<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0170</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-effetti negattivi relatati mal-kummerċ tal-kapaċità żejda globali fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0012/2026 - Rapporteur: Karin Karlsbro)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2026 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jindirizza l-effetti negattivi relatati mal-kummerċ tal-kapaċità żejda globali fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni (COM(2025)0726 – C10-0245/2025 – 2025/0726(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0726),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10‑0245/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta’ April 2026, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A10-0012/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta’ <STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT TCLINK="YES"><STRING BOLD="on">P10_TC1-COD(2025)0726</STRING></IDENT><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tad-19 ta' Mejju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jindirizza l-effetti negattivi relatati mal-kummerċ tal-kapaċità żejda globali fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170</STRING></TI><NOTE><STRING ITALIC="on">(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2026/1384.)</STRING></NOTE></OTTXT></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI>ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA</TI><STI><STRING BOLD="on">Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar l-importazzjoni ta’ prodotti tal-azzar mir-Russja </STRING></STI>
Mill-bidu tal-gwerra, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ħadu miżuri bla preċedent biex inaqqsu d-dipendenzi ekonomiċi fuq ir-Russja u biex jaħdmu biex jiżguraw li l-attività ekonomika tal-Unjoni ma tikkontribwix għas-sostenn tal-isforz tal-gwerra tar-Russja.

f’dawn il-miżuri naqqsu b’mod sinifikanti l-flussi kummerċjali f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inkluż l-azzar, aċċelleraw id-diżakkoppjament u kkontribwew għar-reżiljenza tal-Unjoni, filwaqt li wrew ukoll il-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi b’mod magħqud u deċiżiv meta l-valuri u l-interessi strateġiċi tagħha jkunu f’riskju.

Fl-istess ħin, l-Unjoni jeħtiġilha tibqa’ attenta għal dawk l-oqsma fejn id-dipendenzi jippersistu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ċerti prodotti tal-azzar li l-importazzjoni tagħhom għadha mhijiex ipprojbita għalkollox.

B’mod partikolari, xi importazzjonijiet limitati li joriġinaw mir-Russja jkomplu fis-settur tal-azzar sat-30 ta’ Settembru 2028, f’konformità mal-arranġamenti tranżizzjonali stabbiliti fil-miżuri restrittivi rilevanti adottati mill-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/512/oj) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/833/oj).</FIELD></FOOTNOTE>. Sabiex tiġi żgurata diversifikazzjoni progressiva u kostanti, dawn l-importazzjonijiet huma limitati bi kwoti b’volumi li jonqsu kull sena.

Filwaqt li jfakkru fil-qafas istituzzjonali applikabbli għall-miżuri restrittivi, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jenfasizzaw li l-miżuri restrittivi rilevanti adottati mill-Kunsill jirfdu trajettorja lejn eliminazzjoni gradwali sħiħa tal-importazzjonijiet li fadal tal-prodotti tal-azzar Russi, b’mod partikolari ċ-ċangaturi tal-azzar, sat-30 ta’ Settembru 2028.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>