<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0185</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-repressjoni u l-eżekuzzjoni ta’ dimostranti, dissidenti, priġunieri politiċi u minoranzi reliġjużi fl-Iran</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0260, 0262, 0263, 0265 u 0266/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Mejju 2026 dwar ir-repressjoni u l-eżekuzzjoni ta’ dimostranti, dissidenti, priġunieri politiċi u minoranzi reliġjużi fl-Iran (2026/2733(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-poplu Iranjan iffaċċja l-akbar qtil tal-massa ta’ dimostranti fl-istorja tal-pajjiż wara r-rewwixta tal-2025-2026, b’għexieren ta’ eluf maqtula, inklużi mill-anqas 236 minorenni, kif ukoll detenzjonijiet tal-massa, eżekuzzjonijiet, tortura u terrur jum wara l-ieħor; billi l-Iran għandu l-ogħla rata ta’ pieni tal-mewt per capita fid-dinja; billi r-reġim juża l-gwerra li tinsab għaddejja bħala kopertura biex jaċċellera saħansitra aktar l-eżekuzzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Missjoni internazzjonali indipendenti tan-NU ta’ tiftix tal-fatti dwar l-Iran wissiet li r-repressjoni tista’ tammonta għal delitti kontra l-umanità;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi f’Marzu 2026, l-awtoritajiet bdew jiġġustizzjaw id-dimostranti ta’ Jannar wara prosekuzzjonijiet fittizji bbażati fuq konfessjonijiet miksuba permezz ta’ tortura, vjolenza sesswali, xandir ta’ konfessjonijiet furzati u eżekuzzjonijiet fittizji;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-reġim jimmira b’mod sproporzjonat il-minoranzi reliġjużi u etniċi, inklużi l-Ahwazis, l-Afgani, l-Azeri, il-Baha’is, il-Baluchis, l-Insara, il-Lhud, il-Kurdi u s-Sunniti u z-Zorostrijani; billi r-reġim intensifika l-kampanja tiegħu kontra l-attivisti tad-drittijiet tan-nisa, il-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Iranjan u t-taqbida tiegħu għal-libertà, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna r-repressjoni dejjem tiżdied tar-reġim u l-użu tal-piena tal-mewt biex tiġi skoraġġuta l-mobilizzazzjoni politika; jeżiġi li l-eżekuzzjonijiet jitwaqqfu immedjatament u l-piena tal-mewt tiġi abolita kompletament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddeplora l-eżekuzzjoni sigrieta tad-dissidenti f’Marzu u f’April tal-2026, b’mod partikolari tal-minorenni; jagħti ġieħ il-qlubija notevoli ta’ dawk iġġustizzjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha f’detenzjoni u akkontabbiltà għall-vjolenza mwettqa hemmhekk;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza kif l-arresti ta' Peyvand u Borna Naimi mill-komunità Baha'i juru għal darb'oħra r-repressjoni brutali tar-reġim kontra l-minoranzi u jitlob għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jespandi s-sanzjonijiet kontra uffiċjali Iranjani responsabbli għar-repressjoni, inklużi l-ġudikatura, l-amministrazzjoni tal-ħabsijiet, il-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-entitajiet assoċjati mal-Mexxej Suprem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappella għal sanzjonijiet fuq l-assi tal-IRGC u tal-membri tal-familja leali u biex id-dħul tagħhom fl-UE jiġi miċħud;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħlqu l-missjonijiet diplomatiċi Iranjani assoċjati mar-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħlqu l-lakuni fl-infurzar tas-sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-Missjoni ta’ tiftix tal-fatti tirċievi riżorsi adegwati u jikkondividu l-informazzjoni magħha u jistabbilixxu tribunal għall-Iran għall-finijiet ta’ akkontabbiltà u ġuriżdizzjoni universali fil-qrati Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jikkundanna l-blackout tal-internet impost fl-Iran u jitlob lill-UE u lis-sħab tal-istess fehma biex lill-Iranjani jipprovdulhom għodod għal aċċess sigur għall-internet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jqisu kif xieraq il-vulnerabbiltà tal-Iranjani ppersegwitati meta jipproċessaw każijiet taħt l-oqfsa legali nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jagħmlu d-drittijiet tal-bniedem, il-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha, it-tmiem tal-eżekuzzjonijiet, u l-akkontabbiltà għall-vittmi element ewlieni ta’ kwalunkwe impenn biex tintemm il-gwerra li tinsab għaddejja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>