<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0163</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet kriminali mmirati u r-responsabbiltà tal-pjattaformi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv il-bullying ċibernetiku u l-fastidju online</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0206, 0213 u 0235/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2026 dwar il-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet kriminali mmirati u r-responsabbiltà tal-pjattaformi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv il-bullying ċibernetiku u l-fastidju online (2026/2693(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-artikoli tagħha dwar id-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, il-libertà tal-espressjoni, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-vittmi, il-privatezza tal-komunikazzjonijiet, u l-protezzjoni tad-data personali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 83(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/93/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/29/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/1808/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1385 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1385, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1385/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2025 dwar il-miżuri biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà fir-rigward tal-minorenni online, skont l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5519, 10.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5519/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2026 bit-titolu “Pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetiku “Aktar sikuri online, flimkien aktar b’saħħitna”” (COM(2026)0071),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Cyberbullying – Insights from science, policy and legislation” (Il-bullying ċibernetiku – Għarfien mix-xjenza, il-politika u l-leġiżlazzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Deċennju Diġitali għat-tfal u ż-żgħażagħ: l-istrateġija Ewropea l-ġdida għal internet aħjar għat-tfal (BIK+)’ (COM(2022)0212),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Ewropa aktar inklużiva u protettiva: l-estensjoni tal-lista ta’ reati fl-UE għad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda” (COM(2021)0777) u l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill annessa magħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar l-estensjoni tal-lista ta’ reati tal-UE għad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5733, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5733/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni nazzjonali kontra l-bullying ċibernetiku, inkluża l-“Coco’s Law” tal-Irlanda,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diskors ta’ Jackie Fox, omm Coco Fox, fil-Parlament Ewropew fl-10 ta’ Marzu 2026 fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Mara,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza tal-LGBTIQ+ 2026–2030 tat-8 ta’ Ottubru 2025 (COM(2025)0725),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2025 dwar il-protezzjoni tal-minorenni online<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/1708, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1708/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-bullying ċibernetiku jirreferi għal imġiba mwettqa permezz ta’ teknoloġiji diġitali bl-intenzjoni jew bl-effett primarji li n-nies, b’mod partikolari t-tfal jew iż-żgħażagħ, jiġu ripetutament jew kontinwament umiljati, esklużi soċjalment, abbużati jew iffastidjati jew ukoll isirilhom dannu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-bullying ċibernetiku huwa problema li qiegħda dejjem tikber, kif rikonoxxut fil-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni kontra l-bullying ċibernetiku; billi 18,3 % tat-tfal madwar id-dinja esperjenzaw bullying ċibernetiku permezz ta’ messaġġi elettroniċi jew posts tal-media soċjali; billi fl-Ewropa, madwar wieħed minn kull sitt itfal ta’ bejn il-11 u l-15-il sena jirrapportaw li huma vittmi tal-bullying ċibernetiku; billi bejn l-2018 u l-2022, l-għadd ta’ adolexxenti għaddejjin minn bullying ċibernetiku żdied bi kwart għas-subien u kważi kwart għall-bniet; billi matul dawn l-aħħar ħames snin, il-bullying ċibernetiku kien konsistentement ir-raġuni prinċipali għalfejn ġew ikkuntattjati l-helplines taċ-Ċentri għal Internet Aktar Sikur.
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Ewrobarometru dwar id-Deċennju Diġitali tal-2025 sab li 92 % taċ-ċittadini tal-UE jqisu li hemm ħtieġa urġenti li l-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu biex jipproteġu lit-tfal online mill-bullying ċibernetiku u l-fastidju online, u jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta’ azzjoni koordinata biex jiġu evitati, indirizzati u mmitigati l-effetti dannużi tal-bullying ċibernetiku madwar l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-bullying ċibernetiku jaffettwa b’mod sproporzjonat lil dawk fl-intersezzjoni ta’ vulnerabbiltajiet multipli, inklużi nisa u bniet, persuni LGBTIQ+, żgħażagħ, tfal b’diżabbiltà, dawk minn kuntesti ta’ minoranza, migranti u żgħażagħ razzjalizzati, u billi dawn ir-raġunijiet ta’ diskriminazzjoni sovrapposti jżidu d-dannu mġarrab;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-bullying ċibernetiku u l-fastidju online, inkluż l-abbuż ibbażat fuq l-immaġnijiet, għandhom konsegwenzi severi u dejjiema għall-vittmi, b’mod partikolari l-minorenni, inklużi l-ħsara psikoloġika, l-aljenazzjoni soċjali u, f’każijiet estremi, it-telf ta’ ħajjiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-bullying ċibernetiku jrid jinftiehem, f’ħafna każijiet, bħala forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż it-tixrid mhux kunsenswali ta’ immaġnijiet intimi, kampanji ta’ mibegħda kkoordinati u attakki kontra n-nisa fil-ħajja pubblika; billi l-intelliġenza artifiċjali qed tagħti lill-bullying ċibernetiku dimensjoni ġdida u perikoluża, primarjament bin-nisa u t-tfal bħala l-bersall;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-bullying ċibernetiku għandu dimensjoni transfruntiera, peress li spiss iseħħ fuq pjattaformi tal-media soċjali, applikazzjonijiet tal-messaġġi, ambjenti tal-logħob u spazji online oħra; billi dan sar waħda mill-aktar theddidiet sinifikanti għas-sikurezza u l-benesseri online tal-minorenni u ż-żgħażagħ fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi ma hemm l-ebda definizzjoni maqbula b’mod komuni tal-bullying ċibernetiku fil-livell tal-UE jew internazzjonali; billi għad hemm frammentazzjoni legali sinifikanti madwar l-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni tal-bullying ċibernetiku u l-pieni għalih, u tirriżulta f’livelli mhux ugwali ta’ protezzjoni għall-vittmi u inċertezza legali għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi diversi Stati Membri introduċew dispożizzjonijiet kriminali mmirati li jindirizzaw il-bullying ċibernetiku; billi l-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal “Coco’s Law” tal-Irlanda, tipprova tindirizza l-imġiba dannuża online, inklużi d-distribuzzjoni mhux kunsenswali ta’ immaġnijiet intimi u l-fastidju serju online. billi fid-9 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni pproponiet li żżid “reati ta’ mibegħda” mal-lista ta’ reati tal-UE stabbilita fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE; billi din il-proposta ma kisbitx l-appoġġ unanimu meħtieġ fost l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-President tal-Kummissjoni ħabbret fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2025 li se ssejjaħ laqgħa ta’ panel ta’ speċjalisti biex jagħti pariri dwar is-sikurezza tat-tfal online u restrizzjonijiet tal-età potenzjali għall-aċċess għall-media soċjali; billi l-kopresidenti huma mistennija jirrapportaw is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom lill-President tal-Kummissjoni sas-sajf tal-2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-mudell kummerċjali ta’ ċerti pjattaformi online jinċentiva t-tixrid ta’ kontenut ta’ mibegħda u għalhekk jikkontribwixxi għal ambjent mhux sikur online għall-minorenni, in-nisa, persuni LGBTIQ+ u minoranzi oħra; billi l-Kummissjoni bdiet għadd ta’ investigazzjonijiet skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) kontra fornituri ta’ servizzi online kbar ħafna fir-rigward tal-bullying ċibernetiku u l-fastidju;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni kontra l-bullying ċibernetiku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni kontra l-bullying ċibernetiku bħala qafas biex jiġi indirizzat il-bullying ċibernetiku, inkluża d-definizzjoni proposta tagħha li tippermetti valutazzjoni statistika koerenti u l-iskambju tal-aħjar prattika, u l-implimentazzjoni u l-infurzar aktar stretti tal-leġiżlazzjoni attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-enfasi tal-pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetiku fuq il-prevenzjoni u l-litteriżmu diġitali bħala għodod effettivi fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu f’edukazzjoni diġitali u litteriżmu medjatiku xierqa għall-età, sabiex jiġi żgurat li dawn ir-riżorsi jilħqu lit-tfal fil-kuntesti soċjoekonomiċi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali komprensivi kontra l-bullying ċibernetiku u biex jipprevedu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi għar-reati tal-bullying ċibernetiku, filwaqt li jqisu s-serjetà tal-imġiba u l-vulnerabbiltà tal-vittma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jemmen li l-vittmi għandhom ikunu jistgħu jirrapportaw il-bullying ċibernetiku b’mod faċli; jinnota li l-pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetiku jipprevedi applikazzjoni tas-sikurezza online kontra l-bullying ċibernetiku, bħala mekkaniżmu ta’ rapportar faċli għall-utent u interoperabbli fl-UE kollha, biex jiċċentralizza r-rapportar, l-appoġġ ikkoordinat u l-ġbir tal-evidenza;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-liġi kriminali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi tħassib li minkejja l-miżuri leġiżlattivi u ta’ politika meħuda fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, il-bullying ċibernetiku u l-abbuż ibbażat fuq l-immaġni jew il-vidjo qed ikomplu jiżdiedu madwar l-UE, u dan jindika li l-istrumenti eżistenti, inklużi l-obbligi skont id-DSA u l-armonizzazzjoni skont id-direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika, jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw l-iskala sħiħa u s-severità tal-problema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li l-pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetiku ma jipprevedix miżuri fil-qasam tal-liġi kriminali fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa ta’ approċċ aktar armonizzat fil-livell tal-UE biex tiddefinixxi l-bullying ċibernetiku; jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk il-bullying ċibernetiku, inkluż it-tixrid mhux kunsenswali ta’ materjal intimu, għandux jiġi rikonoxxut bħala delitt partikolarment serju b’dimensjoni transfruntiera fil-livell tal-UE; itenni l-appoġġ tiegħu biex id-delitti ta’ mibegħda, li jistgħu jkopru l-aktar forom severi ta’ bullying ċibernetiku, jiżdiedu mal-lista tal-UE ta’ reati kriminali skont l-Artikolu 83(1) TFUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi b’riżorsi tajbin, inklużi persunal adegwat, għarfien espert tekniku u infrastruttura tal-IT, huma parti indispensabbli mill-indirizzar effettiv tal-bullying ċibernetiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Europol iżidu l-kapaċitajiet investigattivi tal-Istati Membri, inkluż għall-ġlieda kontra l-bullying ċibernetiku transfruntier;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jikkondividu l-aħjar prattika dwar l-approċċi legali tagħhom; jenfasizza li l-isforzi għandhom jagħtu prijorità lill-miżuri ta’ prevenzjoni, edukazzjoni u sensibilizzazzjoni mmirati lejn it-tfal, il-ġenituri u l-edukaturi, kif ukoll il-litteriżmu diġitali u l-approċċi restorattivi, b’mod partikolari meta jkunu involuti l-minorenni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappella għall-implimentazzjoni u t-traspożizzjoni rapidi tad-Direttiva riveduta dwar id-Drittijiet tal-Vittmi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-pjattaformi online u d-DSA</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-pjattaformi jinżammu responsabbli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-bullying ċibernetiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrimarka li l-mudell kummerċjali ta’ ċerti pjattaformi online jinċentiva t-tixrid ta’ kontenut ta’ mibegħda u għalhekk jikkontribwixxi għal ambjent dejjem aktar mhux sikur online, b’mod partikolari għall-minorenni, in-nisa, il-membri tal-komunità LGBTIQ+ jew minoranzi oħra; jenfasizza r-rwol ta’ sistemi ta’ rakkomandazzjoni iperpersonalizzati li jixprunaw id-diskors ta’ mibegħda u jippenalizzaw il-kontenut anqas diviżiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li d-DSA jindirizza xi aspetti tal-fastidju u l-bullying ċibernetiku, b’mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu, li diġà jobbliga lill-fornituri jiżguraw livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-linji gwida tal-Kummissjoni skont id-DSA, li jispeċifikaw kif il-pjattaformi jistgħu jiżguraw li l-minorenni jkunu sikuri meta jużaw is-servizzi tagħhom; jinnota li l-pjattaformi online kbar ħafna naqsu, b’mod konsiderevoli, milli jimplimentaw dawn il-miżuri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-infurzar tal-Artikolu 28 tad-DSA u tad-dispożizzjoni dwar l-avviż u l-azzjoni tad-DSA, li għandu impatt fuq il-protezzjoni tal-vittmi tal-bullying ċibernetiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkonkludi każijiet ta’ infurzar pendenti, tiftaħ investigazzjonijiet dwar kwalunkwe ksur tal-Artikolu 28 tad-DSA, inklużi riskji sistemiċi maħluqa minn sistemi ta’ rakkomandazzjoni, u tinforza b’mod rigoruż l-obbligu ta’ avviż u tneħħija tal-pjattaformi; jirrifjuta bil-qawwa kwalunkwe tentattiv biex jerġa’ jinfetaħ id-DSA; jirrimarka li l-aċċess għar-riċerkaturi fl-ambitu tad-DSA huwa kruċjali biex tiġi żgurata leġiżlazzjoni bbażata fuq l-evidenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-linji gwida mħabbra tagħha għas-sinjalaturi fdati dwar il-bullying ċibernetiku, sabiex jiġi ċċarat ir-rwol tagħhom fl-indirizzar tal-kontenut illegali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas attwali ta’ qafas legali li jippermetti l-identifikazzjoni ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online u jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni rapida biex tiżgura li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ rapportar volontarju ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal; jissottolinja l-obbligi tal-pjattaformi li jiżguraw spazju diġitali sikur għat-tfal li jirrispetta d-drittijiet fundamentali tagħhom u l-privatezza tad-data għal kull utent;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Miżuri oħrajn</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-użu dejjem jikber tal-IA għal skopijiet abbużivi, inkluż il-ġenerazzjoni ta’ deepfakes, klonazzjoni tal-vuċi u kontenut intimu mhux kunsenswali; itenni l-ħtieġa li jiġu pprojbiti “applikazzjonijiet nudifikanti” skont l-Att dwar l-IA bħala parti min-negozjati omnibus dwar l-IA; jistieden lill-fornituri jikkonformaw, mingħajr dewmien mal-Artikolu 50 tal-Att dwar l-IA dwar it-trasparenza u l-immarkar tal-ilma, sabiex jiġi żgurat li l-kontenut iġġenerat mill-IA jkun ittikkettat b’mod ċar biex jittaffa l-impatt dannuż tad-deepfakes, b’mod partikolari fuq il-minorenni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-valutazzjoni tar-riskju eżistenti u l-obbligi ta’ mitigazzjoni skont id-dritt tal-UE jkoprux b’mod adegwat l-operaturi tal-logħob online, b’mod partikolari dawk li joffru karatteristiċi ta’ komunikazzjoni f’ħin reali li jistgħu jesponu lill-minorenni għall-bullying ċibernetiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar fl-obbligi skont id-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva biex il-minorenni jiġu protetti minn kontenut illegali u ta’ ħsara u l-utenti kollha jiġu protetti minn kontenut li jinċita l-vjolenza jew il-mibegħda; jistieden lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva mill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li jissaħħu l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi tal-bullying ċibernetiku; jinsab imħasseb li l-organizzazzjonijiet tal-vittmi qed ikunu dejjem aktar mhedda minħabba nuqqas ta’ finanzjament; jappella għal finanzjament akbar u sostenibbli tal-UE għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-helplines u s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, u għall-integrazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u rispons għall-bullying ċibernetiku fl-istrateġiji nazzjonali tas-saħħa mentali, b’attenzjoni partikolari għall-minorenni u gruppi vulnerabbli oħra;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>