<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0184</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE fis-Slovakkja: il-ħtieġa ta’ rispons tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0245/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2026 dwar l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE fis-Slovakkja: il-ħtieġa ta’ rispons tal-UE (2026/2607(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 2, 4, 4(3), 5, 6, 9 u 10 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-protokolli tagħha, u s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-Slovakkja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1937/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni)
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ April 2018 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u ta’ Martina Kušnírová<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 390, 18.11.2019, p. 111.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, b’mod speċifiku f’Malta u fis-Slovakkja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 108, 26.3.2021, p. 107.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2022 dwar iż-żieda fir-reati ta’ mibegħda kontra persuni LGBTIQ+ fl-Ewropa kollha fid-dawl tal-qtil omofobiku reċenti fis-Slovakkja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 149, 28.4.2023, p. 22.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar ix-xoljiment ippjanat ta’ strutturi essenzjali kontra l-korruzzjoni fis-Slovakkja u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-istat tad-dritt<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5712, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5712/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti tiegħu wara l-missjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għas-Slovakkja mis-26 sat-28 ta’ Mejju 2025 u tal-Grupp ta’ Monitoraġġ tad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (DRFMG) tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern għal Bratislava, is-Slovakkja, mill-1 sat-3 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kapitoli tal-pajjiżi dwar is-Slovakkja fir-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti, l-istħarriġ u l-opinjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti u r-Rapport Annwali tiegħu tal-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni, tat-30 ta’ April 2014, tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti u tal-operaturi l-oħra fis-settur tal-mezzi tal-komunikazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-impenji mill-Istati Parteċipanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa dwar il-libertà tal-media, il-libertà tal-espressjoni u l-fluss liberu tal-informazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 464/2024 tat-20 ta’ Novembru 2024 tal-Kunsill Ġudizzjarju tar-Repubblika Slovakka li tesprimi tħassib dwar ir-reat kriminali ta’ “abbuż tal-liġi” u li tirrakkomanda r-revoka jew l-emenda tiegħu biex jiġu żgurati salvagwardji aktar b’saħħithom f’konformità mal-indipendenza ġudizzjarja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Ġuristi tal-14 ta’ Frar 2025 li tqajjem tħassib dwar l-interferenza eżekuttiva apparenti fil-ħidma tal-Kunsill Ġudizzjarju tar-Repubblika Slovakka u tenfasizza l-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza tal-kunsilli ġudizzjarji mill-influwenza parlamentari u eżekuttiva,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra miftuħa konġunta tas-16 ta’ Ottubru 2025 iffirmata minn 56 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili li esprimew tħassib profond dwar l-emendi kostituzzjonali li ġew adottati reċentement fis-Slovakkja u li stiednet lill-UE tieħu azzjoni urġenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tat-28 ta’ Novembru 2025 mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) lill-Kummissjoni li tqajjem tħassib li l-emendi proposti għal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi fis-Slovakkja jistgħu jkunu inkompatibbli mal-prinċipji tal-istat tad-dritt, jirrestrinġu l-protezzjoni għal ċerti kategoriji ta’ informaturi, jintroduċu effetti retroattivi fuq każijiet li għaddejjin u jaffettwaw b’mod negattiv il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-seduta pubblika tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tas-27 ta’ Jannar 2026 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE fis-Slovakkja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2025, li ta punteġġ lis-Slovakkja ta’ 48 minn 100 u kklassifikaha fil-61 post globalment,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, li ta punteġġ lis-Slovakkja ta’ 57,2 minn 100 u kklassifikaha fl-20 post fl-UE, li jindika li għamlet progress matul iż-żmien iżda għad għandha prestazzjoni taħt il-medja tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE fis-Slovakkja: il-ħtieġa ta’ rispons tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2026 b’osservazzjonijiet li jifformaw parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, it-Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi u d-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0125.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE u kif rifless fil-Karta u minqux fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi dawn il-valuri huma kondiviżi mill-Istati Membri kollha u għandhom jiġu appoġġjati u promossi b’mod attiv mill-UE u minn kull Stat Membru b’mod individwali fil-politiki kollha tagħhom, kemm internament kif ukoll esternament b’mod konsistenti; billi l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda rigress fil-protezzjoni tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; billi kwalunkwe dgħufija ta’ dawn il-valuri tirriskja li tnaqqas id-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni li jgħixu fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Artikolu 6(3) tat-TUE jirrikonoxxi li d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-KEDB u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-funzjonament tal-UE jiddependi mill-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, ibbażata fuq is-suppożizzjoni li huma jirrispettaw id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-KEDB u mill-Karta;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi missjoni ta’ tiftix tal-fatti tad-DRFMG fis-Slovakkja mill-1 sat-3 ta’ Ġunju 2025 qajmet tħassib serju dwar ir-riformi tal-liġi kriminali li jdgħajfu l-isforzi kontra l-korruzzjoni, il-perjodi ta’ limitazzjoni mnaqqsa u l-użu ta’ proċeduri rapidi mingħajr konsultazzjoni adegwata; billi l-missjoni enfasizzat ukoll ir-riskji relatati mad-diskrezzjoni tal-prosekuzzjoni, in-nuqqas ta’ strateġija komprensiva kontra l-korruzzjoni, il-pressjoni dejjem akbar fuq il-ġudikatura, il-media u s-soċjetà ċivili, it-tnaqqis fil-libertà tal-media u proposti li jikkontestaw il-primazija tad-dritt tal-UE; billi, b’mod partikolari, ġie nnotat li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni ma għadhiex prijorità tal-gvern, b’anqas prosekuzzjonijiet ta’ korruzzjoni li qed jitressqu, mhux minħabba livelli mnaqqsa ta’ korruzzjoni, iżda minħabba infurzar imnaqqas, u li l-ebda każ ġdid ewlieni ma jiġi segwit lil hinn minn dawk relatati mal-gvern preċedenti tal-Prim Ministru; billi ammont stmat ta’ 1 324 detenut ibbenefikaw allegatament minn riformi legali, u 446 minnhom ġew rilaxxati kmieni, li ħafna minnhom huma konnessi politikament;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-missjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fis-Slovakkja mis-26 sat-28 ta’ Mejju 2025 qajmet tħassib serju dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll u awditjar, il-ġestjoni tal-fondi tal-UE u l-ambjent usa’ tal-istat tad-dritt; billi l-missjoni saret fi klima politika mimlija tensjoni u kienet ikkaratterizzata minn attakki pubbliċi kontra l-membri tagħha u żvelat tħassib serju dwar it-trasparenza, l-informazzjoni kontradittorja pprovduta mill-awtoritajiet u mill-partijiet ikkonċernati, u ambjent ostili għas-soċjetà ċivili u għall-ġurnalisti investigattivi; billi enfasizzat ukoll ir-riskji relatati mal-ġestjoni tal-fondi tal-UE, inklużi d-dgħufijiet strutturali fil-mekkaniżmi ta’ sorveljanza, is-salvagwardji insuffiċjenti kontra l-frodi, u l-kapaċità investigattiva mnaqqsa wara ż-żarmar tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali (SPO) u r-riforma tal-Kodiċi Kriminali, li jirriżultaw fi statistika preliminari allarmanti li skontha, fl-ewwel xhur tal-2025, żewġ akkużi biss allegatament inħarġu għal reati simili għal dawk li qabel kienu investigati mill-SPO; billi l-SPO qabel investiga bejn 120 u 150 akkuża kull sena; billi l-missjoni żvelat ukoll nuqqasijiet fl-użu effettiv tal-fondi tal-UE għal komunitajiet vulnerabbli, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE maħsuba għall-komunitajiet Rom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-emenda għall-Kostituzzjoni Slovakka adottata fis-26 ta’ Settembru 2025 tissupplimenta l-Artikolu 7 tagħha b’dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-identità nazzjonali li jippermettu lill-awtoritajiet Slovakki, inklużi l-qrati, jivvalutaw jekk u sa liema punt id-dritt tal-UE japplika fis-Slovakkja, inklużi s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE); billi l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissjoni ta’ Venezja u l-Kumitat tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem qajmu tħassib dwar l-emenda; billi fil-21 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta’ ksur billi bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lis-Slovakkja talli kisret il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-UE, b’mod partikolari l-prinċipji tal-primazija, l-awtonomija, l-effettività u l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-sistema tal-ġustizzja tkompli tiffaċċja sfidi rigward l-effiċjenza tagħha, b’mod partikolari f’każijiet amministrattivi; billi fir-Rapport tagħha tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kummissjoni rrakkomandat li s-Slovakkja tintroduċi miżuri biex tiżgura garanziji suffiċjenti ta’ indipendenza fir-rigward tat-tkeċċija ta’ membri tal-Kunsill Ġudizzjarju, b’mod partikolari dawk mhux eletti mill-imħallfin, filwaqt li jitqiesu l-istandards Ewropej dwar l-indipendenza tal-kunsilli ġudizzjarji, u biex tiżgura li jkun hemm salvagwardji suffiċjenti fis-seħħ u li jiġu debitament osservati meta tiġi vvalutata r-responsabbiltà kriminali tal-imħallfin għar-reat ta’ “abbuż tal-liġi” fid-deċiżjonijiet ġudizzjarji tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi fir-Rapport tagħha tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kummissjoni rrakkomandat li s-Slovakkja tintroduċi proposti biex tirregola l-pressjoni u ssaħħaħ is-sistema tad-dikjarazzjoni u l-verifika tal-assi, u tkompli fl-isforzi kontinwi tagħha biex tirriforma r-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess u biex tiżgura l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet effettivi u indipendenti ta’ każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli sabiex tistabbilixxi rekord robust, inkluż billi tipprevjeni kwalunkwe interferenza bla bżonn u tillimita l-użu tas-setgħat tal-Prosekutur Ġenerali li jannulla deċiżjonijiet investigattivi u ta’ prosekuzzjoni finali;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi fit-8 ta’ Mejju 2025, wara rakkomandazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta’ implimentazzjoni dwar it-tnaqqis tal-appoġġ skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’każ ta’ kunflitt ta’ interessi f’konformità mal-Artikoli 22(5) tar-Regolament (UE) 2021/241 u l-Artikolu 19(1) u (2), il-punt (a), tal-Ftehim ta’ Finanzjament għas-Slovakkja (C(2025)0294);
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi fis-6 ta’ Ġunju 2025, il-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) adotta r-Rapport <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> tiegħu dwar ir-Repubblika Slovakka, li fih indirizza għadd ta’ rakkomandazzjonijiet fid-dawl tas-sejbiet rigward l-użu tal-proċedura leġiżlattiva rapida, it-tqassir tal-perjodi ta’ limitazzjoni, it-tnaqqis tas-sentenzi kriminali, ir-riformi istituzzjonali li jaffettwaw is-servizz ta’ prosekuzzjoni pubblika u l-forza tal-pulizija, kif ukoll l-applikazzjoni tar-reat tal-“abbuż tal-liġi”; billi fis-6 u s-7 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni ta’ Venezja u d-Direttorat Ġenerali għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Istat tad-Dritt tal-Kunsill tal-Ewropa indikaw li r-reat kriminali tal-abbuż tal-liġi huwa ta’ tħassib, peress li jirriskja b’mod inerenti li jdgħajjef l-indipendenza ġudizzjarja, u tennew li t-triq ewlenija tar-rikors għandha tkun rieżami ordinarju tal-appell;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fir-Rapport tagħha tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kummissjoni rrakkomandat li s-Slovakkja ssaħħaħ ir-regoli u l-mekkaniżmi biex tirrestawra u tissalvagwardja aktar il-governanza indipendenti u l-indipendenza editorjali tal-media tas-servizz pubbliku, filwaqt li tqis l-istandards Ewropej dwar il-media tas-servizz pubbliku, u li tavvanza bil-proċess li tistabbilixxi salvagwardji leġiżlattivi u oħrajn biex ittejjeb is-sikurezza fiżika u l-ambjent tax-xogħol tal-ġurnalisti, inkluża riforma tal-liġi dwar il-malafama, filwaqt li jitqiesu l-istandards Ewropej dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti; billi l-Gvern u l-Parlament Slovakki ħatru l-Bord Slovakk tat-Televiżjoni u tar-Radju (STVR) fl-2025, u dan huwa magħmul esklużivament minn persuni nominati tal-koalizzjoni fil-gvern bħalissa, riflessi fl-għażla tad-Direttur Ġenerali u fil-pressjoni sinifikanti fuq il-persunal tal-STVR fir-rigward tal-kontenut editorjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fil-11 ta’ Frar 2026, il-Qorti Kostituzzjonali Slovakka ddeċidiet li titlob deċiżjoni preliminari tal-QĠUE (C-107/26) rigward il-kompatibbiltà tal-Liġi dwar it-Televiżjoni u r-Radju Slovakki mal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media) (ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi fil-passat, attakki pubbliċi minn politiċi fis-Slovakkja kontra ġurnalisti, is-soċjetà ċivili u gruppi vulnerabbli kkontribwew għal tip ta’ normalizzazzjoni ta’ diskors ta’ mibegħda, li fih twettqu delitti vjolenti serji, inkluż il-qtil ta’ Ján Kuciak u Martina Kušnírová; billi l-qtil ta’ Ján Kuciak u Martina Kušnírová huwa wieħed mill-aktar każijiet kumplessi li qed jiġu investigati; billi dan il-każ kien qed jiġi ssorveljat mill-SPO u issa jinsab taħt l-awtorità tal-Prosekutur Ġenerali;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi fir-Rapport tagħha tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kummissjoni rrakkomandat li s-Slovakkja tiżgura konsultazzjonijiet pubbliċi effettivi u involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess tat-tfassil tal-liġi, inkluż billi tindirizza l-użu frekwenti tal-proċedura rapida; billi fl-2025, 20 % tal-liġijiet li għaddew mill-Parlament Slovakk ġew diskussi u adottati skont il-proċedura leġiżlattiva rapida;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi fit-12 ta’ Diċembru 2025, il-Parlament Slovakk biddel il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi permezz ta’ proċedura rapida; billi fis-17 ta’ Diċembru 2025, il-Qorti Kostituzzjonali Slovakka ssospendiet l-effett ta’ dawk il-bidliet; billi fit-30 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta’ ksur billi bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lis-Slovakkja talli kisret ir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-informaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi fis-16 ta’ April 2025, il-Parlament Slovakk emenda l-leġiżlazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ; billi l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta’ Venezja esprimew tħassib dwar il-konformità tal-emenda mal-KEDB; billi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) ġew soġġetti għal kampanji ta’ malafama, theddid u intimidazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> L-Unjoni tal-Libertajiet Ċivili għall-Ewropa (Libertajiet), Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-Libertajiet 2025: is-Slovakkja; Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 – Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-Slovakkja: informazzjoni mill-Uffiċċju tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet (Ombudsperson) tar-Repubblika Slovakka, 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; billi fis-17 ta’ Diċembru 2025, il-Qorti Kostituzzjonali kkonkludiet li l-emenda ma tikkonformax mal-Kostituzzjoni Slovakka jew mal-KEDB; billi minkejja din is-sentenza, l-awtoritajiet Slovakki introduċew miżuri alternattivi li jżidu s-sorveljanza amministrattiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u emendaw ir-regoli tat-trasparenza, filwaqt li qajmu tħassib dwar il-pressjoni kontinwa mqiegħda fuq l-ispazju ċiviku;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-esperti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem qajmu tħassib dwar l-istigmatizzazzjoni u l-persekuzzjoni tal-NGOs, tal-ġurnalisti u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-Slovakkja, kif ukoll dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-ispazju ċiviku; billi l-Kumitat stieden lis-Slovakkja tirrieżamina u temenda l-leġiżlazzjoni tagħha biex tiżgura li d-dritt ta’ għaqda paċifika jkun protett bis-sħiħ u tiżgura qafas xieraq għall-NGOs; billi s-Slovakkja tibqa’ taħt proċedura msaħħa fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem minħabba nuqqas ta’ salvagwardji fir-rigward ta’ sorveljanza sigrieta<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-26 ta’ Ottubru 2023 fil-kawża ta’ Plechlo vs Is-Slovakkja (18593/19) u tal-20 ta’ Lulju 2021 fil-kawża ta’ Zoltan Varga vs Is-Slovakkja (58361/12).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi fil-11 ta’ Diċembru 2025, il-Parlament Slovakk emenda l-Kodiċi Kriminali sabiex jikkriminalizza l-imblukkar tal-kampanja elettorali “b’rabta ma’ qawwa barranija jew ma’ aġent barrani”; billi fis-27 ta’ Marzu 2026, tressqet proposta biex tiġi emendata l-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għall-eżerċitar tad-dritt tal-vot sabiex il-voti postali minn barra l-pajjiż jiġu sostitwiti b’votazzjoni fiżika f’rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-emendi għall-Kostituzzjoni adottati fis-26 ta’ Settembru 2025 introduċew dispożizzjonijiet relatati mal-adozzjoni, mal-attivitajiet edukattivi u mad-definizzjoni kostituzzjonali tas-sess; billi l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta’ Venezja esprimew tħassib dwar dawn l-emendi;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi hemm nuqqasijiet sistemiċi fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi ta’ atti ta’ vjolenza domestika fis-Slovakkja, kif enfasizzat mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-22 ta’ Jannar 2026 fil-kawza ta’ J.S. vs Is-Slovakkja (35767/23).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-Kawża C-799/23, Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja, għadha pendenti quddiem il-QĠUE; billi s-Slovakkja għadha taħt proċedura msaħħa fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar ir-reġistrazzjoni diskriminatorja u t-tagħlim tat-tfal Rom fi klassijiet speċjali fl-iskejjel primarji għat-tfal b’diżabbiltà intellettwali<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-27 ta’ Frar 2025 fil-kawża ta’ Salay vs Is-Slovakkja (29359/22).</FIELD></FOOTNOTE>; billi fil-25 ta’ Frar 2025, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa talab għal miżuri urġenti biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet ta’ għajxien inadegwati tal-komunitajiet Rom emarġinati; billi l-Kummissarju għamel rakkomandazzjonijiet dwar il-garanzija tal-aċċess għal edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità għat-tfal Rom u t-tmiem tas-segregazzjoni tagħhom, u dwar l-indirizzar tal-antiżingariżmu u d-diskriminazzjoni, speċjalment fil-pulizija; billi s-Slovakkja tibqa’ taħt proċedura msaħħa fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar it-trattament tar-Rom mill-pulizija<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1 ta’ Settembru 2020 fil-kawża ta’ R.R. u R.D. vs Is-Slovakkja, tat-8 ta’ Settembru 2022 fil-kawża ta’ P.H. vs Is-Slovakkja (37574/19), u tal-24 ta’ Ottubru 2024 fil-kawża ta’ B.B. vs Is-Slovakkja (48587/21).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi r-Rapport tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt mill-Unjoni tal-Libertajiet Ċivili għall-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> https://www.liberties.eu/f/vdxw3e.</FIELD></FOOTNOTE> jenfasizza tħassib persistenti fis-Slovakkja fl-oqsma tal-indipendenza ġudizzjarja, il-qafas kontra l-korruzzjoni, il-libertà tal-media, l-użu ta’ proċeduri leġiżlattivi rapidi, l-ispazju ċiviku u d-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ minoranzi u gruppi vulnerabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi fil-11 ta’ Diċembru 2025, il-Parlament Slovakk emenda l-Kodiċi Kriminali sabiex jikkriminalizza d-dubji fuq id-digrieti ta’ “wara t-tieni Gwerra Dinjija”; billi din il-liġi adottata reċentement tirriskja li toħloq effett dissważiv fuq il-libertà tal-espressjoni u l-libertà akkademika, kif protetti skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; billi l-konfiska kontinwa tal-art abbażi tad-digrieti msemmija hawn fuq li ġew applikati b’mod partikolari għaċ-ċittadini li jappartjenu għall-minoranza nazzjonali Ungeriża hija fil-fatt skema ta’ ħtif tal-art, li ċaħħdet lil mijiet ta’ sidien minn art ta’ valur u tqajjem tħassib dwar iċ-ċertezza legali u r-rispett għall-istat tad-dritt; billi fit-2 ta’ Frar 2022, il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali stieden lill-awtoritajiet Slovakki jidħlu fi djalogu mar-rappreżentanti tal-minoranzi nazzjonali kkonċernati dwar kwalunkwe effett negattiv possibbli tar-regolament tal-1945 dwar il-konfiska tal-proprjetà fuq ir-relazzjonijiet interetniċi attwali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorament tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fis-Slovakkja; jenfasizza li l-aderenza verifikabbli mill-Istati Membri mal-istat tad-dritt kif ukoll mal-Karta trid titqies bħala prekundizzjoni essenzjali biex jirċievu kwalunkwe finanzjament tal-UE; jissottolinja li l-programmi u l-investimenti kollha ffinanzjati mill-baġit tal-UE jridu jservu l-interess pubbliku; jisħaq fuq il-fatt li n-nuqqasijiet sistemiċi fl-istat tad-dritt, b’mod partikolari fl-indipendenza tal-ġudikatura u fis-sistemi tal-awditjar u tal-kontroll, jipperikolaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk jistax ikun hemm riskju ċar ta’ ksur serju mis-Slovakkja tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti kollha disponibbli biex tindirizza t-tħassib dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, billi tibda b’għodod preventivi u kooperattivi fil-qafas tar-rapport annwali tagħha dwar l-istat tad-dritt, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li fejn it-tħassib jippersisti u jiġi ssostanzjat kif xieraq, il-Kummissjoni ma għandhiex toqgħod lura milli tagħmel użu mill-miżuri ta’ infurzar kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tipproteġi l-baġit tal-UE u tirrispetta l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, inklużi l-proċeduri ta’ ksur, u, b’mod partikolari, il-proċeduri ta’ ksur rapidi, applikazzjonijiet għal miżuri interim quddiem il-QĠUE u azzjonijiet rigward in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tas-sentenzi tal-QĠUE, kif ukoll awditi msaħħa, sospensjoni tal-pagamenti, applikazzjoni sistematika tal-korrezzjonijiet finanzjarji u proċeduri ta’ rkupru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li s-Slovakkja adottat sensiela ta’ emendi fil-liġi kriminali u fil-liġi tal-proċedura kriminali tagħha, inkluż tnaqqis fil-penali għall-korruzzjoni u għar-reati finanzjarji, tqassir tal-perjodi ta’ limitazzjoni u l-għeluq ta’ entitajiet speċjalizzati kontra l-korruzzjoni, l-Aġenzija Nazzjonali għall-Kriminalità u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali, li rriżultaw f’dewmien fl-investigazzjonijiet trasferiti lil korpi oħra u tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta’ każijiet ta’ korruzzjoni, u li jdgħajfu l-prosekuzzjoni ta’ reati li jinvolvu fondi tal-UE; jesprimi tħassib dwar is-setgħat diskrezzjonali wiesgħa mogħtija lill-Prosekutur Ġenerali fis-Slovakkja skont l-Artikolu 363 tal-Kodiċi dwar il-Proċedura Kriminali Slovakk, li jistgħu jippermettu l-interruzzjoni jew id-dewmien tal-proċedimenti kriminali għal raġunijiet formali mingħajr salvagwardji suffiċjenti, u b’hekk joħolqu riskji għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi tal-kawżi, b’mod partikolari reati relatati mal-korruzzjoni; jesprimi tħassib dwar il-fastidju u l-investigazzjoni rrapportati ta’ investigaturi preċedenti kontra l-korruzzjoni u jqis li dawn l-azzjonijiet jdgħajfu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, jirriskjaw li jdgħajfu l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u jista’ jkollhom effett dissważiv fuq investigazzjonijiet indipendenti; jesprimi aktar tħassib dwar is-sejba ta’ kunflitti ta’ interess fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-emendi kostituzzjonali fis-Slovakkja, b’mod partikolari dawk li jillimitaw id-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u l-primazija tad-dritt tal-UE; jinnota bi tħassib li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili wissew li dawn l-emendi jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali; jisħaq fuq il-fatt li d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali jridu jiġu fformulati bi preċiżjoni suffiċjenti biex tiġi pprevenuta l-interpretazzjoni arbitrarja u jridu jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi skont id-dritt tal-UE, inkluża l-Karta, kif ukoll mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar li l-primazija tad-dritt tal-UE u n-natura vinkolanti tal-obbligi internazzjonali jridu jiġu rrispettati bis-sħiħ u li l-ebda dispożizzjoni kostituzzjonali ma tista’ tiġġustifika n-nuqqas ta’ konformità mas-sentenzi tal-QĠUE jew tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jiżguraw li l-Kostituzzjoni tagħha tikkonforma bis-sħiħ mad-dritt tal-UE u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tal-korpi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-primazija tad-dritt tal-UE, id-drittijiet għall-ħajja privata u tal-familja, in-nondiskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru u tal-orjentazzjoni sesswali u d-dritt għall-edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-konformità tal-bidliet leġiżlattivi reċenti mad-dritt tal-UE u tapplika d-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet abilitanti orizzontali tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt mhuwiex limitat għal miżuri tal-aħħar istanza, iżda jipprevedi wkoll azzjoni bikrija b’sospensjonijiet parzjali fejn jiġi identifikat ksur tal-istat tad-dritt li joħloq riskju serju għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE; itenni s-sejħa tiegħu magħmula fil-kuntest tal-kwittanza baġitarja tal-2024 tal-Kummissjoni biex jingħata bidu għall-ewwel pass tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar it-tentattiv ta’ abolizzjoni tal-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Informaturi, li kien iwassal għal tnaqqis sostanzjali fil-livell ta’ protezzjoni mogħti lill-informaturi, inkluża żieda fl-esponiment għar-ritaljazzjoni u tnaqqis fl-aċċess għas-salvagwardji legali; jirrifjuta dispożizzjonijiet li jintroduċu “mekkaniżmu ta’ rieżami” li jippermetti lill-awtoritajiet jew lill-impjegaturi jirtiraw il-protezzjoni tal-informaturi mingħajr sorveljanza ġudizzjarja, u b’hekk jipperikolaw id-dritt fundamentali għal rimedju effettiv kif minqux fil-Karta; jisħaq fuq il-fatt li l-limitazzjoni tal-protezzjoni tal-informaturi hija inkompatibbli mad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi tal-UE u ddgħajjef l-istat tad-dritt; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Parlament Slovakk tas-17 ta’ Marzu 2026 li tiġi revokata l-liġi kontroversjali u jinżamm l-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Informaturi; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tar-revoka tal-leġiżlazzjoni li tabolixxi l-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Informaturi fis-Slovakkja, sabiex tiżgura li din ir-revoka tirrestawra bis-sħiħ il-livell preċedenti ta’ protezzjoni u tikkonforma mad-dritt tal-UE, u tivvaluta l-firxa u l-effettività tar-revoka qabel ma tikkunsidra kwalunkwe azzjoni ulterjuri; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jiżguraw konformità mad-dritt u mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tal-informaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika kontrolli mmirati u kontrolli fuq il-post fis-Slovakkja, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa u sistematika mal-OLAF u mal-UPPE, sabiex tikkumpensa għad-dgħufija tal-kapaċitajiet nazzjonali ta’ infurzar u tiżgura segwitu effettiv għall-investigazzjonijiet li għaddejjin; jisħaq fuq il-fatt li tali kontrolli jridu jiġu applikati sistematikament fil-flussi ta’ finanzjament rilevanti kollha tal-UE, inklużi kemm il-fondi tal-qafas finanzjarju pluriennali kif ukoll tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jafferma mill-ġdid ir-rieda tiegħu li jaħdem fi spirtu ta’ kooperazzjoni sinċiera mal-awtoritajiet Slovakki, kif ukoll mas-soċjetà ċivili u mal-istituzzjonijiet indipendenti, bil-ħsieb li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati; jissottolinja li l-objettiv tal-iskrutinju u l-missjonijiet tiegħu huwa li jappoġġja t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-użu xieraq tal-fondi tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jinvolvu ruħhom b’mod kostruttiv u proattiv mal-istituzzjonijiet tal-UE f’dan il-proċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, tal-GRECO u tal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar il-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-revoka tar-reat kriminali tal-abbuż tal-liġi u l-iżgurar tal-indipendenza u tal-imparzjalità tal-Kunsill Ġudizzjarju fil-liġi u fil-prattika, il-funzjonament ta’ entitajiet speċjalizzati kontra l-korruzzjoni, il-liġi kriminali sostantiva u proċedurali u l-indipendenza tal-prosekuturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-għeluq tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali fid-dawl tal-impatt evidenti tiegħu fuq l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni, li ma jistax jiġi kkumpensat mill-attivitajiet tal-UPPE, speċjalment fid-dawl tal-“frammentazzjoni” rrapportata tal-attività frawdolenti b’tali mod li l-valur allegat ta’ każ jibqa’ taħt il-limitu stabbilit għall-involviment tal-UPPE; jissottolinja l-ħtieġa ta’ rivalutazzjoni urġenti tal-bidliet reċenti; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jiżguraw kooperazzjoni sħiħa, f’waqtha u proattiva mal-UPPE u mal-OLAF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-funzjonament tal-Aġenzija tal-Pagamenti Slovakka għas-Settur Agrikolu u l-ġestjoni tal-finanzjament tal-politika agrikola komuni, inklużi l-fallimenti strutturali kkonfermati mill-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tar-Repubblika Slovakka, il-mekkaniżmi ta’ kontroll inadegwati, l-azzjonijiet ta’ rimedju insuffiċjenti u ż-żieda fl-iżborżi b’kontrolli dgħajfa; iqis li dawn in-nuqqasijiet jikkonfermaw id-dgħufijiet serji u sistemiċi fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll li tirregola n-nefqa agrikola fis-Slovakkja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar allegazzjonijiet ta’ użu ħażin u irregolaritajiet fl-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ żvilupp rurali u ta’ turiżmu ffinanzjati mill-UE fis-Slovakkja, inklużi każijiet relatati ma’ proġetti ta’ djar maħsuba għall-mistednin iffinanzjati mill-UE, li jinvolvu l-allegat użu ħażin ta’ fondi għall-iżvilupp agrikolu u rurali għall-kostruzzjoni jew għar-rinnovazzjoni ta’ proprjetajiet privati lussużi mingħajr valur miżjud ċar tal-UE jew limitat; jisħaq fuq il-fatt li tali prattiki, meta jiġu kkonfermati, jikkostitwixxu ksur serju tal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, trasparenza u trattament ugwali, u jdgħajfu l-fiduċja pubblika fil-baġit tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw il-ġestjoni effettiva, trasparenti u responsabbli tal-fondi tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jieħdu miżuri ta’ rimedju immedjati u effettivi biex jipprovdu benefiċċji konkreti għaċ-ċittadini, inkluż it-tisħiħ tas-sistemi ta’ kontroll intern, l-iżgurar ta’ detezzjoni u ġestjoni xierqa tal-kunflitti ta’ interess, u t-titjib tal-irkupru tal-pagamenti irregolari, f’kooperazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorament tal-libertà u l-pluraliżmu tal-media fis-Slovakkja, inkluża l-interferenza politika fil-media tas-servizz pubbliku, il-pressjoni fuq il-ġurnalisti permezz ta’ klima ta’ ostilità, kampanji ta’ malafama u diżinformazzjoni, l-użu ta’ kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs), inkluż minn figuri politiċi ta’ grad għoli, u r-riskju ta’ konċentrazzjoni ta’ sjieda tal-media f’idejn allinjati politikament, flimkien ma’ sensji ta’ mexxejja ta’ istituzzjonijiet kulturali ewlenin, li jirriskjaw li joħolqu effett dissważiv fuq il-libertà tal-istampa u d-diskors pubbliku; jisħaq fuq il-fatt li ambjent tal-media dgħajjef inaqqas b’mod sinifikanti l-iskrutinju demokratiku u jiffaċilita l-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-media, b’mod partikolari fir-rigward tal-qafas legali għall-media tas-servizz pubbliku, f’konformità mal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media u jiżguraw l-indipendenza editorjali u l-protezzjoni tal-ġurnalisti; jistieden lis-Slovakkja tikkonforma bis-sħiħ u b’mod effettiv mal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media u jħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib u b’mod proattiv l-implimentazzjoni tiegħu; ifakkar li l-awtoritajiet Slovakki għandhom jirrispettaw il-libertà tal-espressjoni u tal-arti fil-funzjonament u fil-finanzjament tal-istituzzjonijiet kulturali, u jżommu lura mill-użu ħażin tal-azzjonijiet legali li jirrestrinġu d-dibattitu pubbliku; jagħti ġieħ lil Ján Kuciak wara l-assassinju tiegħu u għall-ħidma essenzjali tiegħu bħala ġurnalist investigattiv; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jiżguraw li ssir ġustizzja f’dan il-każ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jesprimi dispjaċir dwar l-użu ripetut u mhux ġustifikat ta’ proċeduri leġiżlattivi rapidi għal riformi sostanzjali; jisħaq fuq il-fatt li tali proċeduri ma jridux isiru n-norma u għandhom ikunu ġustifikati b’mod strett biss f’ċirkostanzi debitament sostanzjati, peress li jdgħajfu l-iskrutinju pubbliku, it-trasparenza u t-tfassil inklużiv tal-liġi u jillimitaw il-konsultazzjoni u d-dibattitu parlamentari sinifikattivi; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-GRECO rigward il-kontrolli u l-bilanċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjoni pubblika effettiva u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess tat-tfassil tal-liġi, inkluż billi jiġi indirizzat l-użu frekwenti tal-proċedura rapida; itenni t-tħassib tiegħu dwar l-aċċess għall-informazzjoni għall-ġurnalisti u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż għar-rapporti tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar u tat-Taqsima ta’ Kontroll tal-Uffiċċju tal-Gvern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jiddenunzja bil-qawwa l-pressjoni dejjem akbar fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-gwardjani u l-professjonisti tal-ġustizzja, inklużi l-piżijiet amministrattivi u t-tentattivi biex tiġi ddeleġittimizzata l-ħidma tagħhom; iqis li tali azzjonijiet idgħajfu r-responsabbiltà u l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jtemmu l-istigmatizzazzjoni u l-persekuzzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jiżguraw li l-leġiżlazzjoni li taffettwa s-soċjetà ċivili, inkluż dwar il-finanzjament u r-rapportar, tirrispetta bis-sħiħ id-dritt tal-UE u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt għall-ħajja privata, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-għaqda u l-libertà tal-assoċjazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jiżguraw li l-leġiżlazzjoni elettorali, inkluż dwar il-votazzjoni postali u s-sanzjonijiet kriminali relatati mal-ksur ta’ tali leġiżlazzjoni, tirrispetta bis-sħiħ id-dritt tal-UE u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt għall-vot u li wieħed jiġi elett, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-assoċjazzjoni; ifakkar li r-restrizzjonijiet fuq il-votazzjoni postali għandhom ikunu debitament ġustifikati u proporzjonati, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ nuqqasijiet sistemiċi sostanzjati rigward l-integrità ta’ tali votazzjoni, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess ugwali għall-parteċipazzjoni elettorali għaċ-ċittadini Slovakki li jirrisjedu barra mill-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jiżguraw il-prevenzjoni effettiva u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika fil-liġi u fil-prattika, f’konformità mad-dritt tal-UE u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; itenni l-importanza tar-ratifika tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika mingħajr dewmien u li d-definizzjoni legali ta’ stupru issir konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Slovakki, fid-dawl tar-rigress ipprovokat minn diversi inizjattivi leġiżlattivi fis-Slovakkja, b’mod partikolari mill-2023, biex jiżguraw konformità sħiħa mal-obbligi tagħhom li jiggarantixxu aċċess effettiv, f’waqtu u mhux diskriminatorju għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, inkluż l-aċċess għal abort sikur u legali; ifakkar li dawn l-obbligi jirriżultaw minn standards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u huma integrali għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet għall-ħajja privata u tal-familja, tas-saħħa u tan-nondiskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jiżguraw il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+ fil-liġi u fil-prattika, f’konformità mad-dritt tal-UE u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jiżguraw il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-persuni Rom fil-liġi u fil-prattika, f’konformità mad-dritt tal-UE u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tat-tmiem tas-segregazzjoni fl-edukazzjoni, l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-pulizija; itenni t-tħassib tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE maħsuba għall-komunitajiet Rom fis-Slovakkja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jesprimi tħassib partikolari dwar id-drittijiet tal-minoranzi fis-Slovakkja, fid-dawl tad-diskors politiku, l-inizjattivi leġiżlattivi u l-prattiki amministrattivi li jirriskjaw li jwasslu għad-diskriminazzjoni, l-istigmatizzazzjoni jew l-esklużjoni, u rigward il-konfiska retroattiva tal-proprjetà abbażi tal-ħtija kollettiva taċ-ċittadini tal-UE ta’ diversi oriġini etniċi; jemmen li l-inġustizzji storiċi għandhom jiġu indirizzati permezz tad-djalogu aktar milli l-kriminalizzazzjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi hija komponent ewlieni tal-istat tad-dritt u tal-governanza demokratika; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-persuni li jappartjenu għall-minoranzi fil-liġi u fil-prattika, f’konformità mad-dritt tal-UE u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni u d-dritt għall-proprjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-prattiki amministrattivi u ġudizzjarji li jinvolvu l-Fond Slovakk tal-Artijiet u l-intrapriża statali tal-Foresti tar-Repubblika Slovakka u li qed jirriżultaw f’konfiski tal-art u tal-foresti mhux ikkumpensati abbażi ta’ digrieti ta’ wara l-gwerra; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jirrevokaw l-emenda tal-Kodiċi Kriminali, jissospendu l-proċedimenti legali kollha, u jtemmu kwalunkwe konfiska tal-art li għaddejja bħalissa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jinvestigaw nuqqasijiet sistemiċi li jippersistu fit-trattament tal-ilmenti dwar it-trattament ħażin mill-pulizija, inkluż nuqqas ta’ investigazzjonijiet imparzjali u effettivi dwar allegazzjonijiet kredibbli ta’ trattament ħażin; jappella għat-tisħiħ tas-salvagwardji kontra t-trattament ħażin mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inklużi garanziji ta’ indipendenza istituzzjonali, mekkaniżmi effettivi ta’ sorveljanza u salvagwardji proċedurali adegwati biex jiġu żgurati l-obbligu ta’ rendikont u l-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa kif ukoll lin-Nazzjonijiet Uniti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>