<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0187</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-każijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent Andrie Yunus u Muhammad Rosidi fl-Indoneżja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0248, 0250, 0256, 0257 u 0264/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Mejju 2026 dwar il-każijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent Andrie Yunus u Muhammad Rosidi fl-Indoneżja (2026/2738(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Indoneżja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi f’Marzu 2026, Andrie Yunus, rappreżentant tal-Kummissjoni għall-Persuni li Għebu u għall-Vittmi ta’ Vjolenza (KontraS), ġie attakkat bl-aċtu f’Jakarta, wara li ffilmja podcast dwar ir-rimilitarizzazzjoni u l-istħarriġ ġudizzjarju fl-Indoneżja; billi erba’ membri tal-Aġenzija tal-Intelligence Strateġika Indoneżjana ġew akkużati quddiem qorti militari minkejja sejbiet kredibbli li jindikaw l-involviment ta’ awturi addizzjonali u ktajjen ta’ kmand possibbli, u għad hemm tħassib dwar it-trasferiment tal-każ minn ġuriżdizzjoni ċivili għal waħda militari;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-attivist ambjentali Muhammad Rosidi, li huwa persuna involuta f’kampanji kontra l-estrazzjoni u l-kuntrabandu illegali tal-landa, ukoll sfa vittma ta’ attakk bl-aċtu fi Frar 2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-ispazju ċiviku fl-Indoneżja qed jiddeterjora, u hemm repressjoni dejjem akbar kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, it-trejdjunjonisti, l-istudenti u l-attivisti ambjentali, kif ukoll diskriminazzjoni kontra l-minoranzi, miżuri repressivi kontra l-kritika, u vjolenza f’Papua u f’Papua tal-Punent; billi r-riformi legali reċenti jespandu s-setgħat militari fuq setturi ċivili inkluż permezz ta’ qrati militari, li jdgħajfu s-sorveljanza ċivili, jirrestrinġu l-libertajiet fundamentali u jirriskjaw li jsaħħu l-impunità;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Indoneżja għadha waħda mis-sħab strateġiċi tal-UE fl-Indo-Paċifiku u attur importanti fit-trawwim tas-sigurtà reġjonali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-attakki fuq Andrie Yunus u Muhammad Rosidi, u dwar ix-xejra usa’ ta’ vjolenza kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent fl-Indoneżja; jisħaq fuq ir-riskji li jiffaċċjaw id-difensuri ambjentali fl-Indoneżja, b’mod partikolari dawk li jesponu attivitajiet estrattivi illegali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet iwettqu investigazzjoni rapida, bir-reqqa, trasparenti u indipendenti taż-żewġ attakki u jipproċessaw lil dawk kollha li jiksru d-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-instigaturi, fil-qrati ċivili biex itemmu l-impunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar il-pjanijiet tal-gvern li jirriskjaw li jirrestrinġu aktar il-libertà tal-espressjoni, inklużi abbozzi ta’ liġijiet dwar id-diżinformazzjoni, ix-xandir u ċ-ċibersigurtà, kif ukoll pjanijiet biex jiġu skrinjati u ċċertifikati d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem biex jiġi ddeterminat min jikkwalifika għall-protezzjoni legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Indoneżja tikkunsidra mill-ġdid u temenda b’mod sostanzjali l-leġiżlazzjoni repressiva u tiggarantixxi ambjent sikur għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti ambjentali, it-trade unions u l-ġurnalisti, li jkun ħieles minn sorveljanza, fastidju u rappreżalji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jintensifikaw l-involviment mal-Indoneżja, inkluż fl-ogħla livell u f’fora internazzjonali, biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li qed tiddeterjora, b’mod partikolari f’Papua u f’Papua tal-Punent, inkluż permezz tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-Indoneżja bħala sieħeb strateġiku tal-UE u interlokutur ewlieni fl-indirizzar tal-isfidi reġjonali, li jvarjaw mis-sigurtà ekonomika u d-degradazzjoni ambjentali sas-sigurtà reġjonali u l-libertà tan-navigazzjoni; Jistieden lill-UE tinforza d-drittijiet tal-bniedem, l-impenji tax-xogħol u dawk ambjentali fir-relazzjonijiet kollha tagħha mal-Indoneżja; Jistieden lill-Kummissjoni tiffinanzja l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jisħaq fuq l-importanza li tiġi applikata diliġenza dovuta bir-reqqa tal-katina tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri tal-UE, u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Indoneżja
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>