<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0171</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-iskrinjar ta' investimenti barranin fl-Unjoni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0061/2025 - Rapporteur: Raphaël Glucksmann)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2026 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskrinjar ta’ investimenti barranin fl-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2024)0023 – C9-0011/2024 – 2024/0017(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0011/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6027, 23.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6027/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-20 ta’ Novembru 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/290, 24.1.2025, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/C/2025/290/oj</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Frar 2026, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A10-0061/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt<FOOTNOTE><FIELD> Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-8 ta' Mejju 2025 (Testi adottati, P10_TA(2025)0102).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta’ <STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT TCLINK="YES"><STRING BOLD="on">P10_TC1-COD(2024)0017</STRING></IDENT><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tad-19 ta' Mejju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskrinjar ta’ investimenti barranin fl-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) 2019/452</STRING></TI><NOTE><STRING ITALIC="on">(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2026/1386.)</STRING></NOTE></OTTXT></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI>ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA</TI><STI><STRING BOLD="on">Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa ta’ azzjoni ulterjuri dwar l-investimenti barranin u s-sigurtà ekonomika</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Din id-dikjarazzjoni ġiet maqbula fil-kuntest tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/1386 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2026 dwar l-iskrinjar ta’ investimenti barranin fl-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 2026/1386, 26.6.2026, ELI http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1386/oj)</FIELD></FOOTNOTE></STI>
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jaqblu li l-Unjoni jeħtiġilha tibqa’ post attraenti għan-negozju, filwaqt li jiġi żgurat li l-investimenti barranin, speċjalment fis-setturi strateġiċi, jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività.

Iż-żewġ istituzzjonijiet jirrikonoxxu, madankollu, li ċerti investimenti jirriskjaw li joħolqu dipendenzi strateġiċi u li jimminaw ir-reżiljenza tas-suq intern. Dawn l-iżviluppi jirriskjaw li jdgħajfu s-sigurtà ekonomika tal-Unjoni u jistgħu jimminaw il-vantaġġ teknoloġiku u r-reżiljenza ekonomika tal-Unjoni u l-kapaċità tagħha li toħloq l-impjiegi.

F’dan l-isfond, iż-żewġ istituzzjonijiet iqisu li hija prijorità li jivvalutaw u jieħdu l-azzjoni ulterjuri meħtieġa fil-livell tal-Unjoni biex jindirizzaw tali riskji u jissalvagwardjaw is-sigurtà ekonomika tal-Unjoni sabiex jiżguraw li l-investimenti barranin fl-Unjoni ma jżidux id-dipendenzi strateġiċi jew il-lakuni teknoloġiċi.

Il-Kummissjoni biħsiebha tieħu inizjattiva biex tistabbilixxi kundizzjonijiet immirati għall-investimenti barranin deħlin f’setturi strateġiċi identifikati bir-reqqa, f’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, bil-ħsieb li tingħata spinta lill-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni u jiġu indirizzati r-riskji msemmija hawn fuq.

Il-Parlament Ewropew jirrikonoxxi dan l-impenn u jinsab lest li jeżerċita bis-sħiħ ir-rwol tiegħu bħala koleġiżlatur u li jikkunsidra kwalunkwe proposta bħal din fl-iqsar żmien possibbli.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>