<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0167</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ of Alvise Pérez</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0129/2026 - Rapporteur: Pascale Piera)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Alvise Pérez (2025/2236(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Alvise Pérez (Luis Pérez Fernandez) imressqa mill-Qorti Suprema ta' Spanja permezz ta' ittra tal-31 ta' Ottubru 2025 b’rabta ma’ proċedimenti kriminali u mħabbra fil-plenarja fit-12 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-fatt li Alvise Pérez irrinunzja għad-dritt tiegħu li jinstema’, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C–201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 71(1) u (2) tal-Kostituzzjoni Spanjola,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0129/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, permezz ta’ ittra datata l-31 ta’ Ottubru 2025, il-President tal-Qorti Suprema ta’ Spanja ressaq talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Alvise Pérez, Membru tal-Parlament Ewropew elett fi Spanja, b’rabta mal-allegati reati li seħħew fl-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba, bejn is-7 ta’ April 2024 u s-27 ta’ Mejju 2024, Alvise Pérez allegatament żamm rabtiet ma’ konsulent li jaġixxi f’isem persuni fiżiċi u ġuridiċi bl-għan li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi permezz ta’ skemi ta’ ottimizzazzjoni tat-taxxa, bl-għan li jinħoloq “portafoll” biex jinġabru fondi biex tiġi ffinanzjata l-kampanja elettorali tal-partit politiku mwaqqaf minn Alvise Pérez, imsejjaħ “Se Acabó La Fiesta”; billi, skont it-talba, il-konsulent li waqqaf dan il-“portafoll” kien ħallas avvanz ta’ EUR 100 000 lil Alvise Pérez għal dak il-partit politiku msemmi fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej; billi l-fatti allegati jistgħu jikkostitwixxu reati ta’ finanzjament illegali ta’ partit politiku skont l-Artikolu 304a(1) tal-Kodiċi Kriminali Spanjol u reat elettorali skont l-Artikolu 149(1) tal-Liġi Organika Spanjola Nru 5/1985 tad-19 ta’ Ġunju 1985 dwar is-sistema elettorali ġenerali; billi l-proċedura ta’ investigazzjoni nbdiet b’ordni tal-20 ta’ Settembru 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Alvise Pérez ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024 u, għalhekk, ma kienx Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien l-allegati reati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-allegati reati ma jikkostitwux opinjoni espressa jew vot mitfugħ minn Alvise Pérez fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità ta’ Alvise Pérez mhix relatata ma’ tali opinjoni jew vot;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 71(1) u (2) tal-Kostituzzjoni Spanjola jipprevedi li:
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
“1. 	Id-deputati u s-senaturi jgawdu mill-invjolabbiltà għall-opinjonijiet espressi fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.
</CONS><CONS>
2. 	Matul il-mandat tagħhom, id-deputati u s-senaturi jgawdu wkoll mill-immunità u ma jistgħux jiġu arrestati ħlief f’każ li jinqabdu jwettqu reat. Huma ma jistgħux jiġu soġġetti għal investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-assemblea rispettiva tagħhom.”;
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, f’dan il‑każ, il‑Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri ma jidhirx li l-intenzjoni li jimminaw l-proċedimenti legali hija li ssir ħsara lill-attività politika ta' Alvise Pérez bħala Membru tal-Parlament Ewropew u b'hekk lill-indipendenza tal-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, , fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, Membru ma jistax jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois vs Il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Alvise Pérez;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni, u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu,immedjatament lill-awtorità kompetenti tar-Renju ta' Spanja u lil Alvise Pérez.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>