<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0162</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-appoġġ għar-reżiljenza demokratika fl-Armenja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0195, 0196, 0198, 0199 u 0200/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2026 dwar l-appoġġ għar-reżiljenza demokratika fl-Armenja (2026/2701(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Armenja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 23, 26.01.2018, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2018/104/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-liġi adottata mill-Assemblea Nazzjonali tal-Armenja fis-26 ta’ Marzu 2025 li varat il-proċess ta’ adeżjoni tal-Armenja mal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diskors tal-Prim Ministru, Nikol Pashinyan, lill-Parlament Ewropew fi Strażburgu fil-11 ta’ Marzu 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta għall-istampa tat-3 ta’ Diċembru 2025 wara s-sitt laqgħa tal-Kunsill ta’ Sħubija UE-Armenja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-aġenda strateġika għas-sħubija bejn l-Armenja u l-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjan ta’ reżiljenza u tkabbir bejn l-UE u l-Armenja u l-impenji ta’ investiment tal-Global Gateway tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-Djalogu Politiku u ta’ Sigurtà bejn l-UE u l-Armenja tat-3 ta’ Frar 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (CFSP) 2025/211 tat-30 ta’ Jannar 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/211, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/211/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li testendi l-mandat tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) għal sentejtn,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (CFSP) 2026/894 tal-21 ta’ April 2026<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2026/894, 22.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/894/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li tistabbilixxi l-Missjoni ta’ Sħubija tal-UE fl-Armenja (EUPM Armenja) skont il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2010 tat-22 ta’ Lulju 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2010, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2010/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li tadotta l-ewwel miżura ta’ assistenza li qatt saret taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati Armeni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-ratifika tal-ftehim qafas ta’ parteċipazzjoni tal-PSDK bejn l-Unjoni Ewropea u l-Armenja<FOOTNOTE><FIELD> Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet (ĠU L, 2025/1553, 31.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2025/1553/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, kif milqugħ fl-istqarrija konġunta għall-istampa tat-3 ta’ Diċembru 2025 wara s-sitt laqgħa tal-Kunsill ta’ Sħubija UE-Armenja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Summit dwar il-Paċi ta’ Washington tat-8 ta’ Awwissu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-missjoni ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet, ippubblikat mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, dwar l-elezzjonijiet parlamentari tal-Armenja tas-7 ta’ Ġunju 2026, u l-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-istandards elettorali, il-libertà tal-media u l-integrità tal-informazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ April 2015 dwar għeluq il-mitt sena mill-Ġenoċidju Armen<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 328, 6.9.2016, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Armenja daħlu f’fażi ġdida, ikkaratterizzata minn livell ogħla ta’ involviment politiku u relazzjoni estiża fil-qasam tas-sigurtà; billi dawn ir-relazzjonijiet huma bbażati fuq valuri kondiviżi, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi l-Kunsill ta’ Sħubija UE-Armenja adotta aġenda strateġika ġdida, bħala pass mill-akbar fit-tisħiħ tar-rabtiet bilaterali, li tkopri d-demokrazija, ir-riforma tal-ġustizzja, id-drittijiet tal-bniedem u firxa wiesgħa ta’ oqsma oħra li jibnu fuq il-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ; billi l-UE affermat mill-ġdid l-appoġġ sod tagħha għall-aġenda ta’ riforma tal-Armenja u l-isforzi tal-pajjiż biex jiġġieled it-theddid ibridu, u l-progress li sar fid-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża, l-implimentazzjoni tas-EU u l-pjan ta’ reżiljenza u tkabbir ta’ EUR 270 miljun għall-Armenja; billi l-Armenja wettqet riformi sinifikanti f’dawn l-aħħar snin; billi jibqa’ essenzjali li jsir aktar titjib;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fis-26 ta’ Marzu 2025, il-Parlament tal-Armenja adotta l-liġi dwar il-varar tal-proċess ta’ adeżjoni tal-Armenja mal-UE, u b’hekk esprima l-aspirazzjoni tal-pajjiż għas-sħubija fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-aġenda strateġika l-ġdida adottata f’Diċembru 2025, li tibni fuq l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ, tkopri firxa wiesgħa ta’ oqsma, inklużi d-demokrazija u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġustizzja u d-drittijiet tal-bniedem; billi din l-għażla ta’ oqsma turi l-impenn sovran tal-Armenja favur l-istandards demokratiċi u l-istat tad-dritt, b’mod konsistenti man-normi u mal-valuri tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-tmien summit tal-Komunità Politika Ewropea u l-ewwel summit li qatt sar bejn l-UE u l-Armenja se jsiru konsekuttivament f’Yerevan fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2026, u dan jirrappreżenta sinjal storiku ta’ solidarjetà Ewropea mal-Armenja; billi s-summit bejn l-UE u l-Armenja, li jlaqqa’ flimkien lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, huwa mistenni li jagħti eżiti konkreti fir-relazzjonijiet bilaterali, b’fokux partikolari fuq il-konnettività fl-enerġija, fit-trasport u fl-infrastruttura diġitali, u fuq il-paċi, is-sigurtà u l-prosperità fil-Kawkasu tan-Nofsinhar;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fil-21 ta’ April 2026, il-Kunsill stabbilixxa l-EUPM Armenja fl-ambitu tal-PSDK bħala kontribut ulterjuri għat-tisħiħ tar-reżiljenza demokratika tal-Armenja u tal-kapaċità tagħha li timmaniġġja l-kriżijiet; billi l-missjoni se tappoġġja lill-Armenja biex tiffaċċja t-theddid fuq diversi livelli bħall-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barranin, iċ-ċiberattakki u l-flussi finanzjarji illeċiti. billi l-istabbiliment tal-missjoni jikkonferma li s-sigurtà demokratika issa hija pilastru fundamentali tas-sħubija bejn l-UE u l-Armenja; billi l-EUPM Armenja se tipprovdi pariri strateġiċi u bini tal-kapaċitajiet lill-istituzzjonijiet tal-Armenja biex tgħinhom jirrispondu għal theddid bħal dan;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fis-7 ta’ Ġunju 2026, l-Armenja se torganizza l-elezzjonijiet parlamentari, li huma strateġikament importanti mhux biss għall-konsolidazzjoni demokratika domestika, iżda wkoll għas-sostenibbiltà tal-paċi, tar-riforma u tal-kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-UE; billi l-integrità tal-elezzjonijiet tiddependi mill-fatt li jkun hemm il-kundizzjonijiet għal elezzjonijiet ħielsa, ġusti u kompetittivi, istituzzjonijiet b’saħħithom, media indipendenti u salvagwardji robusti kontra d-diżinformazzjoni, il-finanzjament illeċitu, ix-xiri tal-voti u forom oħra ta’ ndħil malizzjuż; billi l-ODIHR irreġistra tħassib dwar il-preparatezza tal-kummissjonijiet ċirkoskrizzjonali, iċ-ċibersigurtà, il-kampanji bikrija, l-użu ħażin tar-riżorsi amministrattivi, it-trasparenza tal-finanzjament tal-kampanji, u l-polarizzazzjoni tal-media; billi l-indħil barrani – b’mod partikolari l-operazzjonijiet ibridi sistematiċi tar-Russja mwettqa bl-għajnuna tal-proxies tagħha, inklużi kampanji ta’ diżinformazzjoni, operazzjonijiet ċibernetiċi, pressjoni ekonomika u l-mobilizzazzjoni ta’ proxies lokali – opera dejjem aktar permezz ta’ amplifikaturi domestiċi bħal ċerti atturi reliġjużi u networks oligarkiċi, li jirriflettu x-xejriet osservati fl-elezzjonijiet reċenti fil-Moldova u fil-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, matul il-laqgħa tal-1 ta’ April 2026, Vladimir Putin poġġa pressjoni fuq il-Prim Ministru Armen, Nikol Pashinyan, biex jippermetti lill-biljunarju Russu-Armen, Samvel Karapetyan, li jinsab f’detenzjoni, jipparteċipa fl-elezzjonijiet li ġejjin tal-Armenja;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-EUMA għad għandha rwol vitali biex tikkontribwixxi għall-istabbiltà, għall-bini tal-fiduċja u għas-sigurtà tal-bniedem fiż-żoni milquta mill-kunflitti; billi fit-30 ta’ Jannar 2025, il-Kunsill estenda l-mandat tal-EUMA għal sentejn; billi l-EUMA għandha rwol vitali ta’ stabbilizzazzjoni tul il-fruntiera bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan; billi tikkontribwixxi wkoll għall-osservazzjoni u r-rappurtar dwar is-sitwazzjoni fuq il-post u għall-appoġġ għall-bini tal-fiduċja bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-proċess ta’ paċi bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan kiseb momentum sinifikanti, bi pjanijiet għal konnettività ta’ tranżitu multimodali minn ġot-territorju Armen li tgħaqqad lill-Ażerbajġan kontinentali mar-Repubblika Awtonoma tiegħu ta’ Nakhchivan, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ is-sovranità, l-integrità territorjali u l-ġuriżdizzjoni tal-Armenja, u tirrappreżenta strument fundamentali biex titnaqqas id-dipendenza ekonomika tal-Armenja minn fuq ir-Russja; billi l-UE, permezz tas-Sħubija ta’ Konnettività bejn l-UE u l-Armenja u l-inizjattiva “Crossroads of Peace”, tappoġġja bis-sħiħ dan il-proċess;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma t-twemmin qawwi tiegħu fl-impenn tal-awtoritajiet Armeni li jiddefendu elezzjonijiet ħielsa, ġusti u trasparenti, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tagħhom biex jipproteġu l-istituzzjonijiet demokratiċi kontra l-indħil estern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għal elezzjonijiet parlamentari ħielsa, ġusti, kompetittivi u paċifiċi fl-Armenja f’Ġunju 2026, li l-eżitu tagħhom irid jiġi ddeterminat biss mill-poplu Armen; jissottolinja l-importanza tal-indipendenza tal-amministrazzjoni elettorali, il-kundizzjonijiet ugwali tal-kampanji għall-kandidati kollha, il-pluraliżmu tal-media u r-rispett sħiħ għal-libertajiet fundamentali matul iċ-ċiklu elettorali kollu; jappella għal salvagwardji robusti kontra d-diżinformazzjoni, il-finanzjament illeċitu, ix-xiri tal-voti u l-koerċizzjoni, u l-protezzjoni msaħħa tal-infrastruttura elettorali, it-trasparenza tal-finanzjament tal-kampanji, u l-appoġġ għall-inizjattivi ta’ verifika tal-fatti u għas-soċjetà ċivili, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni u ta’ twissija bikrija; jappella għal missjonijiet internazzjonali u domestiċi robusti ta’ osservazzjoni elettorali, inkluż mill-ODIHR, u kooperazzjoni sħiħa ma’ tali missjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barranin, il-kampanji ta’ diżinformazzjoni u theddid ibridu ieħor dirett kontra l-Armenja, b’mod partikolari dawk li joriġinaw mir-Russja u l-proxies tagħha, inkluż permezz tal-attakki ċibernetiċi, il-finanzjament politiku illeċitu u l-użu ta’ atturi domestiċi, inklużi n-networks oligarkiċi, biex jamplifikaw tali theddid; jisħaq li dan it-theddid huwa ta’ natura strutturali u fit-tul u huma meħtieġa sforzi sostnuti biex tissaħħaħ ir-reżiljenza demokratika lil hinn miċ-ċiklu elettorali; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-istabbiliment tal-EUPM Armenja u jappella għal appoġġ imsaħħaħ tal-UE permezz ta’ komunikazzjoni strateġika, litteriżmu medjatiku, bini tal-kapaċitajiet fil-qasam taċ-ċibersigurtà, u involviment strutturat mal-pjattaformi online; jistieden lill-awtoritajiet Armeni jiggarantixxu r-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-oppożizzjoni, għall-indipendenza ġudizzjarja u għall-libertà tal-espressjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota l-isfidi speċifiċi marbuta mal-preżenza ta’ komunità mdaqqsa Russa, inklużi persuni b’ċittadinanza doppja, fl-Armenja, u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ viġilanza kontra kwalunkwe tentattiv biex din is-sitwazzjoni tiġi sfruttata għall-indħil elettorali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-momentum qawwi fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Armenja u l-impenn kontinwu tal-Armenja għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-riformi politiċi u ekonomiċi ambizzjużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-aġenda strateġika l-ġdida għas-sħubija bejn l-UE u l-Armenja, il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ, l-avvanzi fid-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża, u l-implimentazzjoni kontinwa tal-pjan ta’ reżiljenza u tkabbir; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-isforzi leġiżlattivi u ta’ politika tal-Armenja li għandhom l-għan li japprofondixxu r-relazzjonijiet mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-organizzazzjoni tat-tmien summit tal-Komunità Politika Ewropea u tal-ewwel summit li qatt sar bejn l-UE u l-Armenja f’Yerevan fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2026 bħala stadju importanti eċċezzjonali u storiku; iqis li l-ospitar konsekuttiv taż-żewġ summits f’Yerevan jibgħat sinjal politiku ċar ta’ solidarjetà pan-Ewropea mal-Armenja u tal-impenn tal-UE li tappoġġja l-aġenda ta’ paċi, riforma u reżiljenza tal-Armenja; jistieden lill-mexxejja tal-UE u tal-Armenja jużaw din l-opportunità biex jiżviluppaw riżultati ambizzjużi u konkreti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tesprimi l-aspirazzjoni tal-pajjiż li jissieħeb fl-UE u jitlob li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-awtoritajiet Armeni jappoġġjaw din l-għażla politika b’passi prattiċi, ankrati fid-demokrazija, fl-istat tad-dritt u fid-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri japprofondixxu l-kooperazzjoni mal-Armenja dwar il-governanza demokratika, l-istat tad-dritt, ir-riforma ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, iċ-ċibersigurtà u r-reżiljenza għat-theddid ibridu, u jżidu l-appoġġ li jkun aċċessibbli għall-media indipendenti, għas-soċjetà ċivili, għall-istituzzjonijiet lokali u għall-amministrazzjoni pubblika orjentata lejn ir-riforma; jappella għal koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab internazzjonali fl-appoġġ li jingħata lil dawn l-isforzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappoġġja bil-qawwa l-isforzi kontinwi tal-Armenja favur il-paċi, ir-rikonċiljazzjoni u n-normalizzazzjoni sħiħa tar-relazzjonijiet mal-Ażerbajġan; jilqa’ l-progress miksub fil-proċess ta’ paċi u jistieden liż-żewġ naħat jimxu lejn ftehim ta’ paċi komprensiv u legalment vinkolanti; jisħaq li kwalunkwe paċi sostenibbli trid tkun imsejsa fuq ir-rispett għas-sovranità, l-integrità territorjali u l-invjolabbiltà tal-fruntieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinkoraġġixxi kondiviżjoni tal-informazzjoni u kooperazzjoni akbar mar-Repubblika tal-Moldova, iffaċilitati mill-UE, fid-dawl ta’ esperjenzi komparabbli ta’ ndħil elettorali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għad-drittijiet tal-Armeni tan-Nagorno-Karabakh, inkluża l-protezzjoni tal-identità, tal-proprjetà u tal-wirt kulturali tagħhom, u d-dritt tagħhom għal ritorn sikur, mingħajr xkiel u dinjituż taħt garanziji internazzjonali xierqa; jitlob li dawk responsabbli għall-qerda tal-wirt kulturali u reliġjuż Armen jinżammu responsabbli, u li tintbagħat missjoni ta’ valutazzjoni internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jikkundanna d-detenzjoni inġusta mill-Ażerbajġan ta’ priġunieri tal-gwerra, detenuti u ostaġġi Armeni; jeżiġi li jinħelsu b’mod immedjat u mingħajr kundizzjonijiet; jinnota l-passi li ttieħdu s’issa u jappella għal aktar miżuri għall-bini tal-fiduċja; jappella għar-rispett sħiħ tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-UE żżid l-assistenza finanzjarja u teknika lill-Armenja, inkluż permezz tal-pjan ta’ reżiljenza u tkabbir, b’enfasi fuq it-tisħiħ tar-reżiljenza istituzzjonali, tas-sigurtà tal-enerġija, tal-governanza diġitali u tad-diversifikazzjoni ekonomika, u fuq it-tnaqqis tad-dipendenzi strutturali f’setturi kritiċi bħall-enerġija, it-trasport u l-infrastruttura; jinkoraġġixxi lill-Gvern Armen jagħti segwitu għar-riformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-istrateġija tas-soċjetà ċivili tal-EUMA; iqis li din hija pass importanti fit-twessigħ tal-involviment tal-missjoni mas-soċjetà ċivili Armena lil hinn mill-mandat ewlieni tagħha ta’ monitoraġġ tas-sigurtà, u jħeġġeġ lill-EUMA issaħħaħ l-involviment tagħha mal-atturi demokratiċi lokali, l-organizzazzjonijiet tal-komunità u l-media indipendenti bħala parti mill-kontribut tagħha għar-reżiljenza demokratika; ifaħħar il-ħidma tas-soċjetà ċivili Armena biex tinvestiga l-kampanji ta’ ndħil barrani, kif ukoll l-attakki ċibernetiċi u d-diżinformazzjoni online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi kontinwi lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Armenja u t-Turkija, bħala kontribut importanti għall-istabbiltà, ir-rikonċiljazzjoni u l-konnettività reġjonali; jistieden liż-żewġ partijiet ikomplu jimpenjaw ruħhom in bona fede f’passi ulterjuri għall-bini tal-fiduċja, inkluż il-ftuħ mill-ġdid tal-fruntieri, bħala kontribut importanti għall-istabbiltà, ir-rikonċiljazzjoni u l-konnettività reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Armenja, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-Kunsill tal-Ewropa u lin-Nazzjonijiet Uniti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>