<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0182</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni dwar il-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0103/2026 - Rapporteur: Andrey Kovatchev)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RECOM><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2026 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar il-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2025/2167(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 21, 34 u 36 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 208, 214 u 220 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b’mod partikolari l-preambolu u l-Artikolu 18 tagħha, kif ukoll il-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-80 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-messaġġ tas-Segretarju Ġenerali biex jikkommemora t-80 anniversarju tan-Nazzjonijiet Uniti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 79/318 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta’ Lulju 2025 dwar l-Inizjattiva UN80,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ES-11/7 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-24 ta’ Frar 2025 dwar il-promozzjoni ta’ paċi komprensiva, ġusta u dejjiema fl-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 79/174 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar il-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 79/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-22 ta’ Settembru 2024 dwar il-Patt għall-Futur;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ES-11/4 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-12 ta’ Ottubru 2022 dwar l-integrità territorjali tal-Ukrajna;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 65/276 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fix-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 377 (V) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-3 ta’ Novembru 1950 dwar l-Unjoni għall-Paċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-31 ta’ Ottubru 2000 dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2803 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tas-17 ta’ Novembru 2025 dwar il-Pjan tal-waqfien mill-ġlied f’Gaża,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2817 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar il-kundanna tal-attakki tal-Iran fuq il-ġirien fir-reġjun,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Inizjattiva UN80 tal-21 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta’ Settembru 2025 bit-titolu “Shifting Paradigms: United to Deliver (Bdil tal-paradigmi: magħqudin fl-implimentazzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-4 ta’ Settembru 2025 dwar l-estimi riveduti relatati mal-proposta ta’ baġit bi programmi għall-2026 u mal-kont ta’ appoġġ għall-operazzjonijiet ta’ żamma tal-paċi għall-perjodu 2025/26,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-31 ta’ Lulju 2025 bit-titolu “Report of the mandate implementation review” (Rapport dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tal-mandati),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2026 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2025<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0012.</FIELD></FOOTNOTE>, u dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2025<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0014.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2021 lill-Kunsill dwar il-75 u s-76 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 150.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2024 dwar l-interpretazzjoni ħażina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU u l-provokazzjonijiet militari kontinwi tagħha madwar it-Tajwan<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/487, 29.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/487/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 404, 6.10.2021, p. 202.</FIELD></FOOTNOTE>, li ssemmi politika estera femminista,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2025 dwar it-Titjib tas-Sħubija Strateġika UE-NU dwar il-Paċi u s-Sigurtà: Prijoritajiet Konġunti 2025-2028,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2025 dwar il-prijoritajiet tal-UE fin-Nazzjonijiet Uniti matul it-80 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Settembru 2025 – Settembru 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2025 dwar il-Prijoritajiet tal-UE fil-Fora tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet fil-fomm mill-President António Costa wara l-laqgħa informali tal-membri tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2026
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0103/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-klima ġeopolitika attwali, huwa ta’ importanza kritika li jiġi sostnut u msaħħaħ l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u li jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti tal-organizzazzjonijiet intergovernattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi d-demokrazija, is-sistemi tagħha, l-istandards tagħha u l-valuri tagħha huma pilastri fundamentali tas-sistema multilaterali attwali; billi sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli hija promossa mid-demokraziji, inkwantu huma reċiprokament vantaġġużi; billi dinja magħmula minn demokraziji, mifhuma bħala sistemi demokratiċi maturi, hija dinja għalkollox aktar libera, għax għandha sistema ta’ kontrokontrolli importanti li timpedixxi li l-awtokraziji jġibu ruħhom b’mod imprevedibbli fil-kuntest internazzjonali; billi d-demokrazija tinsab taħt assedju fix-xena internazzjonali minn reġimi awtoritarji, totalitarji u illiberali, li qed jattakkawha kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-fruntieri tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi s-sistema multilaterali qiegħda ssib quddiemha theddid dejjem akbar, pereżempju l-gwerra ta’ aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi attakki fuq l-arkitettura globali tal-paċi u tas-sigurtà, inkluż il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), l-influwenza taċ-Ċina li qed tiżdied u l-irtirar inkwetanti tal-Istati Uniti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll it-tqaċċit tal-finanzjamenti li jolqot lil setturi kritiċi, pereżempju l-assistenza umanitarja, l-edukazzjoni, it-tibdil fil-klima, it-theddid ibridu, id-dritt internazzjonali, is-saħħa u l-konsolidazzjoni tal-paċi; billi l-kritika tal-istat attwali tas-sistema multilaterali tiġi wkoll mill-pajjiżi demokratiċi u mill-alleati (naturali) tal-UE; billi l-inkapaċità tal-KSNU u tal-membri permanenti tiegħu li jaġixxu quddiem il-ksur gravi tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti kkontribwiet għall-kritika pubblika fil-konfront tan-Nazzjonijiet Uniti b’mod ġenerali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-użu tal-istrumenti ekonomiċi, bħad-dazji, il-kontrolli fuq l-esportazzjonijiet u s-sanzjonijiet, biex jintlaħqu għanijiet ġeopolitiċi barra mill-oqfsa multilaterali għandu l-potenzjal li jdgħajjef l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jifframmenta l-ekonomija globali, iżid l-inugwaljanzi globali u jolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u lill-popolazzjonijiet vulnerabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi t-tentattivi biex tiddgħajjef l-arkitettura tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-attakki fuq il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi u fuq strutturi usa’ tal-governanza tal-paċi, jikkostitwixxu sforz biex tiġi mminata l-kapaċità tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprevjenu l-kunflitti, isostnu r-rikostruzzjoni ta’ wara l-kunflitti u jagħmluha ta’ garanti tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-globalizzazzjoni u l-isfidi bħal, fost oħrajn, it-tibdil fil-klima, in-nonproliferazzjoni tal-arma ta’ qerda massiva, il-pandemiji, it-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga u tal-bnedmin kif ukoll il-ġestjoni tal-migrazzjoni jirrikjedu risposti multilaterali; billi t-tqaċċit lill-finanzjamenti u l-irtirar mill-organi u mill-pjattaformi multilaterali ewlenin dgħajfu l-kapaċità tal-komunità internazzjonali li tirrispondi b’mod effikaċi għal tali kriżijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti hija l-pedament tas-sistema multilaterali attwali; billi tibqa’ l-qafas l-aktar xieraq li fih isir progress, bl-objettivi fundamentali tagħha fil-qasam tal-promozzjoni tal-paċi, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-iżvilupp sostenibbli fil-livell globali; billi s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti jaf għaddejja minn għeja strutturali, parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ adattament tagħha għall-atturi internazzjonali l-ġodda li jaqsmu magħha l-istess prinċipji, bħall-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-KSNU huwa organu ferm importanti għaż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali u, fid-dawl tal-gravità u tal-kumplessità tal-isfidi attwali, għandu jiżvolġi rwol aktar effikaċi u deċiżiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi r-riforma tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti hija neċessarja biex jiġi żgurat li tkun adatta għall-iskop; billi l-Inizjattiva UN80 hija inizjattiva pożittiva; billi n-Nazzjonijiet Uniti ma jistgħux ikunu mistennija jagħmlu aktar b’anqas riżorsi għad-dispożizzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi d-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet li jheddu s-sovranità u l-integrità territorjali tar-Renju tad-Danimarka u ta’ Greenland u l-awtodeterminazzjoni tal-popolazzjoni ta’ Greenland jirrappreżentaw ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali, fosthom ir-rispett tas-sovranità, tal-integrità territorjali u tal-awtodeterminazzjoni, u jikkontribwixxu għan-normalizzazzjoni tad-diplomazija koerċittiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-riżoluzzjoni 2803 tal-KSNU laqgħet il-ħolqien ta’ Bord ta’ Paċi bħala amministrazzjoni ta’ tranżizzjoni b’personalità ġuridika internazzjonali li tistabbilixxi l-qafas u tikkoordina l-finanzjamenti u l-iżvilupp mill-ġdid ta’ Gaża skont Pjan Komprensiv u, b’mod konsistenti mal-prinċipji ġuridiċi internazzjonali rilevanti, għal perkors kredibbli lejn soluzzjoni ta’ żewġ Stati; billi l-President tal-Kunsill Ewropew Costa, fost oħrajn, esprima dubji serji dwar għadd ta’ elementi tal-karta tal-Bord ta’ Paċi relatati mal-kamp ta’ applikazzjoni, mal-governanza u mal-kompatibbiltà tiegħu mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; billi l-Parlament jesprimi solidarjetà mal-vittmi tal-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi f’Awwissu 2025 l-amministrazzjoni Trump impediet lill-President Palestinjan Mahmoud Abbas u lil 80 uffiċjal Palestinjan milli jattendu għal-laqgħa tal-mexxejja dinjin fl-okkażjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) fi New York; billi l-prinċipji ta’ inklużività u universalità li jirfdu s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti jridu jiġu difiżi f’kull mument;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-UE żżomm l-impenn tagħha favur id-dritt internazzjonali u l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u r-regoli u l-prinċipji tagħha, fosthom dawk ta’ sovranità, integrità territorjali u awtodeterminazzjoni, kif ukoll tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u ssostni bil-qawwa sistema multilaterali bbażata fuq id-dritt internazzjonali, iċċentrata fuq in-Nazzjonijiet Uniti;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-UE, bħala attur globali, għandha tiżvolġi rwol aktar b’saħħtu fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti; billi l-UE qiegħda żżid progressivament il-kapaċitajiet ta’ sigurtà u ta’ difiża tagħha, bil-għan li terfa’ aktar responsabbiltajiet fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti, tal-ġestjoni tal-kriżijiet, tad-difiża u tal-konsolidazzjoni tal-paċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi jidher essenzjali li l-UE tintensifika l-kooperazzjoni tagħha mas-sħab kollha, inklużi n-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha, biex tmexxi ’l quddiem b’mod konġunt il-proċess ta’ riforma interna tan-Nazzjonijiet Uniti u b’hekk tiżgura li n-Nazzjonijiet Uniti jibqgħu effikaċi, effiċjenti f’termini ta’ kostijiet u kapaċi jindirizzaw l-isfidi globali dejjem akbar ta’ żminijietna;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET) tal-Parlament huwa kompetenti, fost affarijiet oħra, għar-relazzjonijiet man-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenzi tiegħu, kif ukoll għall-promozzjoni, għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, anki permezz ta’ skambji mas-sħab internazzjonali u tad-diplomazija parlamentari; billi s-sessjoni annwali tal-AĠNU hija forum multilaterali fundamentali għall-promozzjoni tal-prijoritajiet tal-politika estera tal-UE u għas-sorveljanza parlamentari; billi, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, missjonijiet regolari tal-Kumitat AFET fis-sessjonijiet tal-AĠNU jkunu jappoġġjaw dan il-mandat, u b’hekk jippermettu lill-Parlament jiddjaloga mal-kontropartijiet, isaħħaħ ir-rwol tiegħu fl-affarijiet multilaterali u jsostni l-impenn tal-UE favur azzjoni esterna effikaċi u koerenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jirrakkomanda li l-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà:</INT.LI>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ħarsien u tisħiħ tal-multilateraliżmu</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>ikomplu jappoġġjaw multilateraliżmu effikaċi li fih il-liġijiet u n-normi jkunu aktar b’saħħithom mill-kunflitt, iċċentrat fuq in-Nazzjonijiet Uniti, ikkomplementat bir-relazzjonijiet bilaterali tal-UE mal-pajjiżi terzi, biex jagħtu prijorità lill-effikaċja, jippromwovu u jiddefendu d-dritt internazzjonali u jsostnu r-regoli u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, fosthom is-sovranità, l-integrità territorjali (inklużi ż-żoni marittimi kif definiti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar), l-astensjoni mill-użu tal-forza, l-indipendenza politika, l-awtodeterminazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u jopponu d-diplomazija koerċittiva u t-tentattivi ta’ kwalunkwe Stat biex jikkomprometti jew jimmina l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jibqgħu jiddefendu b’mod sod ir-rispett, il-protezzjoni u r-realizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem universali, tad-demokrazija, tad-dinjità tal-bniedem, tal-ugwaljanza, tal-istat tad-dritt u tal-proċessi elettorali inklużivi, kredibbli u trasparenti, bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2025 dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem; isostnu b’mod sod il-prinċipju skont liema d-drittijiet tal-bniedem kollha huma universali, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati, kemm jekk ċivili, kulturali, ekonomiċi, politiċi jew soċjali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>itennu r-rwol essenzjali tal-organizzazzjonijiet multilaterali bħala pjattaformi indispensabbli għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti u għall-governanza globali, kif ukoll bħala atturi kapaċi jirrispondu għall-isfidi globali l-kbar bħal, fost oħrajn, it-tibdil fil-klima, il-ġestjoni tal-flussi migratorji, in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva, il-pandemiji, it-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga, u, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab tal-istess fehma tal-UE, jagħtu bidu għal inizjattivi multilaterali, ankrati b’mod sod ma’ regoli globali, li jgħinu jiżguraw is-sigurtà u l-prosperità tal-Ewropa;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>jenfasizzaw li sistema multilaterali stabbli, affidabbli u ekwa u fora multilaterali bħan-Nazzjonijiet Uniti, huma essenzjali biex jiġu garantiti l-paċi u s-sigurtà fil-kuntest tat-tensjonijiet ġeopolitiċi intensifikati u ta’ żoni ta’ polikriżi umanitarja fid-dinja kollha u jridu jagħmlu parti mill-arkitettura tas-sigurtà tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>josservaw bi tħassib it-tentattivi min-naħa ta’ atturi differenti biex jimminaw il-leġittimità, l-awtorità u l-universalità tan-Nazzjonijiet Uniti, idgħajfu l-istrutturi tal-governanza tal-paċi u jippolitiċizzaw il-funzjonament tal-organi tan-Nazzjonijiet Uniti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>jirrikonoxxu l-impatt negattiv tal-pagament tard jew tan-nuqqas ta’ pagament min-naħa tal-kontributuri ewlenin; jisħqu fuq l-importanza ta’ involviment qawwi tal-Istati Uniti fil-garanzija tas-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li jiġġieldu kwalunkwe tentattiv immirat li jdgħajjef il-kooperazzjoni multilaterali f’mument meta hemm l-aktar bżonnu u li jostakola r-realizzazzjoni tal-mandat tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari fil-qasam umanitarju; jenfasizzaw il-bżonn li jitrażżnu l-isforzi tal-atturi awtoritarji u reviżjonisti mmirati biex jisfruttaw kwalunkwe rtirar jew diżimpenn min-naħa tal-potenzi tal-Punent mill-organizzazzjonijiet internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiżguraw li d-defiċit baġitarju għall-2025 ikun jista’ jimtela kemm jista’ jkun malajr biex jiġi evitat il-kollass finanzjarju, u jiżguraw il-kontinwità tal-programmi fil-livell dinji, l-operazzjonijiet effikaċi tas-sede ċentrali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-iżvolġiment tal-81 sessjoni tal-AĠNU;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>jisħqu fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u taż-żgħażagħ u tal-implimentazzjoni totali tal-impenji internazzjonali rilevanti, inklużi l-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, l-aġenda għaż-Żgħażagħ, il-Paċi u s-Sigurtà u l-aġenda dwar in-Nisa; jappoġġjaw b’mod attiv l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki u fil-programmi kollha tan-Nazzjonijiet Uniti, billi jiżguraw il-parteċipazzjoni ndaqs tan-nisa u taż-żgħażagħ fit-tmexxija u fil-proċessi deċiżjonali, anki permezz ta’ mekkaniżmi strutturati ta’ konsulenza għaż-żgħażagħ, riżorsi adegwati u l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet bi qbil mal-istandards internazzjonali; jirrikonoxxu li n-nisa u l-bniet jintlaqtu b’mod sproporzjonat mill-kunflitti armati, iżda huma wkoll aġenti potenti tal-bidla fil-prevenzjoni tal-kunflitti, fil-medjazzjoni, fil-konsolidazzjoni tal-paċi u fl-irkupru ta’ wara l-kunflitti; jitolbu l-parteċipazzjoni sħiħa, indaqs,u sinifikattiva tan-nisa fil-proċessi ta’ paċi u f’dawk deċiżjonali, kif ukoll riżorsi u obbligu ta’ rendikont adegwati għall-implimentazzjoni tal-impenji fil-qasam tal-Aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà fl-operazzjonijiet ta’ paċi u fl-isforzi ta’ medjazzjoni kollha tan-Nazzjonijiet Uniti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>jisħqu fuq l-importanza strateġika tas-selezzjoni imminenti tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li jmiss; jaġixxu b’mod koordinat u trasparenti biex jappoġġjaw proċess ta’ selezzjoni miftuħ, inklużiv u meritokratiku, bil-għan li tiġi żgurata ħatra ta’ kandidat bi kredenzjali ta’ tmexxija murija bil-provi li jkun indipendenti u impenjat fil-konfront tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, tad-dritt internazzjonali u ta’ multilateraliżmu effikaċi, kapaċi jiggwida r-riforma tan-Nazzjonijiet Uniti, isaħħaħ il-prevenzjoni tal-kunflitti u jirrispondi b’mod deċiżiv għall-isfidi attwali u emerġenti fil-qasam tas-sigurtà globali; jikkunsidraw b’mod debitu l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri meta l-kandidati jkunu kkwalifikati b’mod indaqs, anki bil-ħsieb li tinħatar Segretarju Ġenerali mara;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riforma tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(j)</SYMBOL>jappoġġjaw riformi ambizzjużi tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u jikkollaboraw mal-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, mas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex timxi ’l quddiem l-aġenda ta’ riforma UN80 u jiżguraw li n-Nazzjonijiet Uniti jkunu kapaċi jwettqu b’mod effikaċi t-tliet pilastri – paċi u sigurtà, żvilupp sostenibbli u drittijiet tal-bniedem – u jkunu aktar effikaċi, effiċjenti, imparzjali, trasparenti, finanzjarjament sostenibbli u reattivi, kapaċi jindirizzaw l-isfidi globali attwali u emerġenti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(k)</SYMBOL>jieħdu nota tal-passi li jmiss tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Inizjattiva UN80, u jimpenjaw ruħhom f’dan is-sens, biex jiżguraw li ma ssirx sempliċement eżerċizzju ta’ riallokazzjoni tal-baġit li jipperikola l-funzjonament tajjeb tagħha f’setturi kruċjali bħad-drittijiet tal-bniedem; jipparteċipaw b’mod attiv fi kwalunkwe diskussjoni rigward ir-riforma tas-sistema tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u tar-ritorni lejn il-baġit tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiġi żgurat ġbir aktar f’waqtu u allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi, bil-għan li jittaffa t-tħassib dwar jekk il-kontribuzzjonijiet lin-Nazzjonijiet Uniti humiex jintefqu tajjeb;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(l)</SYMBOL>jisħqu li meta atturi globali oħra, b’mod partikolari l-alleati tradizzjonali tagħna, inaqqsu l-impenn tagħhom, l-UE jeħtiġilha terfa’ aktar responsabbiltà biex tappoġġja, tiffinanzja u ssaħħaħ l-istituzzjonijiet multilaterali, inklużi n-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari billi jiġi riformat il-Kunsill tas-Sigurtà biex jirrifletti aħjar id-dinja tal-lum u jinżamm u jiżdied l-appoġġ ta’ bażi għan-Nazzjonijiet Uniti għall-aġenziji tagħhom; jimpenjaw ruħhom, f’dan ir-rigward, ma’ pajjiżi terzi bħaċ-Ċina u l-Istati Uniti biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet volontarji tagħhom lis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti jkunu proporzjonati mal-iżvilupp ekonomiku tagħhom u mar-rwol prominenti tagħhom bħala membri tal-KSNU; ifakkar fir-rwol fundamentali li żvolġew l-Istati Uniti fil-kostruzzjoni tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti; jesprimu tħassib rigward il-bidla fl-atteġġjament tal-alleat tagħna fil-konfront tan-Nazzjonijiet Uniti u tas-sistema multilaterali usa’; iħeġġu lill-Istati Uniti, bħala membru permanenti tal-KSNU, jaqdu l-obbligi tagħhom u jirrispettaw l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u l-aderenza mad-dritt internazzjonali, u jikkontribwixxu b’mod attiv għall-paċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(m)</SYMBOL>itennu l-impenn tagħhom favur il-Patt għall-Futur bħala pass importanti biex jingħata nifs ġdid lin-Nazzjonijiet Uniti, jinkisbu l-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u jinżammu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(n)</SYMBOL>jisħqu li l-leġittimità u s-sostenibbiltà tal-ordni internazzjonali jiddependu minn riforma komprensiva tal-KSNU biex isir aktar effikaċi, inklużiv, trasparenti, demokratiku u responsabbli, u jiġi żgurat li jirrifletti aħjar ir-realtajiet globali tal-lum u jistabbilixxi kundizzjonijiet biex jiġi limitat b’mod rigoruż l-użu tal-veto meta jimblokka azzjoni essenzjali tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari f’każijiet ta’ delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, bl-objettiv li jiġi revokat għalkollox fil-futur; jenfasizzaw li r-Russja tilfet il-leġittimità morali tagħha bħala membru permanenti tal-KSNU inkwantu kisret b’mod flagranti l-prinċipji fundamentali tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari billi bdiet gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna u mblukkat, permezz tal-veto tagħha, deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-azzjonijiet illegali tagħha stess;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(o)</SYMBOL>jaħdmu biex jiksbu siġġu permanenti għall-UE fi ħdan il-KSNU, barra mis-siġġu li diġà tokkupa Franza, fil-kuntest ta’ riforma konsenswali ta’ dak l-organu; jaħdmu biex jiksbu siġġu permanenti għall-UE f’kull forum multilaterali biex jiġi kkonsolidat ir-rwol tal-UE bħala interlokutur mal-pajjiżi terzi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(p)</SYMBOL>ifaħħru r-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-aġenziji tagħhom, b’mod partikolari fiż-żoni ta’ kunflitt; jirduppjaw l-appoġġ favur il-multilateraliżmu billi jżidu l-appoġġ politiku u finanzjarju lill-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-aġenziji tagħhom, filwaqt li jenfasizzaw il-bżonn li jiġu indirizzati l-frammentazzjoni, id-duplikazzjoni u d-diżallinjament, fuq livell interorganizzativ u intraorganizzattiv, tal-mandati u tal-finanzjamenti fl-istrutturi u fl-organi kollha tan-Nazzjonijiet Uniti; jiżguraw li l-QFP li jmiss joffri finanzjamenti ddedikati, suffiċjenti u prevedibbli lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-aġenziji tagħhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(q)</SYMBOL>jippromwovi l-fehma li post ir-Russja bħala membru permanenti tal-KSNU huwa diskutibbli mil-lat ġuridiku, inkwantu l-Artikolu 23 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti jsemmi lill-Unjoni Sovjetika, u mhux lir-Russja, bħala membru permanenti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(r)</SYMBOL>jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jikkoordinaw u jissinkronizzaw l-azzjonijiet tagħhom fi ħdan l-organi u l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti u jaħdmu favur riforma tas-sistema tar-rapporteurs speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti; itenni l-importanza li l-pajjiżi kollha jimpenjaw ruħhom mill-ġdid biex jagħtu aċċess sħiħ lir-rapporteurs speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti; jadottaw proċeduri biex jindirizzaw b’mod effikaċi kwalunkwe preġudizzju, ineffiċjenza, ostaklu jew limitazzjoni potenzjali li jaf jikkompromettu lill-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, anki fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-finanzjamenti tal-UE, billi jiġu żgurati l-verifika u s-superviżjoni adegwati tal-membri tal-persunal;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(s)</SYMBOL>ikomplu jsaħħu l-kooperazzjoni mas-sħab, b’mod partikolari mal-pajjiżi tal-istess fehma u ma’ dawk disposti jirrispettaw u jsaħħu s-sistema multilaterali kif ukoll jikkontribwixxu għaliha, bil-għan li jibnu kunsens u jippromwovu ordni multilaterali effikaċi; jisħqu li tali kooperazzjoni trid tissejjes fuq ir-rispett tal-multilateraliżmu, tad-dritt internazzjonali, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-proċess deċiżjonali kondiviż fi ħdan l-istituzzjonijiet internazzjonali, filwaqt li jiżguraw li l-UE tiżviluppa l-kapaċità politika, finanzjarja u istituzzjonali biex taġixxi b’awtonomija meta s-sħab inaqqsu l-impenn tagħhom fl-oqfsa multilaterali jew meta jimminawhom jew jistrumentalizzawhom; jisħqu li r-rispett tal-istituzzjonijiet multilaterali, tad-dritt internazzjonali u tal-ugwaljanza sovrana tal-Istati huwa indispensabbli għall-paċi, għas-sigurtà u għall-iżvilupp sostenibbli globali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(t)</SYMBOL>jimpenjaw ruħhom b’urġenza, bħala UE, man-Nofsinhar Globali b’mod ġenwin u strutturat bħala sħab indaqs fil-governanza globali, anki permezz ta’ aktar rappreżentanza fl-organi deċiżjonali, aċċess ġust għall-finanzjamenti u għat-teknoloġija u sjieda konġunta tal-inizjattivi internazzjonali f’oqsma bħall-iżvilupp, l-azzjoni dwar il-klima, il-governanza diġitali u l-konsolidazzjoni tal-paċi; jikkollaboraw mal-Istati Membri biex isaħħu l-impenn tal-UE f’dawn il-pajjiżi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(u)</SYMBOL>jintensifikaw il-koordinament tagħhom mal-pajjiżi tal-Amerka Latina, li magħhom l-UE għandha ħafna rabtiet u taqsam viżjoni komuni tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u fuq il-multilateraliżmu, billi ż-żewġ reġjuni jirrappreżentaw flimkien terz tad-drittijiet ta’ vot fin-Nazzjonijiet Uniti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(v)</SYMBOL>ifakkru fir-responsabbiltà tal-KSNU, b’mod partikolari tal-membri permanenti tiegħu, biex jiddefendi l-paċi u s-sigurtà internazzjonali u jiżgura l-obbligu ta’ rendikont għall-ksur tad-dritt internazzjonali, filwaqt li jastjeni minn standards doppji u applikazzjoni selettiva tar-regoli internazzjonali; jeżaminaw modi kif jissaħħaħ ir-rwol tal-AĠNU f’dan il-qasam, permezz ta’ sistemi ta’ votazzjoni innovattivi u demokratiċi li bihom maġġoranza kwalifikata tal-AĠNU tista’ tegħleb imblokk bil-veto fil-KSNU bi qbil mad-duttrina “Unjoni għall-Paċi”;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(w)</SYMBOL>jappoġġjaw ir-“responsabbiltà ta’ protezzjoni” (R2P), norma emerġenti proposta mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar Theddid, Sfidi u Tibdil u mill-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Intervent u s-Sovranità Statali, u jirrakkomandaw li l-R2P tikkostitwixxi, fi ħdan il-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, il-bażi għal azzjoni kollettiva maħsuba biex tipproteġi lill-popolazzjonijiet f’periklu gravi meta l-gvernijiet tagħhom ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jaġixxu;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Paċi u sigurtà</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(x)</SYMBOL>itennu l-kundanna qawwija tagħhom tal-gwerra ta’ aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-attakki tagħha fuq l-arkitettura globali tal-paċi u tas-sigurtà, inklużi l-istrumenti tal-KSNU; isostnu waqfien mill-ġlied totali biex tittaffa t-tbatija taċ-ċivili, u paċi komprensiva, ġusta u dejjiema għall-Ukrajna, inklużi garanziji ta’ sigurtà sodi, ibbażati fuq il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali, li jipprevjenu u jaġixxu minnufih kontra kwalunkwe aggressjoni mġedda, filwaqt li jiġi żgurat li min jikkommetti delitti tal-gwerra jkollu jagħti kont ta’ għemilu u li t-tfal Ukreni maħtufa, iċ-ċivili impriġunati u l-priġunieri tal-gwerra jmorru lura f’pajjiżhom; jappoġġjaw lin-Nazzjonijiet Uniti biex jiġu identifikati mekkaniżmi ġuridiċi għall-mobilizzazzjoni tal-assi Russi ffriżati għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna mingħajr ma jiġi impost piż finanzjarju fuq l-Istati Membri tal-UE; ifittxu l-kundanna ta’ attakki ċibernetiċi fuq entitajiet u individwi ta’ pajjiżi terzi mwettqa mir-Russja u l-alleati tagħha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(y)</SYMBOL>jenfasizzaw li r-reġjun tal-Artiku huwa żona ta’ tensjoni ġeopolitika li qed tiżdied, imsawra mill-kompetizzjoni fuq ir-riżorsi naturali u l-preżenza militari li qed tikber; jesprimu tħassib serju dwar is-sigurtà u l-attivitajiet strateġiċi destabbilizzanti tar-Russja fir-reġjun; jissottolinjaw l-importanza li jiġu rispettati s-sovranità u l-integrità territorjali tar-Renju tad-Danimarka u ta’ Greenland u l-awtodeterminazzjoni tal-poplu ta’ Greenland, filwaqt li jinnotaw l-oppożizzjoni qawwija tal-poplu ta’ Greenland għal kwalunkwe tentattiv estern biex jinbidel dak l-istatus mingħajr ir-rieda u l-kunsens liberi tiegħu; jistiednu lill-UE u lis-sħab tagħha jappoġġjaw lid-Danimarka u lil Greenland fis-salvagwardja tal-istabbiltà tar-reġjun fid-dawl tal-pressjonijiet ġeopolitiċi esterni, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa dwar l-Artiku; jenfasizzaw il-ħtieġa għal fokus aktar b’saħħtu tal-UE u n-Nazzjonijiet Uniti fuq l-istabbiltà, id-djalogu kostruttiv u r-rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali u l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Affarijiet Artiċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(z)</SYMBOL>jippromwovu b’mod attiv involviment aktar b’saħħtu b’appoġġ għall-Georgia fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti filwaqt li jfakkru li madwar 20 % tat-territorju tagħha rikonoxxut internazzjonalment għadu taħt okkupazzjoni illegali Russa; jibnu fuq ir-riżoluzzjoni ta’ kunsens tal-2024 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC) dwar il-kooperazzjoni mal-Georgia, li tappella għal aċċess immedjat u mingħajr xkiel għall-mekkaniżmi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem għar-reġjuni okkupati u tenfasizza l-ksur kontinwu, inkluż kontra l-Georgjani etniċi fl-Abkażja u r-reġjun ta’ Tskhinvali; jaħdmu mas-sħab tan-Nazzjonijiet Uniti biex isaħħu l-monitoraġġ u l-obbligu ta’ rendikont, jiddefendu s-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia, jindirizzaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji okkupati u jappoġġjaw ir-ritorn sikur u dinjituż ta’ persuni spostati internament f’konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali u l-Karta tan-NU;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aa)</SYMBOL>jesprimu tħassib serju dwar l-azzjonijiet militarji li għaddejjin fil-Lvant Nofsani, inkluż ir-rwol destabbilizzanti li jiżvolġi l-Iran u l-organizzazzjonijiet terroristi ta’ prokura tiegħu fir-reġjun; jissottolinjaw li l-attakki mill-Istati Uniti u Iżrael qed jitwettqu barra mis-sistema multilaterali, li hija bbażata fuq regoli; jesprimu solidarjetà sħiħa mal-poplu tal-Iran u jappoġġjawh, jikkundannaw bil-qawwa lir-reġim Iranjan għar-repressjoni vjolenti tal-protesti paċifiċi, il-qtil tal-massa, id-detenzjonijiet arbitrarji u l-eżekuzzjonijiet u jappellaw għall-istabbiliment ta’ missjoni indipendenti tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ ġbir ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni sħiħa magħha bil-ħsieb li tiġi żgurata r-responsabbiltà għall-ksur serju kollu tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali; jilqgħu l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2817 (2026) tal-KSNU, li tikkundanna bl-aktar mod qawwi u titlob il-waqfien immedjat tal-attakki tal-Iran kontra l-Bahrain, il-Kuwajt, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan u l-Iraq; jikkundannaw, ukoll, l-attakki tal-Iran kontra Iżrael; jintensifikaw l-isforzi diplomatiċi fil-fora multilaterali u jfittxu kooperazzjoni eqreb mas-sħab tal-UE fir-reġjun biex jiġu promossi t-tnaqqis tat-tensjonijiet, ir-rikostruzzjoni, djalogu sinifikanti u stabbiltà reġjonali sostenibbli f’konformità mad-dritt internazzjonali u l-prinċipji tan-NU; jikkunsidraw it-tisħiħ tal-istrutturi tal-istat Libaniż hekk kif huma kruċjali għall-istabbiltà, permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tar-riżoluzzjonijiet 1701, 1559 u 1680 tal-KSNU, id-diżarm tal-gruppi armati mhux statali, inkluż l-iżmantellament tal-infrastrutturi militari ta’ Hezbollah, l-iskjerament sħiħ tal-Forzi Armati Libaniżi, anki fin-Nofsinhar, u, jekk jitolbu l-Libanu, appoġġ internazzjonali xieraq fl-ambitu tar-riżoluzzjoni 1701 tal-KSNU, filwaqt li jiġu appoġġjati l-isforzi favur riżoluzzjoni dejjiema ma’ Iżrael;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ab)</SYMBOL>iħeġġu lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jirreferi s-sitwazzjoni fl-Iran lill-Qorti Kriminali Internazzjonali, u b’hekk jagħti lill-Qorti ġuriżdizzjoni fuq id-delitti kommessi fil-kuntest tal-kunflitt armat internazzjonali u tad-dimensjoni reġjonali usa’ tiegħu, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-partijiet kollha, twofosthom atturi statali u mhux statali, jagħtu kont tad-delitti tal-gwerra, tad-delitti kontra l-umanità u tal-ksur gravi l-ieħor tad-dritt kriminali internazzjonali; jissottolinjaw il-bżonn li jiġi indirizzat il-qtil fuq skala kbira li wettqu l-forzi tas-sigurtà Iranjani fil-konfront tal-popolazzjoni ċivili f’Jannar 2026, bħala parti minn tali sforzi internazzjonali ta’ obbligu ta’ rendikont;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ac)</SYMBOL>jikkundannaw bil-qawwa l-attakki kontra beni ċivili, inklużi l-iskejjel u ż-żoni residenzjali, li kkawżaw il-mewt ta’ tfal u jaf jikkostitwixxu ksur gravi tad-dritt umanitarju internazzjonali; ifakkru li l-projbizzjoni li timmira lejn beni ċivili hija wieħed mill-prinċipji fundamentali tad-dritt umanitarju internazzjonali, ifakkru wkoll li t-tfal għandhom dritt għal protezzjoni speċjali skont id-dritt internazzjonali u jitolbu obbligu ta’ rendikont sħiħ għall-ksur kollu li sar fil-konfront tagħhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ad)</SYMBOL>jieħdu nota tar-Riżoluzzjoni 2803 tal-KSNU tas-17 ta’ Novembru 2025 dwar il-Pjan Komprensiv biex jintemm il-Kunflitt ta’ Gaża; jissottolinjaw l-importanza li jiġu esplorati aktar sinerġiji u kooperazzjoni bejn kwalunkwe mekkaniżmu ġdid u strutturi internazzjonali eżistenti ta’ paċi u sigurtà skont il-Karta tan-NU; jaħdmu b’mod attiv mal-Istati Membri biex jinkiseb waqfien mill-ġlied permanenti li jiġi implimentat u rispettat b’mod effettiv kif ukoll it-twettiq sħiħ tas-soluzzjoni ta’ żewġ stati; jenfasizzaw li futur sostenibbli għal Gaża jirrikjedi d-demilitarizzazzjoni tal-Ħamas u gruppi armati oħra f'Gaża u li dawk il-gruppi ma għandu jkollhom l-ebda rwol fil-governanza u l-amministrazzjoni tat-territorju; jikkundannaw il-ksur kollu tad-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi d-delitti tal-gwerra;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ae)</SYMBOL>jikkundannaw l-azzjoni unilaterali minn Iżrael li ġġorr l-għan li tespandi l-preżenza tiegħu fix-Xatt tal-Punent, l-espansjoni tal-insedjamenti Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent, li l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) iddikjarat bħala illegali fl-opinjoni konsultattiva tagħha tad-19 ta’ Lulju 2024, il-vjolenza dejjem akbar minn abitanti estremisti tal-insedjamenti, l-ispostament furzat tal-Palestinjani u l-liġi approvata mill-Knesset li tkattar l-użu tal-piena tal-mewt fil-qrati kemm militari kif ukoll ċivili; jaħdmu b’mod attiv biex jadottaw miżuri restrittivi mmirati min-naħa tal-KSNU fil-konfront tal-abitanti vjolenti Iżraeljani tal-insedjamenti responsabbli mill-attakki fuq il-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent, bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2026 fl-ambitu tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem; iħeġġu lill-partijiet kollha jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali biex tinkiseb paċi ġusta, komprensiva u dejjiema bbażata fuq soluzzjoni ta’ żewġ stati; japprovaw fil-QFP li jmiss faċilità tal-UE għar-rikostruzzjoni ta’ Gaża, li tipprovdi appoġġ finanzjarju suffiċjenti u prevedibbli għar-rikostruzzjoni u l-governanza Palestinjana demokratika, u tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ soluzzjoni ta’ żewġ stati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(af)</SYMBOL>jaffermaw mill-ġdid ir-rwol tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) fl-għoti ta’ għajnuna umanitarja u servizzi essenzjali, inklużi s-saħħa u l-edukazzjoni, lir-refuġjati Palestinjani f’Gaża u fir-reġjun usa’, filwaqt li jinnotaw li bħalissa ma teżisti l-ebda alternattiva vijabbli biex tissostitwixxi l-funzjonijiet tagħha; ikomplu jimmonitorjaw il-ħidma u l-imparzjalità tal-UNRWA, filwaqt li jiżguraw garanziji ta’ sigurtà kredibbli u konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali, inkluż l-implimentazzjoni tar-Rapport ta’ Colonna; jilqgħu r-rapporti ta’ progress f’dan ir-rigward u jħeġġu l-adozzjoni sħiħa u rapida tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport dwar it-tisħiħ tas-salvagwardji tan-newtralità u s-sistemi ta’ kontroll intern fi ħdan l-UNWRA; jissorveljaw l-applikazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni ppreżentat mill-UNRWA; jitolbu li l-mandat u l-finanzjament tal-UNRWA jerġgħu jiddaħħlu kompletament b’sorveljanza u obbligu ta’ rendikont b’saħħithom; jisħqu li kwalunkwe forma ta’ kooperazzjoni mat-terroriżmu jew tolleranza tiegħu timmina b’mod fundamentali l-prinċipji umanitarji, l-istabbiltà reġjonali u l-prospetti għall-paċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ag)</SYMBOL>jibnu fuq l-involviment kontinwu tal-Kummissjoni mal-awtoritajiet tal-edukazzjoni rilevanti, u jenfasizzaw l-importanza tal-promozzjoni ta’ kurrikuli edukattivi li jrawmu l-koeżistenza, it-tolleranza u r-rikonċiljazzjoni, kif ukoll ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem kemm f’Iżrael kif ukoll fil-Palestina, f’konformità mal-istandards tal-UNESCO; jilqgħu l-impenn kontinwu tal-Kummissjoni mal-Awtorità Palestinjana dwar ir-riforma tal-kurrikulu u jirrikonoxxu l-progress tanġibbli rrapportat fl-2025, inklużi r-rieżami u l-emenda li għaddejjin tal-kotba tal-iskola mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Edukazzjoni Għolja Palestinjan biex jiġi żgurat l-allinjament mal-istandards tal-UNESCO; iħeġġeġ lill-Awtorità Palestinjana tneħħi kwalunkwe materjal u kontenut edukattiv li mhuwiex aderenti mal-istandards tal-UNESCO, b’mod partikolari dawk li jinkoraġġixxu l-antisemitiżmu u jinċitaw il-vjolenza, li t-tfal ma għandhomx ikunu esposti għalihom; jenfasizzaw l-importanza li jiġu kkundannati u eliminati l-forom kollha ta’ diskors ta’ mibegħda u mġiba vjolenti kemm fuq in-naħa Iżraeljana kif ukoll fuq dik Palestinjana, ikun xi jkun il-kuntest; jisħqu fuq l-importanza tal-edukazzjoni fil-bini tal-prospettivi għal soluzzjoni ta’ żewġ Stati; itennu l-pożizzjoni tal-UE li l-kotba tal-iskola u l-materjali tal-iskola kollha fuq iż-żewġ naħat iridu jaderixxu mal-istandards tal-UNESCO ta’ paċi, tolleranza, koeżistenza u nonvjolenza;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ah)</SYMBOL>jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn sħiħ tal-UE li tirrispetta s-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Istati Membri kollha tagħha, f’konformità mal-Karta tan-NU; jissottolinjaw li l-preżenza illegali kontinwa tat-truppi Torok fit-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru, Stat Membru tal-UE, tikkostitwixxi ksur tad-dritt internazzjonali u ksur tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u għalhekk jappellaw għall-irtirar immedjat u sħiħ tal-forzi ta’ okkupazzjoni Torok, id-dritt tar-rifuġjati kollha li jirritornaw lejn djarhom, u l-aċċertazzjoni tad-destin tal-persuni neqsin kollha; ikomplu jappoġġjaw il-bidu mill-ġdid malajr tat-taħditiet dwar ir-riżoluzzjoni ta’ Ċipru fil-qafas maqbul min-Nazzjonijiet Uniti abbażi ta’ federazzjoni biżonali u bikomunali b’ugwaljanza politika f’konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti u jwissu kontra kwalunkwe azzjoni unilaterali li tkun inkonsistenti ma’ riżoluzzjoni paċifika; jitolbu li jiġi rrispettat l-istatus taż-żona buffer u l-mandat tal-Forza tan-Nazzjonijiet Uniti għaż-Żamma tal-Paċi f’Ċipru; jappoġġjaw il-ħidma tal-Mibgħut Personali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Ċipru u l-Mibgħut Speċjali tal-UE għal Ċipru;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ai)</SYMBOL>jikkundannaw bil-qawwa l-ħatra ta’ rappreżentanti ta’ stati li juru diskriminazzjoni sistemika kontra n-nisa fir-rigward ta’ pożizzjonijiet jew rwoli ta’ tmexxija fil-korpi tan-NU favur in-nisa u d-drittijiet tal-bniedem;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aj)</SYMBOL>jenfasizzaw li t-tranżizzjoni politika u ta’ sigurtà fis-Sirja għadha fraġli u għadha kkaratterizzata minn nuqqas ta’ sigurtà, ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, spostament, u attakki kontra komunitajiet reliġjużi u etniċi; jappoġġjaw is-soċjetà diversa tas-Sirja, li sofriet għal aktar minn għaxar snin taħt ir-reġim ta’ Assad sostnut mill-Iran u mir-Russja u minn gruppi terroristiċi; jappoġġjaw proċess politiku inklużiv immexxi mis-Sirjani u li jkun tas-Sirjani stess, li jissalvagwardja l-integrità territorjali u r-rikonċiljazzjoni; jistiednu lill-awtoritajiet Sirjani jinkludu l-komponenti kollha tas-soċjetà Sirjana fit-teħid tad-deċiżjonijiet u jiżguraw investigazzjonijiet rapidi, trasparenti u indipendenti dwar atti mmirati lejn minoranzi reliġjużi u etniċi biex jiġġieldu l-vjolenza settarja u l-impunità; jissottolinjaw il-ħtieġa għal impenn koordinat mill-UE u n-Nazzjonijiet Uniti biex jappoġġjaw dan il-proċess, inkluż il-ftehim ta’ integrazzjoni tad-29 ta’ Jannar 2026 bejn il-gvern tranżizzjonali Sirjan u l-amministrazzjoni mmexxija mill-Kurdi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ak)</SYMBOL>itennu li l-mekkaniżmi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem ma jridux jiġu strumentalizzati biex joħolqu drittijiet ta’ migrazzjoni de facto jew biex jimminaw id-dritt sovran tal-istati li jikkontrollaw il-fruntieri u l-politiki tal-migrazzjoni tagħhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(al)</SYMBOL>iżommu pożizzjoni soda kontra l-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> fl-Afganistan u s-sitwazzjoni umanitarja li qed tiddeterjora; iħaddnu u jsaħħu s-sostenn tal-UE lejn il-poplu Afgan, speċjalment in-nisa u l-bniet li d-drittijiet tagħhom jinkisru b’mod persistenti mit-Taliban; jistiednu lit-Talibani jabolixxu r-restrizzjonijiet li jillimitaw l-aċċess ugwali tan-nisa u l-bniet għall-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika; jinsistu li jinżamm impenn strettament kundizzjonali mal-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING>, f’konformità mal-punti ta’ riferiment stabbiliti mill-UE u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU; iżommu lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> fl-Afganistan responsabbli permezz ta’ investigazzjonijiet imwettqa mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u l-Mekkaniżmu ta’ Investigazzjoni Indipendenti tan-NU;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(am)</SYMBOL>jimpenjaw ruħhom b’mod attiv fi sforzi diplomatiċi biex jipprevjenu eskalazzjoni ulterjuri fl-Istrett tat-Tajwan u fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u jopponu kwalunkwe bidla unilaterali fl-<STRING ITALIC="on">istatus quo</STRING> permezz ta’ koerċizzjoni jew bil-forza; jaħdmu ma’ sħab tal-istess fehma biex tissaħħaħ l-istabbiltà u s-sigurtà fir-reġjun u tissaħħaħ id-deterrenza kontra azzjonijiet koerċittivi jew militari; jibqgħu jiddefendu l-prinċipju tal-projbizzjoni tal-użu tal-forza kkodifikat fil-Karta tan-NU; jissottolinjaw li r-Riżoluzzjoni 2758 tan-Nazzjonijiet Uniti ma tiddeterminax is-sovranità tat-Tajwan, u lanqas ma ssemmi t-Tajwan, u ma tistax tintuża biex teskludi lit-Tajwan mis-sistema internazzjonali; iżidu l-appoġġ tal-UE għall-parteċipazzjoni sinifikanti tat-Tajwan f’organizzazzjonijiet internazzjonali li s-sħubija jew l-attivitajiet tagħhom mhumiex limitati għal stati, inklużi dawk fejn l-istatus ta’ osservatur huwa possibbli, għall-benefiċċju tal-komunità internazzjonali; jistiednu lin-Nazzjonijiet Uniti jagħtu aċċess għall-avvenimenti tan-Nazzjonijiet Uniti lill-attivisti, lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, u lill-ġurnalisti li għandhom passaport Tajwaniż;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(an)</SYMBOL>jinkoraġġixxu lir-Renju tat-Tajlandja u lir-Renju tal-Kambodja jirriżolvu kwalunkwe tilwim b’mod paċifiku u permezz tad-djalogu diplomatiku, billi jagħmlu użu sħiħ tal-mekkaniżmi bilaterali, reġjonali u internazzjonali stabbiliti f’konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u mat-trattati u mal-ftehimiet rilevanti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ao)</SYMBOL>isaħħu r-rwol tal-Unjoni bħala sieħeb ta’ sigurtà tal-għażla għall-Afrika billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-UE, l-Unjoni Afrikana u n-Nazzjonijiet Uniti dwar il-prevenzjoni tal-konflitti, il-medjazzjoni u r-rispons għall-kriżijiet, inkluż permezz ta’ finanzjament prevedibbli u sostenibbli għal operazzjonijiet ta’ paċi mmexxija mill-Afrika, b’mod partikolari permezz tal-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà u, fejn xieraq, kontributi vvalutati min-NU; jindirizzaw kriżijiet ta’ sigurtà u umanitarji akuti u interkonnessi fis-Saħel, fil-Qarn tal-Afrika, fis-Sudan u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), inkluż it-tixrid tat-terroriżmu ġiħadista, l-estremiżmu vjolenti, il-kolpi ta’ stat militari u l-fraġilità tal-istati; jiddenunzjaw b’mod espliċitu l-vjolenza u l-insigurtà kontinwi fil-Lvant tar-RDK, jaqdu rwol attiv u kkoordinat fil-proċess ta’ paċi u jappellaw għal sforzi internazzjonali mġedda biex tiġi promossa l-ġustizzja, tiġi miġġielda l-impunità u jiġi żgurat segwitu sħiħ tar-rapport ta’ mmappjar tan-Nazzjonijiet Uniti inklużi s-sanzjonijiet; jappellaw biex ir-reġim tal-embargo fuq l-armi li bħalissa japplika għal Darfur jiġi estiż għall-bqija tas-Sudan, bil-ħsieb li jinkiseb waqfien mill-ġlied dejjiemi fis-Sudan; jirrispondu għall-vakwi tas-sigurtà aggravati mill-irtirar ta’ missjonijiet internazzjonali u l-preżenza dejjem tikber ta’ atturi esterni destabbilizzanti, inklużi n-networks merċenarji Russi u l-interferenza ibrida; jiżguraw li l-impenn kollu tal-UE għas-sigurtà jkun ankrat fis-sjieda lokali, ir-responsabbiltà demokratika, l-inklużjoni tal-ġeneru u r-rabta bejn l-aspett umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi, f’konformità mal-oqfsa tan-Nazzjonijiet Uniti għall-konsolidazzjoni tal-paċi u n-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ap)</SYMBOL>ikomplu jikkollaboraw man-Nazzjonijiet Uniti biex jindirizzaw l-isfidi globali tas-sigurtà permezz tal-prevenzjoni tal-kunflitti, tal-medjazzjoni, tal-konsolidament tal-paċi, tal-ġestjoni tal-kriżijiet, u l-azzjonijiet kontra t-terroriżmu, f’konformità mas-Sħubija Strateġika UE-NU għall-Paċi u s-Sigurtà; jirrikonoxxu r-rwol fundamentali tal-operazzjonijiet ta’ paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u jisfruttaw ir-rieżami rigward il-futur ta’ dawn l-operazzjonijiet biex jiġi żgurat li jkunu adattati għax-xenarju tas-sigurtà tal-lum; jappellaw għall-ħolqien tal-istrumenti legali meħtieġa li jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni u l-applikabbiltà tal-prinċipju ta’ awtodifiża sabiex jiġi indirizzat b’mod adegwat it-theddid li jirriżulta minn atturi mhux statali f’era ta’ gwerra asimmetrika u miżuri ibridi li qed jikbru; jenfasizzaw l-interrelazzjoni bejn l-appoġġ għad-demokrazija u s-sigurtà fl-arena internazzjonali; iżidu l-appoġġ għall-promozzjoni tad-demokrazija f’konformità mal-obbligi tat-Trattat, inkluża l-osservazzjoni elettorali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aq)</SYMBOL>itennu r-rwol kruċjali li għandhom in-nisa fil-medjazzjoni tal-konflitti u l-missjonijiet għaż-żamma tal-paċi; ifakkru fis-sottorappreżentanza tagħhom fil-livelli kollha fi ħdan il-missjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-UE, u l-importanza kruċjali tal-protezzjoni tan-nisa u l-bniet f'sitwazzjonijiet ta' konflitt u ta' wara konflitt; jisħaq fuq l-importanza fundamentali li jiġi żgurat aċċess sħiħ għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR) għan-nisa u l-bniet f’kuntesti ta’ kunflitt u ta’ wara kunflitt;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ar)</SYMBOL>jirrikonoxxu r-riskji gravi li jinħolqu minn tellieqa tal-armi ġdida u minn sforzi ta’ diżarm aktar dgħajfa, fil-biċċa l-kbira ddeterminati mit-tisħiħ tal-kapaċitajiet nukleari tar-Russja, taċ-Ċina u tal-Korea ta’ Fuq wara s-sospensjoni ta’ konformità unilaterali tar-Russja mat-Trattat dwar it-Tnaqqis tal-Armi Strateġiċi (START) ġdid fl-2023; jistiednu lill-istati kollha li għandhom armi nukleari jwaqqfu l-espansjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-ħażniet nukleari tagħhom u jinvolvu ruħhom fi proċessi ta’ tnaqqis tar-riskju, trasparenza u kontroll tal-armi; ikomplu jħarsu u jsaħħu l-oqfsa multilaterali li jirregolaw in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi, kif ukoll dawk li jirregolaw l-esportazzjoni tal-armi u l-oġġetti u t-teknoloġiji b’użu doppju; jippromwovu u jsaħħu l-istrumenti multilaterali kontra l-produzzjoni, l-akkumulu u l-użu tal-armi kimiċi u bijoloġiċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(as)</SYMBOL>iżidu l-isforzi biex itemmu l-impunità u jiżguraw ir-responsabbiltà għall-ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż billi jappoġġjaw l-adozzjoni rapida tal-konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ikkastigar ta’ delitti kontra l-umanità, isaħħu l-investigazzjonijiet indipendenti dwar delitti internazzjonali, u jappoġġjaw bis-sħiħ lill-QKI u lill-QIĠ bħala istituzzjonijiet ġudizzjarji essenzjali, indipendenti u imparzjali, inkluż billi jirrispettaw l-Istatut ta’ Ruma u jirrikonoxxu n-natura vinkolanti tad-digrieti u s-sentenzi tal-QIĠ; jiddeploraw it-theddid bla preċedent, fost l-oħrajn mill-Istati Uniti, li qed tiffaċċja l-QKI, u jappellaw għall-attivazzjoni, l-applikazzjoni effettiva u t-tisħiħ tal-Istatut ta’ Mblukkar tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta’ Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti ta' l-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġislazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha (ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2271/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jiġu protetti l-indipendenza u l-funzjonament tal-korpi ġudizzjarji internazzjonali, b’mod partikolari l-QKI u l-QIĠ u l-korpi li jikkooperaw ma’ dawn il-qrati u jappoġġjawhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(at)</SYMBOL>jappellaw għal reviżjoni komprensiva tar-reġimi ta’ sanzjonijiet internazzjonali biex jiġu żgurati effettività, koerenza u responsabbiltà akbar, filwaqt li tiġi evitata l-politiċizzazzjoni tagħhom u jiġi minimizzat l-impatt potenzjalment negattiv tagħhom fuq il-popolazzjonijiet ċivili, f’konformità mad-dritt internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(au)</SYMBOL>jikkundannaw l-attakki, it-theddid u l-atti ta’ vjolenza kollha kontra l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti il-forzi taż-żamma tal-paċi, u l-faċilitajiet tan-Nazzjonijiet Uniti u jappellaw lill-partijiet kollha f’kunflitt biex jirrispettaw is-sikurezza, is-sigurtà u n-newtralità tal-persunal u l-infrastruttura tan-Nazzjonijiet Uniti f’konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza tal-Persunal tan-Nazzjonijiet Uniti u dak Assoċjat; jenfasizzaw, f’dan ir-rigward, l-azzjoni kuraġġuża tal-Forza Interim tan-NU fil-Libanu, li tinkludi diversi kontinġenti Ewropej li joperaw f’kundizzjonijiet diffiċli, u jonoraw il-memorja taż-żewġ suldati mill-kontinġent Franċiż maqtula fin-Nofsinhar tal-Libanu f’imbuskata mwettqa mill-Hezbollah fit-18 ta’ April 2026; jesprimu tħassib partikolari għall-attakki ripetuti kontra l-persunal militari Taljan skjerat fil-Libanu fl-ambitu tal-missjoni tal-Forza Interim tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libanu, li kkawżaw feruti u heddew l-istabbiltà tal-forza taż-żamma tal-paċi, u jirrakkomandaw li jiġu intensifikati l-miżuri koordinati ta’ protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi investigazzjonijiet indipendenti u sanzjonijiet fil-konfront ta’ dawk responsabbli mill-attakki, bil-għan li jiġu żgurati l-operabbiltà effettiva tal-missjoni u r-rispett tar-riżoluzzjoni 1701 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Żvilupp sostenibbli u drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(av)</SYMBOL>ikomplu jintegraw approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fl-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jirrikonoxxu li r-realizzazzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem hija pedament tal-Aġenda 2030; jenfasizzaw ir-rwol ta’ gwida tal-UE bħala l-akbar fornitur ta’ għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp fid-dinja; japprofondixxu l-kooperazzjoni multilaterali biex issaħħaħ it-tħejjija u tibni r-reżiljenza kontra l-kriżijiet u l-isfidi li jheddu l-progress fl-SDGs; jenfasizzaw li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-assistenza bilaterali tal-UE jridu jkunu kundizzjonali fuq ir-rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-valuri minquxa fit-Trattati tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aw)</SYMBOL>jisfruttaw aktar l-istrateġija Global Gateway bħala alternattiva sostenibbli, trasparenti, demokratika u bbażata fuq il-valuri għall-inizjattivi infrastrutturali li jikkompetu, partikolarment dawk tar-Russja u taċ-Ċina, bħala strument strateġiku li jsaħħaħ il-preżenza, il-viżibbiltà u r-reżiljenza ġeopolitika tal-Unjoni mad-dinja kollha, u bħala inizjattiva li tikkontribwixxi għat-twassil tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli billi tippromwovi t-tkabbir reċiproku, l-attività ekonomika u l-ħolqien tal-impjiegi f’pajjiżi sħab, filwaqt li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika, il-pożizzjoni ġeopolitika u l-kredibbiltà globali tal-UE; itejbu, madankollu, il-monitoraġġ tal-konformità u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-proġetti ffinanzjati permezz tal-istrateġija Global Gateway;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ax)</SYMBOL>jilqgħu l-eżiti tas-summits reċenti tan-Nazzjonijiet Uniti li jappellaw għat-tisħiħ u l-immodernizzar tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, inklużi l-FMI u l-Bank Dinji; jitolbu li l-arkitettura finanzjarja internazzjonali ssir aktar effettiva u inklużiva, li jiżdied il-finanzjament konċessjonali u għall-iżvilupp, li jiġi indirizzat id-dejn mhux sostenibbli permezz ta’ mekkaniżmi mtejba ta’ serħan mid-dejn u ta’ ristrutturar, u li l-flussi finanzjarji jiġu allinjati mal-SDGs u mal-impenji klimatiċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ay)</SYMBOL>iwissu kontra l-użu ta’ ingranaġġ finanzjarju, miżuri ekstraterritorjali u koerċizzjoni ekonomika bħala għodod tal-politika barranija, li jimminaw il-fiduċja fis-sistema finanzjarja internazzjonali u jikkontribwixxu għall-instabbiltà u l-inugwaljanza globali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(az)</SYMBOL>itennu mill-ġdid u jiddikjaraw b’mod inekwivokabbli li d-drittijiet tal-bniedem kollha, speċjalment dawk minquxa fil-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti jridu jiġu rispettati bis-sħiħ; jistiednu lin-Nazzjonijiet Uniti jikkundannaw it-tendenzi globali li jippreġudikaw dawn id-drittijiet, inklużi ż-żieda tal-marġinalizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u t-tiċkin tal-ispazju għas-soċjetà ċivili, inkluż fid-demokraziji li ilhom jeżistu żmien;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ba)</SYMBOL>jippromwovu trasformazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem u bbażata fuq id-drittijiet billi jappoġġjaw futur diġitali inklużiv, miftuħ, u sikur u jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-Patt Diġitali Globali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bb)</SYMBOL>ikomplu jippromwovu d-drittijiet tan-nisa kif minquxa fid-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing tan-Nazzjonijiet Uniti; jużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet fl-UE u madwar id-dinja; jagħtu attenzjoni partikolari lill-komunitajiet vulnerabbli u emarġinati fi stati fejn id-drittijiet tan-nisa qed jiġu mminati ripetutament mill-gvernijiet nazzjonali; iżidu l-finanzjament tal-UE għall-programm UN Women, il-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni u programmi oħra tan-Nazzjonijiet Uniti li jaħdmu biex jippromwovu d-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet kollha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bc)</SYMBOL>isegwu aktar djalogu konsistenti fil-fora tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni persistenti kontra l-komunità LGBTIQ+ u jiżguraw aċċess ugwali għall-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi; jappoġġjaw il-kampanja tan-NU Free & Equal billi jsaħħu s-sensibilizzazzjoni pubblika u jippromwovu protezzjonijiet legali aktar b’saħħithom, b’mod partikolari fi stati fejn il-prattiki diskriminatorji għadhom mifruxa;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bd)</SYMBOL>jagħtu prijorità lill-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, imxerrda permezz tal-amplifikazzjoni algoritmika minn pjattaformi online kbar, tal-użu dejjem akbar tal-mudelli lingwistiċi kbar mingħajr salvagwardji adegwati fis-seħħ, tal-isfruttament tagħhom min-naħa ta’ atturi barranin malizzjużi, u tan-nuqqas tal-kumpaniji tat-teknoloġija kbira li jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-suġġett, u b’hekk jiġu kompromessi d-demokrazija u l-proċessi elettorali; jistieden lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) tadotta oqfsa aktar b’saħħithom biex tindirizza t-theddid ibridu, inklużi kampanji ta’ diżinformazzjoni u operazzjonijiet oħra ta’ influwenza mhux kinetika li jimminaw il-proċessi demokratiċi u l-koeżjoni soċjali globalment; jaħdmu favur l-implimentazzjoni ta’ qafas globali għall-protezzjoni tal-minorenni online, inklużi rekwiżiti għall-verifika tal-identità fuq il-pjattaformi tal-media soċjali bl-objettiv li jiġi żgurat li kull kont tal-utent jikkorrispondi għal persuna fiżika li tuża l-isem ġuridiku u l-identità tagħha filwaqt li jiġi żgurat li tali miżuri jiġu implimentati f’konformità sħiħa mal-istandards applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali; jipprovdu lid-diviżjonijiet tal-komunikazzjoni strateġika u tal-prospettiva tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna b’riżorsi suffiċjenti biex jiġġieldu b’mod effettiv il-kampanji u n-narrattivi ta’ diżinformazzjoni kontra l-UE użati strateġikament minn reġimi awtoritarji u illiberali li jfittxu li jimminaw kemm ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Amerka Latina, l-Afrika u l-Asja kif ukoll l-azzjoni esterna tal-UE f’fora multilaterali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(be)</SYMBOL>jenfasizzaw l-importanza li jiġu żgurati ambjent sikur, indipendenza editorjali u appoġġ finanzjarju għall-media; jiġġieldu kontra t-theddid dejjem akbar kontra l-ġurnalisti madwar id-dinja, b’mod partikolari l-ġurnalisti nisa, li jiġu fil-mira ta’ attakki b’mod sproporzjonat; isaħħu l-kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) dwar il-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sikurezza tal-Ġurnalisti u l-Kwistjoni tal-Impunità;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bf)</SYMBOL>isaħħu l-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon, tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tat-twemmin, li huwa dritt universali tal-bniedem, u jappellaw għal miżuri aktar sodi biex jiġu protetti l-minoranzi reliġjużi u ta’ tip ieħor, fosthom il-komunitajiet Insara, Musulmani u Lhud; jikkundannaw bil-qawwa l-persekuzzjoni tal-komunitajiet reliġjużi kollha, b’mod partikolari l-Insara, li huma soġġetti għal persekuzzjoni mifruxa madwar id-dinja, u l-forom kollha ta’ vjolenza jew diskriminazzjoni kontra komunitajiet reliġjużi oħra; iħeġġu lill-Istati Membri kollha tan-NU jiggarantixxu libertà sħiħa ta’ reliġjon u qima għall-individwi kollha f’konformità mal-impenji internazzjonali tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bg)</SYMBOL>itennu l-ħtieġa li jiġi rivedut il-proċess għall-elezzjoni tal-UNHRC, b’mod partikolari biex pajjiżi li jiksru d-drittijiet tal-bniedem ma jitħallewx jippresjedu fil-Kunsill; jissottolinjaw l-obbligu tal-AĠNU li tikkunsidra l-impenn tal-kandidati li jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem meta jeleġġu membri tal-UNHRC; jistiednu lill-Istati Membri tal-UE jadottaw pożizzjoni koordinata fir-rigward tas-sħubija fl-UNHRC u jivvutaw kontra l-kandidati kollha tal-UNHRC li jonqsu milli jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bh)</SYMBOL>isaħħu l-impenn tal-UE li tippromwovi s-saħħa globali flimkien mas-sħab billi tappoġġja kampanji ta’ tilqim, timplimenta l-Ftehim dwar il-Pandemiji, tindirizza l-mard li ma jitteħidx, u ssaħħaħ il-mekkaniżmi multilaterali għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bi)</SYMBOL>isaħħu l-promozzjoni tal-libertà artistika, u l-protezzjoni tal-wirt kulturali u d-drittijiet kulturali billi jappoġġjaw il-ħidma tal-UNESCO u jimxu lejn l-istabbiliment ta’ rapporteur permanenti tal-UE jew interlokutur permanenti tal-UE għall-UNESCO;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u, għall-informazzjoni, lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RECOM></TXTLST></SDOCTA>