<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0161</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-iżgurar tar-responsabbiltà u tal-ġustizzja b’reazzjoni għall-attakki kontinwi tar-Russja kontra l-popolazzjoni ċivili fl-Ukrajna</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0201, 0204, 0211, 0215 u 0227/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2026 dwar l-iżgurar tar-responsabbiltà u tal-ġustizzja b’reazzjoni għall-attakki kontinwi tar-Russja kontra l-popolazzjoni ċivili fl-Ukrajna (2026/2700(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukrajna u r-Russja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1949 u l-protokolli addizzjonali tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim tal-25 ta’ Ġunju 2025 bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Ukrajna dwar l-istabbiliment ta’ Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta’ Ġunju 2025, tat-18 ta’ Diċembru 2025 u tad-19 ta’ Marzu 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-2 ta’ Marzu 2022 fejn tiġi ddeplorata l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna bi ksur tal-Karta tan-NU u tal-14 ta’ Novembru 2022 dwar il-promozzjoni ta’ mezzi ta’ rimedju u reparazzjoni għall-aggressjoni kontra l-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa li tistabbilixxi Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istabbiliment taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni tad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi għaddew aktar minn erba’ snin minn meta r-Russja bdiet il-gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux ipprovokata u inġustifikata tagħha fuq skala sħiħa kontra l-Ukrajna, filwaqt li kompliet l-attakk li kienet bdiet bl-annessjoni tagħha tal-Krimea fl-2014 u l-okkupazzjoni ta’ partijiet mir-reġjun ta’ Donbas, bi ksur flagranti tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, b’konsegwenzi umanitarji, ekonomiċi, ambjentali u reġjonali severi; billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja hija xprunata minn ideoloġija imperjalista nazzjonalista u hija parti minn ġabra usa’ ta’ objettivi diretti kontra l-Punent u l-interessi u l-valuri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-Russja intenzjonalment u ripetutament immirat liċ-ċivili u oġġetti ċivili, inkluża l-infrastruttura tal-enerġija u l-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, u li dan jikkostitwixxi ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi l-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; billi, hija u timmira ripetutament l-infrastruttura ċivili tal-enerġija tal-Ukrajna matul ix-xitwa li għaddiet, ir-Russja ġiegħlet lil miljuni ta’ nies fl-Ukrajna jsofru temperaturi taħt iż-żero b’elettriku, tisħin u ilma ġieri limitati; billi l-immirar kontinwu u sistematiku tal-infrastruttura tal-enerġija wassal għal blackouts mifruxa li affettwaw sptarijiet u servizzi essenzjali, fost l-oħrajn, u b’hekk ipperikola l-ħajja taċ-ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-forzi Russi reċentement intensifikaw l-attakki tagħhom mill-ajru u bil-missili fuq bliet Ukreni ewlenin, inklużi Kiev, Kharkiv, Dnipro, Odesa u Zaporizhzhia, filwaqt li kkawżaw għadd sinifikanti ta’ vittmi ċivili u l-qerda mifruxa ta’ żoni residenzjali; billi matul April 2026, ir-Russja fetħet għadd kbir bla preċedent ta’ attakki fuq l-Ukrajna, li qatlu mill-anqas 75 ċivili u darbu aktar minn 400 persuna; billi, skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), aktar minn 15 500 ċivili nqatlu u aktar minn 43 000 ċivili ndarbu sa mill-24 ta’ Frar 2022, filwaqt li ċ-ċifri reali aktarx huma ħafna ogħla;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, skont il-UNICEF, aktar minn 3 200 tifel u tifla fl-Ukrajna ġew maqtula jew feruti, aktar minn terz tat-tfal tal-Ukrajna għadhom spostati u eluf ta’ skejjel u faċilitajiet edukattivi saritilhom il-ħsara jew inqerdu, u dan wassal biex terz tat-tfal ma jistgħux jattendu edukazzjoni skolastika full-time b’mod fiżiku; billi f’Marzu 2026, il-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta’ Inkjesta tan-NU dwar l-Ukrajna kkonkludiet li l-awtoritajiet Russi kienu wettqu delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra permezz tad-deportazzjoni, it-trasferiment furzat u l-għajbien furzat tat-tfal Ukreni; billi l-UE appellat ripetutament lir-Russja u lill-Belarussja biex jiżguraw ir-ritorn sikur u mingħajr kundizzjonijiet lejn l-Ukrajna tat-tfal kollha u ta’ ċivili oħra Ukreni li ġew iddeportati jew trasferiti; billi t-tfal irritornati jirrapportaw li ġarrbu sforzi ta’ “riedukazzjoni” mill-awtoritajiet Russi, bl-għan li titħassrilhom l-identità Ukrena;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi sa mill-24 ta’ Frar 2022, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddokumentat mill-anqas 2 881 attakk fuq ħaddiema tas-saħħa, faċilitajiet tas-saħħa, ambulanzi u mħażen mediċi fl-Ukrajna kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU rrikonoxxiet li r-Russja jeħtiġilha tinżamm responsabbli għall-ksur kollu tad-dritt internazzjonali fl-Ukrajna jew kontriha u jeħtiġilha ġġarrab il-konsegwenzi legali tal-atti internazzjonalment illeċiti tagħha, inkluża r-reparazzjoni għad-danni kkawżati minn tali atti; billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU rrikonoxxiet ukoll il-ħtieġa li jiġi stabbilit mekkaniżmu internazzjonali ta’ reparazzjoni għad-dannu, telf jew korriment li jirriżultaw mill-atti internazzjonalment illeċiti tal-Federazzjoni Russa;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi f’Marzu 2023, il-Qorti Kriminali Internazzjonali ħarġet mandati ta’ arrest għal Vladimir Putin u Maria Lvova-Belova għad-delitt tal-gwerra ta’ deportazzjoni u trasferiment illegali ta’ tfal Ukreni; billi l-qorti sussegwentement ħarġet mandati għal erba’ figuri militari Russi mlaħħqa — Viktor Sokolov, Sergei Kobylash, Sergei Shoigu u Valery Gerasimov — akkużati li mexxew attakki fuq oġġetti ċivili u b’delitti kontra l-umanità;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-Russja sistematikament immirat u għamlet ħsara lil aktar minn 1 700 sit ta’ wirt kulturali Ukren u lil aktar minn 2 500 oġġett ta’ infrastruttura kulturali, inklużi mużewijiet u arkivji, bi ksur tal-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1954 għall-Ħarsien tal-Beni Kulturali f’Każ ta’ Kunflitt Armat; billi l-UNESCO rreġistrat danni f’aktar minn 500 sit ta’ wirt kulturali fl-Ukrajna, b’mod partikolari konsegwenza tal-attakki ripetuti Russi bil-missili u bid-droni; billi dawn is-siti jinkludu siti ta’ valur universali eċċezzjonali, b’mod partikolari l-Katidral ta’ Santa Sophia fi Kiev u ċ-Ċentru Storiku ta’ Odesa, dan tal-aħħar imniżżel fil-Lista ta’ Patrimonju Dinji fil-Periklu bħala konsegwenza diretta tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja; billi l-qerda intenzjonata tal-identità kulturali tikkostitwixxi dimensjoni addizzjonali tal-ħsara kkawżata lill-poplu Ukren;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-użu kontinwu mir-Russja ta’ missili u droni qrib faċilitajiet nukleari fl-Ukrajna — inkluża ż-żona ta’ esklużjoni ta’ Chernobyl, użu li wassal għal danni serji għall-Konfinament Sikur Ġdid fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl — joħloq riskju gravi u kontinwu għas-sikurezza u s-sigurtà nukleari;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-UE affermat mill-ġdid l-impenn tagħha li tiżgura responsabbiltà sħiħa għad-delitti tal-gwerra u delitti serji oħra, u talbet li jsiru sforzi sostnuti biex jibda jopera t-Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna, u għamlet ukoll kontribuzzjoni ta’ EUR 10 miljun biex tiffinanzja grupp ta’ antiċipazzjoni li se jħejji l-pedamenti istituzzjonali, loġistiċi u organizzattivi tat-tribunal;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fis-16 ta’ Diċembru 2025, l-UE ffirmat il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa li tistabbilixxi Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna, bl-għan li tippermetti kumpens għall-vittmi ċivili; billi fl-14 ta’ Mejju 2026, fil-marġni tal-135 sessjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa f’Chișinău, se tiġi inawgurata Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna; billi r-Reġistru tad-Danni, stabbilit fl-2023, iservi bħala rekord ta’ talbiet eliġibbli għall-kumpens għal danni kkawżati mir-Russja u kien għodda essenzjali biex l-Ukrajna u ċ-ċittadini tagħha jkunu jistgħu jfittxu reparazzjonijiet skont id-dritt internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fis-sentenza tagħha tad-9 ta’ Lulju 2025 fil-każ <STRING ITALIC="on">Ukrajna u n-Netherlands</STRING> vs <STRING ITALIC="on">ir-Russja</STRING>, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem żammet lir-Russja responsabbli għal abbużi mifruxa u flagranti tad-drittijiet tal-bniedem, bi ksur tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, fil-kuntest tal-kunflitt li beda fil-Lvant tal-Ukrajna fl-2014, inkluż it-twaqqigħ tat-titjira MH17 f’Lulju 2014;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi kwalunkwe proċess futur ta’ waqfien mill-ġlied jew ta’ paċi ma jridx jitħalla jimpedixxi, idewwem jew jimmina l-proċessi ta’ responsabbiltà li għaddejjin u dawk futuri; billi r-responsabbiltà u l-paċi huma raġunijiet prevalenti li jsaħħu lil xulxin skont id-dritt internazzjonali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu, bl-aktar mod qawwi possibbli, tal-gwerra brutali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inklużi l-attakki intenzjonati tagħha fuq żoni residenzjali u infrastruttura ċivili u kritika, u jikkundanna bil-qawwa l-attakki vizzjużi reċenti tar-Russja kontra ċ-ċivili f’April 2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu li r-Russja twaqqaf minnufih, kompletament u mingħajr kundizzjonijiet l-attakki tagħha kontra ċ-ċivili u l-infrastruttura ċivili, tirtira l-forzi militari kollha mit-territorju rikonoxxut internazzjonalment tal-Ukrajna, ittemm id-deportazzjonijiet furzati u l-adozzjonijiet illegali tagħha, twaqqaf l-użu tagħha tat-tortura u t-trattament inuman u teħles u tirritorna liċ-ċivili kollha detenuti, maħtufa u adottati illegalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni s-solidarjetà soda tiegħu mal-poplu kuraġġuż tal-Ukrajna u l-appoġġ tiegħu favur l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti fuq livell internazzjonali, u jissottolinja d-dritt inerenti ta’ awtodifiża tal-Ukrajna fl-ambitu tal-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja tikkostitwixxi ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali u tal-Karta tan-NU, kif ukoll attakk bla preċedent fuq is-sigurtà Ewropea; jissottolinja li l-mexxejja tar-Russja u l-alleati tagħha jeħtiġilhom jinżammu responsabbli għar-rwoli tagħhom fid-delitt ta’ aggressjoni, id-delitti tal-gwerra, id-delitti kontra l-umanità u delitti internazzjonali oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota bi tħassib serju li l-istat Russu u l-predeċessur tiegħu, l-Unjoni Sovjetika, qatt ma nżammu responsabbli għad-delitti tagħhom, inkluż il-Massakru ta’ Katyn – il-verità storika li għal darb’ oħra Moska qed tfittex li tgħawweġ f’kontradizzjoni diretta mal-evidenza stabbilita u l-ammissjonijiet preċedenti tagħha stess – u d-deportazzjoni tal-massa ta’ nazzjonijiet sħaħ lejn is-Siberja, u b’hekk issaħħet kultura ta’ impunità li tkompliet bid-delitti tal-gwerra mwettqa matul l-Ewwel u t-Tieni Gwerer taċ-Ċeċenja, permezz tal-aggressjoni Russa kontra l-Georgia fl-2008, permezz tal-intervent militari tagħha fis-Sirja, u, mill-2014, fl-Ukrajna, u li tkompli tippermetti aktar atroċitajiet; iqis li l-glorifikazzjoni kontinwa ta’ figuri bħall-fundatur magħruf tal-apparat tas-sigurtà Sovjetika u l-arkitett tat-terrur tal-istat, Felix Dzerzhinsky, inkluża d-deċiżjoni reċenti li l-akkademja tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tissemma għalih, u ċ-ċaħda sistematika, id-distorsjoni u saħansitra l-ġustifikazzjoni tad-delitti mwettqa mill-Unjoni Sovjetika kontra popli okkupati u dawk li jgħixu fit-territorju tal-Federazzjoni Russa tal-lum jikkostitwixxu kontinwazzjoni espliċita ta’ din il-kultura ta’ impunità u jipprovdu indikazzjoni ċara tal-valuri sostnuti minn dawk f’pożizzjonijiet ta’ poter fir-Russja; iqis, għalhekk, li l-brutalità mwettqa mir-Russja fl-Ukrajna, xprunata mit-tmexxija politika u l-ogħla strutturi militari, bl-appoġġ ta’ segmenti sinifikanti tas-soċjetà, hija sistemika fin-natura tagħha u tirrifletti politika imperjalista b’għeruq profondi li hija inseparabbli mill-vjolenza, ir-repressjoni u t-tixrid tad-demm; iwissi li sakemm ma tiġix żgurata responsabbiltà deċiżiva u infurzabbli issa, kwalunkwe aspettattiva ta’ bidla futura mhux biss tkun bla bażi, iżda tkun ukoll inġenwa b’mod perikoluż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-isforzi internazzjonali għadhom ma kinux biżżejjed biex tintemm l-aggressjoni tar-Russja; iħeġġeġ lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lis-sħab tagħha jintensifikaw il-pressjoni fuq ir-Russja u jżidu b’mod massiv l-appoġġ militari tagħhom lill-Ukrajna, b’mod partikolari fil-qasam tad-difiża tal-ajru u l-kapaċitajiet ta’ attakki profondi, sabiex jipproteġu lill-popolazzjoni ċivili u l-infrastruttura kritika tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifaħħar il-ħidma tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta’ Inkjesta tan-NU dwar l-Ukrajna fl-investigazzjoni tal-allegati ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, il-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali u delitti relatati, u jilqa’ l-estensjoni tal-mandat tagħha; jirrifjuta bil-qawwa l-affermazzjonijiet tar-Russja li hija tattakka esklużivament objettivi militari; ifakkar fis-sejbiet tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta li l-forzi Russi sistematikament attakkaw ċivili u oġġetti ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jappoġġja l-istabbiliment u t-tħaddim rapidu tat-Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE jingħaqdu miegħu; jilqa’ l-impenn tan-Netherlands li jospitaw il-fażi inizjali tat-Tribunal Speċjali, u jinkoraġġixxi sforzi intensifikati biex tiġi ffinalizzata l-offerta tal-ospitant għat-tieni fażi; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jappoġġjaw l-istabbiliment tat-Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna, jiżguraw li dan jibda jopera malajr kemm jista’ jkun u jippromwovu appoġġ internazzjonali usa għalih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifaħħar ir-rwol kruċjali tal-Eurojust u tal-Iskwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta tagħha fl-appoġġ favur ir-responsabbiltà għad-delitti mwettqa fl-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura finanzjament sostnut għaċ-Ċentru Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni tad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna li jitkompla wara Diċembru 2026 u tiżgura li l-evidenza kollha miġbura tibqa’ trasferibbli bis-sħiħ lit-Tribunal Speċjali futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifaħħar lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ukreni u internazzjonali li qed jiddokumentaw id-delitti tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u jappoġġjaw lill-vittmi u lix-xhieda; jilqa’ l-appoġġ sostnut ipprovdut mill-Missjoni ta’ Konsulenza tal-UE għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna separatament u fil-qafas tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Atroċitajiet, li għandha rwol vitali fit-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li r-responsabbiltà trid testendi għal dawk kollha li jinsabu f’pożizzjoni li jidderieġu jew jippermettu d-delitt ta’ aggressjoni, inklużi figuri politiċi, militari u ġudizzjarji għolja; jissottolinja, f’dan ir-rigward, li tali responsabbiltà għandha testendi wkoll għall-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Federazzjoni Russa u għall-membri tad-Duma tal-Istat, li d-deċiżjonijiet tagħhom awtorizzaw l-annessjoni tat-territorji Ukreni, u b’hekk ikkontribwew direttament biex ikun jista’ jseħħ id-delitt ta’ aggressjoni, bil-prijorità tingħata lil dawk li għandhom l-akbar responsabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-investigazzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali dwar allegazzjonijiet ta’ delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità jew ġenoċidju mwettqa fl-Ukrajna; ifakkar fl-obbligi tal-Istati Membri, skont l-Istatut ta’ Ruma, li jarrestaw u jikkonsenjaw kwalunkwe individwu soġġett għal mandati ta’ arrest tal-Qorti Kriminali Internazzjonali li jidħol fit-territorju tagħhom; jesprimi tħassib kbir dwar is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti kontra l-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-prosekuturi, l-imħallfin u l-persunal tagħha, liema sanzjonijiet jimminaw il-ħidma kollha investigattiva u ta’ prosekuzzjoni tagħha u jikkostitwixxu attakk serju fuq is-sistema tal-ġustizzja internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tattiva b’mod urġenti l-istatut ta’ mblukkar, u lill-Istati Membri jżidu b’mod urġenti l-isforzi diplomatiċi tagħhom biex jipproteġu u jissalvagwardjaw il-Qorti Kriminali Internazzjonali bħala pedament indispensabbli tas-sistema tal-ġustizzja internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jiddenunzja l-esportazzjoni mir-Russja ta’ ċereali misruqa minn żoni okkupati tal-Ukrajna u jissottolinja li l-konfiska tagħhom tista’ tikkostitwixxi delitt tal-gwerra; jappella għal azzjoni immedjata biex jitwaqqfu l-esportazzjoni u l-kummerċ taċ-ċereali kkonfiskati illegalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jesprimi l-appoġġ tiegħu biex l-UE ssir membru sħiħ tal-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna; jistieden lill-Istati Membri jlestu malajr il-proċeduri formali kollha għall-adeżjoni tagħhom, u b’hekk jippermettu lill-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet tibda l-ħidma tagħha malajr;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni effettiva tal-mekkaniżmi kollha ta’ responsabbiltà bl-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi, tiġi żgurata l-effiċjenza u jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq il-vittmi u x-xhieda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Kummissjoni jistabbilixxu Delegazzjoni tal-UE għall-organizzazzjonijiet internazzjonali li jinsabu f’The Hague, li attwalment jinkludu l-Qorti Kriminali Internazzjonali, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja u l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tal-UE fil-korpi internazzjonali importanti l-ġodda li għandhom jiġu stabbiliti f’din il-belt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-approvazzjoni tant mistennija tal-Kunsill ta’ self tal-UE ta’ EUR 90 biljun għall-Ukrajna; jistenna, f’konformità mal-kjarifiki pprovduti mill-Kummissjoni matul is-sessjoni plenarja ta’ Frar 2026, l-implimentazzjoni xierqa tal-flessibbiltà li tidher fil-pakkett skont ir-reġim ta’ deroga stabbilit fl-Artikolu 13(5) tar-regolament li jistabbilixxi s-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2026/467 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2026 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna għall-2026 u l-2027 (ĠU L, 2026/467, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/467/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; itenni l-appell tiegħu biex jinstabu modi legali biex jintużaw il-bilanċi tal-flus assoċjati mal-assi sovrani Russi immobilizzati fl-ambitu tas-sanzjonijiet tal-UE biex jiġu appoġġjati d-difiża u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, inkluż permezz tal-għoti ta’ kumpens fl-ambitu tal-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna, u, fost prijoritajiet oħra, biex jiġi ffinanzjat ir-restawr tal-konfinament sikur ġdid fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl wara li saritlu l-ħsara minn attakki bi droni Russi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-20 pakkett ta’ sanzjonijiet fil-konfont tar-Russja; jinnota l-użu tal-għodda kontra ċ-ċirkomvenzjoni biex tiġi mblukkata d-devjazzjoni tal-esportazzjonijiet ta’ teknoloġiji sensittivi permezz ta’ pajjiżi mhux tal-UE; jinsisti li l-ebda sanzjoni m’għandha titneħħa qabel ma jiġi nnegozjat u implimentat b’mod sostenibbli ftehim ta’ paċi; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jindirizzaw b’mod sistematiku l-kwistjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżguraw li s-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja jinżammu b’mod strett u jiġu estiżi aktar biex ikopru l-individwi u l-entitajiet kollha li d-deċiżjonijiet tagħhom ippermettew jew ikkontribwew għat-twettiq ta’ delitti tal-gwerra u delitti serji oħra kontra l-popolazzjoni ċivili Ukrena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jitlob lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, b’mod partikolari lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jikkollaboraw mal-awtoritajiet Ukreni u jmexxu kampanja ta’ komunikazzjoni attiva madwar l-Ewropa u madwar id-dinja biex iqajmu kuxjenza dwar id-delitti tal-gwerra mwettqa mir-Russja u mill-alleati tagħha, u jibnu l-appoġġ għar-responsabbiltà u għall-ġustizzja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Itenni li d-deportazzjoni illegali u t-trasferiment bil-forza tat-tfal Ukreni jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali u ksur profond tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni, flimkien mal-Ukrajna u mal-Kanada, li tospita b’mod konġunt laqgħa ta’ livell għoli tal-Koalizzjoni Internazzjonali għar-Ritorn tat-Tfal Ukreni, fi Brussell, f’Mejju 2026; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma ngħaqdux mal-Koalizzjoni Internazzjonali biex jagħmlu dan mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jiddenunzja t-tentattivi sistematiċi tar-Russja biex tħassar l-istorja, il-kultura, il-lingwa u l-identità tal-Ukrajna; ifakkar li l-kobor tal-qerda kkawżata mill-aggressjoni tar-Russja tibqa’ konsiderevoli u li l-ħsara diretta kkawżata lill-infrastrutturi u lill-patrimonju kulturali tal-Ukrajna hija stmata, f’April 2026, għal aktar minn EUR 4 biljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja li l-gwerra ta’ aggressjoni Russa u l-użu bħala bersall tal-infrastruttura industrijali u tal-enerġija kkawżaw dannu sever u dejjiemi lill-ambjent tal-Ukrajna, inkluża l-qerda tal-ekosistemi u l-kontaminazzjoni tal-ilma u tal-ħamrija; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw l-inizjattivi kollha li jiddokumentaw il-qerda ambjentali kkawżata mill-gwerra tar-Russja u jsostnu l-isforzi biex jiġu żgurati r-responsabbiltà u l-kumpens;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn sod tal-UE għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna u jtenni r-rieda tagħha li tikkontribwixxi għall-bini mill-ġdid tal-ekonomija u tal-infrastruttura ċivili u kritika tal-Ukrajna; jisħaq fuq l-importanza strateġika tal-Faċilità għall-Ukrajna fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-Ukrajna, fl-aċċelerazzjoni tal-irkupru tagħha u fl-appoġġ tal-perkors tal-pajjiż lejn l-iżvilupp sostenibbli u l-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Verkhovna Rada tal-Ukrajna, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Kungress tal-Istati Uniti, lill-Qorti Kriminali Internazzjonali u lill-awtoritajiet Russi.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>