam tal-edukazzjoni finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jipproponi li jinħoloq qafas Ewropew għall-kompetenzi finanzjarji avvanzati għall-adulti, bħala estensjoni tal-qafas konġunt li diġà jeżisti, b’moduli dwar l-ippjanar finanzjarju personali, it-tqabbil ta’ prodotti, ir-riskju u d-diversifikazzjoni, u l-investiment sostenibbli, billi jintużaw pjattaformi nazzjonali ta’ tagħlim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinċentivaw, permezz ta’ miżuri ta’ politika adegwati, l-edukazzjoni finanzjarja bbażata fuq il-post tax-xogħol, it-tagħlim tul il-ħajja u l-programmi ta’ benesseri finanzjarju biex itejbu t-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmat, b’mod partikolari fir-rigward tal-pensjonijiet, it-tfaddil u l-investiment fuq terminu medju u twil, l-iskemi ta’ pensjonijiet supplimentari u l-ibbaġitjar personali; jenfasizza, f’dan ir-rigward, ir-rwol tas-soċjetà ċivili, speċjalment tal-organizzazzjonijiet tal-investituri bl-imnut, u s-sħab soċjali rilevanti fl-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, kif ukoll il-ħtieġa ta’ komunikazzjoni effettiva liċ-ċittadini dwar il-pensjonijiet u l-introjtu mistenni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipparteċipaw fit-testijiet tal-litteriżmu finanzjarju tal-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA) tal-OECD għaż-żgħażagħ u jistabbilixxu stħarriġiet regolari għall-adulti; itenni li l-litteriżmu finanzjarju huwa kunċett ibbażat fuq l-eżiti u li l-istrateġiji nazzjonali għandu jkollhom indikaturi ċari u li jitkejlu tal-progress, ibbażati fuq is-Sett ta’ Għodod tal-OECD/INFE għall-Kejl tal-Litteriżmu Finanzjarju u l-Inklużjoni Finanzjarja<FOOTNOTE><FIELD> OECD, <STRING ITALIC="on">OECD/INFE Toolkit for Measuring Financial Literacy and Financial Inclusion 2022</STRING> (Sett ta’ għodod tal-OECD/INFE biex jitkejlu l-litteriżmu finanzjarju u l-inklużjoni finanzjarja tal-2022), Pubblikazzjoni tal-OECD, Pariġi, 2022.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota, barra minn hekk, li l-iffissar ta’ miri u riżultati għandu jinkoraġġixxi s-sjieda nazzjonali tal-istrateġiji; jagħti parir lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkorporaw livell ta’ flessibbiltà fl-istrateġiji tal-litteriżmu finanzjarju sabiex ikunu jistgħu jiġu adattati fid-dawl tas-sejbiet ta’ kwalunkwe valutazzjoni tal-effikaċja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Itenni l-ħtieġa għal inizjattivi mfassla apposta u ffukati fuq il-komunità, u jirrifjuta l-approċċ “kulħadd f’keffa waħda”; jinnota li dawn l-inizjattivi għandhom jibnu fuq miżuri nazzjonali u jirriflettu l-livelli varji tal-litteriżmu finanzjarju f’kuntesti differenti, u b’hekk jgħinu biex jiżdied l-għarfien finanzjarju b’mod aktar wiesa’ u konsistenti; jissottolinja s-sitwazzjoni tan-nisa, taż-żgħażagħ, tal-persuni akbar fl-età, tal-persuni b’diżabbiltà u b’indebolimenti, u tal-persuni minn żoni rurali, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mmobilizzati s-sħab soċjali, it-trade unions, l-organizzazzjonijiet tal-investituri bl-imnut, il-kmamar tal-kummerċ, is-settur tat-teknoloġija finanzjarja, in-networks tal-SMEs u l-movimenti tas-soċjetà ċivili, kif ukoll is-settur tas-servizzi finanzjarji, fl-isforz komuni biex jirrispondu għal tali ħtiġijiet speċifiċi u jiżviluppaw proġetti konkreti li jkunu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadini u l-komunitajiet, b’mod partikolari ċ-ċittadini li jkunu anqas litterati finanzjarjament u, għalhekk, aktar esposti għal xokkijiet finanzjarji u aktar vulnerabbli għall-frodi finanzjarja; jappella għal programmi dedikati u mmirati għall-gruppi l-aktar vulnerabbli, inklużi dawk li jinsabu barra mill-edukazzjoni formali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li ż-żgħażagħ qed jiġu esposti għal servizzi finanzjarji, jinsabu fil-mira ta’ reklami mmirati u qed jiġu offruti servizzi finanzjarji f’etajiet dejjem aktar bikrija permezz ta’ diversi kanali, jiġifieri l-media soċjali, u dan juri l-ħtieġa li jitrawwem il-litteriżmu finanzjarju minn stadju bikri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ edukazzjoni mmirata dwar scams finanzjarji online, inklużi skemi piramidali, skemi ta’ pump and dump u komunitajiet ta’ investiment frodulenti; jissottlinja, fid-dawl tal-vulnerabbiltà finanzjarja mifruxa, il-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji assoċjati mad-dejn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jitlob miżuri biex jissaħħu l-litteriżmu finanzjarju u l-ħiliet intraprenditorjali ta’ nies li jibdew impriżi ġodda, b’attenzjoni partikolari għall-intraprendituri minn sfondi żvantaġġati, inklużi dawk barra mis-sistema edukattiva tradizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippermettu u jippromwovu sistemi ta’ mikrokredenzjali għal faċilitaturi tat-tagħlim għall-adulti (mexxejja tal-komunità, ħaddiema soċjali, rappreżentanti tat-trade unions);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-azzjonijiet ta’ tagħlim għall-adulti tal-Erasmus+ u l-fergħat rilevanti tal-Programm Ewropa Diġitali biex tgħin lill-Istati Membri jfasslu korsijiet ta’ litteriżmu diġitali u finanzjarju sensittivi għall-età, filwaqt li jiżguraw li ċ-ċittadini akbar fl-età u adulti vulnerabbli oħra jkunu jistgħu jużaw b’mod sikur is-servizzi bankarji online, il-pagamenti b’mezz mobbli u l-kanali ta’ komunikazzjoni diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja li n-nisa għadhom affettwati b’mod sproporzjonat minn livelli baxxi ta’ litteriżmu finanzjarju, u 60 % tal-Ewropej li għandhom punteġġ baxx fil-litteriżmu finanzjarju huma nisa; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jingħalqu l-lakuni fil-litteriżmu finanzjarju u d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri sabiex tingħata s-setgħa ekonomika lin-nisa u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiggarantixxu li n-nisa jkollhom aċċess għall-għodod, għar-riżorsi u għall-opportunitajiet meħtieġa biex jirnexxu, b’mod partikolari f’setturi fejn għadhom sottorappreżentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-edukazzjoni finanzjarja tal-istudenti u l-adulti żgħażagħ tista’ wkoll ittejjeb l-għarfien finanzjarju ta’ dawk li huma parti miċ-ċirku immedjat tagħhom, u dan jissuġġerixxi effett multiplikatur potenzjali assoċjat mal-edukazzjoni finanzjarja li tagħmel enfasi fuq iż-żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissottolinja li l-litteriżmu finanzjarju jirrikjedi aċċess finanzjarju u jistieden, għalhekk, lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u Ewropej, b’mod partikolari lill-awtoritajiet superviżorji, jinfurzaw il-leġiżlazzjoni eżistenti biex jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji li huma disponibbli fis-suq ikunu faċilment aċċessibbli, xierqa għar-riskju u attraenti għat-taxxa, u li l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward tal-kundizzjonijiet tagħhom tiġi pprovduta b’mod trasparenti u li jinftiehem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jifhem li l-qafas legali attwali dwar is-servizzi finanzjarji, minkejja li għandu l-għan li jtejjeb it-trasparenza, il-protezzjoni u l-iżvelar, spiss ikun kumpless wisq biex jappoġġja deċiżjonijiet ġenwinament infurmati għall-persuna medja; jirrikonoxxi l-importanza li jiġi ggarantit il-fehim taċ-ċittadini tal-UE dwar il-prodotti finanzjarji u jenfasizza li l-inizjattivi tal-edukazzjoni finanzjarja ma jistgħux jissostitwixxu l-ħtieġa ta’ qafas b’saħħtu għall-protezzjoni tal-investituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja l-importanza u l-valur miżjud tal-appoġġ pubbliku, jiġifieri permezz ta’ politiki tat-tassazzjoni xierqa, għal inizjattivi ta’ litteriżmu finanzjarju promossi minn fornituri ta’ servizzi finanzjarji u partijiet ikkonċernati fl-industrija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrikonoxxi l-intrapriżi tal-UE bħala atturi ewlenin f’approċċ komprensiv biex jittejjeb il-litteriżmu finanzjarju fl-UE u bħala kontributuri rilevanti għas-solidità finanzjarja taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jisħaq li, fil-kuntest ta’ inizjattivi tal-UE jew nazzjonali dwar il-promozzjoni tal-litteriżmu finanzjarju, għandha tingħata prijorità lil dawk immirati lejn reġjuni kkaratterizzati minn tkabbir ekonomiku baxx, livelli baxxi ta’ tfaddil u djun sostanzjali mġarrba bħala riżultat ta’ kreditu għall-konsumatur, fejn l-unitajiet domestiċi jkunu f’riskju akbar ta’ dejn eċċessiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jisħaq li t-tisħiħ tal-litteriżmu finanzjarju mhuwiex possibbli mingħajr żieda fl-aċċess finanzjarju għaċ-ċittadini; jappella biex jinħolqu strumenti finanzjarji aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha, b’mod partikolari dawk li qed ifittxu opportunità biex jagħmlu l-ewwel investimenti tagħhom; jeżiġi li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi infurzata biex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji jkunu faċilment aċċessibbli, u li ċ-ċittadini jingħataw l-informazzjoni meħtieġa b’mod trasparenti u li jinftiehem; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni għal kontijiet tat-tfaddil u tal-investimenti bħala miżura ta’ appoġġ biex jinħolqu opportunitajiet finanzjarji aħjar għaċ-ċittadini li jixtiequ jinvestu, u jappella biex tali strumenti jkunu disponibbli fl-Istati Membri kollha bħala parti minn qafas immirat lejn il-ħolqien ta’ kultura ta’ investiment fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jipproponi li jinħoloq network pan-Ewropew volontarju ta’ partijiet ikkonċernati u awtoritajiet kompetenti, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew, biex jibni fuq soluzzjonijiet trażversali u komprensivi konkreti ħalli jtejjeb il-livelli ta’ litteriżmu finanzjarju u jwassal għal bidliet fl-imġiba fit-tul f’oqsma bħall-ibbaġitjar, it-tfaddil u l-għażla tal-prodotti xierqa, inkluża r-riċerka dwar in-nuqqasijiet attwali fl-għarfien; jenfasizza li dan in-network għandu jkun ta’ natura teknika, ħieles mill-interferenza politika u kummerċjali, u għandu jkollu struttura ta’ governanza trasparenti; jisħaq, għal dan il-għan, fuq il-ħtieġa li jiġi evitat li jinħolqu strutturi burokratiċi permanenti u li l-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza esterna li jiswew ħafna flus jinżamm f’livell minimu, bil-ħsieb li jiġu pprovduti r-riżorsi disponibbli għas-servizzi u l-proġetti mmirati direttament lejn iċ-ċittadini tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li torganizza sessjonijiet ta’ ħidma regolari, bl-objettiv li tippromwovi network pan-Ewropew simili u komunità ta’ prattikanti tal-litteriżmu finanzjarju mis-settur privat u minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ; jisħaq li l-aħjar prattiki, kodiċijiet ta’ kondotta u prinċipji gwida dwar il-litteriżmu finanzjarju ma għandhomx jiġu żviluppati b’mod kompartamentalizzat; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni tqis li tinvolvi aġenziji governattivi u awtoritajiet kompetenti nazzjonali f’din il-komunità fuq bażi <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> jew permanenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jenfasizza li l-investiment fil-litteriżmu finanzjarju jrendi qligħ kbir fil-kuntest tat-tkabbir ekonomiku u t-tisħiħ tal-finanzi individwali, pubbliċi u tan-negozji; jilqa’, għaldaqstant, il-proġett pilota dwar il-litteriżmu finanzjarju li ġie approvat dan l-aħħar bħala parti mill-baġit tal-UE għall-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jenfasizza li l-istrateġiji kollha, kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f’dak tal-UE, għandhom jiġu żviluppati u implimentati f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi, mal-organizzazzjonijiet taċ-ċittadini, mal-universitajiet, mat-trade unions u mal-partijiet ikkonċernati privati; jisħaq li l-miżuri żviluppati mill-gvernijiet nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom iqisu r-rwol tal-parteċipanti fis-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jinkorporaw indikaturi tal-litteriżmu finanzjarju fl-istrateġiji ta’ inklużjoni finanzjarja tagħhom u jippromwovu t-tfaddil u l-investiment privat permezz ta’ strumenti legali u amministrattivi innovattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill joħroġ rakkomandazzjoni li tistabbilixxi prinċipji komuni u standards minimi għall-edukazzjoni finanzjarja, ibbażata fuq approċċ li jinvolvi l-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u l-atturi privati; jipproponi li l-punt ta’ referenza tal-UE għall-kompilazzjoni tal-prattiki tajbin, tar-riċerka u tal-għodod għandu awtomatikament jinkorpora l-kontributi mill-universitajiet, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mill-gruppi ta’ riflessjoni u mill-entitajiet finanzjarji li diġà qed jippromovu inizjattivi b’riżultati tajbin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-litteriżmu finanzjarju bħala ġebla tax-xewka tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2025 dwar Strateġija ta’ Litteriżmu Finanzjarju tal-UE u jieħu nota tal-erba’ pilastri tagħha, filwaqt li jissottolinja li inizjattiva importanti bħal din trid tiġi segwita, fejn xieraq, b’miżuri konkreti malajr kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tmexxi kampanja estensiva ta’ komunikazzjoni u media soċjali dwar il-litteriżmu finanzjarju, kif stabbilit fl-Istrateġija ta’ Litteriżmu Finanzjarju tal-UE; jemmen li kampanja bħal din għandha tkun permanenti, multilingwi u mifruxa mal-UE kollha, żviluppata f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, max-xandara tas-servizz pubbliku, man-networks kulturali u mal-organizzazzjonijiet indipendenti tal-verifika tal-fatti, u għandha tkun immirata lejn il-konfutazzjoni tad-diżinformazzjoni finanzjarja, il-promozzjoni ta’ mġiba online sikura u l-fatt li twissi liċ-ċittadini – speċjalment liż-żgħażagħ u lill-anzjani – dwar scams finanzjarji prevalenti; jemmen li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iwettqu sensibilizzazzjoni mmirata permezz tal-media soċjali u tradizzjonali biex isaħħu l-għarfien u jtejbu l-litteriżmu finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Ifakkar li l-Kunsill Ewropew talab miżuri urġenti, li jibdew fl-iskejjel, biex jiġi promoss l-għarfien finanzjarju fis-soċjetà; jissottolinja li l-Istrateġija l-ġdida ta’ Litteriżmu Finanzjarju tal-UE u l-miżuri stabbiliti fiha huma maħsuba biex itejbu b’mod sinifikanti l-livelli tal-edukazzjoni finanzjarja madwar l-Ewropa u għandhom jiġu sfruttati bħala għodda għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u tal-kompetittività, kif ukoll tal-ugwaljanza finanzjarja u l-opportunitajiet indaqs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li l-Istrateġija ta’ Litteriżmu Finanzjarju tal-Kummissjoni, bħala parti mill-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti, tiffoka fuq il-kompetittività u r-rilaxx tat-tfaddil u tal-investimenti, iżda jisħaq li għandha tinkludi wkoll il-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs u l-awtonomizzazzjoni finanzjarja għaċ-ċittadini kollha; jappella għal miżuri konkreti li jippermettu liċ-ċittadini, b’mod partikolari lin-nisa u lill-gruppi l-aktar vulnerabbli, jibnu, jiġġestixxu u jkabbru l-ġid tagħhom; iħeġġeġ li l-litteriżmu finanzjarju jiġi indirizzat b’mod komprensiv u sfruttat bħala għodda biex jippromwovi t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività, kif ukoll l-ugwaljanza finanzjarja u l-opportunitajiet indaqs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li l-istrateġiji nazzjonali u tal-UE tal-litteriżmu finanzjarju jkunu bbażati fuq evidenza u analiżi rilevanti, imfassla apposta għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull ġuriżdizzjoni; ifakkar fil-ħtieġa ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni sistemiċi tal-litteriżmu finanzjarju sabiex jipprovdu data komparabbli biex jiġi vvalutat il-progress matul iż-żmien, u jisħaq li huwa essenzjali li wieħed jitgħallem mill-aħjar prattiki fi Stati Membri individwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-intraprenditorija fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Istrateġija ta’ Litteriżmu Finanzjarju u f’sett ta’ għodod għall-Istati Membri biex itejbu l-koordinazzjoni f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jappoġġja l-għan li jitwettaq pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar il-frodi finanzjarja online u jfakkar fil-ħtieġa li jiġu indirizzati l-livelli għoljin ta’ frodi finanzjarja b’miżuri sodi ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni fil-livell regolatorju, fil-livell superviżorju u f’dak amministrattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-isforzi jiġu ffukati fuq il-litteriżmu dwar il-pensjonijiet biex jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-irtirar għaċ-ċittadini fl-UE u biex jiggarantixxu li ċ-ċittadini tal-UE jkunu konxji mill-importanza tal-pensjonijiet statutorji pubbliċi, tal-pensjonijiet okkupazzjonali u tal-pensjonijiet personali supplimentari; ifakkar fl-importanza tal-prodotti tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet bħala kanali ta’ tfaddil li huma ta’ benefiċċju kemm għas-saħħa u s-sigurtà finanzjarja taċ-ċittadini kif ukoll għas-swieq kapitali kompetittivi, li jagħtu spinta lill-iżvilupp tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej iżommu, jespandu u jaġġornaw regolarment repożitorju tal-UE aċċessibbli u li jista’ jiġi mfittex ta’ inizjattivi ta’ edukazzjoni finanzjarja nazzjonali u tal-UE, kif deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, inklużi l-aħjar prattiki dwar programmi fuq il-post tax-xogħol, proġetti ta’ involviment taż-żgħażagħ u approċċi bbażati fil-komunità biex jappoġġjaw l-espansjoni fuq l-eżempji tajbin tal-Istati Membri; jenfasizza li dan ir-repożitorju għandu jkun ibbażat fuq pjattaformi u infrastruttura eżistenti u għandu jisfrutta kemm jista’ jkun ir-riżorsi nazzjonali u privati eżistenti biex jipprevjeni d-duplikazzjoni tax-xogħol, li tpoġġi pressjoni akbar fuq il-baġit tal-UE; jisħaq li l-enfasi għandha tkun fuq il-kwalità u l-komparabbiltà tal-informazzjoni disponibbli; jinsisti li dan ir-repożitorju jrid ikollu taqsima ddedikata dwar ir-riżorsi għaċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni tal-iscams, maħluqa f’kooperazzjoni mal-aġenziji nazzjonali taċ-ċibersigurtà; jissottolinja li r-repożitorju għandu jinkludi wkoll inizjattivi innovattivi u ppruvati minn pajjiżi mhux tal-UE li jistgħu jservu bħala pjanijiet ta’ azzjoni għall-azzjoni tal-UE, filwaqt li jibqa’ kosteffiċjenti u ma joħloqx piż amministrattiv addizzjonali bla bżonn għall-partijiet ikkonċernati involuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jisħaq li l-proġetti ta’ litteriżmu finanzjarju li huma ffinanzjati jew kofinanzjati mill-UE jew immexxija mill-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu appoġġjati minn għodod ta’ valutazzjoni rigorużi, inklużi, fejn xieraq, evalwazzjonijiet jew kwestjonarji<STRING ITALIC="on"> ex post</STRING> imfassla biex jivvalutaw l-iżvilupp tal-għarfien finanzjarju fost ir-riċevituri tal-edukazzjoni dwar il-litteriżmu finanzjarju, u sa liema punt inbidlu d-drawwiet finanzjarji tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta, sa tmiem l-2027, dwar l-adozzjoni u l-effettività tal-Istrateġija ta’ Litteriżmu Finanzjarju – b’informazzjoni diżaggregata skont l-Istat Membru u skont iż-żona fil-mira, fejn xieraq – inkluż l-eżitu tan-network tal-ambaxxaturi, il-kodiċi ta’ kondotta propost u l-kampanja ta’ komunikazzjoni fl-UE kollha, u tipproponi azzjoni ulterjuri jekk jitqies li tkun meħtieġa; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta dawn is-sejbiet lill-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapport ta’ progress kull tliet snin, f’dan ir-rigward, u/jew stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-litteriżmu finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-litteriżmu finanzjarju jista’ jiġi derivat minn ħafna sorsi, u li l-eżistenza ta’ approċċi multipli hija ta’ benefiċċju; jirrikonoxxi wkoll li n-nies diġà qed jesploraw opportunitajiet għal investiment bl-imnut permezz ta’ prodotti faċli biex jintużaw bħall-fondi negozjati fil-borża, ħafna drabi permezz ta’ portali online jew applikazzjonijiet diġitali; jisħaq fuq il-valur għas-soċjetà u għas-sigurtà finanzjarja individwali ta’ żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq finanzjarju minn investituri bl-imnut, dment li l-involviment tagħhom ikun infurmat; jilqa’ l-bidla lejn kultura ta’ investiment fost iċ-ċittadini tal-UE, immexxija parzjalment mill-media u l-involviment online, u jitlob li dan jiġi aċċellerat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li timxi lejn simplifikazzjoni regolatorja, u jistenna li l-isforzi tagħha f’dan ir-rigward se jwasslu għal anqas kumplessità fil-prodotti finanzjarji, filwaqt li tissalvagwardja standards għoljin ta’ protezzjoni tal-investituri; jitlob lill-Kummissjoni tapplika l-prinċipji tal-Istrateġija ta’ Litteriżmu Finanzjarju tagħha, kif ukoll il-prinċipji tal-proporzjonalità, tas-sussidjarjetà u tal-analiżi bbażata fuq l-evidenza, fil-kuntest ta’ inizjattivi possibbli dwar l-oqfsa regolatorji bankarji, tas-swieq finanzjarji jew tal-assigurazzjoni sabiex il-prodotti finanzjarji jsiru aktar trasparenti u aktar faċli biex jinftiehmu għall-utenti finali, mingħajr ma jiġu mminati l-istandards eżistenti ta’ protezzjoni għall-konsumaturi u l-investituri; iqis li huwa importanti, barra minn hekk, li dawn il-prinċipji jiġu kkunsidrati fil-pakkett tal-edukazzjoni ppjanat, antiċipat fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ koerenza politika sistematika fil-litteriżmu finanzjarju, fir-regoli dwar il-protezzjoni tal-investituri bl-imnut, fil-pjan ta’ azzjoni Ewropew għall-kontijiet tat-tfaddil u tal-investimenti, f’inizjattivi oħra fl-ambitu tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti, u fir-regolamenti bankarji u tas-suq finanzjarju, biex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tiġi ssalvagwardjata l-offerta ta’ prodotti finanzjarji trasparenti, xierqa għar-riskju iżda faċilment aċċessibbli għaċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jisħaq li l-litteriżmu finanzjarju jrid ikopri wkoll il-ħiliet taċ-ċibersigurtà, inkluż ir-rikonoxximent tat-tentattivi ta’ phishing, tal-iscams online u tal-frodi ġġenerata mill-IA, u jistieden lill-Kummissjoni torbot l-istrateġiji tagħha ta’ litteriżmu finanzjarju u ċibersigurtà permezz ta’ kampanji kkoordinati ta’ sensibilizzazzjoni pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jappoġġja d-deżinjazzjoni ta’ “Jum Ewropew tal-Edukazzjoni Finanzjarja” annwali biex jiġu promossi inizjattivi kontinwi ta’ sensibilizzazzjoni, b’segwitu għall-opinjoni tas-16 ta’ Lulju 2025 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-litteriżmu u l-edukazzjoni fil-qasam finanzjarju għall-Ewropej”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Itenni s-sejħa tiegħu għal koerenza sistematika mal-istrumenti leġiżlattivi lil hinn mis-servizzi finanzjarji u mis-settur bankarju, u jissottolinja l-importanza li jiġi ggarantit li l-kwistjonijiet ta’ litteriżmu finanzjarju jitqiesu fil-kuntest tal-att futur dwar l-ekwità diġitali u l-infurzar tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, sabiex id-dmirijiet tal-pjattaformi online u r-regoli tal-liġi tal-konsumatur jappoġġjaw l-eżiti tal-litteriżmu finanzjarju u perkorsi sikuri ta’ investiment diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jirrimarka li r-revoluzzjoni diġitali li ġabet magħha l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) toffri opportunità biex l-edukazzjoni finanzjarja tingħaqad mal-litteriżmu diġitali, peress li l-edukazzjoni finanzjarja tista’ tiġi personalizzata bl-użu tal-IA u d-diversi għodod diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora, f’rapport li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament, il-potenzjal, ir-riskji u l-limitazzjonijiet tal-IA fil-promozzjoni tal-litteriżmu finanzjarju, inklużi għodod edukattivi personalizzati mmexxija mill-IA mfassla apposta skont il-ħtiġijiet differenti tal-utenti, u l-użu tat-teknoloġiji tal-IA biex tidentifika frodi, scams, deepfakes u theddid ieħor iġġenerat mill-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jisħaq li l-IA tista’ tappoġġja l-espansjoni ta’ pariri finanzjarji affordabbli, tippermetti l-ħolqien awtomatizzat ta’ portafolli personalizzati, tespandi programmi ta’ edukazzjoni finanzjarja u tirfed it-twettiq ta’ nudges imfassla apposta biex tħeġġeġ imġiba ottimizzata għall-għanijiet finanzjarji tal-individwu; jirrimarka li l-għodod tal-IA jistgħu wkoll jinvolvu riskji sinifikanti, skont kif dawn jintużaw mill-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra bir-reqqa kif tindirizza l-impatt tal-IA, f’dan ir-rigward, u timmitiga r-riskji potenzjali, inklużi dawk relatati mal-użu ta’ data personali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintegra skemi nazzjonali ta’ tqabbil għal kontijiet tat-tfaddil u tal-investimenti f’mekkaniżmu ta’ tqabbil tal-UE, b’kalkulaturi komprensivi tat-tqabbil tat-tariffi u spjegazzjonijiet viżwali dwar aspetti bħar-riskju u r-redditu, l-imgħax kompost, l-inflazzjoni u t-tariffi, fost oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Itenni, f’dan ir-rigward, li l-portabbiltà tal-kontijiet tat-tfaddil u tal-investimenti bejn il-fornituri u l-fruntieri hija importanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti u jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u l-litteriżmu finanzjarji; jifhem, f’dan il-kuntest, li l-portabbiltà tal-kontijiet tat-tfaddil u tal-investimenti tal-EU għandha tkun bi prezz baxx u ma għandhiex tiskatta avvenimenti taxxabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa bir-reqqa l-possibbiltà li tipproduċi rapport komprensiv, tidentifika l-ħtieġa u l-valur miżjud ta’ inizjattivi leġiżlattivi mmirati possibbli biex tadatta u tissimplifika l-leġiżlazzjoni essenzjali għall-objettivi politiċi tat-tisħiħ tal-litteriżmu finanzjarju, diġitali, tad-data u tal-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ inizjattivi u kontenut ta’ litteriżmu finanzjarju fl-indirizzar ukoll tal-impatt tal-ekonomija reali tal-investimenti xprunati minn standards ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva, jiġifieri standards ambjentali, soċjali u ta’ governanza, u l-valur usa’ tagħhom għas-soċjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jissottolinja l-valur miżjud potenzjali tal-proġetti dwar il-litteriżmu finanzjarju, l-influwenza diġitali u l-protezzjoni tal-investituri bl-imnut fi ħdan il-programm Orizzont Ewropa, f’konformità mal-ħtieġa li jiġi attirat talent globali fil-qasam tal-modi ta’ mġiba fil-finanzi lejn l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li tiġi integrata informazzjoni komprensiva bbażata fuq l-evidenza dwar il-kriptoassi f’inizjattivi ta’ edukazzjoni finanzjarja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-responsabbiltà tal-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju u d-diġitalizzazzjoni għat-tisħiħ tal-litteriżmu finanzjarju fl-Ewropa</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jenfasizza r-rwol dejjem jikber tal-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju bħala intermedjarji tal-informazzjoni finanzjarja li spiss jimmiraw lil udjenzi żgħażagħ u li qabel ma kinux moqdija biżżejjed; jinnota l-potenzjal tagħhom li jtejbu l-litteriżmu finanzjarju, iżda jfakkar li jeħtiġilhom jikkonformaw mar-regoli eżistenti dwar il-promozzjoni finanzjarja u l-protezzjoni tal-konsumatur, u jkollhom responsabbiltà u obbligu ta’ rendikont akbar lejn l-udjenzi tagħhom; jirrikonoxxi l-prominenza dejjem tikber tal-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju bħala l-vetturi ewlenin tal-komunikazzjonijiet kummerċjali dwar is-servizzi finanzjarji jew ta’ investiment għal ċerti gruppi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jifhem li l-kontenut tal-media soċjali jipprovdi fluss ta’ informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku u jenfasizza li l-għan ta’ kwalunkwe inizjattiva dwar il-litteriżmu finanzjarju għandu jkun li tippromwovi l-kondiviżjoni responsabbli u aċċessibbli tal-għarfien, u mhux li tirrestrinġi l-kreattività jew l-udjenza minn dawn l-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Itenni li hemm distinzjoni qawwija bejn influwenzaturi fil-qasam finanzjarju li joperaw b’mod trasparenti, jiġifieri dawk li jiddikjaraw kunflitti ta’ interess u jipprovdu kontenut edukattiv, u individwi li jużaw l-edukazzjoni finanzjarja bħala paraventu, li jaġixxu b’mod frodulenti jew b’intenzjoni malizzjuża, jippromwovu prodotti mhux awtorizzati jew jagħtu pariri mhux kwalifikati, inkluż billi jibagħtu messaġġi lin-nies direttament jew jibagħtu links għal messaġġi fi grupp, biex jippromwovu prodotti spekulattivi u servizzi ta’ mħatri jew logħob tal-azzard, spiss bi ksur tar-regoli tal-UE dwar ir-reklamar falz u l-protezzjoni tal-konsumatur; jirrikonoxxi li l-attività ewlenija ta’ xi wħud minn dawn l-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju spiss tkun ibbażata fuq l-attrazzjoni tal-attenzjoni, u li dan jista’ jwassal għall-promozzjoni ta’ prodotti spekulattivi b’riskju għoli mhux xierqa għall-investituri bl-imnut, li tirrikjedi approċċ speċifiku mill-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa ta’ infurzar transfruntier effettiv tad-dritt tal-UE f’dan ir-rigward, u jissottolinja r-rwol tan-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur biex dan jiġi żgurat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Iħeġġeġ lill-komunità tal-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju tirċievi taħriġ finanzjarju biex ikunu jistgħu jipproduċu kontenut indipendenti u jivverifikaw il-veraċità tal-informazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri joffru, permezz tal-awtoritajiet pubbliċi u l-fornituri akkreditati, taħriġ lill-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju dwar l-obbligi legali u l-elementi bażiċi tal-edukazzjoni finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota li, filwaqt li l-konsulenti finanzjarji huma soġġetti għal rekwiżiti regolatorji stretti, l-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju jistgħu jaġixxu <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> bħala konsulenti finanzjarji online, iżda bħalissa mhuma soġġetti għal ebda qafas regolatorju speċifiku, u b’hekk hemm lok għal prattiki qarrieqa; jinnota, f’dan ir-rigward, il-bidliet li se jiġu introdotti mid-direttiva proposta biex jiġu emendati d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2014/65/UE u (UE) 2016/97 fir-rigward tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-investituri bl-imnut (id-Direttiva Omnibus dwar l-Istrateġija ta’ Investiment bl-Imnut), li jfittxu li jindirizzaw ir-riskji li għalihom huma soġġetti l-investituri bl-imnut minħabba l-influwenzaturi fil-qafas finanzjarju billi jqiegħdu obbligi fuq dawn l-influwenzaturi u d-ditti tas-servizzi finanzjarji li jagħmlu użu mis-servizzi tagħhom; jinnota, madankollu, li xi influwenzaturi fil-qasam finanzjarju la huma impjegati minn istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati, u lanqas ma joffru prodotti jew pariri finanzjarji awtorizzati, u għaldaqstant jaqgħu barra mill-ambitu tas-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkopri b’mod espliċitu l-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju u l-pjattaformi li jospitaw kontenut finanzjarju fil-kodiċi ta’ kondotta Ewropew li jmiss għall-organizzazzjonijiet privati u mingħajr skop ta’ qligħ, jiġifieri permezz ta’ siġill volontarju għall-kreaturi konformi, sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi komuni dwar it-trasparenza, dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u dwar il-kwalità tal-informazzjoni pprovduta; jissottolinja l-importanza ta’ obbligi u standards etiċi għall-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju, kif ukoll għad-ditti li jikkooperaw magħhom, minħabba l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-benesseri finanzjarju tal-udjenzi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jirrimarka li skont il-qafas legali eżistenti, l-intermedjarji finanzjarji jeħtiġilhom jikkonformaw ma’ miżuri li jfittxu li joffru standards għoljin ta’ protezzjoni għall-investituri; jinnota, barra minn hekk, li l-miżuri obbligatorji – u l-investimenti korrispondenti – immirati lejn it-titjib tal-għarfien espert tekniku tal-konsulenti finanzjarji jiffurmaw parti integrali minn dan; jinnota li l-ftehim li ntlaħaq dwar l-Istrateġija ta’ Investiment bl-Imnut aġġornata se jintroduċi rekwiżit għal ftehim bil-miktub bejn l-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju u d-ditti tal-investiment, li jsaħħaħ it-trasparenza u l-protezzjoni tal-investituri bl-imnut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ qafas ċar u effettiv li permezz tiegħu l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jimmonitorjaw u jissorveljaw lill-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju, biex il-konsumaturi jiġu protetti minn miżinformazzjoni u kunflitti ta’ interess, u biex tiġi ppreżervata l-fiduċja fl-edukazzjoni finanzjarja online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jistieden lill-pjattaformi online jiżvelaw lill-konsumaturi, b’mod trasparenti, ir-riskji assoċjati ma’ strumenti finanzjarji b’riskju ogħla, pereżempju billi jużaw twissijiet ta’ riskju, u jimplimentaw għodod ta’ identifikazzjoni tal-promozzjoni biex jittikkettaw il-kontenut kummerċjali; jirrakkomanda li jiġu introdotti strumenti ta’ tagħlim rapidi u effiċjenti inkorporati f’kontenut sponsorjat, allinjati mal-oqfsa ta’ kompetenza tal-UE/OECD u li jirreferu għal riżorsi pubbliċi fdati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tas-sorveljanza u tal-infurzar effettivi tal-qafas legali tal-UE, b’mod partikolari l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali online, f’termini tas-salvagwardja tal-benesseri tal-konsumaturi u tat-tnaqqis tar-riskji ta’ ħsara finanzjarja online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jistieden lill-pjattaformi jkomplu jippromwovu kanali edukattivi prominenti u leġittimi dwar il-litteriżmu finanzjarju, u jissottolinja r-responsabbiltà tal-pjattaformi biex jidentifikaw u jimmitigaw ir-riskji ta’ kontenut qarrieqi u frodi online, inkluż billi jimplimentaw karatteristiċi innovattivi fil-qasam tat-tikkettar tal-komunikazzjonijiet kummerċjali, tas-soluzzjonijiet ta’ twissija dwar ir-riskji u tal-proċeduri rapidi ta’ notifika u azzjoni kontra kontenut illegali jew li jkun ċar li jagħmel ħsara; jinnota l-importanza li jinżamm qafas regolatorju li jibqa’ flessibbli u kapaċi jinkorpora x-xejriet emerġenti fis-swieq finanzjarji, u b’hekk jiġi żgurat li r-risposti regolatorji jżommu l-pass mal-iżviluppi fid-dinja reali, inklużi dawk marbuta mal-media soċjali u mal-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Iħeġġeġ lill-pjattaformi jirfinaw l-identifikazzjoni u l-immaniġġjar tagħhom ta’ kontenut li jista’ jħeġġeġ skemi piramidali jew prattiki oħra potenzjalment qarrieqa mmirati lejn utenti bl-imnut mingħajr esperjenza; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ intervent rapidu u obbligatorju mill-pjattaformi biex ineħħu kontenut qarrieqi jew frodulenti, b’konsegwenzi ċari għall-influwenzaturi involuti f’tali attivitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ programmi edukattivi għall-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju, sabiex jiġi żgurat li jifhmu bis-sħiħ l-oqfsa legali applikabbli, l-istandards etiċi, l-obbligi ta’ trasparenza u divulgazzjoni, u l-importanza li jiġu kkomunikati kemm il-benefiċċji kif ukoll ir-riskji tal-prodotti jew tas-servizzi li jippromwovu b’mod ċar u bbilanċjat; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jippromwovu t-taħriġ għall-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju dwar ir-regoli legali u l-istandards etiċi li jeħtiġilhom isegwu meta jippromwovu l-prodotti finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jissottolinja r-responsabbiltà soċjali li għandhom l-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju meta wieħed iqis il-kapaċità tagħhom li jżidu l-kuntatt ma’ pubbliku ġdid u l-kontribut tagħhom biex jiżdiedu l-livelli ta’ litteriżmu finanzjarju; jistieden, għalhekk, lil dawn l-atturi diġitali jikkontribwixxu għall-istabbiliment tal-Istrateġija ta’ Litteriżmu Finanzjarju tal-UE, u jipparteċipaw fl-avvenimenti u fl-inizjattivi promossi mill-Kummissjoni u/jew mill-Istati Membri, filwaqt li jikkonformaw mal-ogħla standards ta’ indipendenza u trasparenza u jirrispettaw ir-regoli dwar promozzjoni finanzjarja imparzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jiddikjara r-rieda tiegħu li jgħin fl-evalwazzjoni tal-valur miżjud tal-gwida tal-UE dwar il-komunikazzjonijiet tal-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju, minħabba l-impatt potenzjalment negattiv tar-reklamar ta’ prodotti riskjużi u tal-pariri mhux ivverifikati jew qarrieqa promossi minn xi atturi, mingħajr obbligu ta’ rendikont xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jekk l-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju jaqsmu, fuq il-media soċjali, xi opinjoni fir-rigward tal-valur jew tal-prezz ta’ strument finanzjarju jew jirrakkomandaw strateġija ta’ investiment, anke għal skop edukattiv, jistgħu jkunu qed jippubblikaw rakkomandazzjoni ta’ investiment li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/596/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li xi komunikazzjonijiet pubbliċi ppubblikati fuq il-media soċjali jistgħu jġorru riskji fir-rigward tal-abbuż tas-suq, jiġifieri manipulazzjoni tas-suq, abbuż minn informazzjoni privileġġata u divulgazzjoni illegali ta’ informazzjoni privileġġata<FOOTNOTE><FIELD> It-twissija “For people posting Investment Recommendation on social media” (Għal nies li jippubblikaw rakkomandazzjonijiet dwar l-investiment fuq il-media soċjali) maħruġa mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fis-6 ta’ Frar 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri joħorġu gwida prattika dwar meta l-posts fuq il-media soċjali jikkwalifikaw bħala rakkomandazzjonijiet ta’ investiment skont ir-regoli tal-UE dwar l-abbuż tas-suq, u jiċċaraw l-obbligi ta’ divulgazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jinnota l-użu dejjem jikber ta’ kontenut finanzjarju ġġenerat mill-IA u jappella għal standards dwar id-divulgazzjoni tal-oriġini tal-IA u dwar il-marka tal-ilma, f’konformità mal-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-gwida settorjali dwar l-użu tal-IA fis-servizzi ta’ investiment bl-imnut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinforza bis-sħiħ ir-regoli diġitali tal-UE, b’mod partikolari l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, biex tiżgura li l-pjattaformi online jonoraw kompletament ir-responsabbiltà tagħhom biex jimmitigaw ir-riskji u jipproteġu lill-konsumaturi mill-frodi online u l-iscams finanzjarji, inklużi d-deepfakes iġġenerati mill-IA; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej biex isaħħu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ identifikazzjoni bikrija, inkluż permezz tal-użu ta’ għodod analitiċi avvanzati, biex jipproteġu aħjar lill-investituri u jissalvagwardjaw il-fiduċja fis-suq finanzjarju, peress li l-fiduċja pubblika hija essenzjali għall-iżvilupp tal-litteriżmu finanzjarju u biex jiġu żblukkati l-investimenti privati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Ifakkar li l-Istati Membri għandhom l-obbligu, skont id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, li jippromwovu u jieħdu miżuri fir-rigward tal-iżvilupp tal-ħiliet fil-litteriżmu tal-media, u li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-kwistjoni; iħeġġeġ lir-regolaturi tal-media nazzjonali jinkludu suġġetti li jikkonċernaw il-litteriżmu finanzjarju u l-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju meta japplikaw miżuri mmirati lejn l-iżvilupp tal-ħiliet fil-litteriżmu tal-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jistieden lill-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Media u lill-Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali jipprovdu gwida ulterjuri dwar azzjonijiet possibbli bl-għan li jżidu l-litteriżmu diġitali u tal-media, inklużi attivitajiet relatati mal-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju, u biex b’mod kontinwu jieħdu azzjonijiet ikkoordinati mfassla biex jimminimizzaw ir-riskju li l-utenti jsiru vittmi ta’ scams finanzjarji jew komunikazzjonijiet kummerċjali bil-moħbi relatati ma’ servizzi finanzjarji jew ta’ investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jipproponi li l-Kummissjoni torganizza summit pan-Ewropew li jinvolvi lill-influwenzaturi fil-qasam finanzjarju, lir-rappreżentanti tas-servizzi finanzjarji u tat-teknoloġija finanzjarja, lir-rappreżentanti tal-konsumaturi, u lir-regolaturi, biex jiddiskutu l-aħjar prattiki biex jittejjeb il-litteriżmu finanzjarju online u jesploraw approċċi xierqa u proporzjonati (bħal awtoregolamentazzjoni jew standards volontarji) biex jiżguraw l-akkuratezza tal-kontenut finanzjarju diġitali; jirrakkomanda li s-summit propost jinkludi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, trade unions, assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, edukaturi u partijiet ikkonċernati istituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri jaħdmu ma’ influwenzaturi fil-qasam finanzjarju biex jipproduċu kampanji tal-media mmirati, informattivi, ibbażati fuq il-fatti, responsabbli u interessanti dwar l-opportunitajiet offruti mill-parteċipazzjoni bl-imnut fis-swieq finanzjarji, u biex jagħtu spinta lil-litteriżmu finanzjarju b’mod attraenti sabiex tinbena kultura ta’ investiment fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jissottolinja li l-użu tad-diġitalizzazzjoni u tal-IA jista’ jiġġenera valur miżjud sostanzjali biex l-opportunitajiet ta’ investiment, il-kompetizzjoni u t-trasparenza jsiru aktar viżibbli, billi jipprovdi, fost affarijiet oħra, għodod ta’ litteriżmu finanzjarju, tqabbil ta’ tariffi u prodotti, u valutazzjonijiet personalizzati tar-redditu bbażati fuq data tas-suq f’ħin reali;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>