<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0159</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-Unjoni Bankarja – ir-rapport annwali 2025</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0079/2026 - Rapporteur: Evelyn Regner)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2026 dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2025 (2025/2136(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1 </STRING>Testi adottati, P10_TA(2025)0105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-segwitu tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ippublikat mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) intitolat “Feedback dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2024”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2024 tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji, ippubblikat fit-28 ta’ April 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2024 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), ippubblikat fis-26 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLD)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>Id-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L, 2024/1640, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1640/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLR)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2024/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L, 2024/1624, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1624/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, kif ukoll l-istabbiliment tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L, 2024/1620, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1620/oj).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ Basel III, jiġifieri l-adozzjoni ta’ emendi għad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5 </STRING>Id-Direttiva (UE) 2024/1619 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tas-setgħat superviżorji, is-sanzjonijiet, il-fergħat ta’ pajjiżi terzi, u r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ĠU L, 2024/1619, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1619/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u għar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operazzjonali, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output (ĠU L, 2024/1623, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1623/oj).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-adozzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2795 tal-24 ta’ Lulju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7 </STRING>ĠU L, 2024/2795, 31.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2795/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-24 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">8 </STRING>ĠU C, C/2025/3752, 17.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3752/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-24 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">9 </STRING>ĠU C, C/2025/3753, 17.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3753/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-24 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/49/UE fir-rigward tal-ambitu tal-protezzjoni tad-depożiti, tal-użu tal-fondi ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti, tal-kooperazzjoni transfruntiera, u tat-trasparenza<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">10 </STRING>ĠU C, C/2025/3754, 17.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3754/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu tat-23 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti – Strateġija biex Jissaħħu l-Ġid taċ-Ċittadini u l-Kompetittività Ekonomika fl-UE” (COM(2025)0124),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta ta’ l-10 ta’ April 2024 intitolat “Much more than a market – Speed, Security, Solidarity: empowering the single market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU citizens” (Ħafna aktar minn suq — Veloċità, Sigurtà, Solidarjetà: Nagħtu s-setgħa lis-suq uniku biex iwassal futur sostenibbli u prosperità għaċ-ċittadini kollha tal-UE), 2024.
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 intitolat “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tal-11 ta’ Marzu 2024 dwar il-futur tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, u d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar il-futur tal-Unjoni Bankarja u s-segwitu tagħha mill-Grupp tal-Euro tat-28 ta’ April 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja intitolati “Disclosure of cryptoasset exposures” (Divulgazzjoni ta’ skoperturi tal-kriptoassi) u “Cryptoasset standard amendments” (Emendi standard tal-kriptoassi), it-tnejn ippubblikati fis-17 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja tal-25 ta’ April 2024 intitolata “Core Principles for effective banking supervision” (Prinċipji Fundamentali għal superviżjoni bankarja effettiva),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rieżami tal-Istabbiltà Finanzjarja tal-BĊE tas-17 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja tad-9 ta’ Novembru 2015 intitolata “Principles on Loss-absorbing and Recapitalisation Capacity of G-SIBs in Resolution” (Prinċipji dwar il-Kapaċità tal-Assorbiment tat-Telf u tar-Rikapitalizzazzjoni tal-Banek Globali Sistemikament Importanti f’Riżoluzzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja tal-10 ta’ Ottubru 2023 intitolat “2023 Bank Failures: Preliminary lessons learnt for resolution” (Fallimenti Bankarji 2023: Tagħlimiet preliminari meħuda għar-riżoluzzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-prijoritajiet superviżorji tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) għall-2025-2027,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-nota ta’ rappurtar biannwali tal-SRB lill-Grupp tal-Euro ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja tal-10 ta’ Lulju 2025 “Banks interconnections with non-bank financial intermediaries” (Interkonnessjonijiet bankarji ma’ intermedjarji finanzjarji mhux bankarji),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-eżitu tal-eżerċizzju ta’ trasparenza fl-UE kollha tal-2025 tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), ta’ Diċembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 12/2023 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-12 ta’ Mejju 2023 intitolat “Superviżjoni mill-UE tar-riskju ta’ kreditu tal-banek – Il-BĊE żied l-isforzi tiegħu iżda huma meħtieġa aktar sforzi biex jiżdied l-aċċertament li r-riskju ta’ kreditu jiġi mmaniġġjat u kopert b’mod xieraq”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ Claudia Buch, President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE, fis-seduti ta’ smigħ imwettqa mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament fis-27 ta’ Marzu 2025, fil-15 ta’ Lulju 2025 u fil-5 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ Dominique Laboureix, President tal-SRB, fis-seduti ta’ smigħ li twettqu mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament fit-3 ta’ Marzu 2025, fil-15 ta’ Lulju 2025 u fil-5 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-Awtorità Bankarja Ewropea ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">11 </STRING>ĠU C 23, 21.1.2021, p. 105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar it-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">12 </STRING>ĠU C 494, 8.12.2021, p. 118.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0079/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni Bankarja għandha l-għan li tissalvagwardja l-istabbiltà bankarja u b’hekk is-sistema finanzjarja, tevita s-salvataġġi ffinanzjati mill-kontribwenti, issaħħaħ ir-reżiljenza, tippermetti riżoluzzjoni ordnata, tnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq, ittejjeb il-protezzjoni tad-depożituri u ssaħħaħ il-kompetittività, l-attività transfruntiera u l-aċċess għall-finanzi, u b’hekk tnaqqas il-kostijiet għall-klijenti tal-banek; billi s-servizzi tal-banek huma importanti għaċ-ċittadini u n-negozji; billi x-xenarju tal-banek fl-UE u l-istrutturi varji tal-banek tagħha huma diversi; billi r-riskju tal-“kbar wisq biex ifallu” għadu ma ġiex indirizzat bis-sħiħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Unjoni Bankarja għandha l-mira li tiżgura li l-banek ikunu robusti u jkunu jistgħu jirreżistu kwalunkwe kriżi finanzjarja futura; billi l-banek li mhumiex vijabbli jiġu riżolti bla rikors lejn il-flus tal-kontribwenti u b’impatt minimu fuq l-ekonomija reali u l-frammentazzjoni tas-suq titnaqqas permezz ta’ regoli tas-settur finanzjarju armonizzat;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi settur bankarju b’saħħtu u diversifikat huwa fundamentali biex iseħħ it-tkabbir ekonomiku, jiġu ffinanzjati l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u n-negozji ġodda u tiġi żgurata t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Unjoni Bankarja, li tikkonsisti mill-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM), tallinja s-superviżjoni mal-ġestjoni tal-kriżijiet, u tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tad-depożiti, iżda għadha mhux kompluta mingħajr Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS);
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi Unjoni Bankarja kompluta tkun żvilupp pożittiv għaċ-ċittadini u għall-ekonomija tal-UE, u tipprovdi l-bażi għal sistema bankarja aktar stabbli, tnaqqas ir-riskju sistemiku, issaħħaħ il-kompetizzjoni, ittejjeb l-għażla għall-konsumatur, iżżid l-opportunitajiet għal servizzi bankarji transfruntiera u l-aċċess għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur, tkabbar l-investiment ekonomiku, toffri aċċess aħjar għall-finanzjament għall-unitajiet domestiċi u n-negozji, u tnaqqas l-ispejjeż għall-klijenti bankarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-intermedjarji finanzjarji mhux bankarji (NBFIs, jew “banek paralleli”) jibqgħu barra mill-arkitettura tal-Unjoni Bankarja, u b’hekk jagħmlu s-settur bankarju tal-UE vulnerabbli għar-riskji;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-istabbiltà finanzjarja hija prerekwiżit għal politika monetarja effettiva u sistema finanzjarja reżiljenti; billi l-UE diġá laħqet ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Basel III u għandha timplimenta l-istandards Basel III waqt li tikkunsidra l-kompetittività tas-settur bankarju tal-UE, kif ukoll l-iżviluppi internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-aggressjoni tar-Russja fil-konfront tal-Ukrajna u l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tagħha għandhom u se jibqa’ jkollhom impatt dirett u indirett fuq is-settur bankarju tal-UE; billi l-banek tal-UE għandhom rwol ċentrali fl-iżgurar tal-implimentazzjoni li għaddejja tas-sanzjonijiet kontra r-Russja imposti mill-UE b’reazzjoni għall-invażjoni, u tal-konformità magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Unjoni Bankarja hu li l-kontribwenti ma jkollhomx iġarrbu l-kost ta’ azzjoni ta’ rimedju meta bank ifalli;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju jistgħu joħolqu riskji għall-istabbiltà finanzjarja u huma fatturi li jistgħu jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskji għall-banek;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi euro diġitali jista’ jsaħħaħ l-effiċjenza tal-pagamenti tal-UE, ir-reżiljenza, l-inklużjoni finanzjarja, l-innovazzjoni, il-fiduċja pubblika u r-rwol internazzjonali tal-euro;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-banek tal-UE rreġistraw profitti rekord mill-2022 bis-saħħa ta’ dewmien fit-trasferiment ta’ politiki ta’ ssikkar monetarju; billi diversi Stati Membri introduċew imposti bankarji temporanji biex jiżguraw kontribut ġust filwaqt li jissalvagwardjaw l-istabbiltà u l-koeżjoni soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-“Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti” ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni timpenja ruħha li tieħu “passi deċiżivi biex tkompli tiżviluppa l-Unjoni Bankarja, inkluż billi tidentifika triq ’il quddiem dwar l-Iskema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti” iżda għadha ma ressqet l-ebda proposta relatata mat-tlestija tal-Unjoni Bankarja minn dak iż-żmien ’l hawn;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-banek huma pilastru fundamentali tal-ekonomija tagħna u s-settur bankarju huwa fost l-aktar setturi strateġikament importanti; billi l-istabbiltà, ir-reżiljenza u l-kompetittività huma fundamentali biex jiġi żgurat li s-sistema finanzjarja tkun tista’ tadatta għall-isfidi globali, trawwem l-innovazzjoni u tissodisfa b’mod effettiv il-ħtiġijiet tan-negozji u taċ-ċittadini;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi t-tokens tal-flus elettroniċi qed jintużaw dejjem aktar u qed isiru aktar interkonnessi mill-qrib mal-banek fl-Unjoni Bankarja;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kunsiderazzjonijiet ġenerali </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar fir-rigward tal-MSU u l-SRM matul l-aħħar għaxar snin; jappella għal tlestija sħiħa u rapida tal-Unjoni Bankarja, inkluża ħidma kontinwa sabiex jiġi stabbilit it-tielet Pilastru tagħha, l-Iskema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti, u miżuri biex tiġi approfondita l-integrazzjoni tas-suq u tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni effettiva tal-kapital u l-likwidità fi ħdan il-gruppi bankarji; jisħaq li l-Unjoni Bankarja trid tappoġġja sistema finanzjarja aktar inklużiva, kompetittiva u sostenibbli allinjata mal-koeżjoni soċjali u mat-tranżizzjoni doppja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lit-tlestija tal-Unjoni Bankarja u lill-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti (SIU); jenfasizza l-importanza tagħhom għaċ-ċittadini, għall-SMEs u għall-ekonomija reali peress li dawn irawmu r-reżiljenza, il-prosperità sostenibbli, l-impjiegi ta’ kwalità u l-istabbiltà finanzjarja; jissottolinja l-fatt li Unjoni Bankarja aktar integrata tappoġġja t-tkabbir u l-kompetittività tal-banek Ewropej; jissottolinja l-ħtieġa ta’ qafas b’saħħtu u robust li jkun ibbażat fuq regoli u obbligi ċari u li jipprevjeni assalti bankarji, isaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja u l-kompetittività u jsaħħaħ is-settur bankarju tal-UE; jisħaq li t-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali flimkien mal-iżvilupp tal-Unjoni Bankarja se tgħin biex jinħolqu kundizzjonijiet aħjar għall-finanzjament tal-ekonomija Ewropea, kemm għall-unitajiet domestiċi kif ukoll għall-kumpaniji li għadhom jiddependu ħafna mill-kreditu bankarju biex jagħmlu l-investimenti u joħolqu l-impjiegi, u sabiex tikkontribwixxi wkoll għar-reżiljenza tal-ekonomija Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza li fatt li r-rati tal-imgħax offruti lill-unitajiet domestiċi u lill-SMEs fl-Istati Membri jvarjaw ħafna; jinkoraġġixxi l-Kummissjoni tqis miżuri sabiex tiżgura aċċess imtejjeb għall-finanzi għaċ-ċittadini u n-negozji, speċjalment fil-każ ta’ SMEs li jeħtieġu tabilħaqq kapital b’rati ġusti u kompetittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tas-settur bankarju fil-finanzjament tat-tranżizzjoni doppja; jenfasizza l-isforzi ta’ simplifikazzjoni tal-qafas ta’ finanzjament sostenibbli tal-UE biex tiġi żgurata l-koerenza, titnaqqas id-duplikazzjoni u jiġu allinjati l-obbligi fir-regoli bankarji, tad-divulgazzjoni u tal-ġestjoni tar-riskju; jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol li jissaħħu r-rekwiżiti ta’ kapital għall-assi mhux rekuperabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiddispjaċih għall-ostakli li għad hemm fir-rigward tas-servizzi bankarji għall-konsumatur transfruntiera; jenfasizza l-potenzjal ta’ Unjoni Bankarja integrata biex ittejjeb il-kompetizzjoni u l-għażla tal-konsumatur fil-qasam tas-servizzi bankarji għall-konsumatur, inkluż permezz ta’ opportunitajiet imtejba għall-forniment ta’ servizzi bankarji għall-konsumatur transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi l-progress li sar fin-negozjati tal-euro diġitali online u offline; jilqa’ l-progress fl-euro diġitali u l-potenzjal tiegħu li jikkomplementa u jippreserva l-flus kontanti, filwaqt li jsaħħaħ is-sovranità finanzjarja u l-awtonomija tal-UE u jikkontribwixxi għall-inklużività finanzjarja; jilqa’ l-finalizzazzjoni tal-Approċċ Ġenerali tal-Kunsill dwar l-euro diġitali f’Diċembru 2025 u jqis li huwa essenzjali li l-Parlament jiffinalizza l-pożizzjoni tiegħu malajr kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iqis il-progress dwar il-ġeneri fl-istituzzjonijiet finanzjarji, speċjalment fejn jirrigwarda l-karigi ta’ ġestjoni, għadu limitat; jisħaq li tmexxija diversa u aċċess aħjar għall-finanzi għal ditti mmexxija min-nisa<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">13 </STRING>L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, Gender in entrepreneurship, 2017, pp. 5–6.</FIELD></FOOTNOTE> jtejbu l-governanza, l-innovazzjoni u l-prestazzjoni ekonomika; jistieden lill-istituzzjonijiet finanzjarji, lill-partijiet ikkonċernati, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw strateġiji effettivi dwar id-diversità, jimmonitorjaw id-disparitajiet bejn il-ġeneri u jinkorporaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqfsa superviżorji u ta’ investiment biex jiżguraw aċċess inklużiv għall-kapital madwar l-UE; ifakkar li l-pożizzjoni tal-Parlament hija li jinżammu listi bbilanċjati fil-ġeneru u jingħataw preċedenza għall-kandidati futuri; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-maniġment fl-istituzzjonijiet u fil-korpi tal-UE li huma risponsabbli mill-Unjoni Bankarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li b’segwitu għaż-żieda fir-rati tal-interessi tal-BĊE l-profittabbiltà u r-reżiljenza tal-banek tal-UE tjiebu b’mod sinifikanti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">14 </STRING>Maneely, M./Ratnovski, L., ‘Bank Profits and Bank Taxes in the EU’, (Profitti tal-Banek u Taxxi tal-Banek fl-UE), il-FMI, Lulju 2024.</FIELD></FOOTNOTE> u baqgħu għoljin fl-2025; jenfasizza li din il-profittabbiltà u r-reżiljenza tista’ tappoġġja l-investiment essenzjali fl-ekonomija tal-UE u l-finanzjament tal-unitajiet domestiċi u tal-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs u n-negozji ġodda, kif ukoll il-professjonisti żgħażagħ; jissottolinja r-rwol importanti tal-banek biex jappoġġja l-SMEs u l-ekonomiji lokali u jappella lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe regolament jibqa’ sensittiv għar-riskji; jenfasizza l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirċievu l-għajnuna mill-Istat jeħtieġ topera fi ħdan parametri prudenti għad-dividendi, ix-xiri lura u r-remunerazzjoni varjabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-funzjonament xieraq u l-kredibbiltà tal-Unjoni Bankarja jiddependu wkoll mir-rispett sħiħ u l-infurzar effettiv tal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fis-settur bankarju; jenfasizza l-fatt li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jeħtieġ joqogħdu lura milli jużaw termini kuntrattwali u prattiki kummerċjali inġusti, b’mod partikolari fis-self ipotekarju u dak għall-konsumatur; jissottolinja l-fatt li l-konsumaturi, inklużi l-mutwatarji, iridu jibbenefikaw minn protezzjoni effettiva, ċertezza legali u aċċess għal rimedju effettiv; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti jiżguraw miżuri robusti ta’ superviżjoni u infurzar f’każijiet ta’ ksur; jisħaq ukoll fuq l-importanza li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tar-residenzi primarji, speċjalment fil-każ ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, b’kont meħud tad-daqs tar-residenza u jekk il-mutwatarji jkunux diġà ħallsu lura parti sostanzjali mis-self tagħhom, bħal 50% tas-self inizjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ r-rwol tal-Awtorità għall-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) fit-tisħiħ tal-ġlieda tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; jappella għal implimentazzjoni konsistenti, kooperazzjoni msaħħa, kondiviżjoni tal-informazzjoni u infurzar koordinat madwar l-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni effiċjenti bejn l-AMLA u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-awtoritajiet prudenzjali; jenfasizza l-ħtieġa li l-AMLA taderixxi mal-prinċipju tal-proporzjonalità u l-koordinazzjoni fil-ħidma superviżorja u regolatorja tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja l-fatt li rapportar finanzjarju robust, proporzjonat, konsistenti u f’waqtu huwa vitali għas-superviżjoni u l-istabbiltà; jisħaq fuq l-importanza taċ-ċertezza legali, il-prevedibbiltà u l-istabbiltà għas-settur bankarju, u li s-simplifikazzjoni jeħtieġ li ma ddgħajjifx l-istandards prudenzjali, ta’ reżiljenza, ta’ protezzjoni tal-konsumaturi jew ta’ stabbiltà; jenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar miżuri li jippromwovu d-diġitalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni filwaqt li jinżammu dawk l-istandards; jappella għal approċċ bilanċjat u aktar integrat, li jinkludi hub tad-data ċentralizzat, mibni fuq definizzjonijiet standardizzati, dizzjunarju tad-data komuni u repożitorju ta’ talbiet kondiviż, sabiex jitneħħew il-kumplessitajiet mhux neċessarji fost l-awtoritajiet, jitnaqqsu d-duplikazzjonijiet u titjieb il-kwalità tad-data, filwaqt li tiġi ppreżervata r-robustezza tal-qafas tal-Unjoni Bankarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrikonoxxi l-progress istituzzjonali u regolatorju li saħħaħ ir-reżiljenza tal-banek taż-żona tal-euro; jinnota li għad hemm ostakli sinifikanti biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku tal-UE għas-servizzi finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-korpi tal-UE jaraw li l-ambizzjonijiet jimxu id f’id ma’ passi konkreti biex jikkompletaw l-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti (SIU) u s-Suq Uniku, filwaqt li jagħtu spinta lis-simplifikazzjoni u l-kompetittività; jappella lill-Kummissjoni, fir-rapport tagħha tal-2026 dwar il-kompetittività tas-settur bankarju tal-UE, tipproponi azzjonijiet sinifikattivi mmirati lejn iż-żieda tal-kompetittività tal-banek tal-UE, filwaqt li jiġi savlagwardjat ir-rwol essenzjali tal-banek għall-finanzjament tal-investimenti neċessarji biex jitwettqu t-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq li, minħabba l-inċertezza ġeopolitika li għaddejja bħalissa, is-swieq tal-ishma potenzjalment sopravalutati u l-każijiet reċenti ta’ taqlib fl-Istati Uniti wara self mhux ċar fis-settur mhux bankarju (kreditu privat), is-superviżuri għandhom iżommu perspettiva li tħares ’il quddiem u jimmonitorjaw biżżejjed ir-riskji, u li l-banek għandhom iżommu ilqugħ ta’ kapitali adegwati u jkunu operazzjonalment reżiljenti; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li jittejbu s-superviżjoni u r-reżiljenza tal-intermedjarji finanzjarji mhux bankarji; jenfasizza li superviżjoni prudenti llum tista’ tipproteġi lill-kontribwenti, lid-depożitanti u lill-ekonomija reali mit-telf ta’ għada;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Superviżjoni </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1) tal-banek tal-MSU laħaq 16.12 % fit-tieni trimestru tal-2025, b’redditu fuq l-ekwità (ROE) ta’ 10.11 %, filwaqt li s-self li ma jrendix (non performing loans - NPLs) naqas għal 2.22 % u s-self tal-istadju 2 huwa ta’ 9.59 %<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">15 </STRING>BĊE, “Supervisory Banking Statistics – Second quarter 2025” (Statistika bankarja superviżorja - It-Tieni Trimestru 2025).</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi mmonitorjat ir-riskju ta’ kreditu filwaqt li jinżammu biżżejjed kapital u likwidità għar-reżiljenza tas-settur bankarju; jenfasizza li l-fatt li dan il-progress fil-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji ma ġiex akkumpanjat minn progress proporzjonat fil-kondiviżjoni tar-riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-kundizzjonijiet makroekonomiċi negattivi u d-diffikultajiet ġeopolitiċi, li jistgħu jwasslu għal deterjorament fil-kwalità tal-assi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li l-banek huma esposti dejjem aktar għall-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji, u li dan joħloq riskji potenzjali minn likwidità sa esponiment tal-kontroparti u jappela għal superviżjoni Ewropea komprensiva tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji; jissottolinja l-fatt li l-korpi internazzjonali u dawk tal-UE oħra enfasizzaw ripetutament ir-riskju li jirriżulta mis-settur finanzjarju mhux bankarju, b’mod partikolari minħabba l-interkonnettività akbar tiegħu mas-settur bankarju tradizzjonali; jappoġġja testijiet tal-istress għas-sistema kollha sabiex tiġi vvalutata r-reżiljenza tas-sistema għas-suq ewlieni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina l-lakuni fis-sett ta’ għodod superviżorji, inklużi l-likwidità u r-riskji sistemiċi, u tipproponi miżuri għas-salvagwardja tal-istabbilità finanzjarja, fejn ikun xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-finalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-qafas Basel III, li se jsaħħaħ ir-reżiljenza fl-UE; jinnota li ġuriżdizzjonijiet oħra segwew aġenda ta’ implimentazzjoni inqas ambizzjuża; jissottolinja n-nuqqas kontinwu ta’ ċarezza dwar l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ Basel III f’xi ġuriżdizzjonijiet oħra; ifakkar li l-MSU tenna ripetutament li l-implimentazzjoni tar-rieżami fundamentali tal-portafoll tan-negozjar issaħħaħ ir-reżiljenza tal-banek tal-UE u ma timminax il-kompetittività tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina d-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza ma’ ġuriżdizzjonijiet li ma jimplimentawx dawk l-istandards;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jieħu nota tal-pubblikazzjoni tal-BĊE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">16 </STRING>Behn, M. & Reghezza, A., “Capital requirements: a pillar or a burden for bank competitiveness?” (Rekwiżiti kapitali: pilastru jew piż għall-kompetittività tal-banek?), <STRING ITALIC="on">Serje ta’ Papers Okkażjonali tal-BĊE</STRING>, Nru 376, Frankfurt 2025.</FIELD></FOOTNOTE> li tissuġġerixxi li r-rekwiżiti kapitali għoljin ma jfixklux il-kompetittività tal-banek, iżda pjuttost jiżguraw ir-reżiljenza u l-kapaċità tal-banek li jiffinanzjaw l-ekonomija matul iċ-ċiklu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jiddispjaċih dwar l-għadd dejjem jikber ta’ għeluq ta’ fergħat bankarji, hekk kif dan jaffettwa l-komunitajiet vulnerabbli u periferiċi; ifakkar fid-dritt taċ-ċittadini li jkollhom aċċess għal servizzi finanzjarji bażiċi; jissottolinja r-rwol tal-banek iżgħar fl-aċċess għas-servizzi lill-unitajiet domestiċi u n-negozji żgħar; jenfasizza li fatt li d-diversità tal-mudelli ta’ negozju bankarju ssaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistema finanzjarja; jirrikonoxxi l-importanza tad-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali għat-tiħiħ tal-effettività tas-settur bankarju; jinnota bi tħassib, madankollu, li kien hemm telf ta’ impjiegi marbuta mal-IA; jistieden lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jimplimentaw politiki ta’ taħriġ mill-ġdid u jiżguraw is-sorveljanza umana fid-deċiżjonijiet awtomatizzati; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati l-kwalità tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet ġusti u l-aċċess bankarju ekwu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jirrikonoxxi r-riskji speċifiċi maħluqa mill-kriptoassi, filwaqt li jirrikonoxxi wkoll l-opportunitajiet li joffru, bħall-istablecoins denominati f’euro; jappella għal superviżjoni konsistenti favur l-innovazzjoni biex jiġi żgurat li l-innovazzjoni taqdi lill-pubbliku; jitlob lill-UE u lill-awtoritajiet nazzjonali jimmonitorjaw l-esponimenti, jindirizzaw ir-riskji, jikkumbattu l-imġiba spekulattiva, jiġġieldu l-kriminalità finanzjarja u jipproteġu lill-konsumaturi; jissottolinja l-importanza ta’ standards globali f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Bankarja Ewropea u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fi ħdan l-Unjoni Bankarja jiżguraw l-implimentazzjoni u l-infurzar stretti, konsistenti u leali tar-Regolament dwar is-Swieq fil-Kriptoassi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">17 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937, ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj.</FIELD></FOOTNOTE> bħala komplement meħtieġ għall-qafas ta’ stabbiltà finanzjarja bbażat fuq il-banek tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jieħu nota tal-inċertezzi li joriġinaw minn stablecoins ta’ diversi ħruġ minn pajjiżi terzi għall-banek tal-UE; jissottolinja l-arbitraġġ regolatorju potenzjali bejn il-ġuriżdizzjonijiet, li jista’ jwassal għal assalti bankarji tal-UE u jkollu effetti konsegwenzjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżoluzzjoni </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifaħħar ir-riforma tal-ġestjoni tal-kriżijiet u tal-assigurazzjoni tad-depożiti (CMDI) għall-forniment ta’ ġestjoni koerenti tal-kriżijiet u l-assigurazzjoni tad-depożiti, it-tisħiħ tal-istabbiltà, il-protezzjoni tat-tfaddil u tal-kontribwenti u l-iżgurar ta’ użu aħjar tal-fondi pubbliċi għar-riżoluzzjoni meta jkunu fl-interess pubbliku; jenfasizza l-ħtieġa ta’ flessibbiltà għall-banek żgħar u medji u u li l-awtoritajiet rilevanti jingħataw l-għodod effettivi, id-data u l-mekkaniżmi ta’ teħid tad-deċiżjonijet sabiex jiżguraw Unjoni Bankarja reżiljenti u soċjalment responsabbli, u sabiex ikunu jistgħu jirrispondu b’mod effettiv għall-fallimenti tal-banek u jipprovdu s-salvagwardji, bl-appoġġ ta’ qafas regolatorju li jrawwem l-iżvilupp tal-banek u jikkontribwixxi għal Unjoni Bankarja reżiljenti u finanzjarjament stabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim proviżorju milħuq fid-19 ta’ Novembru 2025 bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar id-Direttiva li tarmonizza ċerti aspetti tal-liġi dwar l-insolvenza, peress li allinjament ulterjuri tal-liġijiet dwar l-insolvenza u l-proċeduri ta’ ristrutturar jistgħu jgħinu biex titlesta l-Unjoni Bankarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li, f’każ li xi banek ifallu, l-azzjonisti, il-kredituri jew il-mekkaniżmi ffinanzjati mill-industrija għandhom jinżammu responsabbli l-ewwel, u l-fondi pubbliċi għandhom jintużaw biss bħala l-aħħar alternattiva għax id-dipendenza fuq flus il-kontribwent għar-riżoluzzjoni tal-banek trid tiġi evitata, f’konformità mar-responsabbiltà fiskali, il-ġustizzja soċjali u d-dixxiplina tas-suq; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ superviżjoni kontinwa u effettiva tal-konformità mar-regoli prudenzjali u ta’ riżoluzzjoni li jiżguraw il-kredibbiltà u l-eżekuzzjoni effettiva tal-għodod f’każ ta’ fallimenti bankarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar li rekwiżit minimu suffiċjenti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) huwa essenzjali għal qafas ta’ riżoluzzjoni kredibbli u biex l-awtoritajiet jingħataw il-flessibbiltà li japplikaw strateġiji ta’ riżoluzzjoni xierqa waqt kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifakkar li l-banek jeħtiġilhom ikomplu jfornu s-servizzi essenzjali waqt ir-riżoluzzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ qafas ċar u prevedibbli li jipproteġi lid-depożitanti u li jappoġġja lill-klijenti u lin-negozji iżgħar, inklużi l-SMEs, b’mod partikolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni bħala xibka ta’ sikurezza kompletament mutwalizzata u ffinanzjata mill-industrija; itenni t-talba għal ratifika sħiħa tal-ftehim li jemenda tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà biex jissaħħu l-kredibbiltà, ir-riżolvibbiltà u r-reżiljenza taż-żona tal-euro; jenfasizza l-għan tal-protezzjoni tal-kontribwenti fil-każ ta’ riżoluzzjoni u jtenni li lil hinn mill-Garanzija ta’ Kontinġenza Komuni miftiehma, l-ebda riżorsa addizzjonali tal-kontribwenti ma għandha tintuża għal banek li qed ifallu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ifakkar li l-politika ta’ piż żero għad-dejn pubbliku tista’ tkun problema li jeħtieġ li tiġi indirizzata skont standards internazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Assigurazzjoni tad-depożiti </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għall-ħolqien ta’ Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti bħala t-tielet pilastru, l-aħħar pilastru u l-pilastru essenzjali tal-Unjoni Bankarja; ifakkar li l-proposta tal-Iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-Depożiti ġiet ippreżentata fl-2015; jisħaq li sistema komuni ta’ protezzjoni tad-depożiti hija indispensabbli biex tiġi żgurata protezzjoni ugwali tad-depożitanti madwar l-Unjoni, biex tissaħħaħ aktar l-istabbiltà finanzjarja u biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti r-rabtiet li fadal bejn il-banek u s-sovrani; jissottolinja li l-kontribuzzjonijiet għal Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti għandha tqis il-profil tar-riskju ta’ kull settur parteċipanti; jissottolinja wkoll l-importanza li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa tar-regoli attwali, bħala mod kif il-banek Ewropej ikunu jistgħu jiffinanzjaw b’mod effiċjenti n-negozji madwar l-UE u jtejbu l-kompetittività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-pakkett CMDI bħala pass pożittiv li jsaħħaħ l-iskemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożiti, isaħħaħ il-fiduċja fis-settur bankarju u jsaħħaħ il-kundizzjonijiet operattivi u legali biex nimxu b’mod gradwali u kredibbli lejn protezzjoni komuni tal-UE għad-depożitanti u l-kontribwenti; ifakkar il-pożizzjoni tal-2024 tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament dwar l-istabbiliment ta’ Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kunsill javvanza n-negozjati; jappella lill-President il-ġdid tal-Grupp tal-Euro jerġa’ jibda d-diskussjonijiet dwar dan is-suġġett mill-aktar fis possibbli;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u lill-Awtorità Bankarja Ewropea.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>