<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0183</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-opportunitajiet u l-isfidi ppreżentati minn strateġija komprensiva tal-intelliġenza artifiċjali għall-kummerċ tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0122/2026 - Rapporteur: Brando Benifei)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2026 dwar l-opportunitajiet u l-isfidi ppreżentati minn strateġija komprensiva tal-intelliġenza artifiċjali għall-kummerċ tal-UE (2025/2112(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1 </STRING>ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/694 (l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>ĠU L 229, 18.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1781/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (l-Att dwar il-Materja Prima Kritika (CRMA))<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4 </STRING>ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-eżiti tal-Laqgħa Ministerjali dwar il-Minerali Kritiċi f’Washington DC fl-4 ta’ Frar 2026, u l-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-UE u l-Istati Uniti biex jiġu diversifikati u msaħħa l-ktajjen tal-provvista siguri u sostenibbli tal-materja prima kritika essenzjali għall-kompetittività, it-teknoloġiji avvanzati u r-reżiljenza tal-UE fis-swieq globali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5 </STRING>ĠU L 79 I, 21.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/452/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/2675 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6 </STRING>ĠU L, 2023/2675, 7.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2675/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7 </STRING>ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar l-Oġġetti b’Użu Doppju),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Strateġija tal-Unjoni tad-Data – Niftħu l-bibien għall-Intelliġenza Artifiċjali” (COM(2025)0835),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2024 bit-titolu “It-tmexxija ’l quddiem tas-sigurtà ekonomika Ewropea: l-introduzzjoni ta’ ħames inizjattivi ġodda” (COM(2024)0022 final),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-3 ta’ Diċembru 2025 bit-titolu “Insaħħu s-sigurtà ekonomika tal-UE” (JOIN(2025)0977),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-5 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “Strateġija Diġitali Internazzjonali għall-Unjoni Ewropea” (JOIN(2025)0140),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2025 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għal Kontinent tal-IA (COM(2025)0165),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Strateġija għall-Applikazzjoni tal-IA” (COM(2025)0723),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-Rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tal-10 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a Market” (Ħafna aktar milli suq) (ir-Rapport Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2025 dwar is-sikurezza tal-prodotti u l-konformità regolatorja fil-kummerċ elettroniku u l-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">8 </STRING>ĠU C, C/2026/1436, 31.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1436/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Diġitali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">9 </STRING>ĠU C, C/2026/1674, 22.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1674/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rwol prinċipali li għandha l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fiż-żamma ta’ sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, u l-importanza tagħha għall-użu ta’ teknoloġiji emerġenti inkluża l-intelliġenza artifiċjali fil-kummerċ internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-regoli tad-WTO, b’mod partikolari l-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tat-trasparenza fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A10-0122/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-intelliġenza artifiċjali (IA) hija teknoloġija bi skop ġenerali li ssawwar mill-ġdid il-kummerċ tal-UE bejn l-oġġetti, is-servizzi u l-flussi tad-data; billi l-IA għandha l-potenzjal li tnaqqas il-kostijiet tal-informazzjoni u tal-konformità, tittrasforma l-ġestjoni tal-katina tal-provvista u tespandi s-servizzi mwassla b’mod diġitali; billi l-IA u d-dinamika tal-poter tas-sjieda tat-teknoloġija jippreżentaw sfidi sinifikanti u opportunitajiet trasformattivi għall-kompetittività kummerċjali tal-UE; billi l-politika kummerċjali tal-UE hija kruċjali biex tiġi żgurata strateġija esterna olistika tal-IA li tgħaqqad il-ftuħ, it-trasparenza u s-sikurezza mar-reżiljenza u r-rispett għad-drittijiet fundamentali, u tappoġġja operazzjonijiet transfruntiera prevedibbli; billi l-IA tippreżenta opportunitajiet sinifikanti biex jissaħħu l-effiċjenza u s-sigurtà tal-kontrolli doganali u s-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li jiġu miġġielda l-frodi, il-kontrafazzjoni u l-prattiki kummerċjali inġusti;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi d-diffużjoni u l-varar rapidi tal-IA qed jikkontribwixxi għal bidliet strutturali fl-organizzazzjoni, fil-ġeografija u fil-governanza tal-kummerċ tas-servizzi internazzjonali, b’implikazzjonijiet għall-kompetittività, għall-impjiegi u għall-iżvilupp; billi s-soluzzjonijiet b’sors miftuħ tal-IA joffru vantaġġi sinifikanti, inklużi spejjeż imnaqqsa u privatezza tad-data mtejba permezz tal-użu lokali, li jikkontribwixxu għal żieda fil-kompetizzjoni b’saħħitha fl-IA u dipendenza mnaqqsa minn fornituri mhux tal-UE; billi dawn il-bidliet jinteraġixxu ma’ lakuni eżistenti fil-kapaċità tal-produzzjoni, fl-infrastruttura u fil-ħiliet fi ħdan l-UE u lil hinn minnha; billi biex jinżamm mudell ta’ kummerċ sostenibbli miftuħ, reżiljenti u inklużiv jirrikjedi strateġija koerenti u olistika għall-ġestjoni tal-bidla xprunata bl-IA; billi r-relazzjonijiet ekonomiċi esterni tal-UE, inkluż dawk mas-sħab fin-Nofsinhar Globali, għandhom jappoġġjaw l-adozzjoni inklużiva tal-IA u l-ħolqien ta’ valur kondiviż, filwaqt li jippromwovu mudell iċċentrat fuq il-bniedem ibbażat fuq prinċipju ta’ etika prestabbilita ffukat fuq l-appoġġ għad-dinjità tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-flussi transfruntiera tad-data u l-aċċess għad-data huma kritiċi għall-iżvilupp, it-taħriġ u l-implimentazzjoni tal-IA, iżda jeħtieġ li jiġu eżaminati bir-reqqa sabiex jiġi żgurat li jibqa’ garantit livell għoli ta’ protezzjoni tad-data, b’mod partikolari għal data personali sensittiva bħad-data dwar is-saħħa; billi r-regoli dwar il-kummerċ diġitali qed isawru dejjem aktar il-kompetittività tal-IA, filwaqt li jissottolinjaw il-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni regolatorja fi ftehimiet kummerċjali futuri u l-modernizzazzjoni ta’ dawk eżistenti; billi l-qafas tal-UE ffukat fuq il-bniedem, ankrat fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u fl-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, jipprovdi mudell kredibbli għal IA affidabbli li, jekk jiġi promoss internazzjonalment, jista’ jsir vantaġġ kompetittiv fi swieq li japprezzaw trasparenza u governanza b’rispett għad-drittijiet; billi d-WTO tista’ tkun il-forum xieraq għal diskussjonijiet multilaterali dwar l-IA u l-kummerċ biex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet kompetittivi, l-ostakli għall-kummerċ, u r-riskji ta’ frammentazzjoni regolatorja, filwaqt li jiġi żgurat kummerċ diġitali prevedibbli, ġust u li jirrispetta d-drittijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-użu tal-IA għadu mhux uniformi bejn is-setturi, ir-reġjuni u d-daqsijiet tal-kumpaniji, b’vantaġġi għall-atturi li jikkontrollaw id-data, il-qawwa u l-ħiliet komputazzjonali, li jirriskjaw żieda fil-produttività u lakuni fl-esportazzjoni għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u għall-kumpaniji li jadottaw l-IA fi stadju aktar tard; billi l-kompetittività kummerċjali abilitata bl-IA tiddependi fuq l-aċċess għad-data, il-kapaċità tal-komputazzjoni, l-enerġija, il-konnettività, il-kapital u l-ħiliet, u ħafna minn dawn il-fatturi huma influwenzati mir-relazzjonijiet ta’ kummerċ u ta’ investiment; billi l-UE attirat biss 6 % tal-investiment globali f’negozji ġodda tal-IA fl-ewwel nofs tal-2024, u dan ħoloq dipendenzi strutturali li għandhom impatt fuq ir-relazzjonijiet kummerċjali u l-awtonomija strateġika Ewropea; billi l-aċċess ġust għall-infrastruttura tal-IA huwa essenzjali biex l-SMEs jibqgħu kompetittivi, peress li jiffaċċjaw ostakli sinifikanti meta mqabbla ma’ korporazzjonijiet kbar, inklużi kostijiet għoljin tar-riżorsi tal-komputazzjoni, aċċess limitat għad-data, u nuqqas ta’ talent tekniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-IA għadha teknoloġija li qed tevolvi b’mod rapidu; billi intervent regolatorju prematur jew eċċessiv jirriskja li jimmina l-innovazzjoni, l-investiment u l-kompetittività; billi approċċ proporzjonat, ibbażat fuq ir-riskju u li jiffavorixxi l-innovazzjoni huwa essenzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-katina tal-provvista tal-IA hija kkonċentrata ħafna f’għadd żgħir ta’ pajjiżi u ta’ reġjuni, b’tali mod li toħloq riskju ta’ dipendenzi biex jinkiseb aċċess għal qawwa komputazzjonali, materja prima u semikondutturi kritiċi; billi l-infrastruttura kritika tal-IA bi sjieda barranija żżid ir-riskju ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin; billi l-użu ħażin tal-algoritmi jista’ jimmina d-demokrazija u jżid mat-tensjonijiet kummerċjali ġeopolitiċi attwali; billi l-intensifikazzjoni tal-kompetizzjoni teknoloġika globali kkaratterizzata minn mudelli diverġenti ta’ governanza tal-IA, żieda fit-tariffi, u kontrolli tal-esportazzjoni fuq teknoloġiji kritiċi, iżżid ir-riskju li l-aċċess għal inputs ewlenin tal-IA jintuża bħala użu strateġiku ġeopolitiku; billi xi ndħil estern jirriskja li jdgħajjef l-istandards għoljin tal-UE fit-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u b’hekk jikkomprometti l-kapaċità tal-Unjoni li tirrispetta l-valuri tagħha, tiżgura kundizzjonijiet ekwi għan-negozji, u tipproteġi liċ-ċittadini mir-riskji tal-IA u tat-teknoloġiji diġitali mhux regolati; billi l-UE għandha tkompli tiddefendi dawn l-istandards; billi l-UE għandha ssaħħaħ l-awtonomija strateġika billi tiddiversifika l-ktajjen tal-provvista u tapprofondixxi l-kooperazzjoni ma’ sħab fdati li jikkondividu valuri demokratiċi u impenn għal kummerċ miftuħ u bbażat fuq ir-regoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-IA jiddependu fuq l-aċċess għas-swieq u t-teknoloġiji globali, li huma affettwati mill-oqfsa tal-politika kummerċjali; billi d-WTO tappoġġja l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-IA billi tippermetti kummerċ aktar miftuħ, trasparenti u prevedibbli ta’ oġġetti u servizzi bbażati fuq l-IA; billi l-ftehimiet eżistenti tad-WTO diġà jagħtu kontributi sinifikanti għall-iżvilupp u l-adozzjoni tal-IA, inkluż il-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni, li jnaqqas il-kostijiet tal-implimentazzjoni tal-hardware tal-IA, il-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (TBT), li jippromwovi t-trasparenza regolatorja u l-istandards internazzjonali, il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, li jiffaċilita l-kummerċ fis-servizzi relatati mal-IA, u l-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ, li jappoġġja l-iżvilupp u t-tixrid tal-IA;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi n-natura b’użu doppju u l-militarizzazzjoni dejjem akbar tal-IA, inkluż l-użu tagħha f’kunflitti kontemporanji bħall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, qed jaċċelleraw bidla minn kooperazzjoni ffukata fuq is-sikurezza lejn kompetizzjoni ġeoekonomika u ta’ sigurtà xprunata mill-IA; billi l-governanza tal-IA, il-kontrolli tal-esportazzjoni, u l-istandards qed jintużaw dejjem aktar bħala għodod ta’ influwenza strateġika u projezzjoni tal-poter;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-IA tista’ tintuża f’sistemi ta’ armi u għodod ta’ sorveljanza tal-massa; billi tali prattiki se joħolqu tħassib etiku u dwar id-drittijiet tal-bniedem profond; billi s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti appella għal projbizzjoni globali fuq sistemi ta’ armi awtonomi letali, magni li kapaċi jieħdu ħajjiet umani mingħajr sorveljanza umana;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-IA għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u għall-infurzar regolatorju</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-IA tista’ taċċellera l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tal-UE, speċjalment għall-SMEs, billi tnaqqas l-ostakli għad-dħul fis-suq u l-kostijiet tal-konformità, u b’hekk tippermetti lill-kumpaniji jilħqu swieq li qabel ma kinux aċċessibbli għalihom, dment li l-SMEs ikollhom aċċess ġust għall-inftrastuttura tal-IA; jistieden lill-Kummissjoni tintegra servizzi ta’ konsulenza affidabbli dwar l-IA fil-portal Access2Markets u fil-Punt Uniku ta’ Servizz biex tinnaviga t-tariffi, ir-regoli tal-oriġini u r-rekwiżiti regolatorji; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-għodod tal-IA favur l-SMEs u tiżgura li s-soluzzjonijiet ta’ konformità diġitali jibqgħu sempliċi, affordabbli u aċċessibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-IA tista’ tgħin biex jitnaqqsu d-dewmien u l-kostijiet fil-ktajjen tal-provvista tal-UE billi ttejjeb l-ippjanar u l-koordinazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinnormalizza l-kummerċ mingħajr karti u tippromwovi l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni affidabbli bejn l-operaturi u l-awtoritajiet; jappella għal investiment fil-loġistika abilitata bl-IA li tiffaċilita l-konġestjonijiet fil-portijiet u fil-kurituri, u għal appoġġ għal loġistika aktar ekoloġika permezz ta’ rotot u ta’ manutenzjoni aktar intelliġenti; jistieden lill-Kummissjoni tinċentiva soluzzjonijiet tal-IA b’sors miftuħ li jikkontribwixxu għal żieda fil-kompetizzjoni u jnaqqsu d-dipendenza fuq fornituri mhux tal-UE; jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni u l-loġistika abilitata bl-IA għandhom iwasslu għal produttività, effiċjenza u ġestjoni tal-katina tal-provvista akbar, kostijiet kummerċjali aktar baxxi u piżijiet amministrattivi mnaqqsa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota r-rwol potenzjali tal-IA fit-tisħiħ tal-kontrolli doganali fost il-kapaċità żejda tas-suq u l-limitazzjonijiet tal-ispezzjonijiet tal-bniedem fid-dawl tal-isfidi ppreżentati mill-influss ta’ oġġetti, b’mod partikolari pakketti żgħar li ġejjin miċ-Ċina; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi riżorsi u ħiliet lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u doganali, anke permezz tal-kooperazzjoni msaħħa fost l-Istati Membri fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, biex tiżgura li l-użu tal-IA jsaħħaħ il-kapaċità tal-infurzar u l-kondiviżjoni tad-data fost l-awtoritajiet; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-potenzjal tal-IA li żżomm il-konformità tal-oġġetti importati mad-dritt tal-UE, ittejjeb it-traċċabbiltà f’ħin reali u l-kontroll doganali tal-prodotti importati u s-sorveljanza tas-suq, tuża għodod tal-IA siguri u ddedikati biex tanalizza b’mod sistematiku d-data minn pakketti żgħar jew tiżgura t-traċċabbiltà tal-prodotti tul il-katina tal-provvista sabiex tiġġieled l-oġġetti kontrafatti, il-frodi doganali, il-prattiki kummerċjali inġusti u ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-UE; jenfasizza li tali sistemi tal-IA jikkostitwixxu infrastruttura kritika u għalhekk għandhom jibqgħu indipendenti u sovrani; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn l-għodod jikkonformaw strettament mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-IA tista’ tkun għodda utli għall-kumpaniji, għall-awtoritajiet doganali u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiddefendu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem billi jiffaċilitaw l-implimentazzjoni effettiva u l-konformità mar-regoli tal-UE bħad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">10 </STRING>Id-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta korporattiva dwar is-sostenibbiltà u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859, (ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-Regolament dwar id-Deforestazzjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">11 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 206, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1115/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, jew ir-Regolament tal-UE dwar ix-Xogħol Furzat<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">12 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2024/3015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L, 2024/3015, 12.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3015/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u jiddefendu l-protezzjoni tal-konsumatur billi jiffaċilitaw l-implimentazzjoni effettiva u l-konformità mar-regoli tal-UE bħar-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH), il-markatura CE, u r-Regolament dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">13 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE (ĠU L 135, 23.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/988/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-IA u l-bidliet strutturali fl-oġġetti u s-servizzi, u fil-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-kompetittività tal-Ewropa fil-kummerċ tal-oġġetti se tiddependi dejjem aktar fuq il-produttività abilitata bl-IA u fuq il-kisbiet fil-kwalità fil-ktajjen tal-valur industrijali strateġiċi, inklużi t-teknoloġiji tal-manifattura, tal-karozzi, tal-farmaċewtika u tal-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti dawn l-interessi b’mod sistematiku fin-negozjati tal-kummerċ billi tiżgura aċċess effettiv għas-suq, dixxiplini robusti dwar l-ostakli mhux tariffarji, u dispożizzjonijiet infurzabbli li jżommu kundizzjonijiet ekwi billi jipprevjenu l-kompetizzjoni inġusta u d-distorsjonijiet relatati mat-teknoloġija, filwaqt li jirrikonoxxi d-dritt tal-UE li tirregola;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-IA qed issawwar mill-ġdid il-kummerċ f’servizzi mwassla b’mod diġitali billi tikkommodifika l-għarfien espert billi tirrikjedi sforzi addizjonali biex tippreserva l-vantaġġ komparattiv storiku tal-Ewropa f’servizzi professjonali, tekniċi u kummerċjali ta’ valur għoli; jissottolinja li r-reazzjoni għall-kompetizzjoni globali intensifikata fil-kummerċ tas-servizzi tirrikjedi l-mobilizzazzjoni tal-investiment u t-titjib tal-aċċess għall-finanzi kif previst fir-rapporti ta’ Draghi u ta’ Letta; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmobilizza sħubijiet ta’ kummerċ u ta’ investiment biex tattira l-kapital u t-talent u tespandi l-kumpaniji Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-IA li ssawwar mill-ġdid ix-xogħol u s-swieq tax-xogħol globalment; iwissi dwar ir-riskji ta’ spostament mill-awtomatizzazzjoni, il-kummerċ tas-servizzi abilitat bl-IA, u t-twessigħ tal-lakuni fil-ħiliet fil-forza tax-xogħol tal-UE; jenfasizza għalhekk il-ħtieġa li jiġu adottati strateġiji sabiex jiġu antiċipati dawn il-bidliet u l-forza tax-xogħol tiġi adattata kif xieraq; jinnota li l-iżvilupp u l-użu ta’ mudelli u sistemi tal-IA għandhom konsegwenzi ambjentali negattivi, inklużi żieda fid-domanda għall-elettriku u fil-konsum tal-ilma; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza, fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, liema setturi x’aktarx jiġu affettwati mill-IA u tivvaluta l-impatt tal-użu tal-IA fuq id-drittijiet tal-ħaddiema u fuq l-ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iwissi li d-distakk diġitali jirriskja li jeskludi lis-sħab fin-Nofsinhar Globali minn opportunitajiet ta’ tkabbir xprunati bl-IA, filwaqt li jżid id-dipendenza fuq mudelli importati; jisħaq li l-kooperazzjoni li tappoġġja l-użu tal-għodda tal-IA fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandha ssaħħaħ is-sistema kummerċjali multilaterali u tiġi promossa permezz tal-qafas tad-WTO; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu mid-dispożizzjonijiet dwar l-inklużjoni diġitali fil-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli u fil-ftehimiet kummerċjali diġitali biex tappoġġja l-adozzjoni tal-IA u ż-żidiet fil-produttività kif ukoll trawwem IA inklużiva u affidabbli permezz ta’ programmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali ddedikati u inizjattivi ta’ bini tal-kapaċità fl-ambitu tal-istrumenti esterni eżistenti tal-UE, inklużi programmi ta’ taħriġ u aċċess għall-infrastruttura diġitali u tal-IA; jistieden lill-Kummissjoni tiffoka l-bini tal-kapaċità tal-Global Gateway fuq ekosistemi tal-IA b’sors miftuħ u etiċi u kapaċitajiet lokali, filwaqt li trawwem relazzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment reżiljenti u ta’ benefiċċju reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li s-soluzzjonijiet tal-IA b’sors miftuħ, billi jippermettu użu mill-ġdid trasparenti u ttestjar indipendenti, joffru vantaġġi sinifikanti, inklużi spejjeż imnaqqsa u privatezza tad-data mtejba permezz tal-użu lokali, jikkontribwixxu għal żieda fil-kompetizzjoni b’saħħitha fl-IA u dipendenza mnaqqsa fuq fornituri mhux tal-UE, filwaqt li jappoġġjaw soluzzjonijiet tal-IA verifikabbli u adattati lokalment żviluppati b’mod konġunt mas-sħab fin-Nofsinhar Globali; jisħaq li l-inkorporazzjoni ta’ tali kooperazzjoni fil-politika kummerċjali tal-UE u fis-Sħubijiet Diġitali tista’ tiddiversifika s-sħubijiet, tnaqqas id-dipendenza fuq ftit ekosistemi proprjetarji, u ssaħħaħ ir-rabtiet ġeopolitiċi fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni tinċentiva soluzzjonijiet tal-IA b’sors miftuħ, li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-dipendenza minn fornituri mhux tal-UE; jissottolinja li l-kollaborazzjoni b’sors miftuħ għandha tinkludi proġetti relatati mal-IA għall-ġid pubbliku, bħall-indirizzar tat-tibdil fil-klima, l-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, u t-titjib tal-kura tas-saħħa u s-sigurtà tal-ikel;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-governanza tal-kummerċ diġitali, il-kooperazzjoni regolatorja u r-regoli multilaterali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza r-rwol strateġiku tas-sħubijiet diġitali u tal-Kunsilli tal-Kummerċ u t-Teknoloġija ma’ sħab tal-istess fehma, li jikkondividu valuri demokratiċi, standards għolja ta’ governanza u impenn għal kummerċ miftuħ u bbażat fuq ir-regoli biex jipproġettaw l-approċċ tal-UE għal IA mmexxi mill-valuri, iffukat fuq il-bniedem u bbażat fuq ir-riskju; jitlob l-inklużjoni msaħħa tal-Parlament fil-Kunsilli tal-Kummerċ u t-Teknoloġija; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-Istrateġija Diġitali Internazzjonali permezz ta’ pożizzjonijiet koordinati fil-G7, fil-G20, fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), u fin-Nazzjonijiet Uniti, u timplimenta kooperazzjoni strutturata bejn ir-regolaturi biex tixpruna l-konverġenza globali dwar standards għoljin ta’ sikurezza tal-IA u protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi difiż u promoss, b’mod partikolari f’fora multilaterali, il-mudell tal-IA tal-UE ċċentrat fuq il-bniedem bħala standard internazzjonali u l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali bħala parametru referenzjarju li jista’ jgħin biex jiġu allinjati l-istandards tat-trasparenza u tas-sikurezza filwaqt li l-kummerċ jinżamm miftuħ u prevedibbli; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni dwar l-istandards tal-IA, l-innovazzjoni teknoloġika u l-ktajjen tal-provvista siguri ma’ sħab fdati u pajjiżi tal-istess fehma, inkluż permezz ta’ sħubijiet bilaterali u fora multilaterali, filwaqt li tagħti prijorità lis-sħab li jirrispettaw il-valuri demokratiċi u l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; jinnota li s-sistemi avvanzati tal-IA joħolqu sfidi transfruntiera, u jistieden lill-Kummissjoni taħdem lejn livell minimu globali ta’ protezzjonijiet kontra l-aktar riskji serji bħala bażi għal governanza interoperabbli u affidabbli, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi internazzjonali bħas-Sħubija Globali dwar l-IA, il-prinċipji tal-IA tal-OECD, u l-qafas tal-etika tal-IA tal-UNESCO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja li, lil hinn minn livell minimu globali ta’ protezzjonijiet, hija meħtieġa koalizzjoni ta’ sħab tal-istess fehma li jikkondividu l-approċċ tal-UE ċċentrat fuq il-bniedem biex nimxu aktar malajr fl-implimentazzjoni ta’ standards għoljin ta’ sikurezza, trasparenza, obbligu ta’ rendikont u drittijiet fundamentali tal-IA, b’mod partikolari permezz ta’ djalogu regolatorju strutturat biex jiġi indirizzat it-tilwim, jiġu skambjati l-aħjar prattiki u jiġu adattati l-impenji fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tgħaqqad il-konverġenza regolatorja dwar standards għoljin ta’ sikurezza u drittijiet fundamentali ma’ bini tal-kapaċità konkret, inkluż investiment konġunt f’kapaċitajiet siguri u affordabbli ta’ computing u ttestjar, sħubijiet ta’ talent u ħiliet biex titnaqqas id-dipendenza strateġika u jinħolqu mudelli ta’ implimentazzjoni kredibbli li l-pajjiżi sħab jistgħu jallinjaw magħhom, filwaqt li jsaħħu IA affidabbli bħala pedament għal kummerċ diġitali miftuħ u reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li flussi tad-data legali u siguri huma essenzjali għall-kummerċ abilitat bl-IA; ifakkar fil-ħtieġa li l-ftehimiet kummerċjali diġitali tal-UE jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet orizzontali tal-Kummissjoni dwar il-flussi transfruntiera tad-data u l-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza fit-Titolu dwar il-Kummerċ Diġitali tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE, li jippermettu lill-Unjoni tinkludi miżuri li jiffaċilitaw il-flussi transfruntiera tad-data fil-ftehimiet kummerċjali filwaqt li tippreserva d-drittijiet fundamentali tal-individwi għall-protezzjoni tad-data u l-privatezza, filwaqt li jenfasizza li dawn għandhom jinkludu dispożizzjonijiet iddedikati dwar il-kooperazzjoni regolatorja dwar l-IA, jiffaċilitaw il-fehim reċiproku tal-approċċi regolatorji u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi tali dispożizzjonijiet fil-kapitoli u l-ftehimiet futuri kollha dwar il-kummerċ diġitali; jafferma mill-ġdid li s-salvagwardji li jissodisfaw il-GDPR jew standards ekwivalenti huma rekwiżiti minimi għat-trasferimenti tad-data personali tal-UE; jitlob li l-ftehimiet kummerċjali diġitali jipproteġu l-awtonomija regolatorja u jippreservaw l-aċċess tekniku meħtieġ mir-regolaturi biex jinfurzaw l-Att dwar l-IA u jiżguraw it-trasparenza, l-awditjar, il-ġustizzja, is-sikurezza u l-obbligu ta’ rendikont tas-sistemi tal-IA, filwaqt li jiżguraw li s-soċjetà ċivili u r-riċerkaturi indipendenti jkollhom aċċess għall-kodiċi tas-sors u l-algoritmi tas-sistemi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifakkar fl-impenn tal-UE għal sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli; jissottolinja li d-WTO għandha tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jiġi żviluppat qafas ta’ governanza robust, sikur, inklużiv u affidabbli tal-IA għall-kummerċ, inkluż billi jiġi stabbilit Grupp ta’ Ħidma ddedikat tad-WTO dwar l-Intelliġenza Artifiċjali biex jiffaċilita d-djalogu, il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-kooperazzjoni fost il-membri dwar ir-regolamenti u l-politiki tal-IA; jisħaq li regoli bbilanċjati dwar il-kummerċ elettroniku huma vitali biex jiġi sfruttat il-kummerċ abilitat bl-IA; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe test tad-WTO dwar il-kummerċ elettroniku jiżgura spazju ta’ politika għal governanza demokratika tal-IA, inklużi salvagwardji infurzabbli għall-ħaddiema u l-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tmexxi ‘l quddiem id-diskussjonijiet dwar l-IA u l-kummerċ fil-qafas tad-WTO u tippromwovi l-kooperazzjoni globali li tiffaċilita l-flussi tad-data affidabbli u l-kummerċ diġitali, kif ukoll l-aċċess għal servizzi u għodod abilitati bl-IA, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iwissi li reġimi diverġenti ta’ konformità tal-IA jirriskjaw li jifframmentaw is-swieq u jżidu l-kostijiet tal-kummerċ; jisħaq fuq ir-rwol tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-prevenzjoni tal-frammentazzjoni regolatorja; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-istandards internazzjonali u l-ostakli tekniċi għall-kummerċ (TBT) u għad-dixxiplini tat-trasparenza tad-WTO bħala għodod biex tipprevjeni li d-diverġenza regolatorja ssir ostaklu inġust għall-kummerċ, filwaqt li tippreserva u tuża b’mod strateġiku l-qafas ta’ governanza tal-IA tal-UE biex tiffaċilita l-kummerċ diġitali affidabbli u trawwem kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni globali għal IA affidabbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sigurtà ekonomika u d-dipendenzi strateġiċi fil-katina tal-valur tal-IA</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li l-aċċess sigur għal semikondutturi avvanzati u qawwa komputazzjonali affordabbli huwa fundamentali għas-sovranità teknoloġika u għall-kompetittività tal-UE; jinnota li l-Att dwar iċ-Ċipep u l-aġenda dwar il-fabbriki tal-IA jirriskjaw li ma jkunux biżżejjed minħabba twettiq frammentat u skala limitata; jistieden lill-Kummissjoni taċċellera l-implimentazzjoni tagħhom, issegwi d-diplomazija tagħha dwar il-materja prima u tingrana l-ftehimiet kummerċjali, il-ftehimiet qafas u ta’ sħubija ma’ sħab fdati biex tiddiversifika l-ktajjen tal-provvista u tnaqqas id-dipendenzi strateġiċi; jirrikonoxxi, f’dan il-kuntest, ir-rwol kritiku tal-ekosistemi avvanzati tal-manifattura taċ-ċipep f’ekonomiji sħab tal-istess fehma biex jirfdu l-kapaċità globali tal-computing tal-IA, u jħeġġeġ l-approfondiment tal-kooperazzjoni ma’ tali sħab dwar ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista tas-semikondutturi; jenfasizza, barra minn hekk, l-urġenza li tissaħħaħ il-produzzjoni Ewropea ta’ semikondutturi avvanzati, b’mod partikolari billi jiġu appoġġjati inizjattivi Ewropej bħar-reviżjoni proposta tal-Att dwar iċ-Ċipep (l-Att dwar iċ-Ċipep 2.0); jistieden lill-Kummissjoni jkollha strateġija aktar ċara dwar kif l-UE tista’ tiżviluppa bħala attur ewlieni fl-ekosistema tal-IA u tintegra dispożizzjonijiet b’saħħithom fil-ftehimiet kummerċjali biex tiżgura aċċess ġust għat-teknoloġiji kritiċi u l-materja prima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iqis is-sħubijiet strateġiċi dwar ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista tal-minerali kritiċi bħala strumenti potenzjalment sinifikanti għal aktar koordinazzjoni mal-alleati dwar l-aċċess għal inputs kritiċi tal-IA, inklużi elementi tal-materjali tal-art rari u materjali avvanzati tas-semikondutturi; jinsisti li l-impenn tal-UE jrid ikun kundizzjonali fuq il-koerenza mal-parametri referenzjarji tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika u mal-objettivi ta’ awtonomija strateġika miftuħa tal-UE, filwaqt li jitnaqqsu l-vulnerabbiltajiet aktar milli jinbidlu d-dipendenzi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe strument kummerċjali plurilaterali li jirriżulta minn sħubijiet bħal dawn, inklużi prezzijiet minimi jew mekkaniżmi ta’ offtake, ikun kompatibbli mal-impenji tad-WTO u jservi l-interessi tal-UE; jappella għal djalogu u kooperazzjoni msaħħa fost is-sħab fdati biex jiġu ssalvagwardjati l-flussi kummerċjali internazzjonali u jissaħħu l-integrità u r-reżiljenza tal-ekosistemi industrijali relatati mal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iwissi li l-konċentrazzjoni tal-infrastruttura tal-cloud f’pajjiżi mhux tal-UE tesponi lill-UE għal vulnerabbiltajiet ġuriżdizzjonali esterni; jistieden lill-Kummissjoni, permezz tal-Att propost dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA u l-Att dwar l-Aċċelleratur Industrijali (COM(2026)0100), tistabbilixxi oqfsa ta’ sovranità gradwati li jagħtu prijorità lill-fornituri għal servizzi kritiċi li huma bbażati fl-UE permezz tal-akkwist pubbliku, filwaqt li tiżgura awtonomija strateġika miftuħa billi żżomm aċċess mhux diskriminatorju għal fornituri tal-istess fehma li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni u ta’ interoperabbiltà tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-prinċipju tas-sigurtà ekonomika tagħha jikkoordina l-iskrinjar tal-investiment dirett barrani, b’attenzjoni speċifika għas-setturi diġitali strateġiċi bħall-pjattaformi tal-IA, is-servizzi tal-cloud, u ċ-ċentri data, il-kontrolli tal-esportazzjoni, l-Istrument Kontra l-Koerċizzjoni u d-difiża tal-kummerċ bħala sistema koerenti li tipprevjeni li d-dipendenzi fil-qasam tal-IA jintużaw bħala arma; iwissi li r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-materja prima kritika u l-volatilità ġeopolitika li qed tikber jirrikjedu koordinazzjoni u infurzar imsaħħa bil-għan li tiġi protetta l-ekosistema tal-IA tal-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni mmirata tar-Regolament dwar l-Użu Doppju biex tindirizza b’mod aktar komprensiv l-intelliġenza artifiċjali avvanzata fid-dawl tal-użu potenzjali tagħha minn pajjiżi terzi f’applikazzjonijiet ta’ sigurtà, sorveljanza jew difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar ir-restrizzjonijiet ripetittivi taċ-Ċina fuq l-esportazzjoni ta’ elementi tal-materjali tal-art rari (REEs), li jfixklu b’mod sinifikanti l-ktajjen tal-provvista vitali għall-kumpaniji tas-semikondutturi kif ukoll il-katina tal-valur usa’ tal-IA; iqis li l-azzjoni taċ-Ċina mhijiex ġustifikata u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni u tirrispondi b’mod xieraq sabiex tiżgura li l-ekonomija globali u r-reżiljenza tal-kummerċ internazzjonali ma jiġux affettwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li l-UE taċċellera l-implimentazzjoni tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika u tiddiversifika l-ktajjen tal-provvista biex issaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġu żgurati investimenti fil-proġetti strateġiċi approvati fl-ambitu tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika u fi proġetti oħra biex tingħata spinta lill-estrazzjoni, ir-raffinar, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ li jikkontribwixxu għat-tneħħija tar-riskji miċ-Ċina;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>