<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0157</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kif nassiguraw futur sostenibbli għas-settur tal-bhejjem tal-UE fid-dawl tal-ħtieġa li niżguraw is-sigurtà tal-ikel u r-reżiljenza tal-bdiewa u nirrispondu għall-isfidi li jġib il-mard tal-annimali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0088/2026 - Rapporteur:  Carlo Fidanza)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2026 dwar kif nassiguraw futur sostenibbli għas-settur tal-bhejjem tal-UE fid-dawl tal-ħtieġa li niżguraw is-sigurtà tal-ikel u r-reżiljenza tal-bdiewa u nirrispondu għall-isfidi li jġib il-mard tal-annimali (2025/2053(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 38 u 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jistabbilixxu l-politika agrikola komuni (PAK) u l-objettivi tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2117/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1468 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’ standards tajbin tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali, skemi għall-klima, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, rieżami tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u eżenzjonijiet mill-kontrolli u mill-penali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1468, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1468/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/3012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-27 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni għall-assorbimenti permanenti tal-karbonju, il-kultivazzjoni karbonika u l-ħżin tal-karbonju fil-prodotti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3012, 6.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3012/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2025 intitolata “Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel – Insawru flimkien settur tal-biedja u tal-ikel attraenti għall-ġenerazzjonijiet futuri” (COM(2025)0075),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport dwar id-djalogu strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura tal-UE, intitolat “A shared prospect for farming and food in Europe” (Prospettiva komuni għall-biedja u għall-ikel fl-Ewropa), ippubblikat fl-4 ta’ Settembru 2024<FOOTNOTE><FIELD> Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura fl-UE, https://agriculture.ec.europa.eu/document/download/171329ff-0f50-4fa5-946f-aea11032172e_en?filename=strategic-dialogue-report-2024_en.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 412, 8.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2002/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/689/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1069/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/99/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/58/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1099/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/6/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2023 dwar it-tisħiħ tal-azzjonijiet tal-UE għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi f’approċċ Saħħa Waħda (2023/C 220/01)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 220, 22.6.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1729 tas-17 ta’ Novembru 2020 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ reżistenza għall-antimikrobiċi f’batterji żoonotiċi u kommensali u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/652/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 387, 19.11.2020, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1729/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-avviż tal-Kummissjoni intitolat “Linji gwida għall-użu prudenti tal-antimikrobiċi fil-mediċina veterinarja” (2015/C 299/04)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 299, 11.9.2015, p. 7.</FIELD></FOOTNOTE>, ippubblikat fil-11 ta’ Settembru 2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE, wara l-Konferenza Ministerjali dwar il-mard tal-annimali li saret fl-24 ta’ Jannar 2024, li jiddikjaraw li l-bijosigurtà u t-tilqim għandhom isiru l-pilastri ta’ strateġiji alternattivi għall-qtil tal-massa fil-ġestjoni ta’ epidemiji infettivi fil-farms,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2011 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta’ Reżistenza Antimikrobika” (COM(2011)0748),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2023 dwar it-tiġdid ġenerazzjonali fil-farms tal-futur tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/2658, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2658/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel u r-reżiljenza fit-tul tal-agrikoltura tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/483, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/483/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – lejn żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperi sal-2040<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.5.2023, p. 35.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-protezzjoni tat-trobbija tal-bhejjem u ta’ karnivori kbar fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 77.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2022 dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali tal-farms<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 342, 6.9.2022, p. 45.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-20 ta’ Jannar 2022 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ kontravenzjonijiet u ta’ amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 336, 2.9.2022, p. 20.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kumitat ta’ Inkjesta tiegħu dwar il-Protezzjoni tal-Annimali waqt it-Trasport tal-14 ta’ Diċembru 2021, dwar l-investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ kontravvenzjonijiet u ta’ amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha:
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 2021 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 17.11.2021, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 tad-19 ta’ Ottubru 2023 bit-titolu “Strateġija Ewropea dwar il-proteini”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/2657, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2657/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH), kif stabbiliti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-2023 tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) intitolat “Contribution of terrestrial animal source food to healthy diets for improved nutrition and health outcomes – An evidence and policy overview on the state of knowledge and gaps” (Il-kontribut tal-ikel minn sors ta’ annimali terrestri għal dieti tajbin għas-saħħa għal nutrizzjoni u r-riżultati fil-qasam tas-saħħa mtejba – Evidenza u ħarsa ġenerali tal-politika dwar l-istat tal-għarfien u l-lakuni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 29 tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) bit-tiolu “Veterinary Vaccines and Vaccination: from science to action – reflections for change” (Il-vaċċini veterinarji u t-tilqim: mix-xjenza għall-azzjoni – riflessjonijiet għall-bidla), adottata f’Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ informazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) intitolat “Benefits of extensive livestock farming and organic fertilizers in the context of the European Green Deal” (Il-benefiċċji tat-trobbija estensiva tal-bhejjem u tal-fertilizzanti organiċi fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew), adottat fit-8 ta’ Diċembru 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A10-0088/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi s-settur tal-bhejjem ilu pilastru essenzjali tal-agrikoltura tal-UE, speċjalment fiż-żoni rurali, u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti u uniku għal sehem sostanzjali tal-ekonomija tal-UE; billi l-valur tal-produzzjoni u tal-prodotti tal-bhejjem ammonta għal EUR 214,3 biljun fl-2023, li jirrappreżenta 40 % tal-output agrikolu totali tal-UE dik is-sena, u billi l-profittabbiltà u s-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-pjanti jiddependu mill-produzzjoni reżiljenti tal-annimali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-katina tal-valur tal-agrikoltura tal-annimali hija twila u kumplessa, u tinvolvi ħafna atturi mis-setturi tat-trobbija, tal-għalf u tas-saħħa tal-annimali sal-bdiewa u l-industrija tal-ipproċessar marbuta mal-produzzjoni tal-annimali (l-ipproċessar tal-ħalib u tal-laħam, l-għalf, il-prodotti sekondarji tal-annimali), u hija ta’ importanza fundamentali fl-UE f’termini ta’ innovazzjoni, fatturat u impjiegi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-prezzijiet ġusti għall-prodotti tal-annimali u l-ktajjen tal-valur reġjonali jistgħu jissalvagwardjaw l-introjtu tal-bdiewa; billi l-katina tal-valur agrikolu tal-produzzjoni tal-annimali tinvolvi firxa wiesgħa ta’ atturi, minn setturi ta’ qabel il-ħsad bħat-trobbija, l-għalf u s-saħħa tal-annimali, sal-bdiewa u l-industrija tal-ipproċessar tal-ikel ta’ wara l-ħsad, u hija katina tal-valur ewlenija fl-UE f’termini ta’ fatturat u impjiegi, minħabba l-preżenza tal-involviment uman kostanti fil-proċess tal-produzzjoni, u tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sigurtà u s-sovranità tal-ikel u għall-awtonomija tal-proteini tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-istrutturi lokali tal-biċċeriji jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-valur miżjud reġjonali, iqassru l-ktajjen tal-provvista u jnaqqsu l-emissjonijiet li jirriżultaw mit-trasport ta’ prodotti tal-laħam, peress li l-biċċeriji reġjonali jistgħu jissodisfaw aħjar ir-rekwiżiti speċifiċi tas-suq ta’ reġjuni individwali u jippromwovu produzzjoni mmexxija mid-domanda;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi t-trobbija tal-bhejjem hija ta’ importanza kruċjali għal ħafna reġjuni Ewropej, li ħafna minnhom qed jiffaċċjaw ir-riskju tad-depopolazzjoni; billi 58 % tal-farms Ewropej irabbu l-annimali; billi l-farms tal-bhejjem imħallta u speċjalizzati jammontaw għal 40,9 % tal-farms Ewropej, u l-farms tal-bhejjem Ewropej jimpjegaw madwar erba’ miljun persuna (b’salarju u mingħajr salarju); billi matul l-aħħar 20 sena, l-UE tilfet 37 % tal-bdiewa tagħha u l-introjtu tal-bdiewa naqas bi 12 % għal kull ettaru;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi f’ħafna reġjuni tal-UE, bħaż-żoni muntanjużi u ż-żoni interni u rurali u diversi reġjuni ultraperiferiċi, il-produzzjoni tal-bhejjem hija l-unika attività ekonomika vijabbli u għandha rwol fundamentali fiż-żamma tal-popolazzjonijiet, biex tinżamm il-bijodiversità, fil-preservazzjoni tal-pajsaġġi tradizzjonali u fl-ixprunar ta’ attivitajiet ekonomiċi lokali oħrajn; billi l-allokazzjonijiet finanzjarji tal-programm ta’ soluzzjonijiet speċifiċi relatati mal-periferiċità u l-insularità (POSEI) jridu jiġu aġġustati biex jitqies id-deprezzament ikkawżat mill-inflazzjoni sabiex jiġi ssodisfat ir-rwol tiegħu ta’ appoġġ għall-bdiewa u għan-nissiela tal-bhejjem fir-reġjuni ultraperiferiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-settur kollu tal-bhejjem jipprovdi benefiċċji klimatiċi u ambjentali billi jissekwestra l-karbonju, jirregola l-flussi tal-ilma u jtejjeb il-kwalità tal-ilma, jipproteġi l-bijodiversità, jipprevjeni n-nirien fil-foresti, iżomm il-popolazzjonijiet f’żoni rurali, u jippreserva pajsaġġi diversifikati u miftuħa, b’mod partikolari f’żoni żvantaġġjati u muntanjużi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-ispeċijiet monogastriċi, bħall-ħnieżer u l-pollam, jipproduċu emissjonijiet ta’ gassijiet serra aktar baxxi minħabba r-rati ta’ konverżjoni effiċjenti tal-għalf tagħhom, u jistgħu jkomplu jikkontribwixxu għaċ-ċirkolarità permezz tal-użu ta’ prodotti tal-fluss tal-iskart fl-għalf tagħhom, filwaqt li d-demel tagħhom iservi bħala fertilizzant naturali għall-produzzjoni tal-għelejjel; billi l-effiċjenza klimatika ta’ diversi mudelli Ewropej ta’ produzzjoni tal-bhejjem f’termini ta’ ġenetika, teknoloġija, innovazzjoni u għarfien hija ta’ importanza kruċjali għall-produzzjoni dinjija u għas-sostenibbiltà tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-UE hija t-tieni l-akbar produttur tal-laħam fid-dinja, wara ċ-Ċina iżda qabel l-Istati Uniti, u s-sistemi tat-trobbija tal-bhejjem tal-UE jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-ekonomija, il-kummerċ u l-impjiegi relatati tal-UE, u jirrispettaw standards eżemplari ta’ livell dinji fejn jidħlu benesseri tal-annimali, effiċjenza u sostenibbiltà;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billil-majjal u l-laħam tal-pollam jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-laħam prodott fl-UE, li għandu rwol ewlieni fl-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel, joffri prodotti affordabbli lill-konsumaturi Ewropej, u jsostni l-għajxien ta’ ħafna bdiewa; billi t-tisħiħ tas-sostenibbiltà tas-sistemi konvenzjonali se jippermetti titjib sostanzjali fis-sostenibbiltà, li se jkun ta’ benefiċċju għal bażi wiesgħa ta’ konsumaturi, inklużi l-konsumaturi b’introjtu aktar baxx, u jiżgura li l-proteina tal-annimali tibqa’ affordabbli u aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fl-2023, l-UE kellha 133 miljun ħanżir, 74 miljun annimal bovin, 58 miljun nagħġa, 11-il miljun mogħża u madwar 1,63 biljun għasfur tal-pollam;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-UE pproduċiet 40,7 miljun tunnellata laħam fl-2023, li 50 % minnhom kien majjal, 32 % laħam tal-pollam, 15 % ċanga u 1 % laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-UE hija l-akbar produttur tal-ħalib tal-baqra fid-dinja, u tirrappreżenta aktar minn 20 % tal-provvista globali tal-ħalib, u għandha pożizzjoni ewlenija fil-kummerċ internazzjonali tal-ħalib, li jirrappreżenta aktar minn 30 % tal-esportazzjonijiet globali tal-ħalib;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-esportazzjonijiet netti tal-UE ta’ prodotti tal-annimali żdiedu b’aktar minn tliet darbiet mill-2000 u laħqu EUR 37,8 biljun fl-2024 (eskluż il-kummerċ intrakomunitarju) f’kuntest fejn id-domanda globali għal-laħam, għall-prodotti tal-ħalib u għall-bajd hija mistennija li tiżdied b’25 sa 50 % sal-2050, skont l-aħħar xenarji tal-FAO<FOOTNOTE><FIELD> FAO, “The future of food and agriculture – Alternative ways to 2050” (Il-futur tal-ikel u l-agrikoltura – Perkorsi alternattivi għall-2050), https://www.fao.org/global-perspectives-studies/resources/detail/en/c/1157074/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi fl-2023, l-UE importat kważi 900 000 tunnellata ta’ laħam tal-pollam, aktar minn 340 000 tunnellata ta’ laħam taċ-ċanga u madwar 150 000 tunnellata ta’ laħam tan-nagħaġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-prodotti li joriġinaw mill-annimali b’indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) jammontaw għal kważi 20 % tal-IĠ kollha tal-UE u jirrappreżentaw valur miżjud sinifikanti għall-ekonomiji rurali, li jirrifletti mhux biss l-importanza ekonomika tagħhom, iżda wkoll il-valur kulturali tal-wirt tal-ikel tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-kompetittività mhux marbuta mal-prezzijiet, inklużi standards għoljin marbuta mas-sikurezza, it-traċċabbiltà u l-kwalità tal-prodotti hija karatteristika ewlenija tal-produzzjoni tal-bhejjem tal-UE, madankollu tinvolvi spejjeż tal-produzzjoni u prezzijiet tal-prodotti ogħla meta mqabbla mas-sħab kummerċjali tal-UE; billi ż-żamma ta’ dan l-istandards ambjentali, tas-sikurezza tal-ikel u tal-benesseri tal-annimali għoljin tal-UE taffettwa l-kompetittività internazzjonali tas-settur tal-produzzjoni tal-bhejjem tal-UE u għalhekk teħtieġ attenzjoni partikolari matul in-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet kummerċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-bdiewa li jrabbu l-bhejjem iħabbtu wiċċhom ma’ piż leġiżlattiv, minħabba li l-konformità tinvolvi sspejjeż, u li l-bidliet leġiżlattivi kostanti jiġġeneraw inċertezza meta jiġu biex jagħmlu investimenti għaljin; billi qafas leġiżlattiv stabbli huwa garanzija essenzjali għall-bdiewa Ewropej fl-isforzi tagħhom biex jippjanaw bil-quddiem, u biex iżommu u jżidu l-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-politika ta’ promozzjoni agrikola tal-UE għandha rwol ewlieni fiż-żieda tal-viżibbiltà u l-kompetittività ta’ prodotti agroalimentari Ewropej ta’ kwalità għolja, inklużi l-prodotti tal-annimali, kemm fis-suq intern kif ukoll dak internazzjonali; billi din, u l-esportazzjonijiet lejn swieq ewlenin li hija tappoġġja, hija xprunatur importanti għat-titjib tal-introjtu tal-bdiewa u biex ikunu jistgħu jinvestu aktar fil-modernizzazzjoni tal-farms tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-għadd ta’ annimali tal-irziezet, id-daqs tal-farms u tal-merħliet, il-grad ta’ speċjalizzazzjoni settorjali, u l-intensità tal-produzzjoni mkejla mill-għadd ta’ unitajiet ta’ bhejjem għal kull ettaru u l-proporzjon ta’ bwar fl-erja agrikola utilizzata (EAU) ivarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor u, fi ħdan l-Istati Membri, minn reġjun għal ieħor;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi t-trobbija tal-bhejjem, speċjalment fil-farms żgħar u ta’ daqs medju, bħalissa qed tiffaċċja diversi sfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-popolazzjonijiet tal-bhejjem naqsu matul l-aħħar għaxar snin, u l-istatistika tal-Eurostat turi tnaqqis, matul il-perjodu 2014-2024, ta’ 8,1 % għall-ħnieżer, 8,7 % għall-annimali bovini, speċjalment matul l-aħħar erba’ snin, 9,4 % għan-nagħaġ u 16,3 % għall-mogħoż; billi l-unika eċċezzjoni hija fis-settur tal-pollam, fejn il-popolazzjonijiet żdiedu;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi fil-Viżjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel tagħha, il-Kummissjoni tissottolinja l-ħtieġa ta’ viżjoni fit-tul għas-settur tal-produzzjoni tal-bhejjem u nediet fluss ta’ ħidma dwar il-bhejjem li jesplora perkorsi ta’ politika għal settur tal-bhejjem kompetittiv u sostenibbli tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-prodotti tal-annimali, meta jiġu kkunsmati skont il-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, jikkontribwixxu għal dieta bbilanċjata u nutrittiva billi jipprovdu sors stabbli ta’ nutrijenti essenzjali, bħal proteini, vitamini u minerali ta’ kwalità għolja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi matul it-30 sena li ġejjin, il-konsum globali tal-proteini tal-annimali huwa mistenni li jikber, li jfisser li, flimkien ma’ żieda fil-popolazzjoni tad-dinja, se jirriżulta f’żieda sinifikanti fil-livelli tad-domanda; billi l-produzzjoni tal-bhejjem tal-UE, bħala sors essenzjali ta’ proteina ta’ kwalità għolja prodotta lokalment, għandha tiġi rikonoxxuta bħala pilastru strateġiku li jsaħħaħ is-sovranità tal-proteini tal-UE, u li tikkontribwixxi għar-reżiljenza ekonomika, għall-awtonomija strateġika u għar-responsabbiltà soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi huwa essenzjali li l-UE, li hija fost l-aktar produtturi effiċjenti tal-proteini tal-annimali f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, tippreserva l-kapaċità tagħha li tipproduċi proteini tal-annimali b’mod sostenibbli, peress li jekk il-produzzjoni domestika tonqos jew il-produzzjoni timxi lejn reġjuni b’sistemi anqas effiċjenti, x’aktarx li dawn iwasslu għal emissjonijiet globali ogħla ta’ gassijiet serra;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi, skont il-Kummissjoni, l-UE hija biss 75 % awtosuffiċjenti f’sorsi ta’ proteini mhux raffinati u għadha dipendenti fuq l-importazzjonijiet għal aktar minn 70 % tal-ħtiġijiet tagħha ta’ proteini veġetali, bħall-grixa tal-fażola tas-sojja u prodotti oħra taż-żrieragħ żejtnin, u dan iħalli lis-settur tal-biedja Ewropew espost għal vulnerabbiltajiet sinifikanti, inklużi instabbiltà ġeopolitika, restrizzjonijiet kummerċjali u disturbi fil-katina tal-provvista;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-għadd ta’ bdiewa li jrabbu l-bhejjem fl-UE qed jonqos b’mod rapidu b’riżultat tad-diffikultajiet ekonomiċi, speċjalment dawk marbuta mal-profitabbiltà limitata, kif ukoll man-nuqqas ta’ attraenza tas-settur, l-isfidi maħluqa mit-tixrid ta’ mard li jinġarr minn vetturi u mard tal-annimali ieħor, u n-nuqqas kbir ta’ tiġdid ġenerazzjonali; billi l-UE qed tiffaċċja nuqqas kritiku ta’ veterinarji speċjalizzati fl-annimali tal-irziezet; billi l-abbandun tal-produzzjoni tal-bhejjem mill-bdiewa spiss ikun marbut ukoll mal-konċentrazzjoni tal-produzzjoni fil-farms ta’ dimensjoni kbira u ma’ pressjoni minn ġirien mhux involuti fis-settur agrikolu, inklużi l-protesti dwar l-“inkonvenjenzi” inerenti għat-trobbija tal-bhejjem u l-produzzjoni agrikola, bħall-irwejjaħ, l-istorbju u t-trab;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi, f’dan il-kuntest, huwa essenzjali li tittejjeb l-attraenza tas-settur permezz ta’ appoġġ għall-introjtu, burokrazija simplifikata, inċentivi mmirati u kundizzjonijiet tal-għajxien imtejba fiż-żoni rurali biex jiġi żgurat li t-trobbija tal-bhejjem tkun vijabbli u tgħin tiggarantixxi l-koeżjoni territorjali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi waħda mill-isfidi ewlenin li qed jiffaċċja s-settur Ewropew tal-bhejjem hija n-nuqqas ta’ inklużjoni taż-żgħażagħ u tal-bdiewa ġodda, kif ukoll in-nuqqas tal-ħaddiema; billi għalhekk jeħtieġ li jiġu ffaċilitati l-istabbiliment u l-akkwist tal-farms billi jiġi offrut appoġġ tal-bidu mmirat, filwaqt li jiġi miġġieled id-dejn eċċessiv fost il-bdiewa li jrabbu l-bhejjem; billi l-introjtu ġġenerat mill-biedja mhuwiex biżżejjed biex jattira ħaddiema tas-sengħa lejn is-settur;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi aktar nisa minn qatt qabel qed jaħdmu fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem tal-UE, u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom għandha tiġi appoġġjata u promossa u l-kontribut tagħhom jiġi rikonoxxut aħjar;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-kooperattivi agroalimentari huma intrapriżi stabbiliti minn bdiewa li jrabbu l-bhejjem li jiddeċiedu li jgħaqqdu l-forzi tagħhom biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom flimkien, jagħmlu investimenti konġunti li jiġġeneraw valur akbar għall-membri u joffru servizzi u finanzjament li jkunu diffiċli ħafna biex jinkisbu b’mod ieħor;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi s-sehem tal-pagamenti diretti u s-sussidji totali, inkluż l-appoġġ għall-investiment, jammonta għal parti konsiderevoli mill-introjtu nett tal-farms għall-bhejjem u l-biedja mħallta, u dan jissottolinja r-rwol essenzjali tiegħu; billi l-appoġġ tal-PAK mhuwiex biżżejjed biex jitwaqqaf it-tnaqqis fil-produzzjoni u fl-għadd ta’ bdiewa u biex iż-żgħażagħ jiġu attirati lejn it-trobbija tal-bhejjem, u li għalhekk huwa importanti li l-introjtu tal-bdiewa li jirriżulta kemm mis-suq kif ukoll mill-appoġġ pubbliku jiġi kkomplementat permezz tad-diversifikazzjoni, bħall-agrituriżmu, u l-għodod tal-ġestjoni tar-riskju sabiex jiżdiedu l-kompetittività, il-profittabbiltà u r-reżiljenza fit-tul tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi, filwaqt li l-prezz jibqa’ l-fattur ewlieni li jiddetermina d-deċiżjonijiet dwar ix-xiri, it-tħassib dwar is-sostenibbiltà u s-saħħa huwa mistenni li jkollu rwol aktar prominenti, u dan se jsawwar il-mudelli tal-produzzjoni u tal-konsum għal-laħam u l-prodotti tal-ħalib fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-benesseri tal-annimali huwa essenzjali għall-futur tat-trobbija tal-bhejjem, li trid tevolvi biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-annimali tal-irziezet; billi l-aspettattivi tal-konsumatur rigward il-benesseri tal-annimali u bidla fl-attitudni lejn sistemi ta’ akkomodazzjoni f’konfinament mill-qrib għandhom jipprovdu inċentivi biex jiżdiedu l-investimenti meħtieġa biex l-annimali jiġu pprovduti b’kundizzjonijiet ambjentali aħjar, dment li kwalunkwe rekwiżit addizzjonali jkun ibbażat fuq evidenza xjentifika u jimxi id f’id ma’ remunerazzjoni xierqa għall-kostijiet żejda mġarrba u ma’ inċentivi ekonomiċi xierqa;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi l-UE għandha l-aktar standards ambizzjużi fil-qasam tal-benesseri tal-annimali fid-dinja, u dan jirrifletti l-impenn tagħha għal produzzjoni aktar etika u sostenibbli; billi l-kunċett tal-benesseri tal-annimali għandu jiġi interpretat u applikat b’mod li jkun adattat għaċ-ċirkustanzi reali tas-sistemi ta’ produzzjoni u għall-kundizzjonijiet agroklimatiċi, soċjoekonomiċi u territorjali tal-Istati Membri u tar-reġjuni, li jistgħu jkunu differenti ħafna minn xulxin;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi t-talbiet biex jittaffa l-impatt tat-trobbija tal-bhejjem fuq l-ambjent, speċjalment l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, biex jittejjeb il-benesseri tal-annimali u biex issir bidla lejn produzzjoni anqas intensiva ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-ikel u għandhom jiżguraw livelli ta’ produzzjoni stabbli u introjtu tajjeb għall-bdiewa, peress li ż-żieda globali mistennija fil-konsum tal-proteini tal-annimali tirrappreżenta opportunità għall-UE biex tippożizzjona lilha nnifisha bħala mexxejja globali fl-agrikoltura li ma tagħmilx ħsara lill-klima u lill-annimali billi tesporta l-għarfien, it-teknoloġiji u l-aħjar prattika lill-pajjiżi sħab;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi t-trobbija tal-bhejjem, primarjament tar-ruminanti, hija l-uniku mod vijabbli biex tintuża ċerta art agrikola, b’mod partikolari l-bwar permanenti, għall-produzzjoni tal-ikel u biex tiżdied is-sigurtà tal-ikel; billi t-tranżizzjoni tal-UE lejn mudelli agrikoli sostenibbli se tixpruna r-riċerka, l-innovazzjoni, l-investiment u l-impjiegi kemm fl-UE kif ukoll barra minnha;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi huwa ferm importanti li l-ekonomija ċirkolari tiġi integrata aħjar fil-bijoekonomija emerġenti, u jiġi ottimizzat l-użu ta’ materja prima u prodotti sekondarji biex jiġu ġġenerati prodotti sekondarji oħra u jiġu sfruttati sorsi tal-enerġija rinnovabbli, bħall-bijogass, u tissaħħaħ l-awtonomija enerġetika tal-UE; billi dawn il-miżuri, li ma għandhomx iwasslu għal żieda fil-piżijiet amministrattivi għall-farms, se jagħtu spinta lil sorsi addizzjonali ta’ introjtu għall-bdiewa u joħolqu opportunitajiet ġodda ta’ impjieg;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi t-trobbija tal-bhejjem hija komponent essenzjali tal-ekonomija ċirkolari, u taqdi s-sigurta tal-ikel tal-Ewropea u t-tranżizzjonijiet enerġetiċi u ekoloġiċi tagħha; billi s-sistemi Ewropej tat-trobbija tal-bhejjem, li jiddependu ħafna fuq l-importazzjonijiet ta’ fertilizzanti u foraġġ minn pajjiżi mhux tal-UE, jeħtieġ li jibbenefikaw minn inċentivi li jippermettulhom, mingħajr ma jikkompromettu l-għan primarju tal-produzzjoni tal-laħam, jipprovdu firxa komplementari ta’ prodotti u servizzi li jipprovdu introjtu addizzjonali lill-bdiewa, inkluża l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, bħall-bijogass u l-bijometan, fertilizzanti siewja u organiċi, servizzi tal-ekosistema tal-bhejjem u komoditajiet għall-industrija usa’, f’konformità mal-istrateġija tal-UE dwar il-bijoekonomija;
</CONS><CONS>
<NO.P>AO.</NO.P>billi d-diversità tas-sistemi tal-biedja Ewropej hija assi strateġiku u toffri potenzjal kbir għat-tranżizzjoni enerġetika u dik ekoloġika tal-UE; billi t-trobbija tal-bhejjem jista’ jkollha rwol ċentrali fil-kisba tal-miri klimatiċi tal-UE u fid-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita enerġetika Ewropea, b’mod partikolari permezz tal-użu tal-effluwenti tal-bhejjem;
</CONS><CONS>
<NO.P>AP.</NO.P>billi d-demel prodott fil-farms tal-bhejjem jikkontribwixxi għall-fertilità tal-ħamrija billi jipprovdi materja organika u nutrijenti essenzjali, u jista’ jiġi kkonvertit ukoll f’bijogass permezz ta’ impjanti ta’ metanizzazzjoni, inkluż fil-farms infushom, u dan jissostitwixxi u jnaqqas id-dipendenza fuq is-sorsi tal-enerġija fossili u jnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq il-fertilizzanti importati minn pajjiżi mhux tal-UE; billi, minbarra l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, il-proċess ta’ metanizzazzjoni jiġġenera wkoll diġestat, prodott sekondarju użat mill-bdiewa bħala fertilizzant naturali, u jista’ jiġi kkonvertit fi prodotti RENURE, li t-tnejn li huma jippromwovu ekonomija ċirkolari fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem;
</CONS><CONS>
<NO.P>AQ.</NO.P>billi x-xejriet tal-konsum li qed jinbidlu, f’kuntest ta’ sitwazzjoni diffiċli tas-suq, jagħmluha neċessarja li tittieħed azzjoni malajr biex tiġi żgurata l-protezzjoni fil-livell tal-UE għall-ismijiet użati biex jiddeżinjaw ikel li joriġina mill-annimali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AR.</NO.P>billi f’ħafna partijiet tal-Ewropa, ċerti predaturi kbar, b’mod partikolari l-ilpup u l-orsijiet, qed jespandu t-territorju tagħhom jew jikkolonizzaw iż-żoni mill-ġdid, u dan iwassalhom f’kunflitt mal-attivitajiet tal-bniedem, speċjalment ir-ragħa estensiv tan-nagħaġ u tal-baqar; billi r-raħħala u bdiewa oħra li jrabbu l-bhejjem iġarrbu spejjeż sinifikanti b’riżultat tal-predazzjoni fuq il-merħliet tagħhom, bħal spejjeż għal miżuri preventivi, is-sostituzzjoni ta’ annimali mitlufa, kura veterinarja addizzjonali u telf li jirriżulta mill-aborti; billi hemm disparità kbira bejn l-Istati Membri u r-reġjuni f’termini ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-bdiewa, fejn u tali miżuri huma kompletament nieqsa f’xi każijiet, u l-fondi pubbliċi disponibbli għall-kumpens u l-adattament;
</CONS><CONS>
<NO.P>AS.</NO.P>billi l-mard tal-annimali, u b’mod partikolari l-mard trażmissibbli u dak trażmissibbli lill-bnedmin (“żoonożi”) jista’ jikkawża ħsara soċjali, ekonomika u ambjentali serja u, f’xi każijiet, jhedded is-saħħa tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>AT.</NO.P>billi l-fergħat kollha tal-katina tal-produzzjoni jispiċċaw f’biċċerija u l-istrutturi reġjonali tal-biċċeriji jistgħu għalhekk jikkontribwixxu b’mod pożittiv għat-traċċabbiltà, għall-prevenzjoni tal-mard u għall-benesseri tal-annimali; billi għalhekk jeħtieġ li, permezz ta’ fondi tal-PAK u fondi oħrajn, jiġu appoġġjati l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ biċċeriji biex tiġi stimulata l-ekonomija lokali, jinħolqu l-impjiegi u jissaħħu l-ktajjen tal-provvista qosra;
</CONS><CONS>
<NO.P>AU.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima x’aktarx li jinfluwenza l-emerġenza ta’ mard ġdid tal-annimali u l-prevalenza tal-mard eżistenti u d-distribuzzjoni ġeografika tiegħu, b’mod partikolari għal mard li jinġarr minn vettur bħall-marda tal-ilsien blu u l-virus tad-deni tal-Punent tan-Nil, u dan jenfasizza l-ħtieġa ta’ strateġiji veterinarji antiċipatorji; billi din is-sitwazzjoni hija aggravata min-nuqqas ta’ veterinarji tal-bhejjem, li għandu implikazzjonijiet għall-kura veterinarja preventiva, l-identifikazzjoni bikrija u l-kontroll rapidu tal-mard;
</CONS><CONS>
<NO.P>AV.</NO.P>billi l-vulnerabbiltà tas-sistemi tal-farms fl-UE ġiet enfasizzata minn tifqigħat reċenti ta’ mard tal-annimali u ż-żieda fl-inċidenza tal-mard bħat-tuberkulożi bovina, id-deni tal-ħnieżer Afrikan, il-marda tal-infafet fil-ġilda, il-marda tal-ilsien blu, l-influwenza avjarja, il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-marda emorraġika epiżootika u r-rinotrakeite bovina infettiva, flimkien mat-tnaqqis fl-għadd ta’ veterinarji speċjalizzati fl-annimali tal-irziezet, li mingħajrhom ikun impossibbli li jiġi miġġieled il-mard tal-annimali u li jiġi ggarantit il-benesseri tal-annimali; billi din il-vulnerabbiltà mmanifestat ruħha f’impatti devastanti fuq il-livelli tal-produzzjoni, b’konsegwenzi għas-saħħa mentali tal-bdiewa minħabba stress, ansjetà u pressjoni emozzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AW.</NO.P>billi l-prevenzjoni tal-mard tal-annimali permezz tat-tilqim, fejn din hija disponibbli, f’xi każijiet hija essenzjali biex jiġu evitati miżuri ta’ kontroll drastiċi iżda inevitabbli bħall-qtil tal-massa; billi l-finanzjament għal miżuri għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu mard tal-annimali fil-qafas tal-programm tas-suq uniku mhuwiex suffiċjenti biex jgħin lill-bdiewa u lill-Istati Membri fil-ġestjoni ta’ mard ġdid tal-annimali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AX.</NO.P>billi t-theddid mill-mard tal-annimali huwa ta’ importanza kbira għall-kummerċ internazzjonali fl-annimali u l-prodotti tal-annimali tal-UE u jagħmilha neċessarja għas-sħab kummerċjali tal-UE li jirrikonoxxu s-sistema tal-UE ta’ reġjonalizzazzjoni, stabbilita f’konformità mal-istandards tal-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżootiku (WOAH) u l-prinċipji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) biex jiġi kkontrollat il-mard u/jew jinżamm kummerċ sikur billi jiġi ristrett il-kummerċ minn żoni affettwati mill-mard, filwaqt li jiġu evitati ostakli mhux neċessarji u tfixkil fil-kummerċ fi prodotti minn żoni mhux affettwati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AY.</NO.P>billi minkejja li huwa għodda effettiva għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-mard tal-annimali, it-tilqim intuża bħala għodda biex jiġi ristrett il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi mhux membri tal-UE, minflok biex jiffaċilitah;
</CONS><CONS>
<NO.P>AZ.</NO.P>billi l-approċċ olistiku tal-UE għall-kontroll tal-mard tal-annimali huwa magħmul minn diversi komponenti, jiġifieri l-miżuri ta’ kontroll speċifiċi fis-seħħ għas-sorveljanza ta’ kull marda, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE, is-sistema ta’ notifika, it-tim ta’ emerġenza tal-UE, is-sistema ta’ traċċabbiltà u l-laboratorji ta’ referenza tal-UE għal mard partikolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>BA.</NO.P>billi r-reżistenza antimikrobika, li hija kwistjoni mqajma mill-approċċ “Saħħa Waħda” li tinkludi s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent, hija waħda mit-tliet theddidiet ewlenin għas-saħħa identifikati mill-Kummissjoni f’Lulju 2022 u għandha impatt soċjoekonomiku kbir fuq is-settur agrikolu, peress li twassal għal żieda fil-morbożità u l-mortalità fl-annimali u tipperikola s-saħħa u l-benesseri tal-annimali u, min-naħa tagħha, il-produttività tal-annimali; billi l-PAK u programmi oħrajn tal-UE għandhom jappoġġjaw it-titjib tal-bijosigurtà fil-farms bil-bhejjem, il-promozzjoni tat-tilqim preventiv, it-taħriġ u l-appoġġ tekniku għall-bdiewa, u r-riċerka u l-iżvilupp ta’ alternattivi effettivi u affordabbli għall-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali mrobbija fil-farms;
</CONS><CONS>
<NO.P>BB.</NO.P>billi l-ewwel Rapport Annwali ta’ Sorveljanza dwar il-bejgħ u l-użu Ewropew tal-antimikrobiċi fil-mediċina veterinarja (ESUAvet 2023)<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, “European sales and use of antimicrobials for veterinary medicine” (Il-bejgħ u l-użu Ewropej tal-antimikrobiċi għall-mediċina veterinarja), 31 ta’ Marzu 2025, https://www.ema.europa.eu/en/documents/report/european-sales-use-antimicrobials-veterinary-medicine-annual-surveillance-report-2023_en.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> jindika l-mira ta’ tnaqqis ta’ 50% fil-bejgħ tal-antimikrobiċi sal-2030 kienet diġà bejn wieħed u ieħor nofsha ntlaħqet sal-2023, iżda jwissi li dawn l-iżviluppi pożittivi jistgħu jiġu mminati minn żieda fil-mard tal-annimali u n-nuqqas ta’ approċċ koordinat tal-UE għat-tilqim, il-monitoraġġ bikri, il-bijosigurtà u l-prevenzjoni ġenerali tal-mard u t-tħejjija ġenerali għalih;
</CONS><CONS>
<NO.P>BC.</NO.P>billi l-Liġi tal-UE dwar is-Saħħa tal-Annimali tistabbilixxi qafas ġuridiku biex jiġu armonizzati r-regoli fis-settur kollu li japplikaw għall-kummerċ intra-UE, id-dħul fl-UE ta’ annimali u prodotti, il-qerda tal-mard, il-kontrolli veterinarji, in-notifika tal-mard, u l-appoġġ finanzjarju fir-rigward ta’ speċijiet differenti ta’ annimali;
</CONS><CONS>
<NO.P>BD.</NO.P>billi l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali tinkludi sett komprensiv ta’ dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu lista aġġornata tat-territorji jew iż-żoni tagħhom bi status ta’ “ħielsa mill-mard”, u tar-reġjuni tagħhom bi status ta’ “ħielsa mill-mard”, f’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-prodotti mediċinali veterinarji li tippermetti l-awtorizzazzjoni ta’ vaċċini u prodotti oħra tas-saħħa tal-annimali; billi din il-leġiżlazzjoni tifforma l-qalba tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-mard tal-annimali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>BE.</NO.P>billi l-miżuri preventivi u ta’ kontroll għal kull marda tal-annimali għandhom jitfasslu skont il-profil epidemjoloġiku tagħha, il-konsegwenzi tagħha u d-distribuzzjoni ġeografika tagħha fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>BF.</NO.P>billi d-detezzjoni bikrija u katina ċara tan-notifika u r-rappurtar tal-mard huma kruċjali għall-kontroll effettiv tal-mard; billi l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tiġi nnotifikata minnufih b’kull suspett jew konferma ta’ tifqigħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>BG.</NO.P>billi huwa ta’ importanza kruċjali li jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għan-notifika u r-rappurtar tal-mard tal-UE biex jinżammu kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri u tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni; billi l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi lista ta’ mard li huwa soġġett għan-notifika u r-rappurtar tal-UE kif ukoll il-proċeduri u l-format meħtieġa għan-notifika u r-rappurtar tal-mard permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Mard tal-Annimali (ADIS);
</CONS><CONS>
<NO.P>BH.</NO.P>billi l-għadd ta’ karnivori kbar fl-Ewropa kontinentali fl-2012 kien stmat li jinkludi 9 000 linċi tal-Ewrasja, 17 000 ors kannella, 1 250 wolverine u 12 000 lupu; billi ma hemm l-ebda stima uniformi u aġġornata tal-UE tal-għadd ta’ karnivori kbar;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ u jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni, fil-“Viżjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel” tagħha, li tistabbilixxi fluss ta’ ħidma dwar il-bhejjem bil-għan li tidentifika u tiżviluppa perkorsi ta’ politika xierqa biex tappoġġja t-trobbija tal-bhejjem u ssaħħaħ il-kompetittività tagħha permezz ta’ soluzzjonijiet immirati u territorjali minflok politika li “titfa’ lil kulħadd f’keffa waħda”, filwaqt li, minbarra s-sigurtà tal-ikel, ir-reżiljenza u l-ġestjoni tal-mard tal-annimali, jitqiesu l-klima, in-natura u l-aspetti tal-benesseri tal-annimali; jissottolinja li d-diversità tal-produzzjoni tal-bhejjem, il-ħtiġijiet tal-ispeċijiet u d-disparitajiet bejn il-kundizzjonijiet lokali jirrikjedu soluzzjonijiet imfassla apposta għal skali nazzjonali, reġjonali jew subreġjonali; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri speċifiċi fir-rigward tat-trobbija tal-bhejjem f’żoni muntanjużi, remoti u żvantaġġjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar inizjattivi jew proposti leġiżlattivi li, permezz ta’ miżuri diretti jew indiretti, jiskoraġġixxu t-trobbija tal-bhejjem; jinsisti li s-settur tal-bhejjem m’għandux jinġieb taħt reġim regolatorju mfassal għall-industriji peżanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, filwaqt li tibni fuq il-fluss ta’ ħidma tal-UE dwar il-bhejjem, tistabbilixxi grupp ta’ livell għoli dwar il-bhejjem, immudellat fuq il-grupp ta’ livell għoli dwar il-politika tal-inbid, li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-bdiewa, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri mis-settur tal-bhejjem, l-akkademja u l-professjoni veterinarja, l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet rilevanti tas-saħħa tal-annimali, ir-rappreżentanti tal-industrija, u r-rappreżentanti mill-awtoritajiet lokali; jirrimarka li l-kompożizzjoni ta’ dan il-grupp għandha tirrifletti l-pluralità tat-territorji tal-UE billi tipprovdi rappreżentanza bbilanċjata ta’ ċirkostanzi reġjonali differenti, inklużi żoni b’densitajiet għoljin ta’ bhejjem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jemmen li billi jlaqqa’ flimkien lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati, dan il-grupp ta’ livell għoli għandu jirrifletti fuq l-isfidi li jiffaċċja s-settur tal-bhejjem u jipprovdi soluzzjonijiet konkreti u soċjali, ibbażati b’mod partikolari fuq ir-riċerka mwettqa f’dan il-qasam; jappella għal djalogu miftuħ u kostruttiv fost il-partijiet ikkonċernati kollha biex titħeġġeġ il-kollaborazzjoni, jiġu żviluppati soluzzjonijiet prattiċi, u tiġi żgurata komunikazzjoni bbażata fuq il-fatti dwar it-trobbija tal-bhejjem; jemmen li dawn is-soluzzjonijiet għandhom jindirizzaw, b’mod partikolari, ir-rilokazzjoni tal-produzzjoni barra mill-Ewropa, it-tiġdid ġenerazzjonali u l-promozzjoni ta’ investimenti biex titrawwem il-kompetittività tat-trobbija tal-bhejjem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza li l-isfidi speċifiċi li jaffettwaw is-settur tal-bhejjem jirrikjedu rispons ta’ politika kkoordinat u multidimensjonali li, filwaqt li jevita l-kompromessi bejn dawn l-isfidi, jirrifletti bi sħiħ l-importanza ekonomika, ambjentali u soċjali tat-trobbija tal-bhejjem fl-UE u fiż-żoni rurali tagħha; jemmen, barra minn hekk, li dan ir-rispons ta’ politika għandu jirrifletti wkoll il-kontribut tas-settur għall-koeżjoni rurali, is-sigurtà tal-ikel, il-ġestjoni sostenibbli tal-art, il-benesseri tal-annimali u l-provvista ta’ proteini tal-annimali fis-suq tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi qafas stabbli u prevedibbli għall-bdiewa billi tillimita l-piżijiet regolatorji bla bżonn u tissimplifika r-regoli dwar it-trobbija tal-bhejjem, speċjalment għall-farms fuq skala żgħira u tal-familja, u b’hekk tiffaċilita l-operazzjonijiet u tappoġġja l-iżvilupp tas-settur; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi vvalutat l-impatt kumulattiv tal-leġiżlazzjoni tal-UE u li jiġu evitati l-inċertezza legali u l-piżijiet amministrattivi kkawżati mid-dritt tal-UE u r-regolamentazzjoni żejda nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrimarka li t-titjib tas-sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali tat-trobbija tal-bhejjem jiddependi fuq viżjoni fit-tul li tindirizza firxa wiesgħa u interkonnessa ta’ fatturi, inklużi l-kompetittività tal-prezzijiet u dik mhux marbuta mal-prezzijiet, il-kapaċità ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u eventi estremi tat-temp relatati, u l-mard tal-annimali; jemmen li fatturi oħra rilevanti ħafna jinkludu t-tniġġis min-nutrijenti, l-iżvilupp u l-forniment ta’ servizzi tal-ekosistema remunerati, appoġġ immirat għall-investiment, il-promozzjoni tal-benesseri tal-annimali, inċentivi għall-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, kif ukoll it-tiġdid ġenerazzjonali, l-aċċess għal servizzi ta’ appoġġ u konsulenza u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol għall-produtturi tal-bhejjem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li l-bdiewa għandhom l-akbar interess li jiżguraw is-saħħa u l-benesseri tal-annimali tagħhom, peress li dan huwa imperattiv kemm etiku kif ukoll ekonomiku; jissottolinja li l-benesseri tal-annimali fil-farms huwa marbut direttament mal-kompetenza tal-indokratur partikolari tal-annimali; jisħaq fuq l-importanza tat-taħriġ u ta’ taħriġ ulterjuri fuq bażi regolari f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li d-diversità tas-sistemi Ewropej tat-trobbija tal-bhejjem, li jvarjaw mit-trobbija fil-beraħ li spiss tinvolvi mergħat ta’ valur ambjentali kbir u speċijiet u razez imrobbija li huma f’riskju, sa farms fuq skala kbira speċjalizzati u effiċjenti ħafna, sistemi li jintegraw il-kultivazzjoni u t-trobbija tal-bhejjem, biedja riġenerattiva u organika u biedja tar-ragħa, transumanza staġjonali, ir-ragħa fil-foresti u t-trobbija tal-annimali fuq skala żgħira għall-użu personali, u d-diversità tar-razez tal-bhejjem li jrabbu tippermetti lill-farms jipprovdu firxa ta’ prodotti u servizzi komplementari, u b’hekk ittejjeb ir-reżiljenza tas-settur kollu tal-bhejjem filwaqt li tissodisfa firxa wiesgħa ta’ talbiet tal-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u tippermetti d-diversità tas-sistemi ta’ produzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar trasparenza fl-allokazzjoni u l-użu tal-fondi tal-UE allokati lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ użu ħażin jew influwenza indebita fuq il-politiki tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi reġistru pubbliku li jispeċifika l-ammont u l-iskop tal-finanzjament li jirċievu l-NGOs; jinsab imħasseb dwar l-allokazzjoni ta’ fondi, inkluż permezz tal-programm għall-ambjent u l-azzjoni dwar il-klima (LIFE), lill-NGOs li jwettqu attivitajiet ta’ lobbying mal-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari dwar il-benesseri tal-annimali, għax b’hekk potenzjalment jiksru l-prinċipji tas-separazzjoni tas-setgħat u tal-kooperazzjoni sinċiera; jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf il-finanzjament tal-NGOs li jwettqu lobbying immirat u li jwasslu immaġni qarrieqa, militanti u ideoloġika tat-trobbija tal-bhejjem fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-benefiċjarji kollha tal-fondi konsolidati jiddivulgaw il-laqgħat tagħhom mar-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE meta jkollhom l-għan li jinfluwenzaw il-politiki tal-UE.
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sostenibbiltà ekonomika u s-sigurtà tal-ikel</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li jekk is-settur tal-bhejjem fl-UE jinżamm f’saħħtu, sostenibbli u reżiljenti, dan ikun ta’ benefiċċju għas-sigurtà globali tal-ikel, isaħħaħ is-sovranità tal-ikel u t-tkabbir ekonomiku tal-UE u jikkontribwixxi għal dieti Ewropej ibbilanċjati u varjati permezz tal-konsum ta’ prodotti bbażati fuq l-annimali ta’ kwalità nutrizzjonali għolja li huma sors uniku ta’ diversi mikronutrijenti u komposti bijoattivi, li l-valur nutrizzjonali tagħhom ma jistax jiġi sostitwit b’mod adegwat b’alternattivi bbażati fuq il-pjanti jew alternattivi artifiċjali u għandhom jiġu rikonoxxuti fit-tfassil ta’ linji gwida dwar dieta bbażati fuq l-evidenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li r-rapport tal-FAO tal-2023 bit-titolu “Contribution of terrestrial animal source food to healthy diets for improved nutrition and health outcomes” (Il-kontribut tal-ikel mis-sors tal-annimali terrestri għal dieti tajbin għas-saħħa għal nutrizzjoni u eżiti tas-saħħa mtejba) jenfasizza r-rwol tal-ikel ibbażat fuq l-annimali fil-provvista ta’ proteini ta’ kwalità għolja u mikronutrijenti essenzjali li jistgħu jkunu nieqsa f’dieti bbażati fuq il-pjanti; jisħaq li dan l-ikel huwa vitali għat-tfal, l-adolexxenti, in-nisa tqal u li qed ireddgħu, in-nisa ta’ età riproduttiva, l-anzjani, u l-persuni li jgħixu b’mard kroniku, u li jista’ jkun diffiċli li jiġi sostitwit b’alternattivi bbażati fuq il-pjanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja bil-qawwa l-importanza tat-trobbija tal-bhejjem għall-ktajjen tal-valur reġjonali u s-swieq lokali; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt tal-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi ta’ żarmar ulterjuri eventwali tan-network ta’ biċċeriji reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jappella għal approċċ ibbilanċjat li jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tal-prodotti bbażati fuq l-annimali fin-nutrizzjoni globali filwaqt li titqies l-importanza ta’ tali produzzjoni għall-introjtu tal-farms u għall-istabbiltà ekonomika; ifakkar li l-bhejjem għandhom rwol importanti fl-ekonomija ċirkolari u l-upcycling tal-flussi tal-iskart mill-industrija tal-ikel, u f’diversi setturi bħat-tessuti, il-ħwejjeġ, iż-żraben, l-oġġetti tal-ġilda, il-kostruzzjoni, il-kożmetiċi u l-farmaċewtiċi; jirrimarka l-ħtieġa li jiġu indirizzati, fl-istess ħin, l-impatti differenti tas-sistemi ta’ produzzjoni fuq l-ambjent, il-klima u l-benesseri tal-annimali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li tkompli tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel fl-Ewropa filwaqt li jiġi minimizzat l-impatt ambjentali, li hija sfida li għandha tiġi indirizzata permezz ta’ approċċi trasparenti u bbażati fuq ix-xjenza u l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja li t-titjib tal-produttività, ir-reżiljenza, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà fis-settur tal-bhejjem tal-UE huwa essenzjali biex titkabbar il-provvista domestika ta’ proteini ta’ kwalità għolja li jissodisfaw id-domandi tal-konsumaturi u jsaħħu s-sigurtà tal-ikel, b’mod partikolari fil-kuntest tal-volatilità tas-swieq globali, it-tensjonijiet ġeopolitiċi u ż-żieda mistennija fid-domanda globali għall-proteini matul it-30 sena li ġejjin; jinnota li l-UE għadha dipendenti ħafna fuq l-importazzjonijiet ta’ proteini bbażati fuq il-pjanti għall-għalf tal-annimali minn għadd limitat ta’ sħab, u dan jimmina s-sovranità tal-proteini u jagħmel is-sistema tal-ikel vulnerabbli għall-fluttwazzjonijiet tas-suq globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jisħaq li l-produzzjoni sostenibbli, diversifikata u domestika tal-proteini hija essenzjali biex jiġu żgurati ikel u għalf suffiċjenti, sikuri u ta’ kwalità għolja; jenfasizza li s-settur tal-proteini tal-annimali jista’ jappoġġja tali produzzjoni billi juża effluwenti tal-bhejjem bħala fertilizzanti naturali u jirkupra prodotti sekondarji tal-pjanti għal-għalf għall-annimali u flussi tar-residwi tal-ikel biex jippromwovi sistema aktar integrata, ċirkolari u sostenibbli; jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni, fil-Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel tagħha, li se tiżviluppa pjan komprensiv għal sistema tal-proteini tal-UE aktar awtosuffiċjenti u sostenibbli, u tindirizza l-produzzjoni, l-importazzjoni u l-konsum tal-proteini fl-UE biex tiżgura r-reżiljenza fit-tul tas-sistema agroalimentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur agroalimentari, inkluż permezz ta’ kooperattivi, organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet tal-produtturi, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw mekkaniżmi li jiżguraw li l-bdiewa jirċievu prezzijiet li tal-anqas ikopru l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom; ifakkar li l-għoti ta’ introjtu deċenti, ġust u aktar stabbli lill-produtturi tal-bhejjem, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, rikonoxximent soċjali, aċċess imtejjeb għall-kreditu, u finanzjament sostenibbli għar-riċerka u l-investiment fil-kwalità tal-bhejjem huwa kruċjali biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ekonomika tas-settur, filwaqt li jiġi vvalutat kif xieraq ir-rwol tal-bdiewa fl-iżgurar tal-provvista tal-ikel tal-UE u biex jiġu attirati l-ġenerazzjonijiet iżgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza li l-instabbiltà tal-prezzijiet, il-kostijiet għoljin tal-produzzjoni, il-burokrazija eċċessiva u n-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-professjoni mis-soċjetà kkontribwew biex in-nies jitilqu mill-biedja u biex is-settur jixjieħ; jirrimarka li l-farms żgħar u ta’ daqs medju diġà jridu jikkonformaw ma’ għadd ta’ rekwiżiti li l-effetti tagħhom ma jirriflettux proporzjon raġonevoli bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji; itenni, għalhekk, il-ħtieġa ta’ strumenti effettivi biex jappoġġjaw l-introjtu, inaqqsu l-burokrazija, jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni eżistenti u jtejbu r-rikonoxximent tax-xogħol tal-biedja fis-soċjetà, bħala elementi ewlenin biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tat-trobbija tal-bhejjem fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja s-settur tal-bhejjem u tipproċedi bl-adozzjoni tal-istrateġija tagħha dwar il-bhejjem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jirrimarka li l-investimenti f’istallazzjonijiet ġodda tat-trobbija tal-bhejjem u r-rinnovazzjoni ta’ dawk eżistenti jinvolvu spejjeż sinifikanti u jridu jiġu ppjanati u mwettqa fuq perjodu twil ta’ żmien; iwissi li r-reviżjonijiet tal-leġiżlazzjoni dwar il-benesseri tal-annimali jistgħu jwasslu biex l-istallazzjonijiet tat-trobbija tal-bhejjem jitilfu l-awtorizzazzjonijiet tagħhom, li jfisser li dan ikunu jridu jinbnew mill-ġdid bi prezz għoli snin qabel ma jintemm it-tul taż-żmien maħsub għall-użu tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, fi ħdan il-kapaċitajiet tagħha, tippromwovi u tinċentiva prattiki ta’ awtorizzazzjoni tajba fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja li t-trobbija sostenibbli tal-bhejjem, b’mod partikolari fil-farms żgħar u ta’ daqs medju, hija fundamentali għall-vitalità soċjoekonomika taż-żoni rurali, speċjalment iż-żoni muntanjużi, iż-żoni b’densità għolja ta’ bhejjem, u ż-żoni żvantaġġati bħall-bwar permanenti, it-torbieri u l-mergħat, fejn spiss tkun l-attività ekonomika ewlenija jew saħansitra l-unika waħda vijabbli u ssostni l-produzzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-preservazzjoni tal-pajsaġġ; jenfasizza li t-trobbija tal-bhejjem mhux biss toħloq impjiegi rurali iżda tgħin biex tiġi evitata d-depopolazzjoni, u tikkontribwixxi wkoll għall-ġestjoni attiva tal-art, il-prevenzjoni tan-nirien, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali u tal-pajsaġġ; jenfasizza li f’ħafna reġjuni għandha rwol insostitwibbli fil-koeżjoni territorjali u biex iżżomm lill-komunitajiet ħajjin; jissottolinja li t-trobbija estensiva tal-bhejjem li jirgħu hija mod effettiv biex il-bdiewa jiġu ppremjati għas-servizzi tal-ekosistema li jipprovdu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tniedi pjan li jrawwem it-teknoloġiji ġodda, l-innovazzjoni tal-għalf u t-titjib ġenetiku tal-merħla, issaħħaħ l-investiment fir-riċerka pubblika u privata dwar it-tnissil tal-annimali u l-ġenetika, tiffaċilita t-tixrid ta’ prattiki tajbin minflok timponi miżuri ta’ ristrutturar numeriku fuq skala kbira tal-merħla li jnaqqsu u jipperikolaw is-sovranità u s-sigurtà tal-ikel Ewropej, u tottimizza l-produzzjoni u l-effiċjenza; jissottolinja li t-trobbija tal-annimali hija għodda importanti biex jittejbu l-produttività, l-effiċjenza u s-saħħa tal-annimali; jisħaq li l-UE hija minn ta’ quddiem fir-riċerka u l-innovazzjoni dwar it-tnissil tal-annimali u l-ġenetika tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jitlob pjan li jissalvagwardja l-pul ġenetiku ta’ diversi razez tradizzjonali fil-periklu, jippromwovi l-ispeċijiet lokali u t-trobbija ta’ razez rustiċi li jkunu adatti aktar għall-klimi rispettivi, u li jxerred l-aħjar prattiki, filwaqt li jippreserva d-diversità ġenetika; jenfasizza l-ħtieġa li tinżamm l-għajnuna skont l-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2472<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2472 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, 21.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2472/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jiġi appoġġjat il-progress ġenetiku fil-produzzjoni tal-annimali; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jiġu promossi r-riċerka, l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta’ prattiki bbażati fuq l-evidenza li jtejbu s-sostenibbiltà tal-bhejjem fid-dimensjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi, inkluż permezz ta’ investimenti mmirati fir-riċerka ġenetika, l-effiċjenza nutrizzjonali u s-selezzjoni ta’ karatteristiki ta’ produzzjoni dejjiema, u l-ħtieġa li tiġi stimulata u ffinanzjata r-riċerka u l-innovazzjoni fiż-żoni b’densità għolja ta’ bhejjem sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali, filwaqt li jiġu promossi standards għoljin tal-benesseri tal-annimali u jitrawmu ktajjen tal-provvista tal-bhejjem integrati u reżiljenti; jinnota li t-titjib ġenetiku b’ġestjoni tajba u l-innovazzjoni jista’ jnaqqas l-emissjonijiet u jipprovdi alternattiva sostenibbli għal ristrutturar ħabta u sabta, li jhedded il-vijabbiltà tal-farms u s-sovranità tal-ikel tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel tal-Kummissjoni tindika li l-PAK għadha essenzjali għall-appoġġ tal-introjtu tal-bdiewa, u li l-pagamenti diretti tal-PAK għad għandhom rwol kruċjali fl-appoġġ u fl-istabbilizzazzjoni tal-introjtu agrikolu fil-livell tal-farms; jenfasizza l-importanza li jiġu ssalvagwardjati l-appoġġ dirett għall-introjtu u l-programmi kollha li bħalissa huma ffinanzjati mill-PAK, peress li s-setturi tat-trobbija tal-bhejjem u tal-biedja mħallta huma benefiċjarji kbar tal-PAK attwali taħt l-Ewwel Pilastru (pagamenti diretti, pagamenti akkoppjati għaċ-ċanga, il-vitella, u l-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż) u t-Tieni Pilastru, b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għall-investimenti, pagamenti għal restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona u impenji agro-ambjentali-klimatiċi; jinnota li l-vijabbiltà ekonomika u t-tiġdid ġenerazzjonali insuffiċjenti huma sfida għal ħafna azjendi, li jirrikjedu attenzjoni speċjali u sussidji relatati mal-produzzjoni, u jisħaq fuq l-importanza ta’ pagamenti akkoppjati lill-bdiewa attivi; jappella għal baġit iddedikat u robust għall-PAK fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss u jinnota li dan irid jiġi delimitat u jinżamm mill-anqas fil-livell tal-baġit attwali tal-PAK f’termini reali, filwaqt li titqies ukoll l-inflazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jissottolinja r-rwol ewlieni tal-kooperattivi, minħabba n-natura li titħassar tal-prodotti bbażati fuq l-annimali u l-kostijiet għoljin tat-tranżazzjonijiet, u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġjahom biex itejbu r-reżiljenza, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-produtturi, il-valorizzazzjoni tal-koprodotti u t-tiġdid ġenerazzjonali u jippromwovu approċċi ċirkolari; jitlob li l-appoġġ tal-PAK jitfassal apposta għaċ-ċirkostanzi tal-farms, speċjalment il-farms fuq skala żgħira u tal-familja, u għall-possibbiltà ta’ pagamenti għal kull annimal fis-settur tal-bhejjem; jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-vijabbiltà ekonomika tal-bdiewa permezz ta’ għodod ta’ diversifikazzjoni u ġestjoni tar-riskju biex jittejbu l-kompetittività, il-profittabbiltà u r-reżiljenza fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li l-bdiewa qed jiffaċċjaw riskji dejjem akbar u diversi, bħal swieq imprevedibbli, it-tibdil fil-klima u eventi estremi tat-temp marbuta miegħu, mard tal-annimali, tensjonijiet ġeopolitiċi u impatti inċerti tal-ftehimiet kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, issaħħaħ l-għodod għall-ġestjoni tal-kriżijiet kif ukoll iżżid ir-riżerva għall-kriżijiet agrikoli fil-PAK ta’ wara l-2027 u tgħaqqadha mal-ħolqien ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi ġodda ffinanzjati minn barra l-PAK, peress li dawn il-miżuri huma essenzjali biex jindirizzaw aħjar it-telf ekonomiku u l-ispejjeż addizzjonali li jiffaċċjaw il-bdiewa tal-UE u biex jipprovdulhom stabbiltà akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq l-appoġġ eżistenti tal-PAK biex issaħħaħ il-mekkaniżmi finanzjarji u soċjoekonomiċi; jinsisti li l-pagamenti tal-PAK għadhom essenzjali għall-kontinwità tal-introjtu tal-bhejjem, b’mod partikolari għall-azjendi li jispeċjalizzaw fil-produzzjoni taċ-ċanga, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, u tal-prodotti tal-ħalib, u dawk li jipprovdu servizzi ambjentali permezz tar-ragħa estensiv; jissottolinja l-ħtieġa ta’ perjodu tranżitorju wara l-2027 biex jippermetti l-adattament għal regoli ġodda; jilqa’ l-inklużjoni fl-Omnibus tal-PAK tal-akkwist ta’ annimali bovini, nagħaġ u mogħoż ta’ valur ġenetiku għoli fost in-nefqiet eliġibbli taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali; jistieden lill-Kummissjoni testendi din id-dispożizzjoni għall-ħnieżer ta’ valur ġenetiku għoli għal skopijiet ta’ tnissil, minħabba l-importanza tagħhom għall-kompetittività u r-reżiljenza tas-settur tal-bhejjem Ewropew; jissottolinja l-ħtieġa li jinżamm tal-anqas l-istess livell ta’ ambizzjoni fil-PAK wara l-2027; fl-aħħar nett, jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ħtiġijiet speċifiċi tal-bdiewa li jrabbu l-bhejjem f’żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni u tipprovdi appoġġ adegwat tal-PAK, filwaqt li jinnota li żvilupp reġjonali bbilanċjat jista’ jissaħħaħ billi jinżamm l-għadd tal-farms u l-infrastruttura lokali bħall-biċċeriji, l-imtieħen tal-għalf u l-faċilitajiet tal-ipproċessar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jitlob li tiġi inċentivata t-trobbija estensiva tal-bhejjem ibbażata fuq il-ħaxix, b’mod partikolari fl-ambitu tal-PAK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li d-dekapitalizzazzjoni tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem titwaqqaf u titreġġa’ lura, u li tiġi żgurata r-reċiproċità sħiħa tal-istandards tal-UE għall-prodotti importati kollha; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġiji speċifiċi biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi u konsistenza akbar bejn il-politiki kummerċjali u ta’ sostenibbiltà tagħha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu aħjar l-ispeċifiċitajiet tas-settur agrikolu, jiżguraw reċiproċità sħiħa tal-istandards tal-UE billi jinkludu klawżoli mera meta jikkonkludu ftehimiet kummerċjali, u jissalvagwardjaw l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u s-saħħa pubblika Ewropej fil-ftehimiet kummerċjali kollha; jinsisti, f’dan ir-rigward, li l-ftehimiet kummerċjali internazzjonali m’għandux ikollhom impatt negattiv fuq l-agrikoltura Ewropea u għandhom jiggarantixxu r-reċiproċità u ma joħolqu l-ebda riskju għas-saħħa pubblika; jisħaq fuq l-urġenza li l-interventi fis-suq jiġu adattati billi jiġu aġġornati l-prezzijiet ta’ referenza għall-klawżoli ta’ salvagwardja, f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq u l-għodod ta’ ġestjoni ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jenfasizza li l-bdiewa li jrabbu l-bhejjem għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-fluss ta’ introjtu addizzjonali pprovdut mill-kultivazzjoni karbonika; jitlob, f’dan ir-rigward, bidla gradwali mis-sistema attwali ċċentrata fuq prattiki preskritti u awtorizzazzjoni amministrattiva bil-quddiem lejn qafas ta’ ġestjoni tal-emissjonijiet xprunat mir-riżultati, filwaqt li l-bdiewa li jrabbu l-bhejjem jitħallew jiddeċiedu liema metodi u teknoloġiji jużaw, u b’hekk tiġi ppreservata l-libertà intraprenditorjali u tiġi żgurata r-responsabbiltà biex jintlaħqu dawk l-objettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrieżamina r-regolamenti dwar l-ipproċessar tal-laħam, bħat-teknoloġija użata għall-ispezzjoni tal-laħam, u l-armonizzazzjoni tal-linji gwida minimi dwar l-evalwazzjoni tal-kontenut tal-laħam, li bħalissa jillimitaw l-użu massimu tal-karkassa tal-annimali, biex tiżdied it-trasparenza tal-katina tal-provvista u jiġi żgurat introjtu akbar għall-bdiewa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li s-sistemi tat-trobbija tal-bhejjem jistgħu, b’mod partikolari, jieħdu vantaġġ mill-prattiki u teknoloġiji li jistgħu jtejbu s-saħħa u l-benesseri tal-annimali u biex tinkiseb żieda fl-effiċjenza, inkluż, pereżempju, sistemi b’kostijiet baxxi, sistemi bidirezzjonali u t-trobbija tal-bhejjem ta’ preċiżjoni, u tista’ tagħmel użu minn teknoloġiji diġitali ġodda li jistgħu jtejbu l-ġestjoni tal-annimali u tas-sistemi, l-ipproċessar tad-data u t-traċċabbiltà; jitlob li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-aħjar prattiki fis-sostenibbiltà tat-trobbija tal-bhejjem u tipproponi miżuri konkreti li jappoġġjaw l-innovazzjoni, l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-settur, inkluż użu aħjar tal-bażijiet tad-data komuni eżistenti u tal-banek tal-ġeni ta’ razez bażi biex in-nissiela li jixtiequ jkomplu jrabbu ċerti speċijiet antiki jkunu jistgħu jagħmlu dan; jenfasizza d-distakk fil-ħiliet diġitali bejn iż-żoni rurali u urbani; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li t-trasformazzjoni diġitali tkun ta’ benefiċċju għall-bdiewa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jissottolinja li l-insegwiment ta’ produttività mtejba tal-annimali jew miri klimatiċi ma jridx isir għad-detriment tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ politiki li jappoġġjaw lill-farms tal-familja u lill-bdiewa żgħażagħ u ġodda biex iżommu u jtejbu l-produzzjoni sostenibbli tal-bhejjem u l-produzzjoni tal-bhejjem fuq skala żgħira bħala mezz ta’ għajxien u sigurtà tal-ikel; jirrimarka li għalhekk huwa meħtieġ li l-bdiewa jiġu appoġġjati biex jistabbilixxu ruħhom sew permezz ta’ għodod finanzjarji b’saħħithom u ddedikati, sabiex ikunu jistgħu jiffaċċjaw aħjar il-pressjonijiet finanzjarji; jinsisti fuq l-importanza ta’ strutturi kollettivi bħal kooperattivi tal-bdiewa u mmexxija minnhom, u ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-appoġġ għar-reġjuni ultraperiferiċi, fejn il-kundizzjonijiet strutturali u ġeografiċi jwasslu għal spejjeż tal-biedja ħafna ogħla; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-finanzjament tal-POSEI fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss biex jirrifletti l-inflazzjoni mill-2007; jinnota li l-indiċjar waħdu mhuwiex biżżejjed biex jindirizza ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni, tat-trasport u tal-provvista; jisħaq li finanzjament adegwat tal-POSEI huwa essenzjali biex tiġi sostnuta l-biedja, tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-farms u tinżamm il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE, f’konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ħtiġijiet u l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw il-bdiewa li jrabbu l-bhejjem f’żoni muntanjużi u żvantaġġati, inklużi r-reġjuni insulari, interni, remoti u ultraperiferiċi, u tiżgura appoġġ adegwat permezz tal-PAK, b’mod partikolari permezz tal-appoġġ akkoppjat, l-interventi speċifiċi għas-settur u l-miżuri ta’ żvilupp rurali mmirati; jissottolinja li t-trobbija tal-bhejjem f’żoni remoti, insulari u żvantaġġati tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà ambjentali billi tipprevjeni l-abbandun tal-art, tappoġġja l-bijodiversità u tippreserva l-pajsaġġi tradizzjonali, issostni l-introjtu tal-bdiewa u l-mezzi tal-għajxien rurali u tgħin biex terġa’ tiżdied il-popolazzjoni taż-żoni rurali; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni attiva tar-rappreżentanti tar-reġjuni ultraperiferiċi, fi ħdan il-grupp ta’ livell għoli, minħabba li l-karatteristiċi ġeografiċi, soċjoekonomiċi u ta’ produzzjoni speċifiċi tagħhom jippreżentaw l-isfidi tagħhom li jeħtieġu attenzjoni speċjali fil-proċess tat-tfassil tal-politiki tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni globali u trasferiment tal-għarfien innovattiv fl-appoġġ ta’ sistemi tal-bhejjem sostenibbli, b’mod partikolari minn reġjuni Ewropej b’sistemi tat-trobbija tal-bhejjem effiċjenti ħafna, influwenzati minn tkabbir rapidu tal-popolazzjoni u urbanizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvestu fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fl-infrastrutturi li jippermettu lill-bdiewa jimplimentaw prattiki tal-produzzjoni tal-bhejjem li huma aktar sostenibbli, aktar effiċjenti u aħjar għas-saħħa u l-benesseri tal-annimali, inklużi d-diġitalizzazzjoni, ir-riċerka applikata, it-trasferiment tal-għarfien u t-taħriġ dwar għodod u teknoloġiji innovattivi għall-identifikazzjoni bikrija u l-prevenzjoni tal-mard epiżootiku, bħas-sistemi ta’ monitoraġġ tas-saħħa għall-bhejjem; jenfasizza l-importanza ta’ servizzi ta’ konsulenza indipendenti f’dan ir-rigward, u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-PAK sabiex jiffinanzjaw kif xieraq dawn is-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jappella għal regoli aktar sempliċi dwar il-benesseri tal-annimali li jiffukaw fuq l-għajnuna għall-bdiewa permezz tal-edukazzjoni u l-appoġġ, aktar milli fuq metodi ffukati fuq l-infurzar.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha dwar l-iżvilupp ta’ sistema ta’ tikkettar b’rabta mal-benesseri tal-annimali li tiggarantixxi informazzjoni adegwata u uniformi għall-konsumaturi, u b’hekk jiġu evitati r-riskji għas-suq intern iġġenerati mill-proliferazzjoni tal-iskemi lokali tal-benesseri tal-annimali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jirrimarka li, meta jitqies li 12 % biss tal-farms fl-UE huma mmexxija minn persuni taħt l-età ta’ 40 sena, in-nuqqas ta’ bdiewa żgħażagħ jhedded il-vijabbiltà ekonomika, il-kontinwità minn ġenerazzjoni għall-oħra, u s-sostenibbiltà futura tas-settur Ewropew tat-trobbija tal-bhejjem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, ittejjeb l-effikaċja tal-appoġġ għall-istart-ups biex jingħelbu l-ostakli għad-dħul fis-settur tal-bhejjem, inklużi l-ispejjeż għoljin tal-bidu; jissottolinja l-ġlieda biex il-bdiewa żgħażagħ jiġu attirati lejn is-settur tal-bhejjem, li jbati minn nuqqas ta’ attraenza minħabba n-natura eżiġenti tax-xogħol bħal sigħat twal ta’ xogħol, opportunitajiet limitati biex wieħed jieħu ħin liberu u nuqqas ta’ servizzi ta’ sostituzzjoni, u l-ħtieġa li jitqies l-għadd dejjem jikber ta’ nisa li jaħdmu fil-farms tal-bhejjem, billi jiġu promossi miżuri u opportunitajiet inklużivi għall-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-istrateġija tal-Kummissjoni għat-tiġdid ġenerazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi rakkomandazzjonijiet u tesplora soluzzjonijiet biex tindirizza l-ostakli ewlenin għall-installazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ li jrabbu l-bhejjem, b’mod partikolari l-investimenti inizjali għoljin fl-infrastruttura, id-diffikultajiet fl-aċċess għall-art, speċjalment b’riżultat tad-differenzi bejn l-Istati Membri, l-aċċess limitat għall-kreditu, in-nuqqas ta’ ħaddiema, il-kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tar-riskju, il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali u l-piżijiet burokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li tagħti aktar pagamenti diretti lill-bdiewa żgħażagħ; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet xierqa għal irtirar deċenti; jenfasizza li l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kreditu u għall-art, speċjalment fl-Istati Membri fejn l-art tiswa ħafna, iż-żieda fl-investiment fil-kwalità tal-bhejjem u t-titjib tas-servizzi fiż-żoni rurali huma kundizzjonijiet essenzjali biex tiġi attirata u tinżamm ġenerazzjoni ġdida ta’ bdiewa; jisħaq li l-parir għall-Istati Membri biex jallokaw 6 % tal-baġit tal-PAK għat-tiġdid ġenerazzjonali mhuwiex vinkolanti biżżejjed biex jiggarantixxi appoġġ suffiċjenti għall-bdiewa żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-preżentazzjoni tal-Kummissjoni tal-istrateġija tal-UE għall-bijoekonomija; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rwol tat-trobbija tal-bhejjem innovattiva fil-promozzjoni taċ-ċirkolarità u tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tal-produzzjoni tal-enerġija, b’mod partikolari l-bijogass u l-bijometan, l-użu tad-diġestat bħala fertilizzant b’bażi bijoloġika u l-valorizzazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-bhejjem permezz tas-settur tar-rendering biex jiġu pprovduti sorsi addizzjonali ta’ introjtu għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem; jissottolinja li ż-żoni b’densità għolja ta’ bhejjem b’mod partikolari għandhom rwol importanti fil-bijoekonomija, peress li l-qrubija tagħhom taż-żoni urbani u d-distanzi qosra jippermettu kooperazzjoni ċirkolari fit-titjib tal-flussi tal-iskart tal-bniedem u l-ipproċessar tal-flussi tal-iskart tal-farms;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw opportunitajiet ta’ finanzjament adegwati u fit-tul għall-miżuri preventivi u l-kumpens għall-bdiewa, li jistgħu jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għall-PAK, mhux biss għat-telf imġarrab u l-ispejjeż imġarrba minħabba attakki minn karnivori kbar, iżda wkoll għal miżuri ta’ mitigazzjoni, inklużi s-servizzi ta’ konsulenza, il-kondiviżjoni tal-għarfien, u t-taħriġ għall-bdiewa dwar il-koeżistenza bejn il-bhejjem li jirgħu u l-karnivori kbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jenfasizza li l-emenda mmirata tad-Direttiva dwar il-Ħabitats<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7., ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex il-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi allinjata mal-livell aġġornat ta’ protezzjoni tal-lupu fil-Konvenzjoni ta’ Bern għandha l-għan li tipprovdi flessibbiltà akbar fil-ġestjoni tal-popolazzjonijiet tal-ilpup madwar l-UE u li timminimizza l-impatti soċjoekonomiċi; jisħaq fuq il-ħtieġa li titqies il-mobbiltà transfruntiera għolja tal-ispeċijiet, u l-fatt li l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ popolazzjonijiet differenti tal-istess speċi jista’ jvarja bejn reġjun u ieħor; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw aktar l-kollaborazzjoni transfruntiera dwar dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sostenibbiltà ambjentali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tat-trobbija tal-bhejjem, b’mod partikolari s-sistemi bbażati fuq il-bwar, fiż-żamma ta’ sistemi agrikoli ċirkolari, fit-tisħiħ tas-servizzi tal-ekosistema u fil-provvista ta’ servizzi klimatiċi u ambjentali permezz tas-sekwestru tal-karbonju, it-titjib tal-kwalità tal-ilma u tas-saħħa tal-ħamrija, il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-forniment ta’ ħabitats għall-fawna u l-flora, iż-żamma ta’ pajsaġġi diversifikati u miftuħa, b’mod partikolari fiż-żoni muntanjużi, u l-użu tal-artijiet marġinali li ma jistgħux jipproduċu ikel għall-bniedem; jenfasizza li l-ispeċijiet monogastriċi bħall-pollam u l-ħnieżer jistgħu jtejbu aktar iċ-ċirkolarità permezz tal-inkorporazzjoni ta’ prodotti tal-fluss tal-iskart fl-għalf tagħhom u r-riċiklaġġ tal-bijomassa, filwaqt li d-demel tagħhom jipprovdi sors siewi ta’ fertilizzant naturali għall-produzzjoni tal-għelejjel; jisħaq li t-tnaqqis sinifikanti fil-merħliet jista’ jikkomprometti dawn il-funzjonijiet tal-ekosistema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi għodod biex jissaħħaħ ir-rwol tal-produzzjoni tal-bhejjem għaż-żamma tal-mergħat li huma importanti għall-ambjent u l-istabbiltà klimatika permezz ta’ sistemi tal-biedja aktar effiċjenti, ittejjeb is-sostenibbiltà tas-sistemi tat-trobbija tal-bhejjem billi żżid l-effiċjenza tagħhom, u tiżgura introjtu akbar għall-ħaddiema fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li l-bhejjem jiġu integrati f’mudelli agrikoli sostenibbli, inklużi sistemi ta’ biedja mħallta, filwaqt li jiġu żgurati flussi bbilanċjati ta’ nutrijenti u tiġi minimizzata l-kompetizzjoni f’termini ta’ riżorsi; jisħaq fuq l-importanza tal-użu effiċjenti tal-bhejjem biex jiġu bbilanċjati s-sostenibbiltà u l-ħtiġijiet tal-ikel, u jenfasizza l-benefiċċji tar-ragħa rotazzjonali u r-ragħa intensiv għall-produttività tal-għalf, is-sekwestru tal-karbonju, il-kwalità tal-ħamrija, il-bijodiversità u r-reżiljenza għan-nixfa; jissottolinja l-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji ambjentali ta’ annimali ġestiti tajjeb;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-kamp ta’ applikazzjoni għall-Istati Membri biex jappoġġjaw lill-bdiewa fil-preservazzjoni tal-pajsaġġ permezz tal-PAK, filwaqt li jnaqqsu l-ostakli regolatorji għall-użu sħiħ tal-mergħat u jiżguraw protezzjoni aktar b’saħħitha tal-art agrikola tal-UE mit-teħid tal-art, mid-degradazzjoni u mill-użi mhux agrikoli kompetituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li s-sistemi tal-biedja jintegraw il-produzzjoni tal-għelejjel mat-trobbija tal-annimali sabiex jiġi ffaċilitat ir-riċiklaġġ tan-nutrijenti billi jiġu ffavoriti l-fertilizzanti organiċi minflok dawk sintetiċi, jitnaqqas il-konsum tas-sustanzi kimiċi u jissaħħu l-fertilità tal-ħamrija u l-bijodiversità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-importanza tal-produzzjoni tal-fertilizzanti konvenzjonali fl-UE għall-kompetittività Ewropea, biex tappoġġja l-użu tad-demel tal-annimali fuq ċerti għelejjel u taċċellera l-approvazzjoni u l-adozzjoni ta’ prodotti fertilizzanti alternattivi, bħad-diġestat u l-materjali RENURE, biex ittejjeb ir-riċiklaġġ tan-nutrijenti, tnaqqas id-dipendenza fuq fertilizzanti sintetiċi importati minn pajjiżi mhux tal-UE u tippromwovi ċ-ċirkolarità fis-sistemi tat-trobbija tal-bhejjem; jirrikonoxxi r-rwol strateġiku tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem fit-tnaqqis tad-dipendenza fuq inputs sintetiċi u jinnota li t-tisħiħ tal-użu kemm tad-diġestat kif ukoll tar-RENURE jikkontribwixxi mhux biss għall-ekonomija ċirkolari, iżda wkoll għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE billi jnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, jappoġġja l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u jnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili impurtati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni mmirata tad-Direttiva dwar in-Nitrati<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/676/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex tippermetti l-użu ta’ fertilizzanti RENURE ogħla mil-limitu stabbilit għall-applikazzjoni tad-demel u biex tallinjaha mal-aħħar evidenza xjentifika u prattiki innovattivi ta’ fertilizzazzjoni, inkluż l-użu tad-demel sabiex tiġi promossa l-ġestjoni ċirkolari tan-nutrijenti filwaqt li tkompli tiġi protetta l-kwalità tal-ilma; jirreferi għal studji reċenti dwar il-benefiċċji u l-impatt newtrali fuq il-kwalità tal-ilma tad-derogi mogħtija lill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura prezzijiet ġusti jew kumpens dovut għal min irabbi l-bhejjem, minħabba ż-żieda fil-kost tal-fertilizzanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinvesti fl-innovazzjoni u l-infrastruttura li jippermettu l-użu usa’ ta’ fertilizzanti derivati mid-demel u l-bijogass mit-trobbija tal-bhejjem, f’konformità mal-objettivi tal-UE dwar il-klima u l-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid il-mod kif il-prodotti agrikoli, il-prodotti sekondarji u l-prodotti residwali jiġu kklassifikati bħala skart sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tagħhom bħala komoditajiet; jenfasizza li l-bhejjem tat-trobbija huma element indispensabbli għall-ekonomija ċirkolari marbuta mas-settur agrikolu, u jissottolinja l-ħtieġa ta’ rikonoxximent aħjar tal-kontribut tat-trobbija tal-bhejjem għall-bijoekonomija permezz ta’ approċċ aktar komprensiv għaċ-ċikli tan-nutrijenti u tal-karbonju fl-oqsma kollha tal-produzzjoni tal-ikel u mhux tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tibbaża fuq is-sejbiet tar-riċerka fl-approċċ tagħha għas-settur tal-bhejjem u tiffaċilita r-riċerka fl-iżvilupp tal-għalf ċirkolari; jistieden lill-Kummissjoni twettaq rieżami tar-regolamenti dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, sabiex tissimplifika l-użu ta’ prodotti b’riskju baxx, bħas-suf;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Iwissi kontra l-ideat ta’ politika “waħda tajba għal kulħadd” immirati lejn tnaqqis fuq skala kbira fil-popolazzjonijiet tal-bhejjem, għax dan jista’ jaggrava d-degradazzjoni ambjentali u jhedded ir-reżiljenza tas-sistema tal-ikel; jinnota, b’mod partikolari, li t-tnaqqis fl-għadd ta’ ruminanti jista’ jwassal għal tibdil fl-użu tal-art b’effetti negattivi, inklużi l-abbandun tal-art, l-iżvilupp tal-foresti, it-telf tal-bijodiversità u r-riskju akbar ta’ nirien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jappella għal aktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni biex jiġu ottimizzati l-prattiki ta’ ġestjoni tal-produzzjoni tal-għelejjel u tal-bhejjem u titnaqqas l-impronta ekoloġika tal-bhejjem, inklużi t-tekniki tat-tnissil tal-pjanti u tal-annimali, tal-għalf tal-annimali, tar-ragħa, tal-ġestjoni tad-demel u tal-għelieqi li jtejbu l-eżiti f’dak li jikkonċerna s-sostenibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ strateġija li tqis iċ-ċiklu kollu tal-biedja, tappoġġja l-ippjanar ottimali tan-newba tal-għelejjel, timmassimizza l-użu tar-raba’, u ttejjeb u tippersonalizza l-kompożizzjoni tal-għalf imkabbar mill-bdiewa, l-ewwel permezz ta’ varjetajiet ta’ pjanti li jippermettu tnaqqis fl-emissjonijiet; jenfasizza l-importanza li tiġi restawrata l-libertà intraprenditorjali fl-agrikoltura, li tippermetti lill-bdiewa jiżviluppaw u jagħżlu sistemi ta’ ventilazzjoni, akkomodazzjoni u għalf li huma adattati għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom u li jkunu l-aktar adattati għas-sistemi ta’ produzzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-oqfsa regolatorji relatati mal-bhejjem jiġu żviluppati b’mod trasparenti, abbażi ta’ xjenza soda, u b’involviment sħiħ tal-partijiet ikkonċernati, speċjalment tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-bdiewa u lil dawk li jrabbu l-bhejjem, u b’xenarji fit-tul li jippermettu adattament progressiv; jirrakkomanda li l-proċess deċiżjonali jkun ibbażat fuq konsultazzjonijiet pubbliċi ġenwini, valutazzjonijiet tal-impatt dettaljati u mekkaniżmi kontinwi ta’ feedback sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u aċċettata fil-livell lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jitlob li jingħata aktar spazju għall-politika biex jiffaċilita approċċ ibbażat fuq l-objettivi, permezz ta’ parametraġġ referenzjarju bbażat fuq il-farms minflok miżuri minn fuq għal isfel, li jfisser li l-bdiewa għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu liema miżuri jieħdu, sakemm dawn jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi għodod biex issaħħaħ ir-rwol tal-produzzjoni tal-bhejjem fiż-żamma ta’ mergħat ta’ valur mil-lat ambjentali u klimatiku permezz ta’ sistemi tal-biedja aktar estensivi, u biex tittejjeb is-sostenibbiltà tas-sistemi intensivi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-dimensjoni soċjali tat-trobbija tal-bhejjem u l-isfidi speċifiċi għas-settur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jisħaq li l-iżvilupp tal-politiki dwar it-trobbija tal-bhejjem irid ikun ibbażat b’mod sod fuq l-ogħla standards xjentifiċi, filwaqt li jiżgura fehim ibbilanċjat u komprensiv tal-kontributi u l-isfidi assoċjati mal-agrikoltura tal-annimali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ komunikazzjoni xjentifika trasparenti, aċċessibbli u bbażata fuq l-evidenza biex tiġi miġġielda l-miżinformazzjoni u l-preġudizzju ideoloġiku fid-dibattiti pubbliċi dwar it-trobbija tal-bhejjem u l-produzzjoni u l-konsum tal-laħam; jirrimarka, f’dan ir-rigward, li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tħeġġeġ il-konsum tal-proteini tal-annimali bħala parti minn dieta kompluta u bbilanċjata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jenfasizza li d-deċiżjonijiet politiċi u l-perċezzjonijiet soċjali għandhom ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika soda li tirrifletti d-diversità tas-sistemi ta’ produzzjoni, il-kontribut tagħhom għan-nutrizzjoni tal-bniedem, l-ekonomija rurali u s-sostenibbiltà ambjentali, u b’hekk tiġi promossa immaġni aktar pożittiva tas-settur tal-bhejjem, u li, għal dan il-għan, huwa essenzjali li jissaħħaħ id-djalogu bejn ix-xjenza, dawk li jfasslu l-politika, il-produtturi u l-konsumaturi billi jitħeġġeġ approċċ infurmat, ibbilanċjat u mhux polarizzat għar-rwol tat-trobbija tal-bhejjem fis-soċjetà Ewropea; jenfasizza l-importanza li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-benefiċċji tal-konsum tal-proteini tal-annimali bħala parti minn dieta kompluta u bbilanċjata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex terġa’ tiftaħ il-kwistjoni tad-denominazzjonijiet tal-laħam użati biex jiddeżinjaw il-laħam u l-qatgħat tal-laħam, sabiex jiġu protetti l-prodotti li joriġinaw mill-annimali, u biex jiġi pprojbit l-użu tagħhom għat-tikkettar ta’ prodotti li ma joriġinawx mill-annimali, u jemmen li din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-prodotti derivati mill-kultura taċ-ċelloli u prodotti ibridi li jikkonsistu minn taħlita ta’ proteini tal-annimali u tal-pjanti; ifakkar li tali protezzjoni teżisti għall-prodotti tal-ħalib; jenfasizza li tikkettar ċar, ġust u trasparenti huwa essenzjali biex tiġi offruta u tissaħħaħ trasparenza reali għall-konsumaturi u tiġi promossa l-kwalità tal-prodotti tal-annimali tal-UE, inkluż billi jiġu enfasizzati t-tikketti rikonoxxuti u l-ktajjen tal-provvista qosra tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Iħeġġeġ lil dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha biex iżommu standards ibbażati fuq l-evidenza fl-iżvilupp ta’ linji gwida dwar id-dieta, filwaqt li jirrikonoxxu bis-sħiħ l-importanza nutrizzjonali, kulturali u ekonomika tal-laħam, tal-ħalib u tal-bajd, filwaqt li jitqiesu wkoll l-affordabbiltà u l-konsum reali ta’ proteini tal-prodotti tal-annimali f’reġjuni differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-Regolament (UE) Nru 1169/2011<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1169/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex tintroduċi tikkettar obbligatorju tal-oriġini għall-prodotti kollha li fihom il-laħam imqiegħda fis-suq tal-UE, ukoll meta l-laħam ma jkunx l-ingredjent ewlieni, li jindika b’mod ċar l-oriġini tal-UE/mhux tal-UE tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta’ oriġini tal-laħam meta jintuża bħala ingredjent fi prodotti pproċessati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taħdem ma’ xjentisti biex tippreżenta studji dwar l-effetti tas-sostituti tal-ikel; iwissi kontra l-promozzjoni mhux kritika ta’ sostituti tal-ikel inadegwati mil-lat nutrittiv u ambjentali bħala sostituti għal ikel tradizzjonali miksub mill-annimali, inklużi dawk li ma jipprovdux l-istess komposti bijoattivi jew mikronutrijenti essenzjali li jinsabu fil-laħam naturali minn annimali b’saħħithom imrobbija f’sistemi ta’ kwalità għolja, u jwissi b’mod speċjali kontra l-inklużjoni tagħhom fil-basktijiet tal-ikel għat-tfal u ż-żgħażagħ fl-iskejjel; jinnota li l-ikel tradizzjonali li ġej mill-annimali, flimkien mal-ikel ibbażat fuq il-pjanti, jista’ jikkontribwixxi għal dieta bbilanċjata u nutrittiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt komprensiva bbażata fuq l-aħħar evidenza xjentifika u konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha qabel ma tippreżenta proposti leġiżlattivi ġodda li jaffettwaw is-settur agrikolu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-isforz dejjem akbar biex jiġi promoss l-ikel sintetiku, bħall-proteini mkabbra fil-laboratorju, mingħajr ma jkun hemm evidenza xjentifika konklużiva dwar is-sikurezza, il-vijabbiltà industrijali u l-benefiċċji ambjentali tiegħu; jissottolinja l-ħtieġa li jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt xierqa bbażati fuq evidenza xjentifika, filwaqt li jitqiesu l-aspetti kollha relatati mas-sikurezza, mal-impatt ambjentali, mal-implikazzjonijiet tas-suq u mal-protezzjoni tal-konsumaturi qabel ma jiġi propost kwalunkwe qafas regolatorju ġdid għat-teknoloġiji tal-ikel emerġenti, u b’mod partikolari permezz ta’ tikkettar ċar u xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ekoloġiku tal-annimali li jixtarru u l-valur nutrittiv tal-laħam naturali, u jenfasizza li l-produzzjoni sintetika tal-ikel tiddependi ħafna fuq proċessi industrijalizzati ħafna u intensivi fl-enerġija li jirrikjedu livelli sinifikanti ta’ inputs kimiċi, li jmur kontra l-prinċipji ta’ sostenibbiltà promossi mill-UE; jindika li, sal-lum, l-ikel sintetiku la kien soluzzjoni vijabbli u lanqas alternattiva sikura għall-agrikoltura tradizzjonali u l-produzzjoni tal-bhejjem, u li l-promozzjoni tiegħu tista’ tipperikola eluf ta’ farms tal-familja; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet rigorużi u indipendenti tal-prodotti tal-ikel sintetiċi fir-rigward tal-impatti fuq is-saħħa, ambjentali u soċjoekonomiċi, flimkien mat-tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-impatti fuq l-agrikoltura tradizzjonali u l-produzzjoni tal-bhejjem; jitlob li l-oqfsa regolatorji eżistenti jkunu ffukati b’mod ċar fuq il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-produtturi Ewropej u ż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol essenzjali tas-settur tal-bhejjem fil-kontribut għas-sigurtà tal-ikel, il-ħolqien tal-impjiegi, il-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-lokaliżmu u l-istabbiltà ekonomika fl-UE kollha; jirrikonoxxi t-trobbija tal-bhejjem f’sens wiesa’ mhux biss bħala fornitur tas-servizzi tal-ikel u ambjentali, iżda wkoll bħala mutur għar-responsabbiltà soċjali, għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u għall-iżvilupp rurali; jissottolinja l-importanza tal-indikatur tar-riżultati tal-PAK (I.24) dwar “Kontribut għall-impjiegi fiż-żoni rurali” fl-iffukar tal-attenzjoni fuq ir-rwol tat-trobbija tal-bhejjem, speċjalment l-azjendi mmexxija mill-familji u dawk fuq skala żgħira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jenfasizza li mingħajr finanzjament adegwat, is-settur se jsir dejjem aktar anqas attraenti għaż-żgħażagħ, bir-riskju mhux biss tat-telf tal-impjiegi iżda wkoll ta’ deklin fil-kompetittività nutrizzjonali u soċjali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jirrimarka l-importanza li jiġi rikonoxxut u enfasizzat ir-rwol fundamentali tan-nisa fil-farms tal-bhejjem fejn, flimkien max-xogħol ta’ kuljum fil-farms, huma spiss responsabbli għall-ġestjoni u t-trażmissjoni tal-għarfien minn ġenerazzjoni għall-oħra; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-biedja tal-farms tal-familja, li fiha n-nisa u l-familja għandhom rwol ċentrali, hija s-sinsla tal-produzzjoni Ewropea tal-bhejjem u għandha tkun appoġġjata minn politiki speċifiċi li jirrikonoxxu l-importanza ekonomika, soċjali u kulturali tagħha; iqis, għalhekk, li l-politiki pubbliċi Ewropej għandhom jinkludu perspettiva tal-ġeneru aktar effettiva billi jippromwovu miżuri mmirati biex jappoġġjaw lill-bdiewa nisa, jiżguraw opportunitajiet indaqs, viżibbiltà għall-kontributi tagħhom u aċċess aħjar għat-taħriġ, il-finanzjament u r-rappreżentanza fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol essenzjali tal-agrikoltura u l-produzzjoni tal-bhejjem fl-għoti ta’ benefiċċji soċjali lill-komunitajiet f’termini taż-żamma ta’ spazju miftuħ, edukazzjoni, u għoti ta’ kura għal persuni bi ħtiġijiet speċifiċi fil-forma ta’ “kura ekoloġika” fil-farms. Jenfasizza l-ħtieġa li jinżammu l-agrikoltura u l-produzzjoni tal-bhejjem fir-reġjuni kollha tal-UE, biex jiġu ffaċilitati b’mod speċifiku dawn il-forom ta’ “kura ekoloġika” u biex il-bdiewa jiġu remunerati b’mod adegwat għax-xogħol tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tas-saħħa mentali u tal-benesseri tal-bdiewa, u jappella biex fl-istrumenti futuri tal-PAK, jiddaħħlu miżuri ta’ appoġġ psikoloġiku, simplifikazzjoni amministrattiva u ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u miżuri biex jiġi miġġieled l-iżolament;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Il-mard tal-annimali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jisħaq li l-mard tal-annimali għandu konsegwenzi soċjoekonomiċi, ambjentali u ta’ benesseri tal-annimali sinifikanti fil-livelli tal-farms, sottonazzjonali, nazzjonali u reġjonali; jenfasizza li l-impatt tiegħu fuq il-produzzjoni tal-bhejjem se jkompli jiġi aggravat biż-żieda fit-temperaturi, fil-veloċitajiet tar-riħ u fil-frekwenza dejjem tiżdied ta’ eventi estremi tat-temp fl-UE relatati mal-klima, li jridu jiġu indirizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ monitoraġġ imsaħħaħ u miżuri preventivi biex tiġi evitata t-trażmissjoni, fl-UE, ta’ mard tal-annimali kemm minn pajjiżi tal-UE kif ukoll minn pajjiżi mhux tal-UE, u jappella għal valutazzjoni sistematika tal-vulnerabbiltajiet tal-bijosikurezza fl-UE, b’enfasi fuq il-perkorsi tad-dħul tal-mard magħruf u dawk ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jisħaq li, fl-UE, kwalunkwe nuqqas ta’ prevenzjoni jew kontroll tal-mard tal-annimali fi Stat Membru wieħed jista’ jkollu riperkussjonijiet immedjati fuq l-oħrajn, u jirrikjedi rispons koordinat; jenfasizza, għalhekk, l-importanza u l-kosteffettività tal-prevenzjoni, b’mod partikolari rigward it-tilqim, l-identifikazzjoni bikrija u t-tħejjija, l-iskambju xieraq tal-informazzjoni u l-kkordinazzjoni bejn l-Istati Membri, u strumenti ta’ kumpens ekonomiku għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem li jsofru ħsara diretta u indiretta b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ miżuri tas-saħħa
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ programmi effettivi u effiċjenti ta’ prevenzjoni u ta’ kontroll, inkluż appoġġ finanzjarju, veterinarju, tekniku u amministrattiv, u riċerka dwar is-selezzjoni ġenetika tal-annimali b’reżistenza miżjuda għall-mard emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li tittieħed azzjoni f’waqtha u effettiva biex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-mard tal-annimali; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ mekkaniżmu ddedikat ta’ twissija u ta’ rispons rapidi li għandu jiġi attivat f’każ ta’ tifqigħa suspettata jew ikkonfermata ta’ mard tal-annimali, biex jiġi żgurat skambju f’ħin reali ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika, biex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri ta’ kontroll bejn l-Istati Membri u biex tiġi żgurata komunikazzjoni adegwata lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha b’mod partikolari l-bdiewa u l-konsumaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li sal-2023, l-UE kienet diġà laħqet nofs l-objettiv tagħha għall-2030 ta’ tnaqqis ta’ 50 % fil-bejgħ u l-użu tal-antimikrobiċi fil-mediċina veterinarja fl-2023; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitkomplew dawn l-isforzi u li jiġi żviluppat approċċ ikkoordinat tal-UE dwar il-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-mard tal-annimali b’miżuri ta’ monitoraġġ bikri, tilqim u bijosigurtà biex tiġi evitata żieda fil-mard tal-annimali li tista’ timmina l-kisba tal-mira ta’ tnaqqis tal-antimikrobiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu żviluppati għodod dijanjostiċi avvanzati, mudelli ta’ tbassir u tekniki ta’ dekontaminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li ssaħħaħ aktar l-istandards tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali biex tiġi ssalvagwardjata t-trobbija tal-bhejjem, inklużi dispożizzjonijiet għat-tnaqqis jew l-esklużjoni ta’ popolazzjonijiet ta’ annimali selvaġġi li joħolqu riskji ta’ mard infettiv u għat-tilqim immirat tal-annimali, fejn ikun meħtieġ, biex jikkomplementaw l-għażla u t-trobbija responsabbli tal-bhejjem, li jistgħu jgħinu biex inaqqsu l-inċidenza tal-mard endemiku u emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rwol tas-settur mediċinali veterinarju u tappoġġjah fl-isforzi tagħha biex iġġib il-bijoteknoloġiji mil-laboratorju għall-farm, billi taċċellera u tissimplifika l-proċessi regolatorji, tiffinanzja u żżid il-bijoteknoloġiji tas-saħħa tal-annimali, tinforma lill-bdiewa u lill-pubbliku ġenerali dwar il-benefiċċji tagħhom, ittejjeb il-ħiliet u tħarreġ mill-ġdid il-forza tax-xogħol, u tappoġġja l-ġbir tad-data u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fil-farms u fis-settur tas-saħħa tal-annimali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ dawn l-ispejjeż, kemm diretti kif ukoll indiretti, biex iżżid l-effikaċja u l-ħeffa tal-miżuri ta’ appoġġ tal-UE u tal-Istati Membri; jinnota, f’dan ir-rigward, li l-FAO żviluppat għodda ġdida, magħrufa bħala OutCosT (OUTbreak COSting Tool), li tippermetti lill-pajjiżi jivvalutaw il-piż finanzjarju assoċjat mat-tifqigħat ta’ mard tal-annimali u l-miżuri biex jikkontrollawhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jappoġġja t-talba lill-Kummissjoni minn grupp ta’ Stati Membri biex tadatta l-approċċ tal-UE biex tindirizza l-mard tal-annimali billi tuża t-tilqim, fejn dan hu possibbli u skont l-ispeċi u l-marda, bħala miżura preventiva u bħala parti minn sett ta’ għodod usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jisħaq, madankollu, li t-tilqim huwa saħansitra aktar effettiv meta jiġi kkomplementat minn miżuri ta’ bijosigurtà u sorveljanza; jenfasizza li l-miżuri ta’ tilqim iridu jiġu kkombinati ma’ programmi ta’ għażla ġenetika għar-reżistenza immunoloġika, speċjalment għal razez indiġeni u f’żoni vulnerabbli, bil-ħsieb tal-protezzjoni fit-tul; jissottolinja li l-isforzi f’dan il-qasam iridu jiġu intensifikati u appoġġjati permezz ta’ tilqim aċċessibbli u affordabbli, miżuri ta’ bijosigurtà li jkunu kkalibrati b’mod xieraq għal-livell tar-riskju, u finanzjament addizzjonali u ddedikat għall-bdiewa milquta fl-Istati membri kollha fil-qafas tal-PAK ta’ wara l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ approċċ ikkoordinat għas-saħħa tal-annimali li jinkludi investiment proattiv fir-riċerka, fis-sistemi ta’ monitoraġġ, fl-iżvilupp tal-vaċċini, u fl-għażliet ta’ trattament kurattiv għall-ġestjoni tal-mard kemm magħruf kif ukoll ta’ dak emerġenti; jirrikonoxxi l-iżvilupp tad-differenzjazzjoni ta’ annimali infettati minn annimali mlaqqma, l-hekk imsejħa vaċċini DIVA, li jippermettu li ssir distinzjoni bejn l-annimali li ġew infettati b’patoġenu u dawk li tlaqqmu kontrih; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tqis l-aħħar żviluppi xjentifiċi u tirrevedi r-Regolament (UE) 2016/429<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj).</FIELD></FOOTNOTE> bil-għan li toħloq kategorija ġdida ta’ status tas-saħħa msejħa “ħielsa mill-mard u mlaqqma”; jistieden lill-Kummissjoni trawwem l-investiment fir-riċerka u fl-iżvilupp tal-vaċċini DIVA permezz ta’ Orizzont Ewropa u taċċellera l-użu tagħhom fost il-bdiewa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>	Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-investiment fil-bijosigurtà fil-farms permezz ta’ aktar finanzjament, inkluż barra mill-PAK; jistieden ukoll lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-miżuri tas-saħħa tal-annimali fis-settur agrikolu tal-UE, billi tikkoordina r-riċerka, ix-xiri konġunt, il-kumulazzjoni ta’ riżervi u l-forniment ta’ vaċċini veterinarji, antiġeni ġodda u reaġenti dijagnostiċi u mediċini veterinarji immunoloġiċi fil-livell tal-UE permezz ta’ mekkaniżmu ta’ tħejjija u detezzjoni bikrija, u billi trawwem l-iżvilupp ta’ dawn il-prodotti fl-UE; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm finanzjament adegwat għal dan il-mekkaniżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Iħeġġeġ l-istabbiliment ta’ stokkijiet strateġiċi biex jippermettu rispons aktar rapidu f’każ ta’ epidemiji ġodda; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi stabbilita sistema bankarja tad-data ċentralizzata u armonizzata għat-tilqim tal-annimali fl-Istati Membri kollha; jirrimarka li sistema bħal din ittejjeb it-traċċabbiltà, ittejjeb is-sorveljanza tal-mard, tappoġġja risponsi f’waqthom għat-tifqigħat u tikkontribwixxi għall-effikaċja ġenerali tal-politiki tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel; jinnota li bank komprensiv tad-data dwar it-tilqim jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera, jiżgura l-konformità mal-istandards tal-UE u jipprovdi għarfien siewi għall-iżvilupp tal-politika, ir-riċerka u l-ġestjoni sostenibbli tas-saħħa tal-bhejjem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jappoġġja r-riċerka f’teknoloġiji ġodda għall-inattivazzjoni tal-viruses fil-prodotti tal-ikel, bħall-ipproċessar bi pressjoni għolja, li wera li jista’ jkun metodu għall-preservazzjoni tas-sikurezza u l-kwalità tal-ikel li jaħdem; jissottolinja l-importanza ta’ dieti speċifiċi tal-annimali u formulazzjonijiet tal-għalf fil-prevenzjoni tat-tixrid ta’ ċertu mard u fit-titjib tas-saħħa u r-reżiljenza ġenerali tal-annimali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet reġjonali, u b’konsultazzjoni mal-bdiewa, fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ prevenzjoni, tilqim u mitigazzjoni b’rabta ma’ dan il-mard, filwaqt li jevitaw il-qtil tal-annimali kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jappella għal kollaborazzjoni akbar bejn l-UE, il-partijiet ikkonċernati tal-industrija u s-sħab internazzjonali, u li jiġi żgurat li r-riżorsi jiġu allokati b’mod effettiv u li l-għarfien jiġi kondiviż biex jittejbu l-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-mard;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-finanzjament tal-UE għall-iskemi ta’ qerda u kontroll fl-Istati Membri; jirrakkomanda li jiġu stabbiliti sistemi komprensivi ta’ appoġġ ekonomiku, inklużi skemi ta’ kumpens li jkopru l-katina tal-provvista kollha biex jiġi żgurat li l-partijiet affettwati kollha, speċjalment il-bdiewa li jrabbu l-annimali, jirċievu assistenza adegwata; jisħaq li, f’każijiet ta’ tifqigħat serji ta’ mard tal-annimali li jġorru magħhom telf ekonomiku sinifikanti, trid tkun disponibbli għajnuna finanzjarja aċċellerata biex titnaqqas l-inċertezza u tinżamm il-kontinwità ekonomika; jistieden lill-Istati Membri jissimplifikaw il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ, jeliminaw l-ostakli amministrattivi bla bżonn u jistabbilixxu skadenzi ċari għall-iżborż tal-għajnuna biex jgħinu lill-bdiewa jippjanaw u jistabbilizzaw aħjar l-operazzjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, fil-pakkett tagħha tal-2025 dwar is-simplifikazzjoni u l-kompetittività tal-PAK, li tagħti spinta lill-kapaċità tal-PAK li tipprovdi appoġġ finanzjarju u operattiv lill-bdiewa affettwati minn diżastri naturali, eventi tat-temp negattivi relatati mal-klima jew mard tal-annimali billi tintroduċi pagament addizzjonali għall-kriżijiet li l-Istati Membri jistgħu jimmobilizzaw fil-qafas tal-fondi għall-iżvilupp rurali; iqis li l-PAK futura jeħtiġilha tappoġġja wkoll b’mod attiv il-kapaċità tal-bdiewa li jlaħħqu mat-tixrid tal-mard u l-epidemiji tal-annimali, speċjalment billi tipprevedi baġit sostanzjalment akbar għall-għodod ta’ ġestjoni tal-kriżijiet u għar-riżerva għall-kriżijiet agrikoli li jista’ jiġi attivat malajr u b’mod effettiv biex jappoġġja l-bdiewa affettwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jikkomplementaw din l-inizjattiva billi jiżviluppaw ulterjorment l-iskemi ta’ ġestjoni tar-riskju li huma adattati għas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi marbuta mal-mard tal-annimali, inkluż billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għal skemi ta’ assigurazzjoni u fondi mutwi; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta’ strument ġdid Ewropew ta’ riassigurazzjoni li jagħmel possibbli li jiġu koperti r-riskji assoċjati ma’ mard epiżootiku ġdid u tiżgura li l-azjendi agrikoli kollha jkollhom aċċess għal kuntratti ta’ assigurazzjoni biex jipproteġu kontra l-mard epiżootiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà li tistabbilixxi fond Ewropew għas-saħħa tal-annimali, biex tipprovdi appoġġ rapidu u ekwu f’każ ta’ tifqigħat ta’ mard; jisħaq li fid-dawl tar-riskji maħluqa minn diversi mard tal-annimali, huwa essenzjali li jiġu allokati fondi għat-titjib ġenetiku tal-annimali sabiex jinħolqu razez li jkunu aktar reżistenti għall-mard, u b’hekk tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel tal-UE fid-dawl ta’ kriżijiet potenzjali tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timpenja ruħha mas-sħab kummerċjali internazzjonali biex tiżgura li l-projbizzjonijiet kummerċjali reġjonalizzati u t-trattamenti ta’ inattivazzjoni rikonoxxuti, bħat-tisjir u l-preservazzjoni fit-tul, jiġu aċċettati, u b’hekk titnaqqas il-ħsara ekonomika bla bżonn għall-industrija tal-bhejjem tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà, f’xi każijiet speċifiċi, tal-mekkaniżmu ta’ delimitazzjoni bbażat fuq il-ġestjoni tal-bijosigurtà u l-prattiki tat-trobbija, u tivvaluta l-applikabbiltà tiegħu fil-kuntest internazzjonali flimkien mas-sħab kummerċjali l-aktar affidabbli tal-UE.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta r-riskji li jirriżultaw mill-għadd dejjem jikber ta’ ungulati selvaġġi, u l-implikazzjonijiet tagħhom għas-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika u l-bijodiversità. iqis li jeħtieġ, f’dan ir-rigward, li jiġu implimentati miżuri orizzontali mmirati lejn il-ġestjoni adegwata ta’ din il-popolazzjoni żejda;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-aspetti kummerċjali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jissottolinja li s-settur tal-bhejjem tal-UE huwa partikolarment vulnerabbli għal diversi xokkijiet esterni, inklużi l-kriżijiet tas-saħħa, l-eventi estremi tat-temp, il-volatilità tal-prezzijiet u t-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista, kif ukoll żieda fil-kompetizzjoni minn pajjiżi mhux tal-UE, li l-prodotti tagħhom mhux dejjem jilħqu l-istandards għoljin dwar l-ambjent, il-benesseri tal-annimali, is-saħħa u l-sigurtà tal-ikel tal-UE, li jispjega t-tħassib imqajjem mill-bdiewa dwar in-nuqqas ta’ reċiproċità u l-kompetizzjoni żleali globali; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ekwi fis-suq internazzjonali biex tiġi protetta l-vijabbiltà ekonomika tal-impriżi Ewropej u jiġu ggarantiti standards reċiproċi fil-ftehimiet kummerċjali; jitlob, għalhekk, li titqies il-vulnerabbiltà tas-settur meta jiġu konklużi ftehimiet kummerċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jappella għall-ħolqien ta’ strument speċjali fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li joffri appoġġ immirat lis-setturi agrikoli, inkluż is-settur tat-trobbija tal-bhejjem, li jista’ jesperjenza tfixkil jew jirrikjedi aġġustamenti b’riżultat tal-effetti tal-ftehimiet kummerċjali li għaddejjin bħalissa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jirrimarka li, f’kuntest fejn il-konsum fl-UE tal-prodotti tal-annimali u tal-laħam b’mod partikolari qiegħed – fl-aħjar każ – jistaġna, iżda d-domanda globali għall-proteini tal-annimali hija mistennija li tiżdied, l-importanza ekonomika tal-esportazzjonijiet u l-pożizzjonament tal-UE bħala mexxejja globali fl-agrikoltura li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u lill-annimali, li tesporta l-għarfien, it-teknoloġija u l-prattiki għat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà għas-swieq dinjija, għandha tiġi rikonoxxuta, filwaqt li tiġi żgurata s-sovranità tal-ikel tal-UE; jenfasizza li dan jista’ jagħti spinta lir-riċerka, l-innovazzjoni, l-investiment u l-impjiegi; jissottolinja li, f’dan il-kuntest, l-investiment fil-kwalità mtejba tal-bhejjem u tat-traċċabbiltà ġenetika qed isir essenzjali biex tiġi ssodisfata d-domanda globali għal prodotti tal-annimali ta’ valur nutrizzjonali għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-istandards u l-objettivi ambizzjużi tal-UE dwar is-saħħa, il-benesseri tal-annimali, l-ambjent u sostenibbiltà mhux dejjem jiġu reċiprokati mis-sħab kummerċjali tagħna; jinsisti li l-bdiewa li jrabbu l-bhejjem tal-UE għalhekk mhux qed jikkompetu b’kundizzjonijiet ekwi ma’ produtturi minn pajjiżi mhux tal-UE, kemm fis-swieq internazzjonali kif ukoll fis-suq intern tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jinnota li, filwaqt li l-importazzjonijiet kollha tal-ikel imqiegħda fis-suq tal-UE jridu jikkonformaw mal-istandards rilevanti u għoljin tal-UE relatati mal-prodotti finali, li huma applikabbli irrispettivament minn jekk il-prodott jiġix prodott domestikament jew importat, ir-rekwiżiti tal-produzzjoni (imsejħa “metodi ta’ proċess u produzzjoni”) normalment ma jiġux imposti fuq prodotti importati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jinsisti li, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-istandards tas-saħħa u ambjentali tal-UE għall-prodotti agrikoli u agroalimentari importati, hemm spazju politiku biex tiġi segwita l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-saħħa, tal-ambjent u tal-benesseri tal-annimali dwar il-metodi tal-proċess u tal-produzzjoni għall-prodotti importati b’mod kompatibbli mar-regoli tad-WTO; jirrikonoxxi li qabel ma jiġu applikati l-istandards tal-produzzjoni għall-importazzjonijiet, huwa dejjem essenzjali li ssir valutazzjoni każ b’każ, kif iddikjarat fir-rapport tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura koerenza akbar bejn il-politiki ta’ kummerċ u ta’ sostenibbiltà tagħha billi tinkludi r-reċiproċità tal-istandards ambjentali, tas-saħħa tal-annimali, u tal-benesseri tal-annimali f’kull stadju tal-produzzjoni permezz ta’ klawżoli mera fil-ftehimiet kummerċjali nnegozjati kollha, sabiex tiżgura li l-prodotti importati li ma jilħqux l-istandards tal-UE ma jitqegħdux fis-suq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura u ssaħħaħ il-kontrolli dovuti u stretti fuq l-importazzjonijiet biex tipproteġi l-produtturi domestiċi u l-konsumaturi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ politika ta’ promozzjoni tal-UE ffinanzjata tajjeb billi żżid il-baġit tagħha għall-prodotti agrikoli tal-UE, inklużi l-prodotti bbażati fuq l-annimali, u tiżgura appoġġ kontinwu għall-indikazzjonijiet ġeografiċi fil-kummerċ internazzjonali bħala pilastru ewlieni tal-kwalità, tat-traċċabbiltà u tal-iżvilupp rurali; jissottolinja li s-settur tal-bhejjem huwa responsabbli għal sehem sinifikanti tal-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej, inklużi prodotti bħall-ġobon, iz-zalzett, il-perżut u l-laħam frisk, li huma r-riżultat ta’ għarfien espert mgħoddi minn ġenerazzjoni għal oħra u metodi ta’ produzzjoni li huma marbuta mill-qrib mar-reġjuni tal-oriġini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jenfasizza li d-denominazzjonijiet ta’ kwalità mhux biss juru x-xogħol tal-produtturi, iżda jipproteġu wkoll il-prattiki tradizzjonali, jippromwovu d-diversità tal-gastronomija Ewropea u jgħinu biex tiġi ppreservata l-identità kulturali tas-siti tal-produzzjoni; jissottolinja, ukoll, l-importanza ta’ tikkettar ċar u preċiż biex tissaħħaħ it-traċċabbiltà tal-prodotti u l-konsumaturi jiġu protetti minn prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni qarrieqa, kemm barra kif ukoll fi ħdan l-UE, bħall-użu ta’ ismijiet “li jinstemgħu Ewropej” jew li jdhru simili, li jissuġġerixxu b’mod falz li l-prodotti jkunu ta’ oriġini jew kwalità tal-UE jew lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja lill-bdiewa fl-isforzi tagħhom biex jikkonformaw mal-istandards tal-UE sabiex jiġi evitat telf ta’ kompetittività u r-rilokazzjoni sussegwenti tal-produzzjoni tal-UE lejn pajjiżi mhux tal-UE bi standards ta’ produzzjoni, soċjali u tal-benesseri tal-annimali aktar baxxi, u tiżgura li l-produtturi jkollhom aċċess għall-finanzjament biex itejbu l-ġenetika tal-bhejjem tagħhom, sabiex il-kompetittività tissaħħaħ permezz tal-kwalità aktar milli tal-kwantità;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>