<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0186</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet fl-Afganistan wara l-adozzjoni tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali għall-Qrati mit-Taliban</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0247, 0252, 0254, 0255 u 0258/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Mejju 2026 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet fl-Afganistan wara l-adozzjoni tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali għall-Qrati mit-Taliban (2026/2737(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi mill-ħtif illegali tal-poter min-naħa tat-Taliban fl-2021, in-nisa u l-bniet Afgani ġew soġġetti għal persekuzzjoni sistematika permezz ta’ aktar minn 150 editt, li jċaħħduhom mill-edukazzjoni lil hinn mis-sitt sena, l-impjieg, il-ġustizzja, il-libertà tal-moviment, il-kura tas-saħħa u l-ħajja pubblika;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fl-2026, it-Taliban adottaw il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali għall-Qrati (il-Kodiċi), li jikkriminalizza l-kritika tal-awtoritajiet u jagħti lill-imħallfin setgħat diskrezzjonali wiesgħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Kodiċi jnaqqar id-drittijiet tan-nisa billi jillegalizza l-vjolenza domestika, jikkriminalizza lin-nisa li jfittxu ħarsien mill-abbuż, jistituzzjonalizza l-piena korporali li tammonta għal tortura, jirrikonoxxi l-iskjavitù, jippreskrivi l-piena tal-mewt mingħajr garanziji ta’ proċess ġust, jagħti lill-irġiel miżżewġin awtorità diskrezzjonali biex jikkastigaw lil marthom f’każ ta’ “diżubbidjenza”, jissoġġetta lin-nisa li jħallu r-reliġjon Musulmana għal priġunerija indefinita, u jistituzzjonalizza d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, ir-reliġjon u l-istatus soċjali; billi ma jipprovdi l-ebda dritt għal rappreżentanza legali jew salvagwardji kontra l-konfessjonijiet furzati, u t-tneħħija ta’ mħallfin, prosekuturi u avukati nisa tħalli lin-nisa mingħajr rimedji, bi ksur tal-obbligi tal-Afganistan fl-ambitu tal-ICCPR, l-UNCAT u l-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tal-Iskjavitù;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-Taliban żiedu b’mod sinifikanti l-każijiet ta’ swat pubbliku u piena korporali, li twettqu fuq mill-inqas 170 mara fl-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-reġim tat-Taliban istituzzjonalizza l-persekuzzjoni tal-ġeneru u l-apartheid tal-ġeneru; billi l-QKI ħarġet mandati ta’ arrest kontra Akhundzada u Haqqani għad-delitt kontra l-umanità ta’ prosekuzzjoni abbażi tal-ġeneru;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-Kodiċi; jappella lir-reġim tat-Talibani biex iħassruh minnufih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiddikjara li r-reġim tat-Taliban istituzzjonalizza l-iskjavitù, l-apartheid tal-ġeneru u ż-żwieġ tat-tfal; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jindikaw dan fl-impenji diplomatiċi kollha u jappoġġjaw ir-rikonoxximent tagħhom bħala delitti kontra l-umanità fit-Trattat dwar id-Delitti Kontra l-Umanità propost;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob li jintemmu minnufih is-swat pubbliku, il-pieni korporali u l-eżekuzzjonijiet, u li jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha fuq in-nisa u l-bniet, il-persuni LGBTQ+, il-minoranzi reliġjużi u gruppi vulnerabbli oħra fil-ħajja pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrispettaw in-nonrikonoxximent u n-nonnormalizzazzjoni tat-Taliban, f’konformità mal-ħames punti ta’ riferiment tal-Kunsill; jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni li t-Taliban jiġu mistiedna Brussell u jitlob li ssir pressjoni fuq it-Taliban biex jerġgħu jistabbilixxu d-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet; itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-mandati ta’ arrest tal-QKI u jħeġġeġ lill-Istati Membri jinfurzawhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw il-mekkaniżmu investigattiv stabbilit mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jestendi s-sanzjonijiet globali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-mexxejja tat-Taliban responsabbli għall-persekuzzjoni tan-nisa u l-bniet, inklużi l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-appoġġ umanitarju għal dawk li qed jikkumbattu l-karestija fl-Afganistan ugħan-nisa difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, imħallfin, avukati, ġurnalisti, attivisti u għall-organizzazzjonijiet immexxija min-nisa Afgani, u jiżguraw li l-għajnuna tasal b’mod sikur għand in-nisa u l-bniet Afgani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri, lin-NU u lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Afganistan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>