<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0160</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-infurzar tal-Att dwar is-Swieq Diġitali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0190/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2026 dwar l-infurzar tal-Att dwar is-Swieq Diġitali (2026/2596(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-infurzar tal-Att dwar is-Swieq Diġitali (O-000016/2026 – B10‑0010/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Settembru 2023, adottati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925, li jiddeżinjaw lil Alphabet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/549, 27.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/549/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, Amazon<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/905, 15.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/905/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, Apple<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4646, 14.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4646/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, ByteDance<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/552, 27.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/552/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, Meta<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1092, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1092/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u Microsoft<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/551, 27.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/551/oj.</FIELD></FOOTNOTE> bħala gwardjani fir-rigward ta’ għadd ta’ servizzi ewlenin tal-pjattaforma,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4374, 4.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4374/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, adottata skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925, li tiddeżinja s-sistema operattiva iPadOS ta’ Apple bħala servizz ewlieni ta’ pjattaforma,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4360, 4.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4360/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, adottata skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925, li tiddeżinja lil Booking.com bħala gwardjan fir-rigward tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ April 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3466, 27.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3466/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, adottata skont l-Artikoli 29 (1), il-punt (a), 30(1), il-punt (a), u 31(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2022/1925, li tirtira d-deżinjazzjoni ta’ Facebook Marketplace ta’ Meta bħala servizz ewlieni ta’ pjattaforma,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/814 tal-14 ta’ April 2023 dwar arranġamenti dettaljati għat-twettiq ta’ ċerti proċedimenti mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 102, 17.4.2023, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/814/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 142(5) u 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA) jistabbilixxi qafas regolatorju <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> armonizzat biex jiżgura swieq diġitali ġusti, miftuħa u kontestabbli fl-UE, jipprevjeni prattiki inġusti ta’ gwardjani, jissalvagwardja l-integrità u l-funzjonament xieraq tas-suq uniku, jiżgura applikazzjoni effettiva u nondiskriminatorja tal-obbligi għall-gwardjani ddeżinjati kollha, ineħħi l-ostakli għad-dħul u jippromwovi s-servizzi diġitali transfruntiera, l-innovazzjoni, l-għażla tal-konsumatur u l-kompetizzjoni ġusta fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi d-DMA għandu l-għan li jwassal benefiċċji reali għas-swieq diġitali, filwaqt li jiżgura li l-utenti kummerċjali u l-utenti finali jkunu jistgħu jeżerċitaw b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom skont ir-regolament u li l-prattiki tal-gwardjani ma jibqgħux joħolqu ostakli strutturali għad-dħul jew għall-kapaċità ta’ tkabbir jew innovazzjoni fis-suq uniku u jipprevjenu l-“intrappolament” tal-konsumatur li jiskoraġġixxi lill-konsumaturi milli jaqilbu għal servizz ieħor;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Parlament jeżerċita skrutinju demokratiku fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-DMA, b’mod partikolari permezz tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO) tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-implimentazzjoni bikrija tad-DMA tikkonferma l-importanza tiegħu bħala strument ewlieni fit-titjib tat-trasparenza u l-ekwità tas-suq, il-kompetizzjoni u l-għażla tal-utenti fl-UE, u tissottolinja li n-negozji kollha li joperaw fl-UE, irrispettivament mid-daqs jew l-oriġini, jeħtiġilhom jirrispettaw u jikkonformaw bis-sħiħ mad-dritt tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tad-DMA għadha fi stadju bikri u tinvolvi sfidi rigward l-infurzar f’waqtu u effettiv, il-kapaċità ta’ monitoraġġ u l-effettività prattika ta’ ċerti soluzzjonijiet ta’ konformità, b’mod partikolari fid-dawl tal-kumplessità tat-teknoloġiji sottostanti, id-disinn tal-interfaċċa tal-utent u l-arkitettura tal-għażla;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-intrapriżi iżgħar, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi, għadhom jiffaċċjaw ostakli u diffikultajiet inġusti fis-swieq diġitali, inklużi prattiki diskriminatorji u restrizzjonijiet imposti mill-gwardjani, li jistgħu jimpedixxu l-innovazzjoni, jillimitaw il-kompetizzjoni u jnaqqsu l-opportunitajiet għat-tkabbir u fl-aħħar mill-aħħar inaqqsu l-għażla tal-konsumatur;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-asimmetriji fl-informazzjoni bejn il-gwardjani u r-regolaturi, kif ukoll it-trasparenza limitata fir-rigward tal-miżuri ta’ konformità, jirriskjaw li jdgħajfu s-superviżjoni effettiva, l-obbligu ta’ rendikont u l-fiduċja fl-infurzar tad-DMA;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-interoperabbiltà, l-aċċess għad-data, il-portabbiltà tad-data u l-prevenzjoni tal-awtopreferenzjar jikkostitwixxu elementi ewlenin tad-DMA u jirrikjedu infurzar sostnut u rigoruż, inkluż fejn il-ħsara kompetittiva tirriżulta minn settings prestabbiliti, integrazzjoni teknika jew effetti tal-ekosistema;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi diversi obbligi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-DMA jibbażaw fuq għażliet attivi tal-utenti, inklużi ż-żamma tal-kunsens, it-tneħħija tal-installazzjoni ta’ applikazzjonijiet installati minn qabel, it-tibdil tas-settings prestabbiliti u t-trasferiment tad-data, li jagħmlu s-sensibilizzazzjoni tal-utenti u d-disinn tal-interfaċċa ċentrali għall-effettività tar-regolament;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi minn meta daħal fis-seħħ id-DMA ġew osservati riżultati tanġibbli fil-ħolqien ta’ swieq diġitali ġusti, miftuħa u kompetittivi, peress li l-konsumaturi issa qed jiġu offruti skrins tal-għażla mtejba u aktar newtrali meta jagħżlu brawżers u applikazzjonijiet prestabbiliti, inkluż matul il-konfigurazzjoni tal-apparat u permezz tas-settings tas-sistema u jistgħu jistabbilixxu servizzi ta’ partijiet terzi bħala prestabbiliti f’kategoriji li qabel kienu limitati għal servizzi installati minn qabel;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi ż-żieda fir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà tespandi wkoll l-għażla tal-konsumatur billi tippermetti firxa usa’ ta’ apparati u servizzi konnessi u li jintlibsu jiffunzjonaw ma’ servizzi ewlenin tal-pjattaforma, u b’hekk tnaqqas id-dipendenza fuq ekosistemi installati minn qabel u tikkontribwixxi għal kontestabbiltà u awtonomija akbar tal-konsumatur;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi s-suċċess tad-DMA għandu jiġi vvalutat mhux biss abbażi tal-konformità formali, iżda wkoll dwar jekk l-objettivi tiegħu jintlaħqux fil-prattika u jitqisux bħala leġittimi mill-utenti finali, mill-utenti kummerċjali u mill-pubbliku ġenerali;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi d-DMA jipprevedi firxa ta’ għodod ta’ infurzar, inklużi d-djalogu regolatorju, l-investigazzjonijiet tas-suq u l-proċedimenti ta’ nuqqas ta’ konformità, biex jiġu identifikati, indirizzati u imposti multi għall-ksur; billi huma essenzjali multi effettivi u proporzjonati biex tiġi żgurata d-deterrenza u tiġi ssalvagwardjata l-effettività tad-DMA; billi l-iżviluppi teknoloġiċi, inklużi l-funzjonalitajiet xprunati mill-IA u s-servizzi bbażati fuq il-cloud, iqajmu sfidi ġodda għall-kontestabbiltà u l-ekwità li jridu jiġu indirizzati b’applikazzjoni f’waqtha, uniformi u konsistenti tad-dispożizzjonijiet tad-DMA;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-iżvilupp rapidu tas-sistemi tal-IA ġenerattiva u ta’ assistenti virtwali mmexxija mill-IA qed isawwar mill-ġdid u b’mod sinifikanti d-dinamika kompetittiva, l-istrutturi tas-suq, il-ktajjen tal-valur u l-aċċess tal-utenti għas-servizzi diġitali fl-Unjoni, b’implikazzjonijiet potenzjali għall-kontestabbiltà u l-ekwità fis-swieq diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi d-DMA fih diversi dispożizzjonijiet li huma rilevanti biex jipprevjenu lill-gwardjani milli jirrestrinġu l-kapaċità tal-iżviluppaturi emerġenti tal-IA li jikkompetu u jinnovaw, inklużi obbligi relatati ma’ klassifikazzjoni ġusta u nondiskriminatorja, trasparenza fis-servizzi ta’ reklamar u aċċess għad-data;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi s-servizzi tal-cloud computing f’xi każijiet jikkostitwixxu dejjem aktar saff kritiku ta’ ekosistemi diġitali, inkluż għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-iskalar tal-applikazzjonijiet tal-IA; billi livelli għoljin ta’ konċentrazzjoni, kostijiet tal-bidla, restrizzjonijiet tal-interoperabbiltà u riskji ta’ dipendenza f’ċerti segmenti tas-suq tal-cloud jistgħu jqajmu tħassib simili għal dak indirizzat mid-DMA; billi f’Novembru 2025 infetħet investigazzjoni biex jiġi vvalutat jekk Amazon u Microsoft għandhomx jiġu ddeżinjati bħala gwardjani għas-servizzi tal-cloud computing tagħhom, Amazon Web Services u Microsoft Azure, u billi nfetħet investigazzjoni oħra biex jiġi vvalutat jekk l-obbligi attwali skont id-DMA humiex effettivi fl-indirizzar ta’ prattiki li jillimitaw il-kompetittività jew li huma inġusti fis-settur tal-cloud; billi sa issa l-ebda fornitur ta’ servizzi ta’ cloud computing ma ġie ddeżinjat bħala gwardjan skont ir-regolament;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-aċċess għal qawwa komputazzjonali fuq skala kbira, mudelli avvanzati tal-IA u infrastruttura tad-data u tal-cloud jistgħu joħolqu dipendenzi strutturali ġodda u effetti ta’ intrappolament tal-ekosistema li jistgħu jillimitaw il-kontestabbiltà jekk ma jiġux indirizzati kif xieraq skont il-qafas regolatorju tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi huma indispensabbli l-kapaċità istituzzjonali adegwata, l-għarfien espert tekniku u r-riżorsi fi ħdan il-Kummissjoni biex jiġi żgurat infurzar effettiv, indipendenti u f’waqtu tad-DMA u biex jiġu ppreżervati l-kredibbiltà u l-effett ta’ deterrent tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi, skont id-DMA, il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq rieżami perjodiku tar-regolament, li jipprovdi opportunità biex jiġu vvalutati l-effettività tal-infurzar u l-benefiċċji tiegħu għall-konsumaturi, jiġu identifikati l-isfidi tal-implimentazzjoni u jiġi żgurat li d-DMA jibqa’ adattat għall-iskop tiegħu fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq u l-forom li qed jevolvu ta’ ekosistemi mmexxija mill-IA;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-infurzar effettiv, f’waqtu u konsistenti tad-DMA, kif ukoll l-appoġġ politiku tal-Kummissjoni, huma essenzjali biex jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tas-suq uniku u biex jiġu żgurati benefiċċji tanġibbli għall-konsumaturi, l-utenti kummerċjali u l-innovaturi fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-pressjoni politika minn pajjiżi terzi li tħeġġeġ lill-UE tikkunsidra mill-ġdid jew iddgħajjef id-DMA, u jissottolinja li tali ndħil estern ma jridx jikkomprometti s-sovranità tal-UE u l-awtonomija tagħha li tiddefinixxi u tinforza r-regoli tagħha stess; jisħaq li l-obbligi tad-DMA japplikaw bl-istess mod għall-gwardjani ddeżinjati kollha li jipprovdu servizzi fl-UE, irrispettivament mill-post ta’ stabbiliment jew in-nazzjonalità tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ u proattiv tal-istrumenti kollha ta’ infurzar previsti skont id-DMA, l-investigazzjonijiet tas-suq, inklużi l-proċedimenti ta’ nuqqas ta’ konformità, l-ispezzjonijiet, il-miżuri <STRING ITALIC="on">interim</STRING>, il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali, sabiex tiġi pprevenuta ċ-ċirkomvenzjoni u tiġi żgurata konformità effettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li, filwaqt li l-Kummissjoni żżomm il-kompetenza esklużiva għall-infurzar tad-DMA, l-applikazzjoni effettiva, f’waqtha u konsistenti tar-regolament fl-UE tirrikjedi kooperazzjoni strutturata u mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u ma’ korpi pubbliċi nazzjonali rilevanti oħra; jissottolinja li, fil-qafas stabbilit mid-DMA, dawk l-awtoritajiet għandhom rwol ta’ appoġġ essenzjali, inkluż billi jassistu l-investigazzjonijiet u l-ispezzjonijiet, jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tas-suq u jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni, u b’hekk isaħħu l-infurzar effettiv u uniformi tad-DMA u jissalvagwardjaw swieq diġitali ġusti u kontestabbli fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza li l-iżgurar tal-ftuħ tas-suq, inkluż permezz tal-applikazzjoni effettiva tad-DMA, huwa element essenzjali tas-suċċess tal-istrateġija għall-applikazzjoni tal-IA li għandha l-għan li tagħti spinta lill-adozzjoni u l-innovazzjoni tal-IA fl-Ewropa, peress li l-kontestabbiltà effettiva fis-swieq diġitali hija prekundizzjoni għal ekosistema tal-IA Ewropea miftuħa u ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkonkludi l-proċedimenti ta’ nuqqas ta’ konformità mingħajr dewmien żejjed u tiżgura l-infurzar f’waqtu skont id-DMA, b’mod partikolari billi tirrispetta kemm l-iskadenzi vinkolanti kif ukoll dawk indikattivi, u billi żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat kif xieraq dwar il-progress fl-infurzar; jisħaq li hija meħtieġa trasparenza akbar dwar il-passi proċedurali u l-iskedi ta’ żmien biex il-Parlament, u b’mod partikolari l-Grupp ta’ Ħidma IMCO DMA, ikun jista’ jeżerċita s-setgħat ta’ skrutinju tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tinforma b’mod proattiv u regolari lill-Parlament dwar l-istat tal-infurzar tad-DMA, inklużi l-iżviluppi fid-djalogu regolatorju, l-attivitajiet u l-aġenda tal-Grupp ta’ Livell Għoli, l-istudji rilevanti kkummissjonati mill-Kummissjoni u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa biex il-Parlament jeżerċita l-funzjoni ta’ sorveljanza tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-Grupp ta’ Livell Għoli; jenfasizza l-importanza ta’ koordinazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet regolatorji fid-dawl tal-għadd kbir ta’ regoli u regolaturi ġodda li huma attivi fis-swieq diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li l-konformità mad-DMA trid tiġi vvalutata abbażi tal-effetti prattiċi u reali tagħha fuq il-ftuħ tas-suq, il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u l-għażla tal-utent, u b’hekk jiġu żgurati ċ-ċertezza legali, il-prevedibbiltà u t-trattament ugwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-asimmetriji fl-informazzjoni billi ssaħħaħ il-mekkaniżmi li jippermettu lill-utenti kummerċjali u lill-utenti finali jeżerċitaw b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom skont id-DMA, inklużi d-drittijiet relatati mal-għażla, l-aċċess għad-data, l-interoperabbiltà, in-nondiskriminazzjoni u l-libertà mir-ritaljazzjoni, permezz ta’ kanali ta’ rapportar u lmenti aċċessibbli u siguri, salvagwardji kontra r-ritaljazzjoni u sensibilizzazzjoni mtejba tad-drittijiet u r-rimedji previsti mid-DMA, filwaqt li tirrikonoxxi li l-effettività tad-DMA tibbaża fuq utenti finali mogħtija s-setgħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-infurzar rigoruż tal-interoperabbiltà, l-aċċess għad-data, il-portabbiltà tad-data, l-obbligi kontra d-direzzjonar u kontra l-awtopreferenzjar, inkluż fejn il-ħsara kompetittiva tirriżulta minn settings prestabbiliti, integrazzjonijiet tekniċi jew id-disinn tal-ekosistemi tal-pjattaformi; jistieden lill-Kummissjoni, meta tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ infurzar, tqis kif xieraq l-iżviluppi rilevanti tas-suq u l-interazzjoni bejn l-istrumenti applikabbli tal-UE, inkluż l-Att dwar id-Data<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar id-Data) (ĠU L, 2023/2854, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2854/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li, f’ċerti każijiet, l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tad-DMA jistgħu jiġu influwenzati mill-interazzjonijiet tal-gwardjani mal-kompetituri u s-sħab kummerċjali, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn ikun ġie espress tħassib dwar l-ekwità fil-prattiki kummerċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem biex tippermetti l-interoperabbiltà tas-servizzi ta’ messaġġi b’apps tal-messaġġi aktar żgħar u ta’ partijiet terzi fuq talba, li jippermettu lill-utenti jiskambjaw test, fajls u telefonati bil-vuċi/bil-vidjo bejn il-pjattaformi filwaqt li jżommu kriptaġġ minn tarf sa tarf;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-prattiki persistenti ta’ awtopreferenzjar ta’ Google fis-servizzi tat-tiftix, tax-xiri, tal-ivvjaġġar u tal-vidjo tagħha, li jkomplu jxekklu l-kompetizzjoni u jillimitaw l-għażla tal-konsumaturi; jinnota li r-Reklami għall-Elenkar tal-Prodotti jibqgħu jitpoġġew b’mod prominenti fil-quċċata tar-riżultati tat-tiftix, li jipperpetwa xejra ta’ dominanza u nuqqas ta’ trasparenza li jdgħajjef l-intenzjoni tad-DMA; ifakkar li s-sejbiet preliminari skont l-Artikolu 6(5) tad-DMA jindikaw li Google tuża vantaġġi viżwali u pożizzjonament preferenzjali biex tagħti privileġġ lis-servizzi tagħha stess, inklużi Google Shopping, Flights u Hotels, u b’hekk tirrestrinġi l-aċċess ġust għall-kompetituri u ssaħħaħ is-saħħa tagħha fis-suq; ifakkar li l-proċedimenti reċenti quddiem il-qrati nazzjonali kkonfermaw li l-prattiki ta’ awtopreferenzjar ta’ Google fis-servizzi ta’ tiftix għamlu ħsara lill-pjattaformi ta’ tqabbil kompetituri, kif muri mis-sentenza tal-2025 tal-kawża <STRING ITALIC="on">Idealo vs Google</STRING> quddiem il-Qorti Reġjonali ta’ Berlin; jenfasizza li t-tentattivi mill-gwardjani biex iżommu jew jestendu n-nuqqas ta’ konformità mad-DMA jistgħu konsegwentement jesponuhom għal responsabbiltà finanzjarja sinifikanti permezz ta’ azzjonijiet ta’ segwitu għad-danni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li l-integrazzjoni tal-IA minn Google fil-proċessi ta’ tiftix u skoperta tagħha tippermetti dejjem aktar lill-kumpanija tikkontrolla l-vjaġġ sħiħ tal-konsumatur, mit-tiftix u r-rakkomandazzjonijiet sal-intenzjoni li tixtri, filwaqt li tkompli timmarġinalizza s-servizzi kompetituri u tnaqqas il-kapaċità tal-konsumaturi li jagħmlu għażliet indipendenti; jenfasizza li din id-dinamika toħloq ir-riskju li tbiddel in-negozjanti indipendenti f’sempliċi kanali ta’ eżekuzzjoni għal Google, li tirrifletti tentattivi preċedenti biex jiddominaw il-kummerċ li kienu ġew imnaqqsa qabel, u li mingħajr salvagwardji ċari skont id-DMA, dawn il-prattiki jistgħu jkomplu jissaħħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota l-ħolqien ta’ swieq alternattivi tal-apps fuq iOS fis-suq uniku, iżda jesprimi tħassib li l-vijabbiltà prattika u l-iskalabbiltà tagħhom għadhom limitati minħabba d-disinn tal-vjaġġ tal-utent u l-kundizzjonijiet ekonomiċi u kuntrattwali restrittivi; jenfasizza li l-gwardjani qed jirristrutturaw it-tariffi tagħhom b’modi li jħallu lill-iżviluppaturi f’sitwazzjoni agħar mill-istatus quo ta’ qabel id-DMA; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta jekk it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess ta’ Apple humiex ġusti u mhux diskriminatorji, kif meħtieġ skont l-Artikolu 6(12) tad-DMA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li ċerti gwardjani, kif imħabbar reċentement minn Google pereżempju, jinvokaw ġustifikazzjonijiet ta’ sikurezza u ta’ ċibersigurtà biex jimponu rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u ta’ identifikazzjoni fuq l-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet, u b’hekk jillimitaw l-aċċess effettiv għal mezzi alternattivi tad-distribuzzjoni tal-applikazzjonijiet b’mod li jista’ jkun f’kunflitt mal-Artikolu 6(4) tal-Att dwar is-Swieq Diġitali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tinvestiga jekk il-miżuri relatati mas-sigurtà invokati humiex strettament meħtieġa u proporzjonati, u tiżgura li ma jkunux qed jintużaw bħala skuża biex jiġi ċirkumventat l-objettiv tal-Att dwar is-Swieq Diġitali li jippermetti aċċess ġenwin għas-software ta’ partijiet terzi, billi jiżgura kundizzjonijiet ta’ aċċess ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji filwaqt li jissalvagwardja l-kapaċità tal-iżviluppaturi li jidderieġu lill-utenti lejn mezzi tad-distribuzzjoni alternattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar li, skont l-Artikolu 5(4) tad-DMA, l-utenti kummerċjali għandhom ikunu jistgħu jinfurmaw lill-utenti finali bla ħlas dwar offerti alternattivi u jiggwidawhom lejn dawk l-offerti u jikkonkludu kuntratti; jinnota li l-Premessa 40 tad-DMA tirrikonoxxi l-possibbiltà ta’ remunerazzjoni għall-iffaċilitar tal-akkwist inizjali ta’ utent finali, filwaqt li jisħaq li kwalunkwe remunerazzjoni bħal din trid tkun strettament limitata għall-akkwist inizjali, proporzjonata u ma tridx iddgħajjef it-tmexxija fil-prattika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li t-termini mfassla mill-ġdid ta’ Apple jiġu vvalutati b’mod rigoruż skont ir-rekwiżit tad-DMA għal kwalunkwe imposta marbuta mat-tmexxija u li kwalunkwe tentattiv ta’ ċirkomvenzjoni jiġi skrutinizzat mill-qrib u, jekk ikun meħtieġ, jiġi sanzjonat mingħajr stennija tal-eżitu tal-proċess ġudizzjarju li għaddej tal-Istati Uniti dwar il-kawża <STRING ITALIC="on">Epic Games</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Apple</STRING>; jissottolinja li l-infurzar tad-dritt tal-UE għandu jiġi segwit indipendentement mil-litigazzjoni ta’ pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar TikTok, operat minn ByteDance, u l-iskrins tal-kunsens użati fuq il-pjattaforma tiegħu, li jibbażaw ħafna fuq tekniki ta’ mġiba biex jiksbu l-kunsens tal-utent; jinnota li tali prattiki jistgħu jimminaw il-prinċipji ta’ kunsens infurmat u mogħti liberament u jistgħu jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 5(2) tad-DMA; jisħaq li l-mekkaniżmi ta’ kunsens iridu jkunu trasparenti, faċli għall-utent, u ġenwinament volontarji, mingħajr disinn manipulattiv jew pressjoni psikoloġika; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-prattiki ta’ kunsens ta’ TikTok u tiżgura li kwalunkwe mekkaniżmu mhux konformi jiġi kkoreġut minnufih biex jiġu rrispettati l-awtonomija tal-utent u d-drittijiet diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota l-importanza tal-konformità effettiva minn Microsoft mal-Artikolu 6(3) tad-DMA, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligu li l-utenti finali jitħallew u teknikament ikunu jistgħu jibdlu faċilment is-settings prestabbiliti fuq is-sistema operattiva Windows għall-PCs tagħha u jaċċessaw servizzi kompetituri mingħajr frizzjoni bla bżonn; jinnota li l-integrazzjoni ta’ Bing bħala l-fornitur prestabbilit tar-riżultati tat-tiftix online fil-Windows Taskbar u d-diffikultà li wieħed jaqleb jistgħu jidderieġu bla bżonn lill-utenti lejn is-servizzi tal-Microsoft stess u jillimitaw l-għażla effettiva tal-utent; ifakkar li Microsoft ippreżentat miżuri ta’ konformità lill-Kummissjoni, iżda jesprimi tħassib dwar l-effetti prattiċi tagħhom, inklużi ostakli possibbli għal interoperabbiltà effettiva fi ħdan l-ekosistema Windows; ifakkar li dawn il-miżuri għandhom ikomplu jiġu vvalutati mill-qrib mill-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata għażla effettiva tal-utent u ambjent ġust u kontestabbli għall-fornituri terzi fil-prattika, b’mod partikolari fejn l-abilitazzjoni limitata jew bil-mod tal-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs) għal servizzi mhux tal-Microsoft tista’ tipprevjeni lill-iżviluppaturi terzi milli jkunu jistgħu jipprovdu parità komparabbli ta’ esperjenza lill-utenti finali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota bi tħassib rapporti minn diversi partijiet ikkonċernati fis-settur tal-ivvjaġġar ta’ rati ta’ kummissjoni persistentement għoljin u l-użu kontinwu ta’ prattiki minn Booking.com li jidhru ekwivalenti għal klawżoli ta’ parità pprojbiti, inklużi programmi ta’ prestazzjoni għal-lukandi bbażati fuq kriterji mhux trasparenti u diffikultajiet kontinwi biex wieħed jagħżel li ma jipparteċipax fis-sistemi ta’ pagament sponsorjati ta’ Booking.com; ifakkar li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, inklużi dawk fi Franza u fi Spanja, issanzjonaw lil Booking.com fir-rigward tal-klawżoli ta’ parità; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-livell attwali ta’ kontestabbiltà fis-settur tal-ivvjaġġar online mid-deżinjazzjoni ta’ Booking.com bħala gwardjan u tieħu azzjoni deċiżiva kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota l-implimentazzjoni minn Meta tat-tielet għażla l-ġdida tagħha ta’ “ħallas jew ikkonsenti” li tillimita r-reklamar personalizzat imniedi f’Lulju 2025 wara l-multa maħruġa mill-Kummissjoni f’April 2025; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li Meta issa ġenwinament tipprovdi għażla newtrali għall-utenti, li l-aċċess ta’ partijiet terzi għas-servizzi ta’ Meta jkun ġust u mingħajr xkiel, u li kwalunkwe ċirkomvenzjoni tar-rekwiżiti tad-DMA tiġi skrutinizzata b’mod rigoruż u, fejn xieraq, issanzjonata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Iqajjem tħassib dwar il-prattiki dwar it-televixins konnessi li jirreplikaw il-prattiki mhux kompetittivi li qabel kienu jitwettqu fuq l-ismartphones mill-Android; jissottolinja li l-aċċess għas-servizzi tal-media awdjoviżiva fuq televixins konnessi ma jridx ikun ikkontrollat minn għadd żgħir ta’ kumpaniji kbar tat-teknoloġija u li suq miftuħ, ġust u kontestabbli huwa essenzjali għal xenarju tal-media pluralistiku u varjat; jenfasizza, fir-rigward tas-sistemi operattivi għat-televixins konnessi, li l-fornituri ewlenin ta’ tali sistemi operattivi jikkontrollaw l-aċċess għal swieq b’diversi naħat għat-telespettaturi, ir-reklamar u d-data; jinnota li kontroll simili tal-gwardjani fuq il-punti ta’ aċċess tal-utenti jista’ jinħoloq f’ambjenti konnessi oħra fejn is-sistemi operattivi jew l-assistenti virtwali jimmedjaw l-aċċess għas-servizzi, inklużi s-sistemi ta’ inforikreazzjoni fil-vettura; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja dan is-segment tas-suq bir-reqqa u tieħu miżuri xierqa fejn meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza r-rwol importanti tal-utenti finali fil-kisba tal-objettivi tad-DMA u jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-interfaċċi tal-utent, il-mekkaniżmi ta’ kunsens u l-arkitetturi tal-għażla jkunu newtrali, faċli biex jintużaw, jinftiehmu u mhux manipulattivi, sabiex l-utenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b’mod effettiv u mingħajr frizzjoni żejda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura applikazzjoni konsistenti u li tibqa’ valida fil-futur tad-DMA għall-iżviluppi teknoloġiċi, billi tindirizza fi żmien xieraq is-servizzi xprunati mill-IA u l-infrastrutturi fuq il-cloud, sabiex tipprevjeni forom ġodda ta’ prattiki ta’ intrappolament, esklużjoni jew gwardja, fosthom meta l-gwardjani jisfruttaw il-kontroll fuq id-data, ir-riżorsi tal-computing jew is-servizzi integrati għad-detriment tal-iżviluppaturi emerġenti tal-IA u tal-parteċipanti ġodda u innovattivi fis-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-komplementarjetà, il-koerenza u ċ-ċertezza legali bejn id-DMA, l-Att dwar id-Data u l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, inkluż permezz ta’ gwida u implimentazzjoni kkoordinati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-ewwel deċiżjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tal-Kummissjoni skont id-DMA bħala pass importanti lejn l-iżgurar ta’ infurzar effettiv, iżda jiddispjaċih li dawn id-deċiżjonijiet għadhom limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni u għadhom ma jindirizzawx il-firxa sħiħa ta’ prattiki problematiċi ta’ gwardjani identifikati mill-utenti kummerċjali u minn partijiet ikkonċernati oħra; jiddispjaċih ukoll li l-multi imposti huma relattivament modesti meta mqabbla mal-iskala tal-ksur u s-setgħa ekonomika tal-gwardjani ddeżinjati, u dan jirriskja effett deterrenti insuffiċjenti u jonqos milli jirrifletti l-ambizzjoni tar-regolament; jisħaq li l-qafas ta’ infurzar ġenerali għandu jiżgura li l-kost mistenni tan-nuqqas ta’ konformità, inklużi l-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali, jaqbeż b’mod sistematiku l-kost tal-konformità mill-bidu nett, sabiex jiġi evitat dewmien strateġiku u tiġi żgurata deterrenza ġenwina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-importanza strateġika dejjem akbar tas-servizzi tal-cloud computing u r-rwol tagħhom fl-ekosistemi diġitali u tal-IA, tivvaluta mill-qrib jekk il-fornituri ta’ tali servizzi jissodisfawx il-kriterji għad-deżinjazzjoni tagħhom bħala gwardjani fl-ambitu tad-DMA, inkluż permezz tal-użu ta’ investigazzjonijiet tas-suq; jistieden lill-Kummissjoni, meta twettaq investigazzjonijiet tas-suq u tivvaluta deżinjazzjonijiet possibbli fil-cloud computing, tapplika l-kriterji tad-DMA b’mod konsistenti, trasparenti u bbażat fuq l-evidenza fost il-fornituri fejn dan ikun iġġustifikat minn indikaturi tas-suq, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tiġi ppreżervata l-innovazzjoni; jilqa’ l-investigazzjonijiet tas-suq reċenti tal-Kummissjoni dwar il-fornituri tas-servizzi tal-cloud, bħal Amazon Web Services u Microsoft Azure;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jisħaq li l-għodod ta’ tiftix u assistenza xprunati mill-IA, meta offruti bħala servizzi ewlenin tal-pjattaforma ddeżinjati jew fi ħdanhom, bħal AI Overviews ta’ Google, Gemini ta’ Google, Siri ta’ Apple, l-IA ta’ WhatsApp ta’ Meta, Rufus ta’ Amazon jew Copilot ta’ Microsoft, qed isiru dejjem aktar gateways ġodda għall-informazzjoni, il-kummerċ u s-servizzi diġitali; jistieden lill-Kummissjoni teżamina, fil-ħin, jekk u kif dawn il-funzjonalitajiet jintużaw mill-gwardjani b’modi li jistgħu jdgħajfu l-kontestabbiltà u l-ekwità, inkluż permezz ta’ settings prestabbiliti, preselezzjoni jew il-preżentazzjoni jew l-għażla diskriminatorja tal-eżiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq li l-ekosistemi diġitali integrati ta’ ċerti gwardjani, magħmula minn diversi servizzi ewlenin tal-pjattaforma u servizzi relatati, jistgħu jipprovdulhom vantaġġ kompetittiv strutturali fl-iżvilupp, it-taħriġ u l-użu ta’ sistemi tal-IA, b’mod partikolari meta l-aċċess għal flussi tad-data fuq skala kbira u b’diversi servizzi, interfaċċi tal-utent, kanali ta’ distribuzzjoni jew servizzi komplementari jista’ jiġi sfruttat fl-ekosistemi kollha; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa tal-infurzar rigoruż tal-Artikolu 6(10) tad-DMA, sabiex jiġu żgurati drittijiet effettivi ta’ aċċess għad-data għall-utenti kummerċjali u biex jiġi pprevenut l-ingranaġġ ta’ vantaġġi tad-data fl-ekosistema kollha b’modi li jdgħajfu l-kontestabbiltà u l-ekwità, inkluż fejn il-funzjonalitajiet tal-IA jiġu integrati f’servizzi ewlenin tal-pjattaforma jew jistgħu jsiru gateways ġodda għall-informazzjoni, il-kummerċ u s-servizzi diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji għall-infurzar tad-DMA, f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni, il-kumplessità u l-importanza strateġika tar-Regolament, u jappella għal tisħiħ sinifikanti tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistenna li r-rieżami li jmiss tad-DMA se jkun trasparenti u bbażat sew fuq l-esperjenza u l-evidenza tal-infurzar mill-applikazzjoni tiegħu, inkluża valutazzjoni tal-eżiti tad-dinja reali għall-utenti u s-swieq, kif ukoll tal-impatt prattiku tal-implimentazzjoni fuq il-konsumaturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-innovazzjoni, il-faċilità ta’ użu, il-privatezza u s-sigurtà, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-iżviluppi teknoloġiċi u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-qafas jibqa’ validu fil-futur; jistieden lill-Kummissjoni tqis b’mod partikolari l-feedback li tirċievi mill-SMEs matul il-proċess ta’ rieżami;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq li r-rieżami għandu jiffoka fuq it-tisħiħ tal-effettività u l-infurzabbiltà tal-qafas eżistenti filwaqt li jindirizza l-isfidi ppreżentati minn teknoloġiji u ekosistemi li qed jevolvu malajr billi jagħmel użu sħiħ mis-setgħat disponibbli fl-ambitu tal-qafas attwali, inkluż permezz ta’ kjarifiki u gwida fejn meħtieġ, u għandu jevita l-ftuħ mill-ġdid tal-objettivi ewlenin, il-kamp ta’ applikazzjoni jew l-arkitettura tad-DMA dment li ma jkunx iġġustifikat b’mod ċar minn lakuni murija fl-infurzar jew minn żviluppi sinifikanti tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jisħaq li l-infurzar effettiv tal-Att dwar is-Swieq Diġitali jirrikjedi l-użu komplementari tal-politika ġenerali tal-kompetizzjoni u l-istrumenti l-oħra kollha tal-UE għad-difiża tal-kummerċ u s-sorveljanza tas-suq, peress li r-riskji sistemiċi għall-ġustizzja u s-sigurtà ekonomika jistgħu jirriżultaw ukoll minn tranżazzjonijiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar is-Swieq Diġitali; jinnota, f’dan il-kuntest, tħassib dwar l-akkwist ta’ Ceconomy AG minn JD.com, li se jkun qed jittrasferixxi l-kontroll ta’ network Ewropew ewlieni tal-bejgħ bl-imnut u tad-distribuzzjoni lil entità mhux tal-UE, u dan iżid ir-riskji ta’ aċċess mill-Istat mhux tal-UE għal data sensittiva tal-konsumatur u distorsjonijiet potenzjali marbuta ma’ appoġġ finanzjarju appoġġjat mill-Istat; jistieden lill-Kummissjoni tapplika r-Regolament dwar is-Sussidji Barranin<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2560/oj).</FIELD></FOOTNOTE> b’mod rigoruż u teżamina kwalunkwe sussidju barrani li jirfed kemm din it-tranżazzjoni kif ukoll dawk futuri; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta r-riskji għad-data tal-konsumatur Ewropew skont ir-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-Investiment Dirett Barranin<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79 I, 21.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/452/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u tiżgura lokalizzazzjoni effettiva tad-data f’konformità mas-sovranità tad-data tal-UE u mal-qafas ta’ infurzar tal-Att dwar is-Swieq Diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>