<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0181</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-impatt tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/89/UE dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu fuq is-sajd f’żoni tas-sajd u f’baċiri tal-baħar magħżula</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0120/2026 - Rapporteur: Stéphanie Yon-Courtin)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2026 dwar l-impatt tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/89/UE dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu fuq is-sajd f’żoni tas-sajd u f’baċiri tal-baħar magħżula  (2024/2126(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/89/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu jew id-Direttiva dwar l-MSP),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/56/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Ir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1139/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar il-Ħabitats),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/147/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar l-Għasafar),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2022 li jiddeskrivi l-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/89/UE li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar tal-ispazju marittimu (COM(2022)0185),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kwalità tal-ilma u l-kontroll tat-tniġġis (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/60/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva 2008/105/KE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/105/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva (UE) 2024/3019<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/3019 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2024 dwar it-trattament tal-ilma mormi urban (ĠU L, 2024/3019, 12.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/3019/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/676/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva 2005/35/KE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġiż ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/35/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj).</FIELD></FOOTNOTE>),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 intitolata “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” (COM(2020)0380), u r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwarha<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna (ĠU C 67, 8.2.2022, p. 25).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli tal-1995 tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida Volontarji tal-FAO biex jiġi Żgurat is-Sajd Sostenibbli fuq Skala Żgħira fil-Kuntest tas-Sigurtà tal-Ikel u l-Qerda tal-Faqar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ġunju 2025 intitolat “Il-Patt Ewropew għall-Oċeani” (COM(2025)0281),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-impatt tal-parks eoliċi fuq il-baħar u ta’ sistemi oħra ta’ enerġija rinnovabbli fuq is-settur tas-sajd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 88.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Ottubru 2022 intitolat “Momentum favur l-Oċeani: tisħiħ tal-Governanza u l-Bijodiversità tal-Oċeani”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 106.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2023 dwar il-ġestjoni konġunta tas-sajd fl-UE u l-kontribut tas-settur tas-sajd għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1060, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1060/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-prospettivi futuri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5734, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5734/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 intitolata “Linji gwida strateġiċi għal akkwakultura tal-UE aktar sostenibbli u kompetittiva għall-perjodu 2021-2030” (COM(2021)0236),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni (SWD(2025)0003) li jakkumpanja d-dokument intitolat “Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-programmi ta’ miżuri tal-Istati Membri, kif aġġornati fl-ambitu tal-Artikolu 17 tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008/56/KE)”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 25/2023 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri intitolat “Il‑politika tal‑akkwakultura tal‑UE – Produzzjoni staġnata u riżultati mhux ċari minkejja finanzjament akbar mill‑UE”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-briefing intitolat “Fisheries in maritime spatial planning” (Is-sajd fl-ippjanar tal-ispazju marittimu), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari f’Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju intitolat “Implementation of the Maritime Spatial Planning Directive: Impact on fisheries in selected fishing areas and sea basins” (Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu: L-impatt fuq is-sajd f’żoni tas-sajd u baċiri tal-baħar magħżula) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari f’Diċembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal tal-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Settembru 2019 tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima intitolat “Special Report on the Ocean and Cryosphere in a Changing Climate” (Rapport Speċjali dwar l-Oċean u l-Krijosfera fi Klima li qed Tinbidel),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) tiegħu u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tfassil ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A10-0120/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi ż-żieda fil-kompetizzjoni għall-aċċess għall-ispazju marittimu minn diversi attivitajiet u setturi, bħas-sajd, l-akkwakultura, it-trasport marittimu, it-trasport fuq l-ilma, l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, il-konservazzjoni tan-natura, il-konservazzjoni tal-wirt kulturali marittimu, it-turiżmu kostali, l-attivitajiet rekreazzjonali, l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni u rimi ta’ sedimenti f’qiegħ il-baħar permezz tat-tħammil, l-użu ta’ kejbils u l-pipelines ta’ taħt l-ilma, jew id-difiża, qed tirriżulta f’żieda kumulattiva ta’ pressjoni dwar l-ekosistemi marittimi u żieda fil-kunflitt dwar l-użu tal-ispazju marittimu, li jamplifika ruħu bil-frammentazzjoni amministrattiva u istituzzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-sajd u l-akkwakultura huma setturi strateġiċi għas-sigurtà u għas-sovranità tal-UE, b’mod partikolari f’termini ta’ sigurtà tal-ikel u s-sovranità marittima, u jikkontribwixxi għall-kompetittività u r-reżiljenza tal-komunitajiet kostali; billi l-prodotti tas-sajd tal-UE huma tajbin għas-saħħa u jiġu minn sorsi lokali, u joffru wieħed mill-aħjar profili f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra baxxi għal kull unità ta’ proteina tal-annimali li tittiekel; billi l-valur strateġiku ta’ dawn is-setturi għandu għalhekk jiġi rikonoxxut kif xieraq fl-ippjanar tal-ispazju marittimu (MSP);
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fl-2022, l-awtosuffiċjenza tal-UE fil-frott tal-baħar naqset għal 37,5 % u madwar 80 % tal-frott tal-baħar ikkunsmat fl-UE ġie importat, li joħloq dipendenza strutturali fuq sorsi esterni u jdgħajjef is-sovranità tal-ikel tal-UE; billi fl-istess ħin, il-flotta tas-sajd tal-UE esperjenzat tnaqqis sinifikanti matul l-aħħar għaxar snin, u issa hija aktar minn 13 % iżgħar milli fl-2014; billi dan it-tnaqqis, flimkien ma’ kompetizzjoni dejjem akbar għall-użu tal-ispazju marittimu, jhedded il-vijabbiltà ekonomika tas-settur tas-sajd, it-tiġdid ġenerazzjonali u l-ħila tal-flotta Ewropea li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel tal-UE; billi l-iżgurar ta’ aċċess suffiċjenti, ibbilanċjat u prevedibbli għall-ispazju marittimu huwa għalhekk essenzjali għall-iżvilupp ta’ sajd tal-UE kompetittiv, kif rikonoxxut mill-Patt Ewropew għall-Oċeani;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi kuntest ġeopolitiku li qed jinbidel u tensjonijiet dejjem akbar jistgħu jwasslu għal żieda fl-użu militari tal-ispazju marittimu; billi l-MSP jrid iqis l-attivitajiet u l-operazzjonijiet relatati mad-difiża u mas-sigurtà, bħas-sorveljanza ta’ żoni ekonomiċi esklużivi, il-protezzjoni tal-kummerċ marittimu, l-eżerċizzji militari konġunti, il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu, it-tneħħija tal-mini, il-ġlieda kontra l-piraterija, kif ukoll is-sorveljanza mill-ajru u bis-satellita, u l-interazzjonijiet tagħhom ma’ attivitajiet ekonomiċi relatati mal-baħar u mal-ambjent tal-baħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali 22/2023 tagħha intitolat “Enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fl-UE”, indikat ir-riskju ta’ telf ta’ impjiegi fis-settur tas-sajd; billi r-rapport indika nuqqas ta’ kwantifikazzjoni tal-effetti ekonomiċi ewlenin fuq is-sajd li jirriżultaw mill-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli offshore u ddikjara li l-konsegwenzi negattivi potenzjali tal-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli offshore fuq is-settur tas-sajd għandhom jiġu identifikati u indirizzati aħjar; billi nnotat ukoll li popolazzjoni tal-ħut imtejba fuq skala akbar hija inċerta iżda ġew osservati xi żidiet fid-densità tal-ħut fiż-żoni tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, li jindikaw benefiċċji potenzjali għas-sajjieda u għas-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE stabbiliet mira legalment vinkolanti li tistabbilixxi miżuri ta’ restawr effettivi u bbażati fuq iż-żona f’mill-inqas 20 % taż-żona tal-baħar tagħha sal-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-UE impenjat ruħha li tipproteġi mill-inqas 30 % taż-żona tal-baħar tagħha sal-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-Direttiva dwar l-MSP tistabbilixxi qafas komuni għall-Istati Membri biex jorganizzaw l-użu tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom u għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp u t-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija blu u li tnaqqas il-kunflitt bejn is-setturi, filwaqt li hi nnifisha ma tintroduċix obbligi speċifiċi għas-settur ġodda; billi d-Direttiva għandha t-tendenza li tiffavorixxi l-espansjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi intensivi fil-kapital u spazjalment esklużivi, li jistgħu jimmarġinalizzaw l-użi tradizzjonali, mobbli u kollettivi tal-baħar, b’mod partikolari s-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-UE pprovdiet qafas għall-MSP, inklużi mekkaniżmi għall-kooperazzjoni transfruntiera; billi l-Istati Membri kostali huma responsabbli għall-adozzjoni ta’ pjanijiet skont il-qafas, inkluż it-tfassil u d-determinazzjoni tal-format u l-kontenut ta’ tali pjanijiet, f’konformità mat-tradizzjoni amministrattiva tagħhom, u d-distribuzzjoni tal-ispazju marittimu għal attivitajiet u użi differenti rispettivament;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi d-Direttiva dwar l-MSP tikkontribwixxi għall-protezzjoni ambjentali billi tippromwovi l-użu sostenibbli tal-ispazju marittimu u r-riżorsi tal-baħar u tirrikjedi li l-Istati Membri jeħtieġ japplikaw approċċ ibbażat fuq l-ekosistema; billi hija tfittex li tiżgura bilanċ effettiv bejn l-objettivi ambjentali, soċjali u ekonomiċi, mingħajr ma tissubordina b’mod sistematiku l-attivitajiet tradizzjonali fir-rigward ta’ oħrajn;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi d-Direttiva dwar l-MSP hija marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE, bħad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, ir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, id-Direttiva dwar il-Ħabitats, u d-Direttiva dwar l-Għasafar u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; billi hija marbuta wkoll ma’ impenji ta’ politika legalment u mhux legalment vinkolanti, bħall-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi wara l-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-MSP, it-22 Stat Membru b’kosta kienu meħtieġa jaħtru awtoritajiet kompetenti sal-2016 u jadottaw pjanijiet tal-ispazju marittimu nazzjonali għall-ibħra tagħhom sal-31 ta’ Marzu 2021; billi tmien Stati Membri ma kkonformawx ma’ dik l-iskadenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi s’issa 20 mit-22 Stat Membru b’kosta adottaw pjanijiet tal-ispazju marittimu, u ħafna minnhom issa jinsabu fil-proċess li jirreveduhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi meta jiżviluppaw pjanijiet tal-ispazju marittimu, l-Istati Membri jeħtieġ jikkunsidraw l-aspetti ambjentali, ekonomiċi, soċjali u ta’ sikurezza, l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar u l-kooperazzjoni transfruntiera, u jeħtieġ jiżguraw l-involviment bikri, kontinwu u effettiv tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi s-sajjieda u dawk li jiġbru l-frott tal-baħar bil-qoxra u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u l-komunitajiet fir-reġjuni ultraperiferiċi, permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq u matul il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, filwaqt li jiżguraw li dan l-involviment ikun xieraq, sinifikanti u mhux limitat għal rwol sempliċiment konsultattiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-livell ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-MSP ivarja b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor, minħabba differenzi fl-istrutturi amministrattivi u ta’ governanza li jvarjaw minn sistemi lokalizzati għal sistemi aktar ċentralizzati; billi l-effetti tal-MSP ivarjaw ħafna skont il-baċiri tal-baħar u t-territorji kkonċernati, fejn xi reġjuni kostali jiffaċċjaw konċentrazzjoni ogħla ta’ restrizzjonijiet tal-ispazji u tal-użi li jikkompetu ma’ xulxin, u b’hekk jiġu ggravati l-iżbilanċi territorjali fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Istati Membri jridu jikkonsultaw u jikkoordinaw il-pjanijiet tagħhom mal-Istati Membri rilevanti u jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-pajjiżi mhux tal-UE fir-reġjun tal-baħar ikkonċernat; billi, fid-dawl tad-differenzi bejn reġjuni jew subreġjuni tal-baħar u żoni kostali varji, approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd mhuwiex meqjus xieraq għal tali kooperazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-pjanijiet tal-ispazju marittimu jvarjaw ħafna fin-natura u l-kontenut, peress li d-Direttiva dwar l-MSP ma tagħtix kriterji vinkolanti dettaljati għall-pjanijiet u tippermetti lill-Istati Membri flessibbiltà konsiderevoli fir-rigward tal-implimentazzjoni u t-tfassil dettaljat tal-pjanijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi hemm ħtieġa qawwija ta’ MSP f’żoni b’konċentrazzjoni għolja ta’ attività u spazju marittimu limitat, bħall-Kanal Ingliż, il-Baħar Baltiku u l-Baħar Mediterran;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-MSP għandu jikkontribwixxu għall-koeżjoni territorjali fl-UE, f’konformità mal-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi s-sajd u l-akkwakultura mhumiex biss attivitajiet ekonomiċi, iżda għandhom rwol soċjali fundamentali biex jipprovdu l-għajxien, iżommu l-impjiegi u jippreservaw in-nisġa soċjali u kulturali tal-komunitajiet kostali u tal-gżejjer, b’mod partikolari fir-reġjuni periferiċi u ultraperiferiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi s-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura qed jiffaċċjaw diversi sfidi, bħall-pressjoni mill-istat li qed jonqos tal-ekosistemi tal-baħar u l-użu mhux uniformi ta’ miżuri ta’ konservazzjoni tal-baħar u l-pressjoni minn setturi emerġenti tal-ekonomija blu bħall-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi networks ġestiti tajjeb u protetti b’mod effettiv ta’ żoni tal-baħar protetti konnessi ekoloġikament huma għodda essenzjali għall-konservazzjoni tal-bijodiversità tal-baħar u jistgħu jikkontribwixxu għal kisbiet fit-tul permezz tal-irkupru tal-istokkijiet, ir-riperkussjonijiet fuq iż-żoni kontigwi, u r-reżiljenza għall-ekonomiji kostali, iżda l-effettività u l-aċċettabbiltà soċjali tagħhom jiddependu fuq kif jitfasslu, jiġu ġestiti u kkoordinati ma’ attivitajiet tas-sajd sostenibbli, b’mod partikolari permezz ta’ approċċi differenzjati bbażati fuq data xjentifika u l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi s-sajjieda u l-komunitajiet kostali;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta tkun sostenibbli biss jekk ma jkollha l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent u fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, speċjalment fir-reġjuni dipendenti fuq is-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-kompetenza li jiddeċiedu dwar it-taħlita enerġetika u t-teknoloġiji nazzjonali tagħhom tibqa’ tal-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi t-telf dejjem akbar taż-żoni tas-sajd qed iwassal għall-ispostament tal-attivitajiet tas-sajd, żieda fil-pressjoni tas-sajd u kompetizzjoni bejn il-flotot, u l-għajbien ta’ ċerti segmenti li ma jistgħux jirrilokaw l-attivitajiet tagħhom, b’mod partikolari fis-sajd fuq skala żgħira, inklużi sajjieda tal-miexi, bħal dawk li jiġbru l-frott tal-baħar bil-qoxra; billi dan jaffettwa wkoll il-koeżjoni soċjali, l-impjiegi u l-għoti ta’ tradizzjonijiet marittimi;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi f’konformità mal-politika komuni tas-sajd, l-Istati Membri huma awtorizzati jirrestrinġu l-aċċess għas-sajd, f’żona ta’ 12-il mil nawtiku mill-kosta tagħhom, u għar-reġjuni ultraperiferiċi sa 100 mil nawtiku, għal bastimenti tas-sajd li tradizzjonalment jistadu f’dawk l-ilmijiet minn portijiet fuq il-kosta kontigwa;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi ż-żoni marittimi u kostali qed ibatu l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, tat-tniġġis, b’mod partikolari mis-sustanzi kimiċi niġġiesa u tal-iskart fil-baħar jew ibbażat fuq l-art, li jaffettwaw ukoll l-attivitajiet relatati mal-baħar, mal-bijodiversità tal-baħar u mar-riżorsi tas-sajd u tal-akkwakultura;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u l-konsegwenzi tal-Brexit biddlu profondament il-bilanċ tal-ispazju kif ukoll dak ekonomiku, u tas-sajd f’diversi baċiri tal-baħar, b’mod partikolari l-Kanal Ingliż, il-Baħar tat-Tramuntana u l-ilmijiet tal-Punent, u dan wassal għal konċentrazzjoni akbar tal-attivitajiet tas-sajd tal-UE f’żoni tal-baħar aktar ristretti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-professjonisti marittimi, bħas-sajjieda, jistgħu jiffaċċjaw ċerti riskji jew perikli relatati mas-sikurezza tal-bastimenti jew l-esponiment għal ċerti tipi ta’ traffikar permezz ta’ rotot marittimi, bħat-traffikar tad-droga;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-ħaddiema fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura għandhom igawdu kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri, ġusti u deċenti u protezzjoni soċjali adegwata; billi d-deċiżjonijiet tal-MSP jista’ jkollhom impatt dirett fuq is-sikurezza, l-introjtu u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawk il-professjonisti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi ħafna mill-pjanijiet tal-ispazju marittimu jkopru biss l-ispazji tal-baħar u ma jinkludux interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar u b’mod partikolari l-effetti ta’ tniġġis ibbażat fuq l-art fuq l-ekosistemi marittimi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-implimentazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema hija insuffiċjenti jew nieqsa, peress li ħafna Stati Membri qed isibuha diffiċli biex japplikawh fil-prattika u biex jallinjaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-MSP ma’ dawk ta’ leġiżlazzjoni oħra bħar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd jew id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-Istati Membri għadhom ma laħqux il-mira tal-2020 ta’ Status Ambjentali Tajjeb għall-ibħra tal-Ewropa kif meħtieġ mid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-ġbir, it-trasparenza, l-aċċessibbiltà, l-armonizzazzjoni u l-ipproċessar raġonevolment rapidu tad-data huma kruċjali biex jiġi ddeterminat kif is-sajd u l-akkwakultura huma inklużi fl-MSP; billi hemm nuqqas ta’ data komprensiva dwar żoni ekonomiċi esklużivi u hemm diffikultajiet fl-integrazzjoni tad-data f’setturi differenti u fil-kisba ta’ data mill-awtoritajiet nazzjonali; billi l-allokazzjoni ta’ finanzjament għal dawk it-tipi ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ data tista’ tittejjeb;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-MSP u l-impatt tagħha fuq is-sajd u l-akkwakultura</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li, filwaqt li d-Direttiva dwar l-MSP tipprovdi qafas transsettorjali rilevanti għall-kooperazzjoni, din ġiet implimentata b’mod mhux uniformi mill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li xi Stati Membri huma f’pożizzjoni avvanzata sew fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-MSP, bi strateġiji nazzjonali integrati, korpi ddedikati u pjanijiet ta’ azzjoni għall-baċiri tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-pjanijiet tal-ispazju marittimu huma legalment vinkolanti f’xi Stati Membri u mhux vinkolanti u aktar konsultattiv f’oħrajn; jenfasizza li l-implimentazzjoni fl-Istati Membri spiss tiġi mxekkla minn segmentazzjoni istituzzjonali, governanza frammentata u mekkaniżmi legali inadegwati jew riżorsi finanzjarji u umani ddedikati insuffiċjenti ddedikati għal dawk il-mekkaniżmi u l-aċċess għalihom, b’mod partikolari permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura għas-sajd u l-gruppi ta’ azzjoni lokali għall-akkwakultura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-ippjanar tal-ispazju taż-żoni tal-baħar għandu jinkludi l-identifikazzjoni ta’ problemi u opportunitajiet, il-ġbir ta’ data dwar l-ippjanar, it-teħid ta’ deċiżjonijiet, l-implimentazzjoni, u li, bħala parti minn tali ppjanar, għandha tingħata attenzjoni speċjali lis-sajd u lill-akkwakultura.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza li l-implimentazzjoni u l-effettività tal-MSP ivarjaw ħafna bejn ir-reġjuni marittimi tal-UE, b’xi reġjuni, bħall-Baħar Baltiku jew il-Baħar tat-Tramuntana, li huma fil-biċċa l-kbira koperti minn pjanijiet tal-ispazju marittimu, filwaqt li oħrajn, bħall-Baħar Mediterran, għandhom kopertura tal-ippjanar ferm anqas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-Inizjattiva tal-Baċir tal-Baħar tat-Tramuntana l-Kbir, li tlaqqa’ flimkien l-Istati Membri u l-pajjiżi mhux tal-UE bl-għan li jinkisbu allinjament u koordinazzjoni akbar dwar il-pjanijiet tal-ispazju marittimu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza li l-fatt li l-inizjattivi transfruntiera għadhom limitati u hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni effettiva, li jxekkel l-isforzi biex jiġu indirizzati l-isfidi kondiviżi fir-reġjuni tal-baħar interkonnessi; jiddeplora d-diffikultajiet fil-kooperazzjoni tal-MSP bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi mhux tal-UE, b’mod partikolari l-istati kostali ġirien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza l-effetti tal-Brexit fuq l-ippjanar marittimu, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ żoni protetti tal-baħar u l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, iżda wkoll attivitajiet oħra bħat-trasport marittimu dens u t-turiżmu kostali; Jenfasizza l-fatt li dawk il-bidliet wasslu għall-esklużjoni tal-flotta tas-sajd tal-UE minn ħafna żoni tas-sajd fl-ilmijiet Brittaniċi, u għal bidla fl-isforz tas-sajd u pressjoni għolja tas-sajd fiż-żona tal-Kanal Ingliż, għad-detriment tas-sajd tal-UE; jitlob li l-MSP f’dawn l-oqsma tinkorpora dawn l-elementi b’mod sistematiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u mar-Renju Unit sabiex tinkiseb ġestjoni effettiva u ekwa tal-baċir marittimu u b’hekk jitnaqqsu l-bosta kunflitti ta’ użu, filwaqt li jitqiesu d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta’ kull attività; ifakkar, f’dan ir-rigward, fl-obbligu skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, b’mod partikolari skont l-Artikoli 7 u 8, li jkun hemm kooperazzjoni transfruntiera; jappella b’mod partikolari għal konsultazzjoni ġenwina mar-Renju Unit u maċ-Channel Islands dwar miżuri ta’ ġestjoni f’żoni tal-baħar protetti li jqisu l-konsegwenzi soċjoekonomiċi mġarrba mis-sajjieda tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li l-baċir tal-Mediterran huwa partikolarment affettwat mill-proliferazzjoni ta’ pjattaformi tal-enerġija lil hinn mill-kosta u infrastruttura oħra ta’ dan it-tip, li qed tnaqqas b’mod sinifikanti l-ammont ta’ spazju disponibbli għas-sajd, tillimita l-aċċess għal żoni tas-sajd tradizzjonali u tikkontribwixxi għall-frammentazzjoni tal-ispazju marittimu; jinnota li filwaqt li l-Istati Membri huma responsabbli għad-determinazzjoni tal-użu tal-infrastruttura f’dawn iż-żoni, id-deċiżjonijiet tagħhom għandhom impatt dirett fuq l-użu taż-żoni tas-sajd tradizzjonali u għalhekk jeħtieġ li jiġu integrati fil-proċessi tal-MSP b’mod koerenti; jinnota li l-iżvilupp tat-turiżmu marittimu għandu wkoll effett fuq l-operazzjonijiet tas-sajd fil-baċir tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza l-karatteristiċi speċifiċi tal-Baħar Adrijatiku bħala baċir tal-baħar nofsu magħluq u sensittiv ħafna, soġġett għal pressjonijiet kumulattivi mis-sajd, l-akkwakultura, it-trasport marittimu, it-turiżmu u l-iżvilupp kostali; jisħaq li dawn il-pressjonijiet jirrikjedu approċċ imsaħħaħ għall-baċiri tal-baħar u transfruntier għall-MSP; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati biex, b’kooperazzjoni mal-pajjiżi kostali ġirien mhux tal-UE, isaħħu l-koordinazzjoni, il-kondiviżjoni tad-data u l-mekkaniżmi ta’ governanza konġunta fil-Baħar Adrijatiku; jissottolinja l-importanza tas-sajd fuq skala żgħira u kostali għall-baċir tal-baħar u l-importanza tal-integrazzjoni tagħhom fl-MSP, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-vijabbiltà ekonomika u l-wirt kulturali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza li l-Baħar Baltiku huwa kkaratterizzat minn għadd ta’ karatteristiċi uniċi, inkluż l-istatus tiegħu bħala baċir tal-baħar nofsu magħluq, il-konċentrazzjoni għolja tiegħu ta’ tipi differenti ta’ attività ekonomika, inklużi s-sajd, it-trasport marittimu u l-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli tal-baħar, u l-vulnerabbiltà tal-ekosistema tiegħu; jappella, f’dan ir-rigward, għal approċċ għall-MSP li jkun sostenibbli u aġġustat għal dawk il-kundizzjonijiet reġjonali; ifaħħar il-ħidma li għaddejja tal-Grupp ta’ Ħidma konġunt HELCOM-VASAB dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu li qed jipprovdi pedament sod għall-koordinazzjoni fil-livell tal-baċir tal-baħar fil-Baħar Baltiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq li l-baċiri marittimi tar-reġjuni ultraperiferiċi jridu jiġu inklużi wkoll fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-MSP, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, inkluż fl-interazzjonijiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-benefiċċji tal-MSP għas-sajd u l-akwakultura</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-qafas legali attwali tal-MSP ma wassalx b’mod sodisfaċenti l-benefiċċji mistennija għas-sajd; jinnota li l-MSP ma kkontribwiex b’mod sostanzjali għat-titjib tal-prevedibbiltà u l-istabbiltà għall-attivitajiet tas-sajd; jenfasizza n-nuqqas ta’ miri minimi u indikaturi ambjentali, soċjali u ekonomiċi li jistgħu jitkejlu għas-sajd fl-MSP, speċjalment għall-operaturi fuq skala żgħira; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ implimentazzjoni koerenti u effettiva tal-politika marittima tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza, għall-fini tal-implimentazzjoni tal-qafas tal-MSP, l-importanza li titwettaq analiżi soċjoekonomika komprensiva, li tinkorpora l-fehmiet tan-negozji ż-żgħar u tal-komunitajiet kostali; ifakkar fl-importanza tas-sajd u tal-akwakultura fis-sovranità tal-ikel u fil-preservazzjoni tal-għarfien espert relatat għall-UE u jirrikonoxxi li huwa fl-interess pubbliku li titqies aktar l-importanza tagħhom fl-MSP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li l-MSP jrid jintegra aħjar is-sajd u l-akwakultura u jrid jindirizza b’mod attiv l-isfidi spazjali li jaffettwaw is-sajd, inklużi l-effetti kumulattivi tal-enerġija lil hinn mill-kosta, iż-żoni tal-baħar protetti, iż-żoni tat-tbaħħir u tad-difiża, u jevita l-marġinalizzazzjoni progressiva tal-attivitajiet tas-sajd; jisħaq li l-parks eoliċi lil hinn mill-kosta għandhom, kull meta jkun possibbli, jitqiegħdu f’żoni li huma anqas adattati għas-sajd, sabiex jiġu minimizzati l-impatti negattivi fuq l-operazzjonijiet tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jenfasizza r-rwol essenzjali tas-sajd fuq skala żgħira, bħal fl-impjiegi lokali, il-koeżjoni soċjali u l-preservazzjoni tal-ħiliet tradizzjonali; jitlob li l-MSP jqis bis-sħiħ dan is-segment, b’mod partikolari f’termini ta’ aċċess għall-ispazju, il-prossimità għaż-żoni tas-sajd u s-sikurezza tal-attivitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-parks eoliċi lil hinn mill-kosta jista’ jkollhom impatt fuq is-sajd billi tinbidel id-distribuzzjoni spazjali u l-abbundanza ta’ speċijiet tal-baħar mistada kummerċjalment u billi jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-aċċess, għal raġunijiet ta’ sikurezza, jew fuq il-metodu tas-sajd; jinnota li, filwaqt li ġew osservati xi benefiċċji potenzjali għas-sajjieda, dawn huma rilevanti biss jekk is-sajjieda jkunu jistgħu joperaw b’mod prattiku u fattibbli f’dawn iż-żoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq li filwaqt li l-qafas legali tal-MSP iġib miegħu benefiċċji marġinali għall-akwakultura, huwa meħtieġ titjib fid-deżinjazzjoni tal-ispazju marittimu, rikonoxximent ulterjuri tar-rwol tal-akwakultura fi ħdan il-qafas, il-koerenza transfruntiera, iċ-ċertezza legali u l-iskeda taż-żmien u l-impatt tal-proċeduri tal-liċenzjar; jenfasizza, b’mod partikolari, il-ħtieġa ta’ inkorporazzjoni aħjar tal-akwakultura fl-MSP u l-kunsiderazzjoni ta’ azzjonijiet oħra, bħall-iżvilupp ta’ politika komuni possibbli tal-akwakultura, sabiex jitqies b’mod aktar effettiv dan is-settur ewlieni għas-sigurtà tal-ikel tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza li l-objettiv li jiġi minimizzat il-kunflitt bejn id-diversi setturi u utenti tal-baħar ma ntlaħaqx b’mod sostanzjali, b’mod partikolari fir-rigward tas-sajd u l-akwakultura, inkluż it-trobbija tal-frott tal-baħar bil-qoxra u s-setturi emerġenti bħat-tkabbir tal-alka, li raw tnaqqis fl-ispazji disponibbli għalihom, li jaffettwa l-kompetittività tagħhom u l-possibbiltajiet tagħhom għall-iżvilupp tal-attivitajiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq li n-natura tal-kunflitt dwar l-użu tal-ispazju marittimu tvarja skont it-tip ta’ attivitajiet tas-sajd u tal-akwakultura kkonċernati, u li tali attivitajiet jistgħu jikkompetu wkoll ma’ xulxin għall-ispazju marittimu; jenfasizza li l-kunflitti ewlenin li jaffettwaw is-sajd huma t-telf taż-żoni tas-sajd minħabba l-esklużjoni taż-żoni marittimi, ir-restrizzjonijiet tal-aċċess, il-kompetizzjoni għall-aċċess, il-frammentazzjoni spazjali u d-deterjorazzjoni ta’ diversi ekosistemi tal-baħar, filwaqt li l-kunflitti ewlenin li jaffettwaw l-akwakultura huma d-duplikazzjoni fit-tqassim taż-żoni, it-tħassib ambjentali bħal tniġġiż u ewtrofikazzjoni u l-kompetizzjoni tal-qbid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li s-sajd u l-akwakultura jiddependu fuq il-pożizzjoni ġeografiku tar-riżorsi tal-baħar u l-istat b’saħħtu tal-ekosistemi tal-baħar, u li huma marbuta b’mod qawwi mal-katina tal-valur tal-frott tal-baħar u l-impjiegi fir-reġjuni kostali u għalhekk mhumiex adattati għar-rilokazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza li s-sajd ma jibbenefikax minn żoni ta’ prijorità jew iddedikati u spiss ikollu jopera fi spazji marittimi mhux allokati u li qed jiġu dejjem aktar sfurzat ’l barra minn attivitajiet oħra; jinnota li filwaqt li l-akwakultura, inkluż it-tkabbir tal-alka, hija fil-prinċipju aktar adattata għaż-żoni riżervati, l-approċċi jvarjaw ħafna bejn u anke fi ħdan l-Istati Membri u l-proċeduri ta’ liċenzjar spiss ikunu ta’ piż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li filwaqt li xi Stati Membri stabbilew żoni b’użu multiplu, prinċipalment huma jadottaw approċċ ibbażat fuq il-proġetti; jenfasizza li approċċ b’użu multiplu qed ikun diffiċli ħafna biex jiġi implimentat għal ċerti attivitajiet, b’mod partikolari billi jikkumbina s-sajd, il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-enerġija rinnovabbli tal-baħar; jinnota li approċċ b’użu multiplu jqajjem ukoll tħassib dwar l-assigurazzjoni u s-sigurtà għas-sajjieda u l-professjonisti tal-akwakultura; jenfasizza li, filwaqt li ż-żoni b’użu multiplu jista’ jkollhom potenzjal fl-indirizzar tal-impatti kumulattivi tal-attivitajiet tal-bniedem, hija meħtieġa aktar riċerka biex jiġu vvalutati l-fattibbiltà u l-impatt tagħhom; jirrimarka li d-deżinjazzjoni ta’ tali żoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-attivitajiet differenti mwettqa fihom, li jeħtieġ li titwettaq bl-involviment xieraq, matul il-proċess kollu, tal-operaturi mis-setturi rilevanti kollha kif ukoll ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ eżempji ta’ suċċess ta’ kolokazzjoni ta’ attivitajiet, bħal infrastruttura eolika lil hinn mill-kosta fissa jew galleġġanti li tista’ tintuża wkoll għall-iżvilupp tal-akwakultura, it-trobbija tal-frott tal-baħar bil-qoxra u tal-algi u għall-protezzjoni tal-ħabitats għall-fawna u l-flora tal-baħar jew attivitajiet riġenerattivi u għall-attivitajiet tas-sajd bħas-sajd passiv u b’impatt baxx; jenfasizza, f’dak ir-rigward, il-ħtieġa ta’ aktar skambju ta’ prattiki tajba u ta’ aktar riċerka, speċjalment fir-rigward tal-impatt ekoloġiku u l-potenzjal ekonomiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu l-impatt tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fuq l-ekosistema tal-baħar u s-sajd meta jiddeterminaw it-taħlita tal-enerġija tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza li l-koordinazzjoni bejn l-art u l-baħar tibqa’ dgħufija kritika fl-implimentazzjoni tal-MSP, b’referenza partikolari għan-nuqqas li jitqiesu l-effetti tat-tniġġis ibbażat fuq l-art fuq l-ekosistemi tal-baħar meta jiġu implimentati miżuri għall-protezzjoni tal-bijodiversità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrimarka l-importanza tas-sajd u tal-infrastruttura tal-portijiet u tal-faċilitajiet relatati u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-MSP jkun koerenti fir-rigward ta’ investimenti infrastrutturali bħal dawn, f’konformità mal-istrateġija tal-portijiet tal-UE, filwaqt li titqies id-dipendenza tal-attivitajiet marittimi kollha fuq koordinazzjoni effettiva bejn l-art u l-baħar;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-involviment tal-partijiet ikkonċernati u l-ġbir tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza li l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u tal-komunità kostali fil-proċess tal-MSP żdied iżda għadu ristrett; jiddispjaċih dwar il-fatt li dan l-involviment spiss ikun nieqes minn involviment u konsultazzjoni bikrija u formali, li joffru opportunità limitata għal influwenza ġenwina fuq id-deċiżjonijiet ta’ ppjanar; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-inizjattiva tal-Kummissjoni li torganizza djalogu ta’ implimentazzjoni dwar l-MSP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota eżempji tajbin ta’ parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati f’xi Stati Membri, bħal konsultazzjonijiet nazzjonali u proċessi parteċipattivi; jiddispjaċih, madankollu, dwar in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet vinkolanti għall-Istati Membri dwar il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati; jinnota li dan ifixkel il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti bħas-sajjieda, il-professjonisti tal-akwakultura, il-gruppi ta’ interess u l-membri tal-pubbliku li huma affettwati, fil-proċessi ta’ konsultazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-post ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jenfasizza li s-sajd u l-akwakultura spiss jiġu ddominati minn setturi oħrajn, aktar b’saħħithom jew ekonomikament importanti, bħall-enerġija lil hinn mill-kosta; jieħu nota tar-rapporti dwar l-iżbilanċi strutturali tal-poter bejn is-setturi marittimi; jiddeplora l-fatt li ċerti setturi u operaturi spiss jevitaw il-proċessi ta’ konsultazzjoni, għad-detriment ta’ atturi anqas organizzati, bħas-sajjieda fuq skala żgħira, inklużi s-sajjieda tal-miexi, bħal dawk li jiġbru l-frott tal-baħar bil-qoxra; jitlob proċessi ta’ konsultazzjoni komprensivi, aċċessibbli u inklużivi mal-partijiet ikkonċernati kollha u l-ħolqien ta’ mekkaniżmi ta’ governanza korrettivi, inklużi linji gwida trasparenti mmirati biex jiżguraw teħid ta’ deċiżjonijiet ibbilanċjat u trasparenti, itaffu l-potenzjal ta’ kunflitt u joħolqu kundizzjonijiet ekwi bejn is-sajd u setturi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas ta’ data armonizzata u komparabbli dwar l-istat tal-oċeani u l-ibħra, ir-riżorsi tas-sajd u l-impatt tat-tibdil fil-klima, kif ukoll in-nuqqas ta’ data soċjali u ekonomika adattata, inkluż il-valutazzjoni tal-impatti tal-MSP fuq il-komunitajiet kostali; jenfasizza n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ ġbir ta’ data tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-allinjament ħażin tad-data, bħal-linji bażi ġeospazjali inkompatibbli, u d-diskrepanza temporali, bħal ċikli ta’ reviżjoni differenti għall-pjanijiet tal-ispazju marittimu, ifixklu l-implimentazzjoni tal-MSP koerenti u approċċ ibbażat fuq l-ekosistema; ifakkar li l-għodod ta’ mmudellar, immappjar u analiżi tal-ispazju huma għajnuniet għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u ma jistgħux jissostitwixxu d-dibattitu demokratiku jew il-kompromess politiku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ approċċ aktar olistiku u koordinazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, b’mod partikolari tad-Direttiva dwar l-MSP, ir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti u effettiva tal-MSP, inkluż l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema, bil-għan li jingħata kontribut għall-kisba ta’ Status Ambjentali Tajjeb; jissottolinja wkoll li l-MSP jrid jirrispetta bis-sħiħ il-politika komuni tas-sajd bħala l-qafas leġiżlattiv esklużiv tal-UE għall-ġestjoni tas-sajd u għalhekk ma għandux jintuża biex jintroduċi indirettament miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd, speċjalment jekk ikunu inkompatibbli mal-ambizzjoni li jissaħħaħ ir-rwol għall-attivitajiet tas-sajd fl-MSP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jemmen li l-pjanijiet tal-ispazju marittimu għandhom jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet spazjali, ambjentali u soċjoekonomiċi, kif ukoll il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull baċir tal-baħar, inkluż żoni ekonomiċi esklużivi konnessi; jisħaq li l-Istati Membri għandhom isaħħu l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-użu tal-art u tal-baħar meta jfasslu u jimplimentaw il-pjanijiet tal-ispazju marittimu u meta jinkorporaw fil-pjanijiet valutazzjonijiet tal-impatt tal-attivitajiet ibbażati fuq l-art fl-ilmijiet kostali; jemmen li l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet reġjonali, inklużi l-karatteristiċi tar-reġjuni insulari u r-reġjuni ultraperiferiċi, u għandhom jirrispettaw it-tradizzjonijiet amministrattivi f’kull Stat Membru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jsaħħu l-koordinazzjoni kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll fi ħdanhom, b’mod partikolari bejn l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, kif ukoll il-koordinazzjoni transsettorjali fost l-awtoritajiet responsabbli għall-politiki ambjentali, tas-sajd, tal-enerġija u tat-trasport, fost politiki oħra, meta jfasslu u jimplimentaw pjanijiet tal-ispazju marittimu sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti, ibbażat fuq l-ekosistema u integrat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jappella għall-implimentazzjoni ta’ approċċ minn isfel għal fuq, ibbilanċjat u b’diversi użi għall-MSP li jkollu l-għan li jevita effetti negattivi fuq ir-riżorsi tal-baħar u l-bijodiversità, u għalhekk fuq is-sajd u l-akwakultura, u jiżgura li dawn l-attivitajiet ma jiġux esklużi mill-ispazju marittimu; iqis li l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet relatati mal-ekonomija blu ma jridx ikun għad-detriment tal-produzzjoni sostenibbli u reżiljenti tal-frott tal-baħar, is-sovranità tal-ikel u l-preżervazzjoni tal-bijodiversità tal-baħar; jemmen, f’dan ir-rigward, li l-importanza strateġika tas-sigurtà tal-ikel għandha tkun ankrata aħjar fir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar l-MSP; jitlob, għalhekk, li s-sajd u l-akwakultura jiġu rikonoxxuti bħala setturi strateġiċi ta’ interess pubbliku ewlieni li jipprovdu kontributi essenzjali għas-sovranità tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel tal-UE u għall-awtonomija strateġika u l-impjiegi kostali, u li għandha tingħata kunsiderazzjoni prijoritarja lilhom fl-MSP, b’mod partikolari għal segmenti li ma jistgħux jiġu rilokati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jappella għal approċċ ibbażat fuq l-evidenza għaż-żoni b’użu multiplu, filwaqt li jirrikonoxxi li l-koeżistenza bejn is-sajd u l-enerġija lil hinn mill-kosta għadha limitata fil-prattika u ma għandhiex tintuża biex tiġġustifika l-esklużjoni tas-sajd mill-ispazju marittimu. jisħaq li l-approċċ b’użi multipli għandu jiġi segwit abbażi ta’ kriterji tekniċi u xjentifiċi, li jirriflettu r-realtà ta’ kif fil-fatt joperaw is-sajd u l-akwakultura; jisħaq li d-deżinjazzjoni ta’ żoni b’użu multiplu għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-impatt kumulattiva tal-attivitajiet differenti mwettqa fihom u analiżi rigoruża tan-navigabbiltà u tas-sikurezza; jappella sabiex is-setturi rilevanti kollha jkunu involuti b’mod dirett u xieraq matul dan il-proċess kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Iqis li l-MSP jrid jadotta approċċ dinamiku u adattiv, filwaqt li jqis il-bidliet fl-ambjent tal-baħar u fir-riżorsi tal-baħar, bl-użu ta’ data u indikaturi xjentifiċi u soċjoekonomiċi aġġornati regolarment, b’mod partikolari meta jiġu stabbiliti żoni li jistgħu jeskludu l-attivitajiet tas-sajd bħall-parks eoliċi lil hinn mill-kosta u d-deżinjazzjoni ta’ ċerti żoni tal-baħar protetti; jenfasizza li l-proċess tal-ippjanar għandu jirrifletti n-natura dinamika tas-sajd, fejn il-flotot spiss jiċċaqilqu skont id-disponibbiltà staġjonali u l-movimenti tal-istokkijiet, u ċerti tipi ta’ rkaptu tas-sajd li jeħtieġu spazju konsiderevoli fejn joperaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jappella għal mekkaniżmi ta’ governanza inklużivi li jiżguraw l-involviment dirett u strutturat tal-partijiet ikkonċernati rilevanti bħas-sajjieda, inkluż is-sajjieda fuq skala żgħira, u l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs), fejn rilevanti, fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, tal-monitoraġġ u tar-rieżami għall-pjanijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-appoġġ għas-sajd fi ħdan l-MSP u li dan jiġi kkunsidrat b’mod sistematiku; jappoġġja l-istabbiliment ta’ żoni spazjali ċari u żoni ta’ prijorità għas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-moviment u l-iżvilupp tar-riżorsi tas-sajd, ir-rikonoxximent taż-żoni tradizzjonali tas-sajd u tal-akwakultura, il-ħtieġa għall-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u t-titjib tal-istat tal-istokkijiet tal-ħut; jenfasizza li t-tqassim f’żoni għandu jitfassal apposta għal segmenti differenti tal-flotta, kif ukoll għall-baċiri tal-baħar, u jkun ibbażat fuq valutazzjonijiet u indikaturi xjentifiċi u soċjoekonomiċi robusti, sabiex is-settur tas-sajd jingħata viżibbiltà u prevedibbiltà akbar; jappella għal valutazzjoni obbligatorja tal-impatti soċjoekonomiċi kumulattivi tal-ispostament tas-sajd, inklużi l-effetti fuq il-kompetittività tal-flotta tal-UE, il-profittabbiltà, is-sikurezza fuq il-baħar u t-tiġdid ġenerazzjonali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa, b’mod partikolari, ta’ żieda fiż-żoni riżervati ddedikati għas-sajd qrib il-kosta fuq skala żgħira b’impatt baxx fiż-żona ta’ 12-il mil nawtiku u mirfuda minn reġimi ta’ ġestjoni konġunta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-riċerka fl-immappjar u l-immudellar tal-postijiet għas-sajd u r-riżorsi tas-sajd; iqis li d-delimitazzjoni taż-żoni ta’ prijorità għas-sajd u l-ippjanar tal-attivitajiet tas-sajd iridu jadottaw approċċ dinamiku sabiex jadattaw għall-fenomeni tal-bidla u l-migrazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut li jaffettwaw iż-żoni storiċi ta’ distribuzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmu ta’ miżuri kumpensatorji jew skemi ta’ assigurazzjoni għas-settur tas-sajd meta l-attivitajiet tiegħu jiġu spostati minn użi alternattivi tal-baħar, inklużi miżuri ta’ kumpens finanzjarju u tagħti prijorità lil użi kompatibbli ġodda u appoġġ għat-tfassil mill-ġdid tar-rotot tas-sajd, jew investimenti teknoloġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jenfasizza l-konsegwenzi negattivi potenzjali ta’ restrizzjonijiet estensivi fuq l-attivitajiet tal-baħar bħas-sajd għall-komunitajiet kostali, mhux l-anqas fir-reġjuni insulari u ultraperiferiċi; jitlob li l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u r-rieżami tal-pjanijiet tal-ispazju marittimu jkunu akkumpanjati fil-każijiet kollha minn valutazzjonijiet tal-impatt soċjali u territorjali, li jiffukaw b’mod partikolari fuq l-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-sikurezza tas-sajjieda u s-sostenibbiltà tal-komunitajiet kostali, u li tiġi vvalutata l-effettività bijoloġika u soċjoekonomika tar-restrizzjonijiet u l-miżuri tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu s-sajd bħala utent strateġiku u ta’ prijorità tal-ispazju marittimu, essenzjali għas-sovranità tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel tal-UE, l-impjiegi kostali u l-awtonomija strateġika, u jirriflettu dan l-istatus b’mod espliċitu fil-pjanijiet tal-ispazju marittimu u fir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar l-MSP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jitlob, f’dan ir-rigward, approċċ differenzjat għall-ġestjoni tas-sajd fuq skala żgħira li jinkludi aċċess preferenzjali fiż-żona ta’ 12-il mil nawtiku għas-sajd fuq skala żgħira, l-attivitajiet b’impatt baxx u l-proġetti ta’ konservazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw aktar l-akwakultura u t-trobbija tal-frott tal-baħar bil-qoxra, u s-sajd bil-miexi, inkluż il-ġbir tal-frott tal-baħar bil-qoxra, fl-MSP u jirrikonoxxu s-servizzi tal-ekosistema pprovduti minn akwakultura b’livell trofiku baxx u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra azzjonijiet ulterjuri bħall-iżvilupp ta’ politika komuni possibbli tal-akwakultura bħala għodda biex tiġi ffaċilitata din l-integrazzjoni; jappella għad-deżinjazzjoni fl-MSP ta’ spazji marittimi ddedikati għal żoni ta’ żvilupp tal-akwakultura sostenibbli, bħall-akkwakultura b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u b’livell trofiku baxx; jitlob li l-proċeduri ta’ liċenzjar jiġu ffaċilitati u li jitnaqqsu l-ostakli regolatorji għall-iżvilupp ta’ dawn l-attivitajiet; jisħaq li l-proċeduri ta’ liċenzjar jeħtieġ li jitħaffu u jiġu sostnuti minn rekwiżiti ambjentali ċari bl-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi; jitlob li jiġu pprovduti inċentivi biex tingħata spinta lill-iżvilupp ta’ akwakultura, speċjalment dik b’livell trofiku baxx, inkluża d-diversifikazzjoni għal speċijiet mhux tal-għalf bħall-kultivazzjoni tal-alka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ governanza trasparenti u b’diversi partijiet ikkonċernati fl-MSP; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-parteċipazzjoni bikrija, sistematika, sinifikanti u kontinwa tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-Kunsilli Konsultattivi u s-sajjieda, l-akkwakulturisti u dawk li jrabbu l-frott tal-baħar bil-qoxra, fl-istadji kollha tat-tfassil, tal-proċessi, tal-implimentazzjoni, tal-eżiti finali u tar-reviżjoni tal-MSP, u għall-inklużjoni ta’ feedback trasparenti dwar kif jintuża l-kontribut tal-partijiet ikkonċernati fit-teħid tad-deċiżjonijiet; jappella għal trattament ġust tal-partijiet ikkonċernati kollha u tal-komunitajiet kostali u tal-gżejjer, irrispettivament mill-mezzi finanzjarji, amministrattivi jew organizzattivi tagħhom, permezz ta’ formati ta’ konsultazzjoni trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jemmen li l-ġestjoni konġunta għandha tkun il-mudell għall-governanza u t-teħid tad-deċiżjonijiet fl-MSP; jenfasizza l-benefiċċji ta’ dan il-mudell, li jippermetti l-involviment dirett tal-partijiet ikkonċernati, ġestjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattika u approċċ imfassal għar-realtajiet lokali, b’mod partikolari meta jibni fuq strutturi eżistenti u ppruvati u fuq l-għarfien prattiku tal-komunitajiet tas-sajd lokali u strutturi oħra bħall-RFMOs; jisħaq li l-ġestjoni konġunta tista’ tgħin ukoll biex jiġi promoss it-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur u tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika tal-flotot fuq skala żgħira u dawk kostali.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jisħaq fuq il-benefiċċji ta’ strutturi minn isfel għal fuq għall-implimentazzjoni tal-MSP lokali, bħall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u l-gruppi ta’ azzjoni lokali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u ta’ dawk li jiġbru, l-organizzazzjonijiet tan-nisa fis-sajd u organizzazzjonijiet oħra fil-livelli lokali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-bini tal-kapaċitajiet tal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari s-sajjieda fuq skala żgħira, inkluż is-sajjieda tal-miexi, bħal dawk li jiġbru l-frott tal-baħar bil-qoxra u l-organizzazzjonijiet tagħhom, u l-komunitajiet kostali u tal-ġżejjer, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex ikunu mgħammra aħjar biex jipparteċipaw b’mod attiv u effettiv fil-konsultazzjonijiet pubbliċi u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-MSP; jisħaq fuq l-importanza, f’dan ir-rigward, li jiġi appoġġjat it-tiġdid ġenerazzjonali u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-ispazju ma joħolqux ostakli addizzjonali għaż-żgħażagħ li jidħlu fis-settur tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jisħaq li d-deżinjazzjoni ta’ żoni ddedikati għall-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta jew għall-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar trid tqis l-impatt fuq is-sajd u l-akwakultura, inkluż il-postijiet għas-sajd storiċi u tradizzjonali; jinsisti fuq il-ħtieġa li jitwettqu b’mod sistematiku il-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u soċjoekonomiċi kumulattivi qabel id-demarkazzjoni taż-żona, u li jiġi żgurat li l-professjonisti affettwati, b’mod partikolari s-sajjieda fil-każ ta’ proġetti ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta, jiġu infurmati minn qabel u involuti fuq bażi obbligatorja fil-konsultazzjonijiet qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet; jitlob, f’dan ir-rigward għal valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-istat tar-riżorsi tas-sajd u għall-kwantifikazzjoni tal-effetti soċjali u ekonomiċi ewlenin fuq is-sajd li jirriżultaw mill-parks eoliċi lil hinn mill-kosta eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jisħaq li l-miżuri għall-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar iridu jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet xjentifiċi u soċjoekonomiċi sodi u jridu jitfasslu skont il-ħtiġijiet ta’ protezzjoni ta’ kull żona; jenfasizza li l-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ kategoriji differenti ta’ żoni tal-baħar protetti, fejn kompatibbli mal-objettivi ta’ konservazzjoni, u l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, għandhom jippermettu l-koeżistenza ma’ attivitajiet tas-sajd sostenibbli, inkluż permezz ta’ miżuri ta’ ġestjoni xierqa u differenzjati u l-evitar tal-esklużjoni awtomatika; jenfasizza wkoll il-potenzjal ta’ “miżuri effettivi oħra ta’ konservazzjoni bbażati fuq iż-żona”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw b’mod sistematiku u xjentifiku l-potenzjal għall-użu konġunt taż-żoni marittimi, inklużi ż-żoni tal-baħar protetti jew l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, u jevitaw li jittrattaw żoni marittimi differenti bħala reċiprokament esklużivi; jenfasizza li l-involviment attiv tal-partijiet ikkonċernati kollha u speċjalment tas-sajjieda fit-tfassil, il-ġestjoni u l-evalwazzjoni taż-żoni tal-baħar protetti jikkontribwixxi għal effettività ambjentali akbar, aċċettazzjoni akbar tal-miżuri ta’ konservazzjoni u integrazzjoni aħjar ta’ dawn iż-żoni fl-MSP; jisħaq li t-tibdil fil-klima u ċ-ċaqliq tad-distribuzzjonijiet tal-istokkijiet tal-ħut iridu jitqiesu b’mod aktar sħiħ, biex jiġi żgurat approċċ flessibbli għat-tqassim f’żoni li jirrifletti n-natura dinamika tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja approċċ aktar transfruntier u bbażat fuq il-baċiri tal-baħar għall-MSP billi tippromwovi inizjattivi eżistenti, bħall-Inizjattiva tal-Baċir il-Kbir tal-Baħar tat-Tramuntana; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, flimkien mal-istati kostali ġirien, jinvolvu ruħhom fi pjattaformi reġjonali ta’ ġestjoni konġunta, abbażi tal-eżempju tal-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent Marin fil-Baħar Baltiku (magħrufa wkoll bħala l-Kummissjoni ta’ Helsinki jew il-HELCOM), inkluż bil-ħsieb li jiġu identifikati kurituri tas-sajd kondiviżi:
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jikkumplimentaw il-pjanijiet nazzjonali bi pjanijiet iffukati aktar fuq il-baċiri tal-baħar u jiżviluppaw, meta rilevanti, strateġiji ta’ ppjanar makroreġjonali, inklużi pjanijiet tal-ispazju marittimu konġunti; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-pajjiżi mhux tal-UE, b’mod partikolari l-istati kostali ġirien, japprofondixxu l-kooperazzjoni tagħhom dwar l-MSP, b’mod partikolari fil-baċiri maġenb ir-Renju Unit, il-Mediterran u l-Baħar Baltiku; Jappoġġja approċċ aktar b’saħħtu tal-baċir tal-baħar għall-MSP, li jiżgura li s-sajd jiġi integrat bis-sħiħ fl-oqfsa ta’ ppjanar transfruntier u ma jkunx żvantaġġat minn deċiżjonijiet nazzjonali frammentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni msaħħa dwar l-MSP bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi terzi; jisħaq fuq il-ħtieġa għal koordinazzjoni aħjar bejn l-istati kostali fil-Kanal Ingliż; jenfasizza b’mod speċifiku l-każ tar-reġjuni tal-Kanal Ingliż, fejn il-kooperazzjoni mar-Renju Unit u maċ-Channel Islands trid tittejjeb, b’mod partikolari fir-rigward tad-deżinjazzjoni ta’ żoni tal-baħar protetti; jemmen li l-kooperazzjoni f’dan ir-rigward trid tinkludi proċessi ta’ konsultazzjoni obbligatorji u trasparenti mal-partijiet ikkonċernati; jistieden lill-UE, lir-Renju Unit u lil partijiet rilevanti oħra jistabbilixxu pjan ta’ ġestjoni reġjonali għall-Kanal Ingliż u għall-Baħar tat-Tramuntana sabiex jiġu żgurati l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi u l-ġestjoni pluriennali tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jenfasizza li tali kooperazzjoni mal-Pajjiżi terzi trid tiżgura kundizzjonijiet ekwi u tevita l-ispostament tal-isforz tas-sajd għad-detriment tal-flotot u l-komunitajiet tas-sajd tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, issegwi approċċ strutturat għad-djalogu u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi kostali ġirien fi sforz biex tippromwovi standards ambjentali, ta’ ġestjoni u soċjali simili, u biex tkun ippreparata li tieħu kwalunkwe miżura neċessarja biex tipproteġi l-interessi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jappella għall-integrazzjoni fl-MSP ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima u miżuri ambjentali rilevanti oħra, sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet li jaffettwaw is-sajd u l-akwakultura, bħall-erożjoni kostali, iż-żieda fit-temperaturi tal-ilma, l-ispeċijiet invażivi, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani, it-tniġġis kemm minn sorsi bbażati fuq l-art kif ukoll minn sorsi tal-baħar, u l-impatti kumulattivi; jisħaq li dawn is-soluzzjonijiet iridu jkunu proporzjonati, adattati għall-kundizzjonijiet lokali u vvalutati minn qabel f’termini ta’ kosteffettività, filwaqt li jiġu evitati approċċi “wieħed tajjeb għal kulħadd” li ma jqisux ir-realtajiet ta’ kull baċir tal-baħar; jissottolinja li s-sajjieda jista’ jkollhom rwol ewlieni fl-isforzi ta’ monitoraġġ, identifikazzjoni bikrija u konservazzjoni, dment li jkunu involuti, imħarrġa u appoġġjati kif xieraq.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jenfasizza l-effetti tal-erożjoni tal-kosta u l-irtirar tax-xatt fuq il-kosti, speċjalment f’żoni fejn l-attivitajiet tal-akwakultura huma stabbiliti u żviluppati; jappella, f’dan ir-rigward, għal pjan tal-UE għar-reżiljenza kostali, li jinkorpora l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar, it-tniġġis tal-baħar u tal-art, il-miżuri ta’ adattament kostali u l-appoġġ immirat għall-akwakultura; jemmen li l-Istati Membri għandhom rwol importanti f’dan ir-rigward u li dawn l-effetti jridu jitqiesu fil-pjanijiet spazjali marittimi tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar ir-riforma proposta mill-Kummissjoni tad-diversi fondi strutturali u l-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, li se tnaqqas b’mod sinifikanti r-riżorsi allokati għas-sajd u b’hekk tipperikola t-titjib fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-MSP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu allokati riżorsi sinifikanti għall-ġbir tad-data u r-riċerka xjentifika, kif ukoll li jissaħħu l-kondiviżjoni u l-koordinazzjoni tad-data bejn l-Istati Membri; jemmen li data u metodoloġiji aktar standardizzati u armonizzati se jgħinu biex jiġi żgurat il-post tas-sajd u tal-akwakultura fl-MSP; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li tiġi żviluppata u aġġornata data xjentifika dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riżorsi akkwatiċi tal-baħar, b’mod partikolari f’termini ta’ bidliet fid-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet tal-ħut, iż-żoni ta’ riproduzzjoni jew l-ispostament tal-istokkijiet tal-ħut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jappella għal ġbir imtejjeb u armonizzat tad-data u l-immappjar sistematiku tal-attivitajiet tas-sajd bħala prekundizzjoni għal MSP ġust u bbażat fuq l-evidenza; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw l-aħjar data u informazzjoni disponibbli u aġġornati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Iqis li l-Inizjattiva Ewropea għall-Osservazzjoni tal-Oċeani, “Ocean Eye” futura, għandha ssaħħaħ u tarmonizza l-ġbir tad-data dwar il-baħar, u b’hekk tikkontribwixxi għal MSP imtejjeb; jitlob barra minn hekk li l-potenzjal tat-Tewmi Diġitali Ewropew tal-Oċean jintuża biex jinftiehmu u jiġu antiċipati aħjar l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq l-istat tal-ibħra u r-riżorsi tal-baħar, u biex jiġu żviluppati strateġiji xierqa ta’ ppjanar marittimu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-MSP tingħaqad mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akwakultura u ma’ Orizzont Ewropa, inkluż taħt il-qafas finanzjarju pluriennali futur, sabiex jitrawmu r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż f’oqsma ddeżinjati speċifikament għal użi sostenibbli u innovattivi; jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta’ teknoloġiji diġitali bħall-għodod Ewropej tal-intelliġenza artifiċjali biex jappoġġjaw l-MSP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja b’mod rigoruż l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-MSP; iqis li r-rapport ta’ evalwazzjoni li jmiss tad-Direttiva dwar l-MSP għandu jiffoka fuq l-implikazzjonijiet spazjali għas-sajd u l-akwakultura, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u l-kooperazzjoni transfruntiera, u jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar kif id-Direttiva dwar l-MSP tista’ twassal riżultati aħjar f’termini ta’ sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika; iqis li l-MSP għandu jiġi vvalutat f’termini ta’ ekwità spazjali, mifhuma bħala d-distribuzzjoni ekwa tal-benefiċċji u r-restrizzjonijiet fost il-partijiet ikkonċernati, it-territorji u l-ġenerazzjonijiet, u mhux biss f’termini tal-effiċjenza ekonomika jew amministrattiva tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkonsolida l-Pjattaforma Ewropea għall-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu billi tipprovdi eżempji ta’ proġetti tal-MSP, għodod ta’ mmappjar u prattiki tajbin; iħeġġeġ, lill-Istati Membri jagħmlu użu akbar minn din il-pjattaforma meta jiżviluppaw il-pjanijiet tal-ispazju marittimu tagħhom sabiex jiffaċilitaw deċiżjonijiet ta’ politika trasparenti mingħajr ma jeskludu konsultazzjoni ġenwina fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta’ użu u interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jappoġġja r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-MSP bħala parti mill-“Att dwar l-Oċeani” mistenni fl-2026; jinnota li d-Direttiva dwar l-MSP qed tiġi riveduta b’mod parallel mad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina; iqis li din ir-reviżjoni għandha tistabbilixxi qafas koerenti biex ittejjeb il-koordinazzjoni bejn il-leġiżlazzjoni u l-qafas regolatorju eżistenti, billi tissimplifika r-regolamenti li jikkoinċidu, tallinja l-objettivi, tissimplifika l-miri eżistenti u tintroduċi miri minimi li għandhom jintlaħqu fil-pjanijiet tal-ispazju marittimu, ittejjeb il-koerenza bejn l-ippjanar spazjali tal-baħar u tal-art, u tistabbilixxi għodod ta’ governanza kondiviża; jemmen li din ir-reviżjoni għandha, b’mod partikolari, tagħmel id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati, speċjalment is-sajjieda u l-komunitajiet kostali, legalment vinkolanti, b’applikazzjoni aktar armonizzata mill-Istati Membri kollha; jemmen li l-att propost għandu joħloq sinerġija fost ir-regolamenti u s-setturi differenti f’koordinazzjoni ġenwinament olistika tal-politika, mingħajr ma jimponi obbligi ġodda speċifiċi għas-settur; jemmen, barra minn hekk, li jridu jiġu introdotti standards minimi għall-iżgurar tal-ispazju għas-sajd u l-akwakultura sabiex jikkontribwixxu għas-sovranità tal-ikel, l-awtonomija strateġika u s-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-ekonomija blu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Iqis li r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-MSP għandha ssaħħaħ ukoll l-approċċ transfruntier u b’użu multiplu biex jittaffew l-impatti kumulattivi u jittejjeb l-involviment tal-partijiet ikkonċernati; iqis li huwa importanti wkoll li r-reviżjoni tintuża biex jitnaqqsu l-frammentazzjoni u l-inċertezza għall-flotta tas-sajd tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Iqis li l-Att dwar l-Oċeani għandu jinvolvi t-territorji kollha tal-UE u jqis il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, b’mod partikolari fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni insulari; jisħaq fuq l-importanza tal-involviment tal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament fl-elaborazzjoni tal-proposta li jmiss, speċjalment fir-rigward tas-sovranità tal-ikel, ir-rwol strateġiku tas-sajd u l-akwakultura u l-implimentazzjoni effettiva tal-politika komuni tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Iqis li r-rieżami li jmiss tad-Direttiva dwar l-MSP għandu jkun marbut ħafna mal-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għall-Oċeani, mal-provvista ta’ riżorsi finanzjarji suffiċjenti, b’mod partikolari fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss u ma’ azzjonijiet konkreti, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tagħha u jiġu evitati impatti negattivi fuq l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati; jisħaq li tali riżorsi jridu jkunu suffiċjenti, prevedibbli u faċilment aċċessibbli, u li l-użu tagħhom irid jipprijoritizza miżuri b’impatt tanġibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ l-MSP fl-iżvilupp tal-Viżjoni 2040 tagħha għas-sajd u l-akwakultura u torbot dawn l-inizjattivi mal-eżitu tal-evalwazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>