<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0165</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Angelika Niebler</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0127/2026 - Rapporteur: Marcin Sypniewski)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Angelika Niebler (2025/2175(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Angelika Niebler, imressqa mill-Kap Prosekutur Ewropew permezz ta’ ittra datata l-21 ta’ Lulju 2025 u kkonfermata permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Settembru 2025 b’rabta mal-investigazzjoni preliminari li għandha titressaq kontra Angelika Niebler, u mħabbra fil-Parlament fl-10 ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Angelika Niebler fil-15 ta’ April 2026, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0127/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi permezz ta’ ittra datata l-21 ta’ Lulju 2025 u kkonfermata b’ittra datata l-1 ta’ Settembru 2025, il-Kap Prosekutur Ewropew ippreżentat talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Angelika Niebler, Membru tal-Parlament Ewropew eletta fil-Ġermanja, b’rabta ma’ allegati reati li seħħew bejn l-2017 u l-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba, ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta minn parti privata li ħadmet għall-Angelika Niebler minn Awwissu 2021 sa Settembru 2023, Angelika Niebler, fil-perjodu mill-2017 ’il quddiem, jiġifieri mit-tmien sal-għaxar leġiżlatura, allegatament talbet b’mod mhux xieraq rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għal vjaġġi lejn Strażburgu u Brussell, allegatament temporanjament użat assistenti parlamentari akkreditati u assistenti lokali għal skopijiet privati jew skopijiet mhux marbuta mar-rwol ta’ Membru tal-Parlament Ewropew jew mal-qadi tad-dmirijiet parlamentari, u, barra minn hekk, allegatament impjegat assistent lokali li s-salarju tiegħu tħallas mill-Parlament Ewropew għal Angelika Niebler iżda li allegatament ħadem esklużivament għal ex Membru tal-Parlament Ewropew tal-istess partit; billi skont it-talba, abbażi tal-informazzjoni pprovduta, hemm suspett inizjali li Angelika Niebler użat l-ispejjeż għall-assistenza parlamentari b’mod li jmur kontra l-Artikolu 29(2) tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-11 ta’ Settembru 2023 dwar il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-11 ta’ Settembru 2023 dwar il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni għall-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Bureau tad-19 ta’ Mejju u d-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU C, C/2024/2814, 26.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2814/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; billi, għalhekk, l-allegati azzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu reat kriminali ta’ frodi skont it-Taqsima 263(1) u (3) tal-Kodiċi Kriminali Ġermaniż;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Angelika Niebler ġiet eletta fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2014 u giet elleta mill-ġdid f’Mejju 2019 u f’Ġunju 2024 u kienet, għaldaqstant, Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien tal-allegati reati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-allegati reati ma jikkostitwux opinjoni espressa jew vot mogħti minn Angelika Niebler fil-qadi ta’ dmirijietha skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u lanqas it-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità tagħha ma hija għalhekk relatata ma’ tali opinjoni jew vot;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 46(2), (3) u (4) tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jipprevedi dan li ġej:
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
“(2)	Membru ma jistax jinżamm responsabbli jew inkella jiġi arrestat għal reat kastigabbli mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Bundestag, sakemm ma jinqabadx in flagrante delicto jew inkella l-għada tat-twettiq tar-reat.
</CONS><CONS>
(3)	L-awtorizzazzjoni tal-Bundestag hija barra minn hekk meħtieġa wkoll għal kwalunkwe restrizzjoni oħra tal-libertà tal-persuna ta’ Membru Parlamentari jew biex jinbdew proċedimenti kontra Membru Parlamentari fis-sens tal-Artikolu 18.
</CONS><CONS>
(4)	Kwalunkwe proċediment kriminali jew proċediment fis-sens tal-Artikolu 18 kontra Membru Parlamentari, kwalunkwe detenzjoni u kwalunkwe restrizzjoni oħra tal-libertà tal-persuna tiegħu għandhom jiġu sospiżi fuq talba tal-Bundestag.”;
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi hemm bżonn li kwalunkwe konklużjoni tinsilet abbażi tal-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet ipprovduti fil-każ inkwistjoni; billi hemm inċertezzi serji dwar l-elementi u r-raġunijiet sottostanti għall-ilment li wasslu għat-talba għat-tneħħija tal-immunità, inkluża n-natura anonima tiegħu, li tipprekludi valutazzjoni sinifikanti tal-ilment u tagħmel impossibbli li tiġi eskluża l-possibbiltà li l-ilment seta’ nbeda minn individwu privat b’motivazzjoni politika diretta biex tikkomprometti lil Angelika Niebler; billi, barra minn hekk, l-għażla taż-żmien u n-natura selettiva tal-ilment isaħħu dak it-tħassib, b’mod partikolari fid-dawl tar-rwol politiku prominenti ta’ Angelika Niebler; billi l-inkonsistenzi fit-talba, inkluż nuqqas evidenti ta’ preċiżjoni fir-rigward tas-somom finanzjarji eżatti inkwistjoni, kif ukoll iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-imġiba ħażina allegata, iqajmu tħassib li l-intenzjoni wara l-proċedimenti tista’ tkun li ssir ħsara lir-reputazzjoni ta’ Angelika Niebler;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi għalhekk jidher li, f’dan il-każ, wieħed jista’ jassumi l-eżistenza ta’ każ ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri hemm “evidenza konkreta”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 2020, Troszczynski vs Il-Parliament, C-12/19, ECLI:EU:C:2020:725, paragrafu 26.</FIELD></FOOTNOTE> li l-proċedimenti legali hija li ssir ħsara lill-attività politika ta' Angelika Niebler fil-kapaċità tagħha bħala Membru tal-Parlament Ewropew u b'hekk lill-indipendenza tal-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, billi, il-Membru ma jistax, fi proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Angelika Niebler;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni, u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lil Angelika Niebler.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>