<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0158</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-intraprenditorija tan-nisa fiż-żoni rurali u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0058/2026 - Rapporteur: Elżbieta Katarzyna Łukacijewska)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2026 dwar l-intraprenditorija tan-nisa fiż-żoni rurali u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi (2024/2124(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/54/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 132, 17.5.2023, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/970/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1158/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Id-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 intitolata “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025 (COM(2020)0152),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2025 intitolata “Pjan Direzzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa” (COM(2025)0097),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni Ekonomika tan-Nisa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2021 intitolata “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040” (COM(2021)0345),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Mejju 2022 intitolata “Inpoġġu lin-nies l-ewwel, niżguraw tkabbir sostenibbli u inklużiv, nilliberaw il-potenzjal taż-żoni ultraperiferiċi tal-UE” (COM(2022)0198),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Programm ta’ Tmexxija tan-Nisa tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjanijiet għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri taż-Żona Ewropea tar-Riċerka,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2022 dwar il-ksib tal-indipendenza ekonomika tan-nisa permezz tal-intraprenditorija u tal-impjieg indipendenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 54.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2021 lejn sħubija aktar b’saħħitha mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt tal-Baħar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 174 tat-TFUE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2022 dwar il-gżejjer tal-UE u l-politika ta’ koeżjoni: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal: il-miri ta’ Barċellona għall-2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 484, 20.12.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU tat-28 ta’ Settembru 2018 dwar id-Drittijiet tar-Raħħala u Persuni Oħra li Jaħdmu f’Żoni Rurali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 10/2021 tas-26 ta’ Mejju 2021 intitolat “L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE: wasal iż-żmien li l-kliem jissarraf f’azzjoni”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (A10-0058/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi n-nisa fiż-żoni rurali u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom rwol ewlieni fid-dinamiżmu tal-ekonomiji lokali, il-vijabbiltà tas-settur agrikolu, u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali, li jikkostitwixxu pilastru fundamentali għall-koeżjoni territorjali, is-sostenibbiltà soċjali u r-reżiljenza ekonomika fiż-żoni rurali; billi, minkejja din il-kontribuzzjoni indispensabbli, huma għadhom qed jiffaċċjaw ostakli legali, finanzjarji, kulturali u infrastrutturali li jillimitaw l-intraprenditorija tan-nisa u l-kisba sħiħa tal-indipendenza ekonomika tagħhom; billi f’ħafna Stati Membri, in-nisa fiż-żoni rurali huma affettwati b’mod sproporzjonat min-nuqqas ta’ aċċess għal indukrar tat-tfal affordabbli, konnessjonijiet tat-trasport adegwati, infrastruttura diġitali, u sistemi ta’ appoġġ sensittivi għall-ġeneru u opportunitajiet ta’ divertiment, li jillimita l-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni sħiħa fis-suq tax-xogħol u jikkontribwixxi għal saħħa mentali batuta; billi parti kbira mix-xogħol imwettaq min-nisa fiż-żoni rurali għadu informali, mhux imħallas u spiss mhux rikonoxxut fl-istatistika uffiċjali, u dan jenfasizza l-inviżibbiltà tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali; billi ż-żoni rurali huma parti integrali mill-istil ta’ ħajja Ewropew, li jirrifletti bilanċ uniku bejn il-wirt tradizzjonali u l-progress, li l-kontinwità tiegħu tiddependi mir-rikonoxximent u l-integrazzjoni effettiva tan-nisa fil-proċessi ta’ żvilupp rurali; billi madwar 30 % tal-popolazzjoni tal-UE tgħix f’żoni rurali, li jammontaw għal madwar 83 % tat-territorju totali tal-UE; u billi dawn ir-reġjuni huma vitali għall-istabbiltà ekonomika, il-koeżjoni soċjali u l-kompetittività tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Skont l-immudellar tal-livell tal-LAU (Unità Amministrattiva Lokali) tal-2018 mid-data dwar id-demografija tal-Eurostat tal-JRC, Atlas tad-demografija,.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi hija r-responsabbiltà tal-UE, meta twettaq l-azzjonijiet kollha tagħha, li tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel f’konformità mat-Trattati; billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija valur fundamentali tal-UE, dritt fundamentali, u prinċipju ewlieni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kif minqux fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, li jistipula li perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri trid tiġi integrata fil-politiki u l-programmi kollha; billi s’issa l-ebda Stat Membru ma kiseb ugwaljanza sħiħa bejn il-ġeneri, u l-progress għadu kajman, u l-Istati Membri b’punteġġ medju ta’ 67,4 minn 100 fl-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-UE tal-2019, li jirrappreżenta titjib ta’ 5,4 punti biss mill-2005;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-benessri ekonomiku u s-suċċess tan-nisa ma jistgħux jiġu diżakkoppjati mir-rispett għad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt li wieħed jgħix ħieles mill-vjolenza abbażi tal-ġeneru u d-dritt għall-awtonomija fiżika permezz tal-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, inkluż l-aċċess għal kura tal-abort sikura u legali madwar l-UE; billi l-iżgurar ta’ ambjenti tax-xogħol sikuri u rispettużi, ħielsa mill-fastidju u l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, isaħħaħ l-opportunitajiet ta’ karriera tan-nisa u jrawwem kultura ta’ rispett reċiproku, responsabbiltà u dinjità; billi, konsegwentement, l-indipendenza ekonomika tan-nisa tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sikurezza u l-protezzjoni tagħhom mill-vjolenza abbażi tal-ġeneru u dik domestika;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, skont id-data tal-Eurostat, id-differenza fl-impjiegi bejn l-irġiel u n-nisa fiż-żoni rurali hija ta’ madwar 13-il punt perċentwali (meta mqabbel ma’ 10 punti perċentwali fil-bliet), li taqbeż l-20 f’xi Stati Membri, fejn il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol kienet biss ta’ 31,6 % fl-2022; billi t-telf ekonomiku minħabba d-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi jammonta għal EUR 370 biljun fis-sena, filwaqt li t-titjib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri jista’ jwassal għal żieda fil-PDG sa EUR 3,15 triljun sal-2050;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi t-tnaqqis demografiku joħloq sfidi partikolari għar-reġjuni rurali, insulari, muntanjużi u ultraperiferiċi u jirrappreżenta kemm sfida kif ukoll opportunità biex l-intraprenditorija ssir aktar attraenti u biex ikun possibbli kemm il-ħolqien tan-negozju kif ukoll l-għajxien sostenibbli f’dawk iż-żoni, peress li l-emigrazzjoni taż-żgħażagħ u tan-nisa li jfittxu opportunitajiet aħjar timmina t-tiġdid ġenerazzjonali, il-vitalità tal-komunità u l-iżvilupp ekonomiku fit-tul; billi fl-UE l-għadd ta’ nisa relattivament żgħażagħ li jitilqu miż-żoni rurali għandu t-tendenza li jaqbeż dak ta’ rġiel relattivament żgħażagħ, li jista’ jkun konsegwenza, fost raġunijiet oħra, ta’ ostakli bħall-iżolament u firxa limitata ta’ opportunitajiet ta’ edukazzjoni u impjieg; u billi dawn ix-xejriet demografiċi jistgħu jfixklu l-iżvilupp soċjoekonomiku ta’ xi żoni rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-bdiewa nisa għadhom jiffaċċjaw inugwaljanzi, b’mod partikolari fl-aċċess għall-art, it-taħriġ u l-finanzjament; billi l-istatistika turi li l-intraprendituri nisa jħabbtu wiċċhom ma’ aktar diffikultajiet mill-irġiel biex jiksbu l-finanzi u l-kapital; billi 30 % tal-intraprendituri fl-UE huma nisa, iżda jirċievu biss 2 % tal-finanzjament mhux bankarju disponibbli; billi din iċ-ċifra tidher li niżlet għal 1% matul il-pandemija<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea u l-BEI, <STRING ITALIC="on">Funding women entrepreneurs.How to empower growth</STRING> (Il-finanzjament tal-intraprendituri nisa: Kif jiġi awtonomizzat it-tkabbir), Ġunju 2020,</FIELD></FOOTNOTE>; billi d-data turi li l-intraprendituri nisa jiġġeneraw aktar dħul minkejja li jirċievu inqas appoġġ finanzjarju<FOOTNOTE><FIELD> Women in VC, Experior Venture Fund u Unconventional Ventures, <STRING ITALIC="on">Funding in the CEE Region Through the Lens of Gender Diversity and Positive Impact</STRING> (Il-finanzjament fir-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant mil-Lenti tad-Diversità tal-Ġeneri u l-Impatt Pożittiv), 2021, https://ceereport2021experiorvc.unconventional.vc/.</FIELD></FOOTNOTE>; billi appoġġ prattiku mmirat, pereżempju mikroself, mentoraġġ u simplifikazzjoni amministrattiva, jistgħu jkunu għodod effettivi għall-promozzjoni tal-intraprenditorija;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi n-nisa fir-reġjuni tal-fruntiera, muntanjużi, ultraperiferiċi u remoti jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi u ostakli intensifikati minħabba l-iżolament, it-tixjiħ tal-popolazzjoni u servizzi limitati; billi r-rata ta’ impjieg għan-nisa fir-reġjuni hija kważi konsistentement iktar baxxa fir-reġjuni ultraperiferiċi mill-medja tal-UE, u l-akbar differenza kienet ta’ 38,5 punt perċentwali fl-2020; billi f’xi reġjuni ultraperiferiċi anke r-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ hija estremament għolja<FOOTNOTE><FIELD> Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni intitolat “Outermost regions at a glance – assets, challenges and opportunities” (Ir-reġjuni ultraperiferiċi mad-daqqa t’għajn — assi, sfidi u opportunitajiet) (SWD(2022)0133).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi n-nisa li jgħixu f’żoni insulari u reġjuni ultraperiferiċi jiffaċċjaw diffikultajiet addizzjonali u ostakli speċifiċi li jirriżultaw mill-iżolament ġeografiku, id-densità baxxa tal-popolazzjoni, it-tixjiħ demografiku, u l-iskarsezza ta’ servizzi pubbliċi u privati essenzjali, fatturi li jaggravaw id-disparitajiet soċjoekonomiċi u jillimitaw l-aċċess għall-impjiegi, it-taħriġ u l-opportunitajiet ta’ intraprenditorija; billi l-appoġġ għall-parteċipazzjoni tan-nisa fl-intraprenditorija diġitali u innovattiva jsaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittività; billi n-nisa fiż-żoni rurali tar-reġjuni tal-fruntiera tal-Lvant huma partikolarment esposti minħabba l-prossimità tal-gwerra fl-Ukrajna, u qed jiffaċċjaw theddid għas-sigurtà, tfixkil fil-katina tal-provvista u riskji ibridi, li jxekklu l-intraprenditorija u l-aċċess għas-servizzi u l-finanzi; billi l-indirizzar ta’ dawn l-isfidi kkombinati jirrikjedi politiki pubbliċi Ewropej immirati u differenzjati, f’konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE, kif ukoll miżuri ddedikati li jirriflettu l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tar-reġjuni tal-fruntiera, sabiex tiġi żgurata l-inklużjoni ekonomika, soċjali u politika sħiħa tan-nisa f’dawn it-territorji;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi n-nisa li jgħixu fir-reġjuni muntanjużi tal-Ewropa spiss jiffaċċjaw sfidi speċifiċi li jillimitaw il-potenzjal intraprenditorjali tagħhom, inklużi konnessjonijiet tat-trasport diffiċli u aċċess limitat għall-infrastruttura diġitali, is-servizzi għall-indukrar tat-tfal, l-opportunitajiet ta’ taħriġ u l-appoġġ finanzjarju; billi n-nisa fir-reġjuni muntanjużi tal-Ewropa għandhom jingħataw is-setgħa mhux biss bħala ħaddiema jew intraprendituri iżda wkoll bħala koproprjetarji u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet f’impriżi ekonomiċi lokali; billi l-ħolqien ta’ veikoli bi skop speċjali u strutturi ta’ sjieda kooperattiva jista’ jippermetti lin-nisa jippossjedu, jimmaniġġjaw u jibbenefikaw b’mod konġunt minn intrapriżi bbażati fil-komunità; billi mudelli bħal dawn, kif muri minn bosta inizjattivi tas-settur privat, jippromwovu governanza inklużiva, isaħħu l-indipendenza ekonomika u jgħinu biex jinżamm il-valur fiż-żoni muntanjużi, u b’hekk irawmu l-intraprenditorija kollettiva, ir-responsabbiltà kondiviża u l-iżvilupp reġjonali sostenibbli għan-nisa u l-bniet;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi n-nisa jikkostitwixxu 52 % tal-popolazzjoni Ewropea u jirrappreżentaw 34,4 % tal-persuni li jaħdmu għal rashom fl-UE, u 30 % biss tan-negozji ġodda huma mwaqqfa min-nisa<FOOTNOTE><FIELD> Global Entrepreneurship Monitor, rapport speċjali <STRING ITALIC="on">Women’s Entrepreneurship 2020/21</STRING>:<STRING ITALIC="on">Thriving Through Crisis </STRING>, (L-Intraprenditorija tan-Nisa 2020/21: Suċċess fil-Kriżi), Londra, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>, u dan juri kemm il-parteċipazzjoni dejjem tikber tagħhom kif ukoll il-potenzjal mhux sfruttat għall-intraprenditorija femminili; billi n-nisa fin-negozju mhux biss jiġġeneraw tkabbir ekonomiku u impjiegi iżda jixprunaw ukoll mudelli ta’ negozju aktar sostenibbli u inklużivi, b’punteġġ ogħla fuq l-indikaturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza korporattiva u b’aktar probabbiltà li joffru opportunitajiet ta’ taħriġ lill-forza tax-xogħol tagħhom (BEI, 2021); billi gruppi varjati ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jissarrfu f’riżultati aħjar, aktar inklużivi u aktar sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi n-nisa fiż-żoni rurali spiss ikunu vulnerabbli b’mod sproporzjonat għall-vjolenza sesswali matul żminijiet ta’ gwerra, invażjoni u kunflitt minħabba iżolament, aċċess limitat għal servizzi protettivi u infrastruttura tas-sigurtà aktar dgħajfa;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi n-nisa fiż-żoni rurali spiss ikunu sottorappreżentati fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-korpi ta’ governanza, bħall-kooperattivi agrikoli, is-sħab soċjali u l-gvernijiet muniċipali<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut għall-Politika Ambjentali Ewropea, “What is the link between gender equality and agriculture sustainability?’ (X’inhi r-rabta bejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u s-sostenibbiltà tal-agrikoltura?), Settembru 2021.</FIELD></FOOTNOTE>; billi n-nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet iservu bħala mudelli eżemplari kruċjali għall-ġenerazzjoni li jmiss;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-aċċess għal data affidabbli, komparabbli, diżaggregata skont il-ġeneru u t-territorju huwa kundizzjoni essenzjali biex tinftiehem b’mod preċiż is-sitwazzjoni tan-nisa fiż-żoni rurali u għaldaqstant, għat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ politiki pubbliċi effettivi li jindirizzaw b’mod adegwat il-ħtiġijiet tan-nisa u jgħinu biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi peress li l-integrazzjoni sħiħa tan-nisa fl-agrikoltura u l-ħajja ekonomika tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE rigward il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-iżvilupp sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-hekk imsejħa rwoli tradizzjonali tal-ġeneru u l-istereotipi għadhom jinfluwenzaw id-diviżjoni tax-xogħol fid-dar u fis-soċjetà; billi r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, b’mod partikolari l-intraprenditorija, mal-ħajja tal-familja għadha diffiċli u għadha tirrappreżenta sfida sinifikanti, b’mod partikolari għan-nisa; billi din id-diffikultà hija partikolarment akuta fiż-żoni rurali, muntanjużi u insulari, u fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn id-disponibbiltà tas-servizzi pubbliċi, b’mod partikolari l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-mobbiltà u l-indukrar tat-tfal, hija limitata; billi dan in-nuqqas ta’ infrastruttura u mekkaniżmi ta’ appoġġ jimmina l-opportunitajiet indaqs, joħloq ostakli għan-nisa biex jiżviluppaw bis-sħiħ il-potenzjal tan-negozju tagħhom, jirrestrinġi l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u jaggrava d-disparitajiet bejn iż-żoni urbani u rurali; billi n-nisa li jiżviluppaw negozji żgħar f’żoni rurali jgħinu biex titnaqqas id-depopolazzjoni tal-irħula; billi l-intraprenditorija tan-nisa għandha tiġi promossa permezz ta’ miżuri intersezzjonali u olistiċi, filwaqt li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali tagħhom fis-suq tax-xogħol, jitnaqqsu d-differenzi fil-pagi bejn il-ġeneri u tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru fis-swieq tax-xogħol u, b’mod aktar wiesa’, jinqerdu l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, il-fastidju u d-diskriminazzjoni fid-dinja tax-xogħol u lil hinn minnha; billi d-differenzi fl-aċċess għall-protezzjoni soċjali għan-nisa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi ta’ għajnuna, inklużi l-pensjonijiet, il-mard u l-liv tal-familja, jaggravaw id-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet u jiskoraġġixxu l-intraprenditorija; billi l-kura mhux imħallsa u x-xogħol domestiku jitwettqu l-aktar min-nisa, u dan iħalli impatt fuq l-impjiegi u l-progress fil-karriera tagħhom u jikkontribwixxi għad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u l-pensjonijiet; billi d-distribuzzjoni u s-sottovalutazzjoni inugwali tal-kura u tax-xogħol domestiku, flimkien mad-diskriminazzjoni u l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, ikomplu jillimitaw il-ħin u l-mobbiltà tan-nisa u l-aċċess għad-drittijiet u l-opportunitajiet soċjali f’żoni rurali u remoti, u dan iwassal għal potenzjal intraprenditorjali mitluf u bilanċ aktar dgħajjef bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-forom kollha ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inklużi l-vjolenza domestika u sesswali, l-abbuż psikoloġiku, ekonomiku u online u l-istalking jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għall-awtonomija u l-integrità tal-ġisem, u d-dritt li wieħed jgħix ħieles mid-diskriminazzjoni; billi n-nisa u l-bniet li jgħixu f’żoni rurali u remoti jħabbtu wiċċhom ma’ ostakli addizzjonali fl-aċċess għall-ġustizzja, għall-protezzjoni, għas-servizzi ta’ appoġġ u għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva meta jesperjenzaw vjolenza abbażi tal-ġeneru, minħabba fatturi bħall-iżolament ġeografiku, in-nuqqas ta’ infrastruttura, l-aċċess limitat għal servizzi speċjalizzati, id-distakk diġitali u l-istigma soċjali; billi dawn l-ostakli spiss iwasslu għal nuqqas ta’ rappurtar, vulnerabbiltà akbar, nuqqas ta’ aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u impunità għall-awturi; billi dawn l-ostakli jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika taż-żoni rurali minħabba nuqqas ta’ networks ta’ protezzjoni u servizzi speċjalizzati, flimkien mal-piż persistenti tar-rwoli tradizzjonali tal-ġeneru, u jżidu l-vulnerabbiltà tan-nisa, jipperpetwaw sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni, u jillimitaw il-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali; billi t-tneħħija ta’ dawn l-ostakli hija kundizzjoni essenzjali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp armonjuż taż-żoni rurali; billi n-nisa żgħażagħ fiż-żoni rurali jiffaċċjaw rati ogħla ta’ vjolenza mill-kontropartijiet urbani tagħhom u, skont studju mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, waħda minn kull tliet nisa madwar id-dinja esperjenzat vjolenza fiżika jew sesswali, b’piż sproporzjonatament għoli fuq in-nisa żgħażagħ f’ambjenti rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi għad hemm disparitajiet sinifikanti bejn l-irġiel u n-nisa f’termini ta’ impjieg fiż-żoni rurali, li jammontaw għal madwar 13 % (meta mqabbla ma’ 10 % fiż-żoni urbani); billi f’ċerti Stati Membri dawn id-differenzi jaqbżu l-20 punt perċentwali; billi tali disparitajiet baqgħu relattivament stabbli fil-livell tal-UE mill-2012; billi f’aktar minn nofs l-Istati Membri l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri huma aktar evidenti fiż-żoni rurali milli fil-bliet; billi ħafna nisa jsibu ruħhom ukoll f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà akbar minħabba kundizzjonijiet ta’ impjieg prekarji, bħax-xogħol staġjonali, jew f’każijiet oħra, billi jwettqu rwoli “inviżibbli” u mhux imħallsa fl-azjendi agrikoli tal-familja bħala konjuġi li jkunu ta’ għajnuna, li spiss jirriżulta f’nuqqas ta’ aċċess għall-protezzjoni soċjali jew għall-benefiċċji tal-maternità; billi huwa aktar probabbli li n-nisa f’reġjuni rurali u żvantaġġati jinvolvu ruħhom fl-intraprenditorija u f’impjiegi indipendenti minn dawk li jinsabu f’reġjuni urbani u ekonomikament prosperi; billi l-impjieg indipendenti jista’ jkun forma ta’ xogħol li jgħin biex jinħolqu l-impjiegi u jitnaqqsu r-rati tal-qgħad għan-nisa, iżda jirrikjedi l-iżvilupp ta’ drittijiet ta’ protezzjoni soċjali adegwati; billi fiż-żoni rurali, is-sehem tan-nisa f’impjieg indipendenti huwa ta’ 38 %; billi n-nisa huma rrappreżentati żżejjed f’tipi ta’ impjiegi indipendenti prekarji; billi n-nisa huma fl-istess ħin forza ewlenija li tixpruna l-prosperità ekonomika u l-inklużjoni soċjali fiż-żoni rurali, b’mod partikolari permezz tal-intraprenditorija, li l-promozzjoni tagħha hija prijorità strateġika għall-iżvilupp sostenibbli tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-intraprenditorija tirrikjedi l-għarfien u l-ħiliet; billi n-nisa rurali jiffaċċjaw aktar ostakli fl-aċċess għall-edukazzjoni mill-irġiel; billi fl-UE, il-proporzjon ta’ abitanti rurali b’mill-inqas ħiliet diġitali bażiċi fl-2019 huwa 14 % inqas minn dak tar-residenti urbani (48 % vs 62 %); billi l-inklużjoni diġitali hija rekwiżit essenzjali biex jiġi żgurat li n-nisa u l-bniet ikollhom aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità, u għas-suq tax-xogħol, pereżempju permezz tad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet agrikoli, ix-xogħol mill-bogħod, l-opportunitajiet ta’ innovazzjoni u impjieg, kemm fuq il-post kif ukoll mill-bogħod, u jibbenefikaw minn dinamika tal-innovazzjoni teknoloġika u kummerċjali; billi l-promozzjoni tal-aċċess sħiħ tan-nisa għal-livelli kollha tal-edukazzjoni, inkluż iżda mhux limitat għax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, l-arti u l-matematika (STEAM) u l-edukazzjoni finanzjarja hija kruċjali, filwaqt li jitqies li, kif muri fir-rapport ta’ Mario Draghi dwar il-Futur tal-Kompetittività Ewropea, ippubblikat f’Settembru 2024, hemm darbtejn aktar irġiel milli nisa gradwati fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), disparitajiet li huma aggravati aktar fl-għażliet okkupazzjonali wara l-iskola, fejn hemm kważi erba’ darbiet aktar irġiel milli nisa li jaħdmu f’okkupazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), u b’hekk l-edukazzjoni jista’ jkollha rwol ewlieni fit-tnaqqis tad-diskrepanzi bejn il-ġeneri, fid-diversifikazzjoni tal-ħiliet professjonali u fit-tisħiħ tal-kompetittività ekonomika u soċjali taż-żoni rurali; billi l-integrazzjoni diġitali tan-nisa tikkontribwixxi għall-awtonomija ekonomika tagħhom, il-koeżjoni territorjali u l-modernizzazzjoni tas-settur agrikolu u n-nisġa tan-negozju;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-edukazzjoni hija għodda ewlenija biex titrawwem l-indipendenza ekonomika tan-nisa, jitnaqqsu d-differenzi fil-pagi bejn il-ġeneri u tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru fis-swieq tax-xogħol; billi hemm ħtieġa urġenti li tiġi pprovduta edukazzjoni komprensiva u xierqa għall-età fir-rigward tas-sesswalità u r-relazzjonijiet madwar l-UE, bħala mezz essenzjali biex jiġu sfidati l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u tiġi promossa l-ugwaljanza minn età bikrija; billi, għalkemm in-nisa huma bħala medja aktar edukati mill-irġiel, huma għadhom sottorappreżentati fil-professjonijiet STEAM u spiss jitilqu minn dawn is-setturi minħabba diskriminazzjoni u sterjotipar persistenti; billi hemm bżonn ta’ aktar investiment tal-UE fl-edukazzjoni u fil-programmi ta’ titjib tal-ħiliet u tħarriġ mill-ġdid biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi fl-oqsma STEAM u biex jiġi żgurat li setturi emerġenti bħall-intelliġenza artifiċjali (IA) ma jirriproduċux preġudizzji eżistenti tal-ġeneru; billi l-programmi ta’ mentoraġġ, iċ-ċentri tan-negozju mmexxija min-nisa u l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu biex jagħtu s-setgħa lin-nisa fl-oqsma STEAM huma importanti; billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija importanti fil-politiki u l-aspetti kollha tal-baġit tal-UE, inkluż finanzjament adegwat għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fil-livell tal-UE dwar il-programmi disponibbli u l-opportunitajiet ta’ finanzjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-għadd ta’ nisa fil-biedja qed jiżdied bil-mod il-mod f’dawn l-aħħar snin; billi 30 % biss tal-azjendi agrikoli madwar l-UE huma ġestiti min-nisa u billi dawn l-azjendi agrikoli huma ġeneralment iżgħar minn dawk ġestiti mill-irġiel, u għandhom dħul aktar baxx u inqas aċċess għall-appoġġ finanzjarju; billi din iċ-ċifra taħbi differenzi sinifikanti fir-rappreżentanza tan-nisa fil-biedja fost l-Istati Membri; billi n-nisa spiss jaqsmu r-responsabbiltajiet tal-ġestjoni tal-azjendi agrikoli mas-sieħeb tagħhom mingħajr ma jibbenefikaw mill-istatus jew mill-protezzjoni soċjali assoċjati ma’ dak ix-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi n-nisa, tal-anqas fil-livell ta’ tmexxija jew ġestjoni tal-azjendi agrikoli, jirċievu proporzjonalment inqas appoġġ minn kwalunkwe pilastru tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) mill-irġiel; billi dan huwa dovut għall-fatt li n-nisa għandhom it-tendenza li jiġġestixxu negozji agrikoli iżgħar, li jkollhom inqas art u li jkollhom inqas aċċess għal edukazzjoni formali u speċjalizzata<FOOTNOTE><FIELD> Casares Guillen, B., “Women in Rural Development: Integrating a gender dimension into policies for rural areas in Europe” (In-Nisa fl-Iżvilupp Rurali: l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-politiki għaż-żoni rurali fl-Ewropa), European Evaluation Society, Rotterdam, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>; billi n-nisa jħabbtu wiċċhom ma’ aktar ostakli mill-irġiel biex jaċċessaw l-art, peress li l-mudell “mill-missier għall-iben” għadu mifrux fiż-żoni rurali; billi d-daqs iżgħar tal-azjendi agrikoli mmexxija min-nisa bħala medja, kif ukoll il-mudelli ta’ produzzjoni ġeneralment aktar iffukati fuq l-ambjent u diversifikati li jinvolvu ruħhom fihom, ifixklu wkoll l-aċċess tagħhom għas-self bankarju<FOOTNOTE><FIELD> Camille Tourtelier, Monica Gorman, Saoirse Tracy, “Influence of gender on the development of sustainable agriculture in France” (L-influwenza tal-ġeneru fuq l-iżvilupp tal-agrikoltura sostenibbli fi Franza), Journal of Rural Studies, 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; billi dawn il-karatteristiċi, madankollu, jagħmlu l-azjendi agrikoli tagħhom aktar reżiljenti għall-varjazzjonijiet klimatiċi u tas-suq u jagħmluha aktar faċli li jiġu ttrasferiti;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi n-nisa b’diżabbiltà jistgħu jsibuha aktar diffiċli biex jibdew in-negozji tagħhom stess; billi l-intraprenditorija fost in-nisa akbar fl-età mhix tiġi promossa, minkejja li dawn in-nisa għandhom jitqiesu li għandhom potenzjal siewi u mhux sfruttat għat-tkabbir ekonomiku, speċjalment f’żoni rurali fejn il-popolazzjoni qed tixjieħ aktar malajr milli f’żoni urbani; billi l-promozzjoni tal-intraprenditorija fost in-nisa migranti tista’ toffri opportunitajiet kbar għall-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u trawwem l-indipendenza ekonomika u l-awtonomizzazzjoni tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-agrikoltura tiżvolġi rwol kruċjali fiż-żoni rurali f’termini tal-konservazzjoni tar-riżorsi naturali, l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel, il-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u okkupazzjonali, u l-appoġġ lill-komunitajiet; billi l-involviment attiv tan-nisa tul il-katina tal-valur tal-ikel – mill-produzzjoni sal-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-innovazzjoni – huwa fattur ewlieni fil-kompetittività, il-kwalità u s-sostenibbiltà tas-settur;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-għadd ta’ nisa fi rwoli ta’ sjieda tal-azjendi agrikoli qed jiżdied madwar l-UE, iżda dawn xorta għadhom minoranza; billi fl-2020, 31,6 % biss tal-azjendi agrikoli fl-UE kellhom sidien nisa<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Farmers and the agricultural labour force – statistics” (Il-bdiewa u l-forza tax-xogħol agrikola – statistika).</FIELD></FOOTNOTE>, li jiġġestixxu, bħala medja, 12 % biss tal-erja agrikola utilizzata; billi l-azjendi agrikoli ġestiti min-nisa għandhom it-tendenza li jkunu iżgħar minn dawk ġestiti mill-irġiel, għandhom dħul aktar baxx u anqas aċċess għall-appoġġ finanzjarju; billi dawn l-istatistiki jaħbu differenzi sinifikanti fir-rappreżentanza tan-nisa fil-biedja fost l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-biċċa l-kbira tan-nisa li jaħdmu fis-settur agroalimentari u fl-agrikoltura huma impjegati permezz ta’ kuntratti mhux standard jew part-time; billi l-bdiewa li għandhom anqas minn 40 sena jiġġestixxu 12 % biss tal-azjendi agrikoli kollha tal-UE, u minn dawn, 3 % huma bdiewa żgħażagħ nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi ż-żoni rurali, fejn it-tradizzjonijiet lokali u l-komunitajiet magħquda spiss ikunu l-pedament tas-soċjetà, jgħammru liż-żgħażagħ — speċjalment lill-bniet —  b’ħiliet prattiċi u orjentati lejn il-futur se jgħin biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jirnexxu u jmexxu ’l quddiem is-saħħa tal-wirt tagħhom fl-era diġitali; billi r-rikonoxximent legali tan-nisa fil-biedja, fl-artiġjanat tradizzjonali u fis-setturi kreattivi u l-appoġġ tas-sigurtà soċjali għalihom jikkontribwixxu għar-reżiljenza ekonomika lokali, il-preservazzjoni kulturali u t-tiġdid ġenerazzjonali; billi n-nisa fiż-żoni rurali spiss jirċievu paga aktar baxxa mill-irġiel, u l-iżgurar ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali huwa essenzjali biex l-intraprenditorija ssir aktar attraenti u biex ikun possibbli kemm il-ħolqien tan-negozju kif ukoll l-għajxien sostenibbli fiż-żoni rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi mill-prodotti preżervati artiġjanali sal-catering frisk mill-farms u l-prodotti tal-ikel innovattivi, in-nisa rurali spiss ikunu fuq quddiem nett biex iġonġu l-wirt lokali mal-intraprenditorija, u b’hekk joħolqu intrapriżi b’saħħithom u sostenibbli li jalimentaw il-komunitajiet tagħhom u jippreservaw il-kultura tal-ikel lokali għall-ġenerazzjonijiet futuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-programm LEADER, billi jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati lokali fit-tfassil u t-twettiq tal-istrateġiji, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u fl-allokazzjoni tar-riżorsi għall-iżvilupp taż-żoni rurali tagħhom, kien għodda partikolarment effettiva għall-appoġġ tal-mexxejja u l-intraprendituri nisa rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-appoġġ għall-parteċipazzjoni tan-nisa fl-intraprenditorija diġitali u innovattiva jsaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittività, b’mod partikolari fiż-żoni insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi, billi jgħin biex jingħelbu l-ostakli maħluqa mill-iżolament ġeografiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fl-agrikoltura Ewropea u fl-ekonomija rurali mhijiex biss essenzjali għall-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, iżda wkoll għat-trawwim ta’ żvilupp rurali sostenibbli, f’konformità mal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 5 tan-NU dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi n-nisa rurali għandhom rwol vitali fil-preservazzjoni u t-tisbieħ tal-ilbies klassiku u tradizzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi n-nisa fl-UE bħalissa jirċievu biss bejn 1 u 2 % tal-finanzjament tal-kapital ta’ riskju, u dan jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-istrumenti ta’ finanzjament reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u li jiġi żgurat aċċess ugwali għal opportunitajiet ta’ investiment;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi d-data diżaggregata skont il-ġeneru u l-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati hija essenzjali għall-iżvilupp ta’ politiki ta’ intraprenditorija rurali li jindirizzaw b’mod effettiv il-bżonnijiet speċifiċi tan-nisa; billi biex jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa fl-agrikoltura, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom iqisu aħjar l-impatt tal-politiki agrikoli fuq in-nisa;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-intraprendituri nisa</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jisħaq li l-intraprendituri nisa, inklużi dawk minn reġjuni remoti u ultraperiferiċi, huma muturi ewlenin tal-innovazzjoni, il-koeżjoni u l-kompetittività fir-reġjuni rurali, insulari u ultraperiferiċi; jappella għal aċċess imtejjeb għall-finanzjament kollu, partikolarment il-finanzjament għall-innovazzjoni, il-programmi ta’ appoġġ imfasslin apposta għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u l-opportunitajiet fi ħdan l-ekonomiji ħodor u diġitali, li jiżguraw li intraprendituri nisa jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-swieq emerġenti; jitlob li jiżdied l-aċċess għall-investiment privat, u li jiġu promossi l-opportunitajiet tas-suq ħieles; jisħaq li l-intraprendituri nisa jeħtieġ jibbenefikaw bis-sħiħ mill-pjan direzzjonali strateġiku tal-UE “Boxxla għall-Kompetittività”, li għandu l-għan li jirrestawra d-dinamiżmu tal-Ewropa u jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku tagħha billi joħloq ambjent ta’ appoġġ għal negozji ġodda innovattivi żgħażagħ, jippromwovi t-tmexxija industrijali f’setturi b’rata għolja ta’ tkabbir ibbażati fuq teknoloġiji rivoluzzjonarji, u jħeġġeġ it-tixrid ta’ teknoloġiji fi ħdan kumpaniji stabbiliti u SMEs; iħeġġeġ, għal dak l-għan, enfasi akbar tal-politika tal-UE fuq l-adozzjoni ta’ approċċ trasversali u integrat għar-realtà u l-isfidi tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-politiki pubbliċi Ewropej kollha, fejn xieraq; jinsisti li kull persuna fl-Ewropa għandu jkollha d-dritt u l-opportunità li tibni ħajja sodisfaċenti fir-reġjun ta’ oriġini tagħha — jiġifieri d-dritt li tibqa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija fundamentali biex tinkiseb l-aġenda tal-UE dwar il-kompetittività ekonomika u l-prosperità, peress li l-parteċipazzjoni sħiħa u ugwali tan-nisa fis-suq tax-xogħol, fis-suq tal-intraprenditorija u fis-sistema tal-innovazzjoni ssaħħaħ il-produttività u trawwem tkabbir inklużiv u sostenibbli, li b’mod ġenerali jsaħħaħ il-kompetittività globali tal-UE; jissottolinja li n-nuqqas ta’ servizzi għall-indukrar tat-tfal aċċessibbli u affordabbli jibqa’ wieħed mill-ostakli ewlenin għall-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fl-intraprenditorija u l-impjiegi f’żoni rurali, remoti u insulari; jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-investiment fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal fi programmi ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR); iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-mekkaniżmi ta’ appoġġ għall-intraprenditorija tan-nisa fiż-żoni rurali, b’mod partikolari billi jiffaċilitaw l-aċċess għall-kreditu, l-innovazzjoni u strumenti finanzjarji xierqa, u b’hekk jippromwovu l-awtonomija ekonomika tan-nisa u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet agrikoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jappella għall-iżvilupp ta’ programmi li jiżguraw li n-nisa jkollhom aċċess għall-edukazzjoni f’oqsma bħad-diġitalizzazzjoni, il-finanzi u l-amministrazzjoni tan-negozju, inkluż permezz ta’ inizjattivi mmexxija mis-suq u sħubijiet tas-settur privat; jappella għall-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-innovazzjoni permezz ta’ networks strutturati ta’ mentoraġġ u pjattaformi ta’ tagħlim bejn il-pari, b’mod partikolari f’oqsma bħad-diġitalizzazzjoni, il-finanzi u l-amministrazzjoni; jenfasizza wkoll l-importanza ta’ inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni għall-promozzjoni tad-disponibbiltà u l-benefiċċji ta’ dawn in-networks u pjattaformi fost il-bdiewa nisa, u b’hekk jitrawmu parteċipazzjoni u t-tisħiħ ta’ ħaddiema agrikoli nisa; jenfasizza l-valur potenzjali tal-appoġġ tal-UE orjentat lejn ir-riżultati biex jgħin fl-istabbiliment ta’ inizjattivi mmexxija lokalment bħan-networks tan-negozju li jsaħħu l-intraprenditorija tan-nisa u l-involviment tal-komunità fiż-żoni rurali, iżda mhux limitati għalihom, filwaqt li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni tas-settur privat għaċ-ċittadini rurali kollha, inklużi n-nisa; jinnota li t-tmexxija ta’ negozju tista’ toħloq impjiegi u introjtu u b’hekk valur miżjud għan-negozju u s-soċjetà kollha kemm hi; jinnota s-suċċess ta’ proġetti li jippromwovu l-mentoraġġ u t-tagħlim bejn il-pari fost l-intraprendituri nisa; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq inizjattivi ta’ suċċess bħal dawn u titgħallem minnhom meta tfassal u tespandi programmi strutturati ta’ mentoraġġ u ta’ tagħlim bejn il-pari madwar l-UE, sabiex jiġi żgurat li l-intraprendituri nisa jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-kondiviżjoni tal-għarfien u mill-istrutturi ta’ appoġġ; jissottolinja l-importanza li tittieħed azzjoni minn stadju bikri tal-edukazzjoni biex jiġu indirizzati l-istereotipi marbuta mal-ġeneru li għadhom jillimitaw l-aċċess tan-nisa għal ċerti setturi ekonomiċi u pożizzjonijiet ta’ tmexxija, sabiex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs u jissaħħaħ il-kontribut tan-nisa għad-dinamiżmu ekonomiku u soċjali taż-żoni rurali u insulari u r-reġjuni muntanjużi u ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ appoġġ ugwali għall-intraprenditorija tan-nisa b’appoġġ u riżorsi ddedikati, kemm jekk fis-setturi STEAM, fl-ICT, fl-ekonomija soċjali, fis-servizzi tat-trasport, fl-artiġjanat u fl-intrapriżi relatati mal-kura u oħrajn; jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati n-nisa żgħażagħ fiż-żoni rurali li qed jidħlu f’oqsma vokazzjonali tradizzjonalment iddominati mill-irġiel, filwaqt li jiġi rikonoxxut is-suċċess dejjem jikber tagħhom u l-ftuħ dejjem akbar ta’ ħafna intrapriżi għat-talent u l-innovazzjoni min-nisa, filwaqt li jkomplu jiġu promossi kulturi inklużivi u ta’ appoġġ fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu programmi ta’ mentoraġġ u taħriġ għall-intraprendituri nisa, b’enfasi partikolari fuq l-ommijiet li jirritornaw fis-suq tax-xogħol wara l-liv tal-maternità jew tal-ġenituri u l-ġenituri ta’ tfal żgħar f’żoni rurali, sabiex il-parteċipazzjoni f’dawn il-programmi tkun possibbli filwaqt li jiġu ssodisfati r-responsabbiltajiet ta’ kura u sabiex jitnaqqsu l-piżijiet sproporzjonati li jiffaċċjaw in-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi li jappoġġjaw lill-intrapriżi mmexxija min-nisa, inkluż taħriġ fl-intraprenditorija u l-ġestjoni, networks tan-negozju lokali, u kondiviżjoni tal-għarfien settorjali f’industriji ewlenin, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali u insulari u lir-reġjuni ultraperiferiċi; jappella għal taħriġ imsaħħaħ dwar ir-regoli tas-suq uniku tal-UE, l-użu ta’ pjattaformi online tal-kummerċ elettroniku, u l-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali internazzjonali; jisħaq li l-faċilitazzjoni tal-aċċess tal-intraprendituri nisa għas-swieq tal-esportazzjoni se jżid il-kompetittività, ir-reżiljenza u l-valur miżjud tal-ekonomiji rurali; jinnota li bl-espansjoni tal-aċċess għal servizzi tal-internet affordabbli, bil-provvista ta’ programmi ta’ taħriġ imfassla apposta li jibnu fuq il-punti b’saħħithom tan-nisa, u bit-trawwim ta’ politiki li jippromwovu l-parteċipazzjoni ugwali, in-nisa rurali huma dejjem aktar ippożizzjonati biex jegħlbu l-ostakli u jassumu rwoli attivi u ewlenin fl-ekonomija diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ il-ħolqien ta’ networks ta’ kooperattivi u assoċjazzjonijiet tan-nisa fis-settur agroalimentari, li jippromwovu mudelli ta’ negozju sostenibbli, ċirkolari u b’valur miżjud lokali, b’enfasi partikolari fuq il-biedja organika, l-ipproċessar artiġjanali u l-bejgħ dirett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tistabbilixxi pjattaforma “nisa fil-biedja”, bħala forum għad-diskussjoni u għall-iskambju tal-aħjar prattiki, li ssaħħaħ il-parteċipazzjoni u tippromwovi l-opportunitajiet indaqs fis-settur agroalimentari; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali lill-Parlament dwar l-attivitajiet u l-eżiti tal-pjattaforma; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiżgura li l-ħidma ta’ din il-pjattaforma titqies kif xieraq fit-tħejjija u fl-iżvilupp ta’ inizjattivi ta’ politika futuri fl-oqsma tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu u jenfasizzaw stejjer ta’ suċċess li jinkludu intraprendituri nisa fir-reġjuni rurali u ultraperiferiċi permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, inkluż fil-media tradizzjonali u fil-media soċjali, sabiex tingħata spinta lill-viżibbiltà, il-kunfidenza u l-involviment tal-komunità; jinnota f’dan il-kuntest l-importanza li jiġi żviluppat il-litteriżmu finanzjarju, b’mod partikolari mmirat lejn in-nisa, peress li teżisti differenza bejn il-ġeneri fl-għarfien finanzjarju — bħala medja, fl-UE, l-irġiel ġabu 18-il punt perċentwali ogħla min-nisa fi stħarriġ f’dak li jirrigwarda l-għarfien finanzjarju mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Monitoring the level of financial literacy in the EU” (Monitoraġġ tal-livell ta’ litteriżmu finanzjarju fl-UE), Ewrobarometru Flash 525, 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; jitlob miżuri mmirati lejn l-involviment tan-nisa fil-komunitajiet tagħhom biex jużaw approċċi lokali u minn isfel għal fuq, kif ukoll il-promozzjoni, fost inizjattivi oħra, ta’ networks għall-promozzjoni tal-involviment tan-nisa; jappella għal kampanji mmirati li juru immaġnijiet moderni tan-nisa fl-agrikoltura sabiex jattiraw nisa żgħażagħ lejn attivitajiet intraprenditorjali fis-settur agrikolu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (EIGE), b’kooperazzjoni mal-isħab soċjali, biex jibqgħu janalizzaw l-ostakli ewlenin għall-impjieg u l-intraprenditorja tan-nisa, inklużi fir-reġjuni ultraperiferiċi, dawk insulari u remoti, u jibqgħu jipproponu azzjonijiet ta’ ispirazzjoni biex jegħlbu dawk l-ostakli għat-tkabbir u l-prosperità; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-intrapriżi mmexxija min-nisa, billi jipprovdu pariri legali u tekniċi, jiskambjaw l-aħjar prattiki, jgħinu lill-intraprendituri nisa jegħlbu l-iżolament fiż-żoni rurali u jsaħħu l-kompetittività tagħhom u billi jiżdied is-sehem ta’ intraprendituri nisa u nisa li jaħdmu għal rashom f’żoni rurali fi ħdan l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jibnu fuq l-analiżijiet u s-sejbiet tal-EIGE dwar l-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti tan-nisa fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jiżguraw ġbir ta’ data ta’ kwalità tajba u komparabbli u metriċi koerenti għall-aċċess għall-finanzi, ir-rati ta’ sopravivenza tan-negozju, it-tkabbir, ir-rappreżentanza settorjali u l-innovazzjoni, jippubblikaw tabelli ta’ valutazzjoni annwali komparattivi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex jimmonitorjaw il-progress, jidentifikaw ir-reġjuni li għadhom lura (inklużi ż-żoni remoti, insulari, ultraperiferiċi u rurali) u jippromwovu t-trasparenza, jidentifikaw u jżidu l-prattiki tajbin u l-istejjer ta’ suċċess tan-negozju dokumentati mill-EIGE — bħal networks ta’ mentoraġġ, programmi ta’ investiment inklużivi, ċentri tan-negozju tan-nisa, u networks bejn il-pari — u jxerrduhom f’kuntesti rurali, jipproponu strumenti finanzjarji mmirati, skemi ta’ garanzija u inizjattivi ta’ bini tal-kapaċità bbażati fuq ostakli identifikati mill-EIGE (eż. defiċits tan-network, preġudizzju fid-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, nuqqas ta’ mudelli eżemplari) biex jingħalaq id-distakk fl-implimentazzjoni, u jipprovdu appoġġ tekniku u bini tal-kapaċità lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jintegraw l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-programmi ta’ intraprenditorija, filwaqt li jiżguraw allinjament mal-metodoloġija tal-EIGE, l-aħjar prattiki u l-qafas tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru data diżaggregata skont il-ġeneru sabiex jiżguraw ħarsa ġenerali komprensiva tal-pożizzjoni soċjoekonomika tan-nisa rurali u jqisu d-dimensjoni tal-ġeneru meta jfasslu, jimplimentaw u jevalwaw il-politiki u l-programmi fil-qasam tal-iżvilupp rurali; jenfasizza l-importanza tal-valutazzjonijiet tal-impatt rigward it-tfassil ta’ tali proposti biex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fiż-żoni rurali; iħeġġeġ l-inklużjoni ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru fl-evalwazzjonijiet tal-programmi tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-investiment pubbliku jappoġġja b’mod effettiv l-intraprenditorija tan-nisa u jikkontribwixxi biex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fl-aċċess għall-finanzi u l-opportunitajiet ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jappoġġja l-istrateġija tal-Kummissjoni għal unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti u l-ħolqien u l-espansjoni ta’ strumenti finanzjarji inklużivi, inkluż kont ta’ tfaddil ta’ investiment ċertifikat tal-UE biex iżid u jiffaċilita l-aċċess għal finanzi għal kumpaniji tal-UE mmexxija min-nisa u jinnota li l-istrateġija għandha tinkludi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; għal dak l-għan, jilqa’ t-tnedija ta’ “Finance Europe”, tikketta għall-prodotti ta’ investiment u tfaddil fit-tul tal-UE li jinvestu 70 % tal-assi tagħhom f’kumpaniji Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi “fond għall-fundaturi nisa”, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju mmirat u opportunitajiet ta’ investiment għan-negozji mmexxija min-nisa; jissottolinja li tali fond jespandi l-kapaċità tal-FEI li jappoġġja l-ekwità privata u l-fondi ta’ kapital ta’ riskju filwaqt li jikkontribwixxi wkoll biex titnaqqas id-diskrepanza fil-finanzjament bejn il-ġeneri, u biex tinkiseb il-kompetittività madwar l-UE; jappella għal miżuri, f’konformità mad-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost diretturi ta’ kumpaniji elenkati u miżuri relatati (ĠU L 315, 7.12.2022, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2381/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, biex jiġi indirizzat il-preġudizzju bejn il-ġeneri fl-aċċess għall-finanzi, inkluż network Ewropew ta’ investituri konxji mill-ħtieġa importanti ta’ bilanċ bejn il-ġeneri, u strumenti u miri ddedikati (eż. mikrofinanzjament, garanziji u ekwità) imfassla apposta għall-SMEs rurali mmexxija min-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja kif l-intraprendituri rurali nisa għandhom is-setgħa li jittrasformaw l-ideat lokali fi stejjer ta’ suċċess transfruntiera fl-UE; jilqa’ l-avvanz tal-għodod diġitali moderni u l-libertà tal-moviment u l-kummerċ fl-UE, li jiffaċilitaw in-negozji rurali mmexxija min-nisa, jippermettulhom jikkollegaw ma’ swieq ġodda, jikkollaboraw bejn il-fruntieri, u jikkondividu l-prodotti u s-servizzi awtentiċi tagħhom magħmula lokalment mal-klijenti madwar l-Ewropa; jinnota li filwaqt li xi għeruq lokali għandhom firxa kontinentali mhux sfruttata, xi Stati Membri ma għandhomx il-kapaċità ġeografika li jipparteċipaw f’din l-attività ekonomika transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrikonoxxi l-momentum dejjem jikber u l-impenn qawwi biex isiru investimenti fl-infrastruttura diġitali, fl-iżvilupp tal-ħiliet u fl-oqfsa ta’ politika diġitali inklużivi — u b’hekk jinħolqu opportunitajiet eċċitanti biex in-nisa rurali jingħataw is-setgħa u jiġi żgurat li jibbenefikaw bis-sħiħ mit-tranżizzjoni diġitali; jenfasizza l-importanza u jappella għal investimenti mmirati fl-infrastruttura diġitali, opportunitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, żvilupp tal-ħiliet u oqfsa ta’ politika diġitali inklużivi li jiżguraw li n-nisa rurali u speċjalment in-nisa minn żoni insulari u reġjuni ultraperiferiċi jkunu jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fit-tranżizzjoni diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas il-piż amministrattiv; jisħaq li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija essenzjali għal tranżizzjoni diġitali ta’ suċċess, peress li l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-setturi diġitali ssaħħaħ l-innovazzjoni u r-reżiljenza ekonomika; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tiġi integrata fl-objettivi tal-politiki u l-programmi ta’ ħiliet diġitali kollha, biex jiġi żgurat li n-nisa jibbenefikaw b’mod ugwali mill-opportunitajiet fl-ekonomija diġitali li qed tevolvi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw sistemi ta’ edukazzjoni nazzjonali, inkluża l-edukazzjoni vokazzjonali u terzjarja u sistemi li jaqdu żoni rurali u remoti, u jipprovdu aċċess robust għall-ħiliet diġitali u l-edukazzjoni STEM, b’mod li jagħti s-setgħa kemm lill-bniet kif ukoll lis-subien li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu promossi għażliet ta’ karriera intraprenditorjali — b’mod mhux sterjotipiku — u li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-edukazzjoni finanzjarja jiġu inklużi fil-kurrikuli tal-iskejjel; jissottolinja l-importanza ta’ programmi ta’ mentoraġġ, mudelli eżemplari femminili, u sħubijiet bejn l-iskejjel, l-universitajiet, in-negozji, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jispiraw lill-bniet imorru għal karrieri STEM; jappella għall-inklużjoni tal-objettivi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u għal finanzjament immirat tal-UE u nazzjonali biex jiġu appoġġjati n-nisa u l-bniet f’oqsma diġitali emerġenti bħall-IA, ix-xjenza tad-data u t-teknoloġiji nodfa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappella għal miżuri mmirati biex itejbu l-aċċess tan-nisa għal opportunitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, kif ukoll għal informazzjoni dwar it-taħriġ fl-intraprenditorija, programmi ffinanzjati mill-UE u skemi ta’ finanzjament tan-negozju f’żoni rurali u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jitlob li l-programmi li jippromwovu l-innovazzjoni fiż-żoni rurali jinkludu b’mod espliċitu miżuri maħsuba biex jilħqu n-nisa bħala grupp fil-mira, pereżempju permezz ta’ servizzi ta’ informazzjoni bi threshold baxx, workshops tal-innovazzjoni speċifiċi għan-nisa u sensibilizzazzjoni attiva għan-nisa li jiġġestixxu l-azjendi agrikoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrikonoxxu u jappoġġjaw il-ħiliet tradizzjonali tan-nisa rurali, bħall-produzzjoni tal-ilbies u l-insiġ tal-basktijiet, bħala assi kulturali vitali li jippreservaw il-wirt u joħolqu opportunitajiet ekonomiċi, b’mod partikolari minħabba r-rwoli ewlenin tan-nisa fl-agrituriżmu, l-industriji tal-artiġjanat, il-produzzjoni tal-ikel artiġjanali, il-kummerċjalizzazzjoni diretta u l-ktajjen tal-valur reġjonali; jappella għal investiment fi programmi ta’ taħriġ vokazzjonali mfassla apposta għan-nisa u l-bniet rurali, li jippermettulhom jiġġeneraw introjtu sostenibbli u jżommu l-għajxien tal-familja; jissottolinja, barra minn hekk, kif in-nisa jistgħu jgħinu biex jitnaqqas id-distakk diġitali u jiġi sfruttat il-potenzjal enormi tagħhom bħala innovaturi, intraprendituri u mexxejja tal-komunità, filwaqt li jwittu t-triq għal soċjetajiet aktar inklużivi, vibranti u reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jissottolinja li meta l-kapital ta’ riskju jappoġġa negozju rurali mmexxi min-nisa bl-għan li jiġu żgurati l-inklużjoni sħiħa u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fid-diversità kollha tagħhom, dan jibgħat sinjal qawwi ta’ fiduċja, jagħti spinta lill-fiduċja tal-intraprenditur u jagħtiha viżibbiltà akbar fl-ekosistema tan-negozju; jinnota wkoll il-potenzjal tal-investituri informali li jistgħu jintervjenu saħansitra aktar kmieni, billi joffru finanzjament inizjali biex jgħinu lill-intraprendituri  jibdew bl-operat tagħhom; jinnota kif l-investituri informali huma lesti li jieħdu opportunità dwar ideat ġodda jew mhux ippruvati, speċjalment meta jaraw potenzjal fil-viżjoni u d-dedikazzjoni tal-fundatur; jissottolinja kif dan it-tip ta’ appoġġ huwa essenzjali fiż-żoni rurali, fejn in-negozji jistgħu ma jissodisfawx il-kriterji ta’ finanzjament tradizzjonali; ifakkar kif il-kapital ta’ riskju fuq skala kbira huwa ffukat fuq il-bliet, b’kapitalisti ta’ riskju spiss ibbażati fil-bliet, filwaqt li l-investituri informali spiss ikunu aktar involuti lokalment, b’interess personali fl-appoġġ tal-komunitajiet rurali u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa bħala forza għat-tiġdid ekonomiku lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jappella għal miżuri mmirati biex jitjieb l-aċċess tan-nisa għall-art, il-finanzi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, speċjalment għal bdiewa nisa u għas-sidien ta’ negozji aspiranti; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ostakli strutturali u istituzzjonali, inklużi d-diffikultajiet fil-kisba ta’ status legali fi ħdan l-azjendi agrikoli, ir-regoli tat-taxxa u tal-benesseri soċjali li huma ta’ żvantaġġ għan-nisa f’koppji bdiewa, u l-ostakli amministrattivi fis-sjieda tal-azjendi agrikoli li huma ta’ żvantaġġ għan-nisa; jenfasizza li n-nisa li jixtiequ jwettqu attività intraprenditorjali għandhom jiġu mħeġġa jieħdu dan il-pass, peress li t-tmexxija ta’ negozju tista’ toħloq impjiegi u dħul u b’hekk valur miżjud għas-soċjetà; Jistieden lill-kooperattivi agrikoli u lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi ffinanzjati fl-ambitu tal-PAK jintroduċu suċċessivament kwoti minimi ta’ rappreżentanza tal-ġeneri fil-korpi governattivi tagħhom, u jiżguraw aċċess ugwali għan-nisa għall-istrutturi tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jenfasizza li tali parteċipazzjoni se ssaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi rurali billi tisfrutta l-potenzjal innovattiv u l-ħiliet maniġerjali tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza li n-nisa f’sitwazzjonijiet prekarji, bħall-ħaddiema migranti, b’mod partikolari l-ħaddiema agrikoli migranti, in-nisa b’diżabbiltà, in-nisa bi storja twila ta’ qgħad u n-nisa akbar fl-età, għandhom ikunu mmirati speċifikament minn programmi li jappoġġjaw l-aċċess tan-nisa għall-intraprenditorija u l-impjiegi indipendenti fiż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-intraprenditorija tan-nisa, inklużi networks speċifiċi għas-suċċessjoni tan-negozju u l-mentoraġġ, u jfasslu programmi ta’ finanzjament jew miżuri ta’ appoġġ, inkluża gwida f’punt uniku ta’ servizz, b’tali mod li n-negozji iżgħar u l-partijiet ikkonċernati jkunu eliġibbli biex jaċċessawhom, u li l-piż amministrattiv jinżamm proporzjonat għad-daqs tan-negozju, peress li l-intrapriżi u l-azjendi agrikoli tan-nisa huma bħala medja iżgħar minn dawk tal-irġiel; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-individwi jew l-organizzazzjonijiet iżgħar ikunu jistgħu wkoll jiksbu perspettiva ġenerali tal-opportunitajiet ta’ finanzjament u jkunu jistgħu japplikaw għalihom, u jingħataw assistenza biex jagħmlu dan; Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri speċifiċi biex jappoġġjaw lill-bdiewa u lill-intraprendituri agroalimentari nisa żgħażagħ, inkluż inċentivi finanzjarji, u inizjattivi biex jiġu indirizzati l-ostakli strutturali u kulturali għall-aċċess għall-art u għas-suċċessjoni tal-azjendi agrikoli; jenfasizza li t-tiġdid ġenerazzjonali huwa importanti biex l-attività agrikola tinżamm u tiżviluppa, għax dan jiżgura s-sigurtà tal-ikel u komunitajiet rurali mimlijin ħajja; jistieden lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, tipproponi miżuri speċifiċi mmirati lejn il-bdiewa nisa żgħażagħ taħt il-PAK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jagħmlu użu mill-fondi strutturali u ta’ investiment tal-UE biex jilħqu u jippromwovu l-intraprendituri nisa u n-nisa li jaħdmu għal rashom; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE attwali u futuri għall-intraprendituri nisa fiż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ “rotta rapida” għall-aċċess għall-finanzi u l-akkwist pubbliku għall-intrapriżi mikro u żgħar immexxija min-nisa fiż-żoni rurali; jisħaq li li dan il-mekkaniżmu għandu jinkludi tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u simplifikazzjoni tal-proċeduri, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ avvanzi fil-fażi start-up li jippermettu l-varar tal-attivitajiet kummerċjali; jenfasizza r-rwol importanti tal-mikrokrediti fit-titjib tal-inklużjoni finanzjarja tan-nisa billi jiġu sfruttati l-opportunitajiet tas-suq u soċjali għall-inklużjoni fis-swieq finanzjarji; jilqa’ l-fondi pubbliċi u privati li jimplimentaw politiki għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-diversità u l-inklużjoni; ifaħħar eżempji fejn il-fondi privati impenjaw ruħhom li jkejlu u jsegwu r-rappreżentanza tal-ġeneri u li jirrapportaw kull sena u fil-pubbliku dwar is-sejbiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni talloka finanzjament adegwat fi ħdan programmi rilevanti biex tappoġġja intrapriżi mmexxija min-nisa f’żoni rurali u remoti, b’mod partikolari f’setturi innovattivi u fis-settur tat-turiżmu, permezz ta’ miżuri xierqa fi ħdan programmi rilevanti fejn possibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-kwistjoni tas-sottorappreżentanza sproporzjonata tal-persuni b’diżabbiltà, speċjalement nisa, fis-suq tax-xogħol billi jintroduċu miżuri speċifiċi, inklużi inċentivi u miżuri ta’ appoġġ adegwati għall-impjegaturi u għall-kumpaniji li jirreklutaw persuni b’diżabbiltà, filwaqt li jqisu l-kapaċità ta’ kumpaniji mikro u żgħar; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi promoss l-impjieg ta’ nisa b’diżabbiltà anke fl-SMEs u permezz ta’ impjieg indipendenti, bl-użu ta’ inċentivi mmirati, kif ukoll miri fuq il-post tax-xogħol għall-persuni b’diżabbiltà u perkorsi ta’ taħriġ imfassla għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-intraprenditorija tan-nisa fiż-żoni rurali u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi tkun appoġġjata b’mod adegwat fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) ta’ wara l-2027, inkluż finanzjament permezz ta’ programmi rilevanti bħall-PAK, inkluż POSEI, Orizzont Ewropa, il-programm LEADER u Ewropa Diġitali; jissottolinja l-importanza li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament tal-UE għal intrapriżi rurali mmexxija min-nisa, kooperattivi u proġetti bbażati fil-komunità; jappella, barra minn hekk, għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-oqsma ta’ politika u l-baġits kollha, peress li dan jippermetti li l-politiki tal-UE verament jaqdu lin-nisa kollha, speċjalment lill-intraprendituri nisa; itenni l-ħtieġa għal strateġija komprensiva tal-UE għall-intraprenditorija tan-nisa fiż-żoni rurali u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi u jappella biex jiġu allokati riżorsi finanzjarji dedikati u mekkaniżmi ta’ finanzjament espressament għal din l-istrateġija; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni żżomm jew iżżid id-delimitazzjoni tal-baġit iddedikat għall-programm LEADER; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-programm LEADER billi jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet lokali u jissimplifikaw l-aċċess, jippromwovu s-sjieda lokali ta’ proġetti ta’ żvilupp immexxija mill-komunità u jħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-gruppi ta’ azzjoni lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jiddispjaċih dwar l-aċċess insuffiċjenti għas-servizzi tal-indukrar tat-tfal u tal-kura għall-intraprendituri nisa fiż-żoni rurali; iħeġġeġ l-investiment fl-infrastruttura tal-kura u l-promozzjoni ta’ politiki favur il-familja għall-familji fid-diversità kollha tagħhom biex jappoġġjaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-intraprendituri nisa; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lir-reġjuni jiżviluppaw politiki speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, f’konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE, filwaqt li jqisu l-iżolament, it-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-iskarsezza tas-servizzi, u jiżguraw miżuri li huma adattati għar-realtà tan-nisa f’dawn it-territorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota l-importanza tas-simplifikazzjoni għall-kompetittività; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissimplifikaw ir-rekwiżiti amministrattivi u ta’ rapportar, inkluż l-użu ta’ gwida unika, sabiex in-negozji żgħar, il-kooperattivi u l-inizjattivi komunitarji mmexxija min-nisa jkunu jistgħu jaċċessaw il-finanzjament mingħajr piż sproporzjonat, u jiżguraw aċċess immirat għall-appoġġ finanzjarju permezz ta’ programmi ta’ finanzjament tal-UE biex jippromwovu l-intraprenditorija tan-nisa, inklużi networks speċifiċi għas-suċċessjoni tan-negozju u l-mentoraġġ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw edukazzjoni komprensiva u xierqa għall-età, l-inklużjoni tal-ħiliet u s-suġġetti diġitali, inklużi dawk li jaqdu żoni rurali u remoti, u jipprovdu aċċess robust għall-ħiliet diġitali u l-edukazzjoni STEAM, b’mod sensittiv għall-ġeneru li jiġġieled l-istereotipi u jagħti s-setgħa lill-bniet biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura edukazzjoni komprensiva u xierqa għall-età għas-subien u l-bniet fir-rigward tas-sesswalità u r-relazzjonijiet li tisfida l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u tgħallem dwar il-kunsens u d-drittijiet, u li tiżgura edukazzjoni inklużiva bbażata fuq ir-rispett reċiproku u n-nondiskriminazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin trawwem it-tisħiħ sħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa żgħażagħ biex jipparteċipaw fuq termini ugwali fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol, peress li t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika huwa kruċjali biex titrawwem ekonomija aktar kompetittiva u reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-ġbir, l-analiżi u t-tixrid sistematiċi ta’ data statistika affidabbli, aġġornata u diżaggregata skont il-ġeneru, l-età, it-territorju u s-settur, bħala bażi għal politiki pubbliċi bbażati fuq l-evidenza, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Eurostat, l-istituti nazzjonali tal-istatistika u l-osservatorji reġjonali; jirrikonoxxi l-importanza tal-valutazzjonijiet tal-impatt fit-tfassil ta’ tali proposti biex jgħinu ħalli jintlaħqu l-għanijiet tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fiż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal trasformattiv tal-IA, tal-pjattaformi online u tal-għodod tax-xogħol mill-bogħod fl-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni ekonomika tan-nisa f’ambjenti rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ, servizzi ta’ emerġenza u infrastruttura sensittivi għall-ġeneru biex jittaffa l-impatt tal-kriżijiet fuq il-komunitajiet rurali, remoti u ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fir-rispons tagħha għall-kriżijiet, kits tal-iġjene mestrwali jiġu inklużi bħala element standard fir-risponsi ta’ emerġenza kollha tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Ifakkar li, fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 10/2021 dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabet li l-Kummissjoni ma kinitx implimentat b’mod adegwat l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u kienet għamlet użu insuffiċjenti minn data u indikaturi diżaggregati skont il-ġeneru; jenfasizza, b’mod partikolari, li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ddispjaċiha li s-sistema tal-pagamenti diretti tal-PAK ma ħalliet “l-ebda lok għal azzjoni pożittiva fir-rigward tan-nisa” u nnotat li kien hemm “ħtieġa ċara għal analiżi tal-ġeneru fir-rigward tal-appoġġ għall-introjtu mħallas lill-bdiewa permezz ta’ pagamenti diretti, inklużi d-distribuzzjoni tal-introjtu u r-relazzjoni tiegħu mas-sjieda tal-art, l-art eliġibbli, u r-riċevituri tal-pagamenti”; jinnota li, peress li bħala medja l-azjendi agrikoli tan-nisa huma iżgħar minn tal-irġiel, sistema ta’ pagament dirett ibbażata fuq is-superfiċje inevitabbilment tiżvantaġġa lill-bdiewa nisa; jinsab imħasseb ħafna li ma sar kważi l-ebda titjib f’dan ir-rigward, la fil-PAK attwali u lanqas fl-abbozz ippubblikat fis-16 ta’ Lulju 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u programmi ta’ bini tal-kapaċità dwar id-drittijiet soċjali u tax-xogħol tan-nisa, b’mod partikolari f’żoni rurali u remoti, inklużi d-drittijiet għall-protezzjoni soċjali, il-maternità, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, bl-għan li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni sħiħa u infurmata tagħhom fil-ħajja ekonomika u soċjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kultura u artiġjanat tradizzjonali </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Ifaħħar il-komunitajiet li jippreservaw il-wirt u t-tradizzjoni lokali, u li jippromwovu u jħaddnu inizjattivi li jsaħħu l-biedja lokali mmexxija min-nisa, kif ukoll il-preservazzjoni u l-promozzjoni ta’ xogħlijiet artiġjanali tradizzjonali, spiss żviluppati u miżmuma minn assoċjazzjonijiet lokali tan-nisa, inklużi organizzazzjonijiet tan-nisa rurali, gruppi kulturali, monumenti u mużewijiet; jirrikonoxxi li dawn l-attivitajiet jagħtu kontribut essenzjali għad-diversifikazzjoni ekonomika, il-preservazzjoni tal-wirt kulturali u intanġibbli, it-tisħiħ tat-turiżmu sostenibbli, u jrawmu r-rikonoxximent kulturali fi ħdan il-komunità lokali, li spiss hija dimensjoni minsija u sottovalutata tal-ekonomiji rurali; jisħaq, barra minn hekk, li l-involviment attiv tan-nisa f’dawn il-prattiki jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali, l-identità territorjali u l-attraenza taż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jissottolinja r-rwol tal-assoċjazzjonijiet organizzati tan-nisa bdiewa u tan-nisa rurali bħala s-sinsla tal-iżvilupp intraprenditorjali, soċjali u kulturali fiż-żoni rurali; jappella li dawn l-organizzazzjonijiet jiġu msaħħa strutturalment u involuti fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’mod partikolari fl-għoti ta’ taħriġ u programmi ta’ mentoraġġ, kura tas-saħħa u pariri dwar il-fażi start-up;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal enormi tal-artiġjanat tradizzjonali u tal-ekonomiji ċirkolari lokali, speċjalment għan-nisa f’ċirkostanzi prekarji inklużi n-nisa anzjani, in-nisa b’diżabbiltà, in-nisa migranti u n-nisa li jgħixu fil-faqar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-intraprenditorija interġenerazzjonali u multikulturali u l-ktajjen tal-valur ibbażati fuq l-artiġjanat permezz ta’ taħriġ, finanzjament u azzjonijiet ta’ viżibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza li ħafna negozji mmexxija min-nisa fiż-żoni rurali huma fuq skala żgħira u sikwit ibbażati fuq diversi attivitajiet u fuq il-multifunzjonalità tal-agrikoltura, bħal pereżempju l-agrikoltura kkombinata mat-turiżmu, l-artiġjanat jew is-servizzi soċjali; jappella għal programmi ta’ appoġġ li jqisu b’mod espliċitu dawn il-kombinamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jissottolinja kif in-nisa, permezz tal-involviment tagħhom fl-artiġjanat ta’ ħwejjeġ tradizzjonali, rakkmu, insiġ, u l-għarfien tagħhom ta’ materjali u motifi lokali li jkunu ngħaddew minn ġenerazzjoni għal oħra, iservu biex iżommu l-wirt kulturali ħaj filwaqt li jżidu l-kreattività u l-innovazzjoni tagħhom stess; jirrikonoxxi li l-kontribut tan-nisa mhux biss isostni t-tekniki iżda jispira wkoll lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda biex jagħtu valur lill-awtentiċità, il-kwalità u l-identità fil-moda għan-nisa fid-diversità kollha tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Iħeġġeġ il-promozzjoni ta’ programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja mmirati lejn in-nisa fiż-żoni rurali u l-iżgurar ta’ opportunitajiet kontinwi biex jiġi aġġornat l-għarfien u jinkisbu ħiliet ġodda; jisħaq fuq l-importanza li t-tagħlim preċedenti jiġi rikonoxxut formalment sabiex tiġi apprezzata l-esperjenza miksuba barra mill-kuntesti edukattivi formali u biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni jew ir-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol; jirrakkomanda wkoll l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi speċifiċi ta’ inklużjoni diġitali għan-nisa anzjani f’żoni rurali u remoti u fir-reġjuni ultraperiferiċi, bl-għan li jitnaqqas id-distakk diġitali ġenerazzjonali u territorjali, filwaqt li jissaħħu l-awtonomija, il-parteċipazzjoni soċjali u l-inklużjoni sħiħa tagħhom fit-tranżizzjoni diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li l-isforzi fil-livell lokali mhux biss isostnu metodi agrikoli u snajja’ artiġjanali tradizzjonali iżda jservu wkoll bħala espressjonijiet vibranti tal-wirt kulturali, u spiss jagħtu ġieħ lill-kisbiet tan-nisa u l-bniet għall-komunità u għall-umanità b’mod ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja fiż-żoni rurali, sabiex jiġi promoss standard pożittiv ta’ saħħa mentali fost in-nisa rurali anzjani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jappella għal eżempji aktar viżibbli li juru t-talenti u d-dedikazzjoni tal-artiġjani u l-bdiewa nisa, peress li dawn il-komunitajiet joħolqu attrazzjonijiet uniċi li jiġbdu lit-turisti, u b’hekk jiġġeneraw opportunitajiet ekonomiċi sostenibbli u eżempji tanġibbli ta’ legati rurali u kulturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jappella għal appoġġ akbar biex jinżammu tradizzjonijiet tal-artiġjanat li jmorru lura sekli sħaħ, bħall-insiġ, ir-rakkmu, il-fuħħar, il-produzzjoni artiġjanali tal-ikel u l-ipproċessar tal-ikel fl-azjendi agrikoli, kif ukoll il-ktajjen tal-valur lokali u l-agrituriżmu, kif ġie mrawwem minn bosta assoċjazzjonijiet rurali mmexxija min-nisa; jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet tan-nisa rurali fil-preservazzjoni tal-wirt kulturali u fit-trawwim tal-koeżjoni soċjali, filwaqt li jinnota s-suċċess ta’ eżempji Irlandiżi bħall-Irish Countrywomen’s Association u spazji lokali ddedikati għan-nisa għall-promozzjoni tal-ħiliet, l-involviment tal-komunità u l-opportunitajiet ekonomiċi għan-nisa rurali; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tirrikonoxxi inizjattivi bħal dawn madwar l-UE bħala mezz biex jissaħħu l-ekonomiji rurali, jinżammu l-artiġjanat tradizzjonali u tingħata s-setgħa lin-nisa rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jappoġġja l-ħolqien ta’ sottoprogramm tematiku speċifiku għan-nisa fiż-żoni rurali fil-qafas tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, li jippromwovi l-impjieg u l-intraprenditorija tan-nisa permezz ta’ opportunitajiet relatati mal-agrituriżmu, l-iżvilupp ta’ “rħula diġitali”, u l-promozzjoni tal-agrikoltura sostenibbli, billi jtejjeb l-aċċess tal-bdiewa nisa għall-art, il-kreditu, l-istrumenti finanzjarji, l-iżvilupp tal-ħiliet, u l-prestazzjoni professjonali permezz ta’ programmi ta’ taħriġ u servizzi ta’ konsulenza, kif ukoll isaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali u s-sħubijiet territorjali żviluppati fl-ambitu tal-programm LEADER;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jappella għall-integrazzjoni tal-industriji tat-tessuti u tal-artiġjanat tan-nisa rurali fil-pjanijiet ta’ żvilupp ekonomiku tal-Istati Membri u reġjonali, u jenfasizza r-rwol tas-sħubijiet tas-settur privat biex jiġi estiż l-aċċess għas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tqajjem kuxjenza fiż-żoni insulari u remoti u fir-reġjuni ultraperiferiċi dwar l-istrumenti finanzjarji u strumenti oħra disponibbli fil-livell tal-UE li jippromwovu l-intraprenditorija, jinkoraġġixxu lin-nisa f’dawn iż-żoni jinvolvu ruħhom fi proġetti intraprenditorjali u jrawmu opportunitajiet ta’ impjieg indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Iħeġġeġ il-promozzjoni ta’ tikkettar volontarju għall-produtturi fuq skala żgħira f’reġjuni insulari periferiċi biex jenfasizzaw prodotti li fil-biċċa l-kbira ġew magħmula, ipproċessati jew ikkummerċjalizzati min-nisa; jipproponi l-iżvilupp ta’ dawn it-tikketti, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ inizjattivi tal-ipproċessar komunitarju, biex in-negozji tan-nisa jissaħħu fir-rigward tal-ħolqien tal-valur lokali u l-kummerċjalizzazzjoni; jirrakkomanda li dawn it-tikketti jkunu marbuta ma’ marki u inizjattivi reġjonali eżistenti biex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-aċċettazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-agrikoltura, is-sajd u l-katina tal-provvista agroalimentari</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jiċċelebra r-reżiljenza tan-nisa fil-biedja u s-sajd u l-kontribut assoċjat li jagħtu biex jitimgħu lis-soċjetà tagħna, ikabbru l-ekonomiji lokali u jibnu komunitajiet b’saħħithom madwar l-UE kollha u b’mod partikolari fiż-żoni rurali u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li b’mod konsistenti jiġu promossi l-viżibbiltà, ir-rikonoxximent u l-apprezzament tal-kontribut tan-nisa fl-agrikoltura u fl-iżvilupp rurali, inkluż fl-azjendi agrikoli mmexxija mill-familji; jistieden lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli prattiċi għas-sjieda u s-suċċessjoni tal-art tan-nisa sabiex jiggarantixxu aċċess ugwali bejn il-ġeneri għall-art, kreditu, fondi tal-PAK, fondi tal-politika ta’ koeżjoni, servizzi ta’ konsulenza, appoġġ għall-innovazzjoni u drittijiet ta’ suċċessjoni; jisħaq li l-PAK trid tkun allinjata aktar mill-qrib mal-prinċipji tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li l-miżuri ta’ appoġġ tal-PAK joffru appoġġ immirat u sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru għall-bdiewa nisa, inklużi servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli u gwida dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, il-liv tal-maternità u tal-persuni li jindukraw, is-saħħa mentali u l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa; jistieden lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi jippromwovu u jenfasizzaw l-involviment ta’ rappreżentanti u kelliema nisa li jirriflettu b’mod preċiż il-preżenza tan-nisa fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali; jappella biex ix-xogħol agrikolu li jsir min-nisa, speċjalment ix-xogħol li jsir biex jiġu assistiti l-konjuġi u s-sħab, jiġi kkunsidrat biex ikun żgurat apprezzament akbar tax-xogħol u d-drittijiet tan-nisa; jisħaq li għalkemm ħafna nisa jaħdmu għal snin sħaħ, din l-esperjenza siewja ma tikkulminax fi rwoli ta’ tmexxija jew ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jisħaq li l-pożizzjonijiet maniġerjali fl-azjendi agrikoli għadhom fil-biċċa l-kbira okkupati mill-irġiel, u dan jenfasizza s-sottorappreżentanza notevoli tan-nisa fi rwoli ta’ tmexxija fi ħdan is-settur agrikolu; iqis li din is-sitwazzjoni tissottolinja l-ħtieġa urġenti ta’ politiki pubbliċi u strumenti speċifiċi li jippromwovu l-aċċess tan-nisa għal pożizzjonijiet maniġerjali u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, u li jiżguraw opportunitajiet indaqs, ir-rikonoxximent tal-ħiliet tan-nisa u l-inkoraġġiment tat-tiġdid ġenerazzjonali; jisħaq li n-nisa fiż-żoni rurali, inklużi n-nisa b’diżabbiltà, għandhom rwol ewlieni fis-sostenn tal-komunitajiet lokali permezz ta’ attivitajiet kemm ekonomiċi kif ukoll soċjali, iżda għadhom sottorappreżentati fl-istrutturi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet; jirrakkomanda li l-programmi ta’ appoġġ għall-iżvilupp agrikolu u rurali jinkludu miri ċari għall-parteċipazzjoni bbilanċjata tal-irġiel u n-nisa fi rwoli maniġerjali fl-azjendi agrikoli u fi ħdan l-organizzazzjonijiet tas-settur primarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jirrimarka li ħafna konjuġi li jaħdmu fl-azjendi agrikoli mhumiex protetti b’mod adegwat f’każ ta’ divorzju, separazzjoni, jew il-mewt tal-konjuġi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu ma’ gruppi ta’ interess fil-qasam tal-agrikoltura biex jiżviluppaw mudelli li jqisu aktar is-sigurtà soċjali, il-kointraprenditorija u d-drittijiet tal-wirt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiġbru data diżaggregata skont il-ġeneru dwar is-sjieda tal-art, it-tmexxija agrikola u l-kontributi informali tan-nisa, sabiex in-nisa jingħataw is-setgħa u jaħdmu lejn deċiżjonijiet ta’ politika infurmati, li jirriflettu s-saħħa u t-talent tan-nisa; jilqa’ l-pjan tal-Kummissjoni li tvara Osservatorju tal-UE għall-Art Agrikola; jilqa’ l-proposta tal-Kummissarju Hansen fil-Viżjoni tiegħu għall-Biedja u l-Ikel biex jinħoloq Osservatorju Ewropew għall-Art u jenfasizza l-ħtieġa li dan l-osservatorju jiġbor data diżaggregata skont il-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-lakuni fil-politika li jaġixxu bħala ostakli għan-nisa f’dak li għandu x’jaqsam mal-akkwist jew il-wirt tal-art u toħroġ rakkomandazzjonijiet ta’ politika biex din il-problema tissolva; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, b’mod partikolari, miżuri speċifiċi mmirati lejn il-bdiewa nisa żgħażagħ fl-ambitu tal-PAK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri speċifiċi biex jappoġġjaw lill-bdiewa u lill-intraprendituri agroalimentari nisa żgħażagħ, inkluż inċentivi finanzjarji u inizjattivi biex jiġu indirizzati l-ostakli strutturali u kulturali għall-aċċess għall-art u għas-suċċessjoni tal-azjendi agrikoli; jenfasizza li t-tiġdid ġenerazzjonali huwa kruċjali biex l-attività agrikola tinżamm u tiġi żviluppata, u dan jiżgura kemm is-sigurtà tal-ikel kif ukoll komunitajiet rurali vibranti; jappella għal żieda fis-sehem tal-baġit tal-PAK allokat għal miżuri mmirati speċifikament biex jappoġġjaw lill-bdiewa nisa, bl-għan li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fiż-żoni rurali, u tissaħħaħ l-inklużjoni soċjoekonomika tan-nisa fl-agrikoltura; jistieden lill-Kummissjoni biex, b’mod partikolari, tipproponi miżuri speċifiċi mmirati lejn il-bdiewa nisa żgħażagħ fl-ambitu tal-PAK, peress li attwalment huwa impossibbli li tingħata prijorità lin-nisa fi ħdan l-iskema tal-bdiewa żgħażagħ tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Huwa favur, b’mod partikolari, l-inklużjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-bdiewa nisa żgħażagħ fil-baġit tal-PAK futura, b’mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi, li jiffaċilitaw l-aċċess għall-kreditu, għall-art u għall-innovazzjoni, sabiex jiġi żgurat tiġdid ġenerazzjonali f’żoni partikolarment vulnerabbli għall-abbandun agrikolu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jappella lill-Istati Membri, kif ukoll lill-gvernijiet reġjonali u lokali, biex b’mod speċifiku jinfurmaw, iħarrġu u jappoġġjaw lin-nisa fiż-żoni rurali sabiex jipparteċipaw f’postijiet li jinvolvu deċiżjonijiet u deliberazzjoni fiż-żoni tagħhom, bħal bordijiet muniċipali, tal-iskejjel, tal-kooperattivi jew tat-trade unions;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Iħeġġeġ kriterji tal-għażla sensittivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u miżuri ddedikati fl-ambitu taż-żewġ pilastri tal-PAK biex jappoġġjaw lill-bdiewa nisa u lin-negozji rurali mmexxija min-nisa, permezz ta’ servizzi ta’ sensibilizzazzjoni u konsulenza delimitati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jiżguraw inklużjoni soċjali u ekonomika akbar fiż-żoni rurali, filwaqt li jiżguraw opportunitajiet indaqs u l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa u tal-gruppi l-aktar vulnerabbli; jisħaq fuq l-importanza tal-fondi tal-UE, u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li dawn jintużaw biex jiġu żviluppati territorji reżiljenti, sostenibbli u konnessi tajjeb li jkunu kapaċi jiggarantixxu aċċess universali għal oġġetti u servizzi pubbliċi u privati sikuri, aċċessibbli u ta’ kwalità għolja, inklużi l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-mobbiltà, l-infrastruttura diġitali u s-servizzi soċjali, sabiex jissaħħu l-iżvilupp ekonomiku lokali u l-koeżjoni reġjonali, l-attraenza taż-żoni rurali, u l-kontribut tagħhom għall-benesseri tas-soċjetà kollha kemm hi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jisħaq li konnettività tajba fiż-żoni rurali hija essenzjali mhux biss għall-iżvilupp ekonomiku iżda wkoll għas-sikurezza u s-saħħa, filwaqt li jinnota li networks ta’ komunikazzjoni affidabbli jistgħu jintervjenu f’sitwazzjonijiet ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, jiżguraw aċċess f’waqtu għall-kura medika f’emerġenzi u jtejbu s-sikurezza u l-benesseri ġenerali; jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-investiment fil-konnettività diġitali u tat-trasport bħala parti mill-isforzi biex jinħolqu komunitajiet rurali inklużivi u siguri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tissaħħaħ l-attraenza, speċjalment għan-nisa, tal-professjonijiet relatati mal-agrikoltura, il-bhejjem, is-sajd, is-settur marittimu u l-ambjent fir-reġjuni ultraperiferiċi, minħabba r-rwol organizzattiv tagħhom fil-livelli ekonomiċi, soċjali u ambjentali, b’appoġġ sostnut immirat lejn ġenerazzjonijiet iżgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jisħaq li d-disinn tal-biċċa l-kbira tat-tagħmir, tal-għodod u tal-materjali użati fl-agrikoltura huwa bbażat fuq karatteristiċi maskili medji, u dan jillimita l-possibbiltà li n-nisa jużawhom b’mod sigur u effiċjenti; jesprimi dispjaċir li dan in-nuqqas ta’ disinn sensittiv għall-ġeneru jikkontribwixxi għal sforzi fiżiċi eċċessivi għan-nisa u jiskoraġġihom mill-biedja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ tagħmir ergonomiku u materjali mfassla apposta għall-bżonnijiet tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn li l-professjoni tal-biedja ssir aktar attraenti, speċjalment għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ u għan-nisa; iqis essenzjali li titneħħa l-istigma tal-biedja bħala professjoni billi jiġi rikonoxxut il-fatt li l-agrikoltura moderna tfisser ukoll intraprenditorija, innovazzjoni u valur miżjud; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu fl-istrateġiji u fl-inizjattivi tagħhom miżuri li jippromwovu l-agrikoltura bħala karriera vijabbli bi prospettivi tajbin, u waħda li tikkombina d-dimensjonijiet tradizzjonali u intraprenditorjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Aċċess ugwali għall-infrastruttura, is-servizzi u l-protezzjoni soċjali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jisħaq li l-aċċess ekwu għall-infrastruttura u għal servizzi ta’ kwalità għolja, bħal internet b’veloċità għolja, trasport affidabbli u sostenibbli, servizzi tal-ilma, servizzi tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni, servizzi tal-kura għall-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà, aċċess fil-ħin għal servizzi mediċi u soċjali essenzjali, kif ukoll servizzi bażiċi oħra, bħal servizzi postali u bankarji, huwa essenzjali biex in-nisa li jgħixu f’żoni insulari u rurali u f’reġjuni remoti u ultraperiferiċi jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-ħajja ekonomika, edukattiva u ċivika; jirrikonoxxi l-importanza li jiġi żgurat li jkun hemm skejjel lokali fiż-żoni rurali;  jistieden lill-Istati Membri jikkonsultaw mal-popolazzjonijiet lokali dwar l-għeluq eventwali tal-iskejjel pubbliċi u jipproponu alternattivi validi f’tali każijiet; iħeġġeġ l-adozzjoni ta’ politiki ta’ mobbiltà rurali sensittivi għall-ġeneru, inklużi trasport pubbliku sikur, affidabbli u affordabbli, servizzi reattivi għad-domanda, waqfiet u rotot sikuri, u miżuri għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-fastidju; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa politiki u strumenti li jiżguraw il-konnettività ta’ dawn ir-reġjuni, speċifikament fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi, permezz ta’ programm ta’ finanzjament POSEI-Trasport, sabiex jiġi garantit id-dritt ta’ soġġorn, jinħolqu kundizzjonijiet għal kulħadd, u speċjalment għan-nisa, biex jibqgħu f’dawn ir-reġjuni u biex jinħolqu u jiżdiedu opportunitajiet fl-edukazzjoni, l-impjiegi u l-intraprenditorija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza li tkun possibbli kondiviżjoni ugwali tar-responsabbiltajiet domestiċi u ta’ kura sabiex jinkiseb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata meħtieġ għan-nisa biex jinvolvu ruħhom fl-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jinvestu f’intrapriżi soċjali, kooperattivi u mudelli ta’ negozju relatati mal-kura li jawtonomizzaw lin-nisa rurali filwaqt li jindirizzaw il-ħtiġijiet lokali, u jipprovdu indukrar tat-tfal xieraq, kura tal-anzjani u benesseri tal-komunità; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw l-objettivi ta’ Barċellona, u jiżguraw li dawn il-ħtiġijiet ikunu koperti permezz ta’ investiment f’servizzi ta’ kura ta’ kwalità għolja aċċessibbli u affordabbli; jilqa’ l-azzjonijiet li diġà ħadu xi Stati Membri dwar din il-kwistjoni, iħeġġiġhom jittrasponu u jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorjaha b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jissottolinja kif l-intraprenditorija tan-nisa fir-reġjuni muntanjużi u depopolati tal-Ewropa żżid il-vitalità lill-komunitajiet f’altitudni għolja, u sservi biex iżżomm l-irħula muntanjużi vibranti, tipproteġi l-ekosistemi fraġli, u tiżgura li l-ħajja f’punti ta’ elevazzjoni għolja tibqa’ mimlija opportunità u preġju, b’aċċess tajjeb għal riżorsi u servizzi speċifiċi għan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinnota kif l-ekonomiji staġjonali, li jinvolvu attivitajiet bħall-ħsad u t-turiżmu, u d-depopolazzjoni jkomplu jżidu l-iżolament u l-vulnerabbiltà tan-nisa u l-bniet; jissottolinja kif l-indirizzar ta’ dawn l-ostakli permezz ta’ konnettività aħjar, finanzjament immirat u networks ta’ appoġġ lokali huwa essenzjali biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-intraprendituri nisa fiż-żoni muntanjużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinnota li l-inadegwatezza tas-servizzi ta’ għajnuna għall-azjendi agrikoli f’ħafna Stati Membri għandha impatt b’mod partikolari fuq il-bdiewa nisa; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu dawn is-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw kunċetti ġodda ta’ akkomodazzjoni interġenerazzjonali għaż-żoni rurali li jikkombinaw l-akkomodazzjoni, il-kura u l-ħajja komunitarja għal familji żgħażagħ u anzjani u jipprovdu impulsi ġodda għall-iżvilupp rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jisħaq li l-aċċess limitat għall-kura tas-saħħa, inkluż l-aċċess għad-drittijiet u s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u s-servizzi tas-saħħa mentali, jaffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa li jgħixu f’żoni rurali u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi, filwaqt li jaggrava l-inugwaljanzi eżistenti u jimmina l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet fundamentali tagħhom; jissottolinja li l-iskarsezza tal-infrastruttura medika, in-nuqqas ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-ostakli ġeografiċi u tat-trasport joħolqu ostakli addizzjonali għall-għoti f’waqtu ta’ kura adegwata; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess ugwali, affordabbli u f’waqtu għas-servizzi tal-kura tas-saħħa essenzjali u l-kontinwità tagħhom f’dawn it-territorji, u jippromwovu soluzzjonijiet innovattivi bħal kliniċi mobbli, unitajiet lokali, telemediċina, isaħħu l-kliniċi tal-kura tas-saħħa primarja u, fejn rilevanti, arranġamenti ta’ kura transfruntiera u programmi ta’ prevenzjoni mmirati, biex jiggarantixxu ekwità fl-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-koeżjoni soċjali u territorjali; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ appoġġ u servizzi adegwati tas-saħħa mentali mfassla apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa f’dawn ir-reġjuni, sabiex jiġi indirizzat ir-riskju akbar ta’ iżolament, stress u eżawriment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jirrikonoxxi li n-nisa b’diżabbiltà huma sottorappreżentati fl-intraprenditorija fiż-żoni rurali u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-edukazzjoni, l-impjiegi, is-servizzi ta’ appoġġ għan-negozji rurali, il-programmi ta’ taħriġ u l-avvenimenti ta’ networking ikunu aċċessibbli għan-nisa b’diversi tipi ta’ diżabbiltajiet; jenfasizza li l-intraprenditorija diġitali u l-opportunitajiet ta’ xogħol mill-bogħod jistgħu jkunu partikolarment siewja għan-nisa b’limitazzjonijiet ta’ mobbiltà f’żoni ġeografikament iżolati; iħeġġeġ il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn ir-reġjuni dwar kif għandu jiġi adattat l-appoġġ għall-intraprenditorija għan-nisa b’diżabbiltà; jinnota li t-titjib fl-aċċessibbiltà fl-ambjenti tan-negozju rurali huwa ta’ benefiċċju mhux biss għall-intraprendituri b’diżabbiltà iżda wkoll għall-intraprendituri li qed jixjieħu u għall-komunità usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jenfasizza l-isfidi ekonomiċi partikolari tar-reġjuni tal-fruntiera tal-Lvant, inklużi opportunitajiet limitati ta’ impjieg u inugwaljanzi fil-pagi; jiġbed attenzjoni partikolari fuq il-livell għoli ta’ qgħad fost in-nisa u ż-żgħażagħ f’dawn ir-reġjuni, li huwa ferm ogħla mill-medja tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi mmirati li jappoġġjaw l-intraprenditorija, jiffaċilitaw l-aċċess tal-bdiewa nisa żgħażagħ għall-art u l-finanzi, u jiżguraw l-użu effettiv tal-PAK u tal-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni biex jissaħħu r-reżiljenza u l-iżvilupp ta’ dawn ir-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jissottolinja li n-nisa għadhom jassumu b’mod predominanti rwoli ta’ indukrar, kemm jekk biex jieħdu ħsieb qarib marid, wild, jew persuna anzjana, li ħafna drabi jwassalhom biex jinterrompu jew jabbandunaw il-karrieri professjonali tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati u jsiru aċċessibbli servizzi affordabbli u ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari l-indukrar tat-tfal, biex tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja privata u professjonali, inkluża l-kontinwazzjoni ta’ proġetti intraprenditorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu “one-stop-shop” integrat fi ħdan il-PAK, b’taqsima dedikata għan-nisa fiż-żoni rurali, u jagħmluh aċċessibbli online; jissottolinja li din il-faċilità għandha tinkludi mappa interattiva tal-istrumenti finanzjarji disponibbli, mudelli ta’ applikazzjonijiet standardizzati u servizzi ta’ konsulenza għat-tħejjija ta’ pjanijiet u proġetti tan-negozju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Iqis li l-politika ta’ koeżjoni għandha tagħti aktar setgħa lin-nisa li jgħixu fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE u għandha tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-reġjuni ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jenfasizza li l-intraprenditorija tan-nisa fil-gżejjer żgħar tagħti kontribut deċiżiv għall-koeżjoni soċjali, għas-sostenibbiltà, għat-tisħiħ tal-identità lokali u għall-iżvilupp sostenibbli; jirrimarka li s-suq bi spazju limitat fil-gżejjer u fiż-żoni remoti jillimita l-iżvilupp tal-agrikoltura u, b’mod impliċitu, tal-inizjattivi intraprenditorjali tan-nisa f’dan il-qasam u joħloq sfida għall-intraprenditorija; jistieden, f’dan il-kuntest, lil dawk li jfasslu l-politika tal-UE u lill-awtoritajiet nazzjonali biex jiffukaw l-attenzjoni tagħhom fuq dan, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-intraprendituri nisa fil-gżejjer u fit-territorji rurali remoti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess effettiv għall-protezzjoni soċjali għan-nisa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi u s-sħab ta’ għajnuna fl-agrikoltura u l-mikrointrapriżi tal-artiġjanat, inklużi pensjonijiet adegwati u liv relatat mal-familja u aċċess għad-drittijiet tal-maternità, tal-ġenituri u tal-pensjoni f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Vjolenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jikkundanna l-forom kollha ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala ksur tad-drittijiet fundamentali tan-nisa u ostaklu għall-awtonomija u t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa, inkluż permezz tal-intraprenditorija; jistieden lill-Istati Membri jipprijoritizzaw appoġġ immirat, miżuri ta’ protezzjoni u riżorsi aċċessibbli għan-nisa rurali affettwati mill-vjolenza, u jiżguraw is-sikurezza, id-dinjità u l-aċċess tagħhom għall-ġustizzja inkluż għal dawk li jinsabu f’irkupru wara kunflitt u dawk involuti fi sforzi għall-konsolidazzjoni tal-paċi; jenfasizza li n-natura u t-termini tax-xogħol tan-nisa fiż-żoni rurali u insulari, flimkien mal-iżolament fiżiku tagħhom, iżidu l-vulnerabbiltà tagħhom għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jappella għal prevenzjoni komprensiva inkluża s-sensibilizzazzjoni dwar il-vjolenza domestika, ekonomika, sesswali u psikoloġika, u biex jiġi żgurat aċċess għal servizzi bħal helplines, servizzi ta’ appoġġ u postijiet ta’ kenn u miżuri effettivi biex tintemm l-impunità; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kampanji mmirati fiż-żoni rurali biex titqajjem kuxjenza dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u tiġi miġġielda, b’mod partikolari f’komunitajiet fejn ir-rwoli tradizzjonali tal-ġeneru u d-dipendenzi ekonomiċi jew tal-familja spiss jipprevjenu lin-nisa milli jfittxu l-għajnuna jew jitilqu minn sitwazzjonijiet abbużivi; itenni t-talba lill-UE u lill-Istati Membri kollha biex jirratifikaw, jimplimentaw u jiffinanzjaw b’mod adegwat il-Konvenzjoni ta’ Istanbul u jiżguraw aċċess ugwali għas-servizzi għan-nisa fiż-żoni rurali u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-aċċess għal servizzi kunfidenzjali f’komunitajiet rurali u ta’ postijiet ta’ kenn għan-nisa u t-tfal f’sitwazzjonijiet ta’ vjolenza domestika; ifakkar fl-istandard tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul rigward il-postijiet ta’ kenn għan-nisa, familja waħda għal kull 10 000 abitant; jiddispjaċih li l-aċċess għal tali postijiet ta’ kenn fiż-żoni rurali huwa limitat; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jipprovdu appoġġ finanzjarju u riżorsi suffiċjenti lill-organizzazzjonijiet tan-nisa speċjalizzati għall-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ tali postijiet ta’ kenn u għall-kontinwità tas-servizz fiż-żoni milquta; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jippromwovu b’mod attiv kultura ta’ rispett, dinjità u fehim reċiproku, b’enfasi fuq l-għoti tas-setgħa lill-komunitajiet rurali u vulnerabbli magħmula minn nisa u bniet; jenfasizza li d-djalogu miftuħ, ir-rakkontar tal-istejjer iċċentrat fuq is-superstiti, ir-responsabbiltà kollettiva għall-prevenzjoni tal-vjolenza u l-inizjattivi edukattivi pożittivi jistgħu jispiraw l-empatija u l-fejqan kollettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw l-istabbiliment ta’ monumenti jew mfakar iddedikati għall-uġigħ u t-tbatija storiċi tan-nisa fil-kunflitti ta’ wara l-gwerra, inklużi reati mwettqa f’żoni ġeografikament vulnerabbli, bħal postijiet rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Iħeġġeġ l-introduzzjoni ta’ miżuri li jappoġġjaw l-indipendenza ekonomika tas-superstiti, inklużi taħriġ immirat, kollokament f’impjieg, għotjiet għall-intraprenditorija u mikrokrediti, sabiex ikunu jistgħu jidħlu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol b’mod sikur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/1385 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1385 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (ĠU L, 2024/1385, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1385/oj).</FIELD></FOOTNOTE> tindirizza bis-sħiħ il-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi fiż-żoni rurali u insulari; jisħaq fuq l-importanza li jiġu inklużi kunsiderazzjonijiet rurali fil-pjanijiet ta’ traspożizzjoni nazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE, inklużi l-politika ta’ koeżjoni u l-fondi għall-iżvilupp rurali, biex jappoġġjaw l-isforzi ħalli tiġi indirizzata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż l-iżvilupp ta’ strateġiji mmirati biex jiġi żgurat li l-vittmi f’dawn iż-żoni jkollhom aċċess ugwali għall-ġustizzja, il-protezzjoni u l-appoġġ, inkluż permezz ta’ unitajiet mobbli ta’ appoġġ għall-vittmi, helplines rurali, servizzi bbażati fil-komunità, u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mfassla apposta għall-popolazzjonijiet rurali; jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk diġitali u tittejjeb l-infrastruttura biex jiġu ffaċilitati r-rapportar u l-aċċess għas-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jenfasizza li n-nuqqas, jew l-istatus inferjuri, ta’ nisa li jaħdmu fl-azjenda agrikola tal-konjuġi/sieħeb tagħhom jikkontribwixxi għad-dipendenza ekonomika tagħhom; jinnota li r-rati aktar baxxi ta’ impjieg tan-nisa, l-ostakli biex jirtu l-art jew jieħdu f’idejhom l-azjendi agrikoli tal-ġenituri tagħhom, kif ukoll l-aċċess limitat għall-kreditu u l-finanzjament, għandhom effett simili, u dan iżid ir-riskju tal-abbuż domestiku u ekonomiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-intraprenditorija tan-nisa fiż-żoni rurali, muntanjużi, tal-fruntiera u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi tiġi appoġġjata bis-sħiħ fil-qafas tal-QFP ta’ wara l-2027; itenni l-ħtieġa tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-programmi kollha tal-QFP; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-programmi ta’ finanzjament tal-UE bħall-FEŻR, il-FSE +, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, Interreg, u b’mod partikolari l-PAK, il-politika ta’ koeżjoni, Orizzont Ewropa u l-programm Ewropa Diġitali, jinkludu miżuri speċifiċi mmirati lejn il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva tan-nisa, l-appoġġ għall-ħolqien u l-konsolidazzjoni tal-intrapriżi rurali, u t-trawwim tal-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni; jissottolinja wkoll l-importanza li jiġi ffaċilitat l-aċċess simplifikat u effettiv tan-nisa għall-fondi tal-UE, li jkopri mhux biss in-negozji agrikoli iżda wkoll il-kooperattivi, l-assoċjazzjonijiet lokali u l-proġetti komunitarji mmexxija min-nisa, sabiex jissaħħu l-koeżjoni territorjali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u l-vitalità ekonomika taż-żoni rurali u insulari u l-komunitajiet ultraperiferiċi; jistieden f’dan ir-rigward lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-opportunitajiet ta’ finanzjament iddedikati speċifikament għan-nisa fiż-żoni rurali, inkluż permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni u promozzjonali mmirati li għandhom l-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni u l-adozzjoni; jilqa’ t-tħabbira reċenti mill-BEI rigward l-estensjoni tal-qafas tiegħu tal-Bond għas-Sensibilizzazzjoni dwar is-Sostenibbiltà biex jinkludi żewġ objettivi soċjali ġodda – l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa – li jirrappreżenta pass ’il quddiem fl-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jopponi bil-qawwa ċ-ċentralizzazzjoni tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni, peress li l-appoġġ tan-nisa permezz tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni mbagħad jiddependi mir-rieda tajba u l-allokazzjoni tal-gvernijiet nazzjonali aktar milli jiġi allokat fil-livell reġjonali; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jonoraw il-prinċipji tal-governanza f’diversi livelli u s-soluzzjonijiet ibbażati fuq il-post, kif ukoll il-prinċipju tas-sħubija, kif stabbiliti fit-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jappoġġja l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti u l-ħolqien u l-espansjoni ta’ strumenti finanzjarji inklużivi, inkluż kont ta’ tfaddil ta’ investiment iċċertifikat tal-UE biex jiżdied u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi għall-kumpaniji tal-UE; jappella għal kont ta’ tfaddil ta’ investiment imfassal speċifikament għan-nisa li jgħixu f’żoni żvantaġġati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jilqa’ kwalunkwe eżempju li jiċċelebra d-dedikazzjoni tal-agrikulturi nisa, u jippromwovi s-sensibilizzazzjoni dwar prattiki agrikoli sostenibbli li għandhom l-għeruq tagħhom fit-tradizzjonijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jissottolinja li l-politiki li jippromwovu l-intraprenditorija tan-nisa fiż-żoni rurali u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi jridu jadottaw approċċ intersezzjonali, filwaqt li jirrikonoxxu li l-esperjenzi tan-nisa u l-aċċess għal opportunitajiet huma ffurmati minn fatturi multipli u intersezzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jisħaq li l-inizjattivi differenti tal-UE u l-iskemi ta’ finanzjament tal-UE jridu jitfasslu u jiġu implimentati permezz ta’ lenti intersezzjonali, filwaqt li jindirizzaw l-ostakli multipli u li jikkoinċidu li n-nisa jiffaċċjaw, u jiżguraw li l-ebda imprenditur mara ma tiġi eskluża jew titħalla mingħajr appoġġ adegwat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu mobilizzati l-atturi kollha fis-sistema finanzjarja biex jittejjeb l-aċċess tan-nisa għall-finanzjament u, għal dan l-għan, jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta’ karta Ewropea għal aċċess ugwali għall-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li l-UE tadotta strateġija komprensiva u integrata għall-intraprenditorija tan-nisa fiż-żoni rurali u insulari u fir-reġjuni ultraperiferiċi, li tistabbilixxi objettivi ċari, miri li jistgħu jitkejlu, u miżuri kkoordinati fid-diversi strumenti ta’ finanzjament tal-UE; jitlob li din l-istrateġija tiġi allokata riżorsi finanzjarji speċifiċi, stabbli u adegwati, kif ukoll mekkaniżmi ta’ finanzjament iddedikati adattati għall-partikolaritajiet ta’ dawn it-territorji, sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali, jiġu promossi l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, u tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE, kif ukoll biex jiġi żgurat appoġġ adegwat mill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jenfasizza l-kontribut li sar permezz tal-inizzjattiva LEADER u l-Iżvilupp Lokali mmexxi mill-Komunità għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-awtonomizzazzjoni lokali; jappella biex dawn l-approċċi jinżammu, jissaħħu u jiġu delimitati permezz ta’ aċċess simplifikat għal inizjattivi mmexxija min-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-Istati Membri biex jiġġieldu t-traffikar tan-nisa u l-prostituzzjoni furzata permezz ta’ strateġija komprensiva li tinkludi prevenzjoni, prosekuzzjoni effettiva, kooperazzjoni transfruntiera u assistenza u protezzjoni għall-vittmi; jenfasizza li n-nisa jeħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu huma stess x’tip ta’ xogħol jagħmlu;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>