<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0164</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Harald Vilimsky</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0125/2026 - Rapporteur: David Cormand)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Harald Vilimsky (2025/2158(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Harald Vilimsky, li waslet permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Lulju 2025 mir-Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija għall-Unjoni Ewropea, li tittrażmetti talba mressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fi Vjenna b’rabta ma’ proċedimenti kriminali li għandhom jinbdew kontra Harald Vilimsky, u mħabbra fil-plenarja fid-9 ta’ Lulju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Harald Vilimsky fil-15 ta’ April 2026, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C–201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0125/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija għall-Unjoni Ewropea ttrażmettiet talba mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fi Vjenna biex titneħħa l-immunità ta’ Harald Vilimsky, Membru tal-Parlament Ewropew elett fl-Awstrija, għal allegati atti ta’ approprjazzjoni indebita, li jikkostitwixxi reati skont l-Artikolu 153(1) u (3) tal-Kodiċi Kriminali Awstrijak, minħabba l-allegata parteċipazzjoni tiegħu fir-reati skont it-tifsira tal-Artikolu 12 ta’ dak il-Kodiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba, wara talbiet preċedenti mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fi Vjenna fl-2021, għat-tneħħija tal-immunità ta’ Harald Vilimsky, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2021 li tneħħi l-immunità tiegħu, u fid-dawl tal-fatt li tfaċċaw fatti ġodda, huwa xieraq li tintalab ukoll it-tneħħija tal-immunità ta’ Harald Vilimsky abbażi tal-evidenza l-ġdida; billi, skont l-informazzjoni miġbura mill-investigazzjoni, Harald Vilimsky huwa ssuspettat li abbuża mis-setgħa tiegħu billi uża fondi mill-partit politiku tiegħu FPÖ (Freiheitliche Partei Österreichs — Die Freiheitlichen) għal skopijiet mhux relatati mal-attivitajiet tiegħu, f’dati fl-2013 li għad iridu jiġu stabbiliti b’mod preċiż, b’mod partikolari billi awtorizza pagamenti ta’ natura privata u mhux relatati mal-attivitajiet tal-partit dwar l-installazzjoni ta’ bieb u serratura fl-indirizz privat ta’ tiegħu, u b’hekk ikkawża ħsara li tammonta għal total ta’ EUR 9 434 lill-assi tal-FPÖ.
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Harald Vilimsky ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2019 u reġa’ ġie elett f’Ġunju 2024 u li għalhekk, ma kienx Membru tal-Parlament Ewropew fi żmien l-allegati reati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-allegati reati ma jikkostitwux opinjoni espressa jew vot mogħti minn Harald Vilimsky fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u lanqas it-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità tiegħu ma hija għalhekk relatata ma’ opinjoni espressa jew vot mitfugħ minnu fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-istess Artikolu 8;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 57(2) u (3) tal-Kostituzzjoni Awstrijaka jistipula li:
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
“2. 	Il-membri tal-Kunsill Nazzjonali jistgħu jiġu arrestati biss għal reat kriminali bil-kunsens tal-Kunsill Nazzjonali, bl-eċċezzjoni ta’ każ fejn jinqabdu waqt li jkunu qed jikkommettu delitt. Il-kunsens tal-Kunsill Nazzjonali huwa meħtieġ ukoll għal tfittxijiet fid-djar tal-membri tal-Kunsill Nazzjonali.
</CONS><CONS>
3. 	Fil-każijiet l-oħra, azzjoni legali mmotivata minn offiża kriminali tista’ tittieħed kontra membri tal-Kunsill Nazzjonali mingħajr il-kunsens tal-Kunsill Nazzjonali biss jekk ikun evidenti li mhix marbuta mal-attività politika tal-membru inkwistjoni. Madankollu, l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni iridu jiksbu deċiżjoni mill-Kunsill Nazzjonali dwar l-eżistenza ta’ tali rabta jekk il-membru kkonċernat jew terz tal-membri tal-kumitat permanenti li jkun qed jittratta l-każ jitlob dan. Fil-każ ta’ talba bħal din, l-awtorità tal-prosekuzzjoni għandha tastjeni milli tieħu kwalunkwe azzjoni jew ittemm azzjoni diġà mibdija immedjatament.”;
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament Ewropew ma sab l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri ma jidhirx li l-proċedimenti legali inkwistjoni kellhom l-intenzjoni li jikkawżaw ħsara lill-attività politika ta’ Harald Vilimsky bħala Membru tal-Parlament Ewropew u b’hekk lill-indipendenza tal-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266, il-punt 91.</FIELD></FOOTNOTE>”;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Harald Vilimsky;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Awstrija u lil Harald Vilimsky.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>