<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0189</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku u t-triq ’il quddiem</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0121/2026 - Rapporteur: Isabella Lövin)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Mejju 2026 dwar il-pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku u t-triq ’il quddiem (2024/2127(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Artikoli 4, 43(3) u 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u l-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (il-PKS),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1139/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 fir-rigward ta’ tnaqqis tal-kapaċità tas-sajd fil-Baħar Baltiku, u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward tal-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd għall-flotot li jistadu għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent u l-aringi tal-Baltiku tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 400, 30.11.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1781/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/56/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2115/77 tas-27 ta’ Settembru 1977 li jipprojbixxi s-sajd dirett u l-ħatt l-art tal-aringi għal skopijiet industrijali mhux għall-konsum dirett mill-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 247, 28.9.1977, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1977/2115/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/147/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2021 dwar ir-residwi kimiċi fil-Baħar Baltiku, abbażi tal-Petizzjonijiet 1328/2019 u 0406/2020<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 506, 15.12.2021, p. 9.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: il-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar għal settur tas-sajd sostenibbli u reżiljenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5735, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5735/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Diċembru 2008 dwar l-adozzjoni ta’ “Pjan Ewropew ta’ kontroll tal-istokkijiet tal-marguni” sabiex jitnaqqas l-effett dejjem jiżdied tal-marguni fuq l-istokkijiet tal-ħut, is-sajd u l-akwakultura<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 21 E, 28.1.2010, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar l-azzjonijiet tal-UE kontra l-flotot mistura Russi u l-iżgurar ta’ infurzar sħiħ tas-sanzjonijiet kontra r-Russja (2024/2885(RSP))<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/809, 11.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/809/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030, stabbilita fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” (COM(2020)0380),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “Il-Patt Ewropew għall-Oċeani” (COM(2025)0281),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2023 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni tal-UE: Nipproteġu u nirrestawraw l-ekosistemi tal-baħar għal sajd sostenibbli u reżiljenti” (COM(2023)0102),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “Is-sajd sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2026” (COM(2025)0296),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni tal-ambjent marin taż-Żona tal-Baħar Baltiku tal-1992 (il-Konvenzjoni ta’ Helsinki), li daħlet fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2000, u l-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent Marin fil-Baħar Baltiku, magħrufa wkoll bħala l-Kummissjoni ta’ Helsinki (HELCOM),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Baħar Baltiku, u s-sejbiet tal-HELCOM dwar il-munizzjonijiet kimiċi mormija fil-baħar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE tal-11 ta’ Jannar 2024 fil-kawża C-330/22, <STRING ITALIC="on">Friends of the Irish Environment CLG</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Ministru għall-Agrikoltura, għall-Ikel u għall-Baħar, l-Irlanda</STRING><FOOTNOTE><FIELD> ECLI:EU:C:2024:19.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-analiżi tal-isfond mitluba mill-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament bit-titolu “The multiannual plan for the Baltic Sea – A change in management needed” (Il-pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku – Ħtieġa ta’ bidla fil-ġestjoni), ippubblikata mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Koeżjoni, l-Agrikoltura u l-Politika Soċjali f’Awwissu 2025<FOOTNOTE><FIELD> Analiżi tal-isfond – “The multiannual plan for the Baltic Sea – A change in management needed” (Il-pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku – Ħtieġa ta’ bidla fil-ġestjoni), il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Koeżjoni, l-Agrikoltura u l-Politiki Soċjali, id-Dipartiment Tematiku għall-Iżvilupp Reġjonali, l-Agrikoltura u s-Sajd, Awwissu 2025.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju ta’ Settembru 2025 tas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew bit-titolu “Evaluation of the Baltic Sea Multiannual Plan Regulation – European Implementation Assessment” (Evalwazzjoni tar-Regolament dwar il-Pjan Pluriennali tal-Baħar Baltiku – Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-29 ta’ Settembru 2025 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bit-titolu “Europe’s environment and climate: knowledge for resilience, prosperity and sustainability” (L-ambjent u l-klima tal-Ewropa: għarfien għar-reżiljenza, il-prosperità u s-sostenibbiltà),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-31 ta’ Ottubru 2023 tal-HELCOM bit-titolu “State of the Baltic Sea 2023 – Third HELCOM olistic assessment 2016-2021” (L-Istat tal-Baħar Baltiku 2023 – It-tielet valutazzjoni olistika tal-HELCOM 2016–2021),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-impenji tal-Istati skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, jiġifieri l-SDGs 3, 6 u 14,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-26 ta’ Novembru 2024 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) bit-titolu “Baltic Sea ecoregion – Ecosystem Overview” (L-ekoreġjun tal-Baħar Baltiku – Ħarsa Ġenerali lejn l-Ekosistema), Parir tal-ICES 2024, Taqsima 7.1,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-2022 tal-ICES bit-titolu “Workshop on ICES reference points (WKREF1)”<FOOTNOTE><FIELD> Rapporti Xjentifiċi tal-ICES. 4:2.</FIELD></FOOTNOTE> (Workshop dwar il-punti ta’ referenza tal-ICES (WKREF1)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-2022 tal-ICES bit-titolu “Workshop on ICES reference points (WKREF2)”<FOOTNOTE><FIELD> Rapporti Xjentifiċi tal-ICES. 4:68.</FIELD></FOOTNOTE> (Workshop dwar il-punti ta’ referenza tal-ICES (WKREF2)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-2023 tal-ICES bit-titolu “Workshop on guidelines and methods for the design and evaluation of rebuilding plans for category 1-2 stocks (WKREBUILD2)”<FOOTNOTE><FIELD> Rapporti Xjentifiċi tal-ICES. 5:112.</FIELD></FOOTNOTE> (Workshop dwar il-linji gwida u l-metodi għad-disinn u l-evalwazzjoni tal-pjanijiet ta’ bini mill-ġdid tal-istokkijiet tal-kategorija 1-2 (WKREBUILD2)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Novembru 2025 taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni bit-titolu “Scientific Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) – The 2025 Annual Economic Report on the EU Fishing Fleet (STECF-25-03 u STECF-25-07)” (Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) – Ir-Rapport Ekonomiku Annwali 2025 dwar il-Flotta tas-Sajd tal-UE (STECF-24-03 u STECF-24-07)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Settembru 2019 tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima bit-titolu “Special Report on the Ocean and Cryosphere in a Changing Climate” (Rapport Speċjali dwar l-Oċean u l-Krijosfera fi Klima li qed Tinbidel),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Settembru 2025 tas-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Ambjent tal-Baħar ta’ Copernicus bit-titolu “9th edition of the Copernicus Ocean State Report” (Id-9 edizzjoni tar-Rapport ta’ Copernicus dwar l-Istat tal-Oċeani),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-24 ta’ Settembru 2025 tal-Istitut ta’ Potsdam għar-Riċerka dwar l-Impatt Klimatiku bit-titolu “Planetary Health Check 2025: A Scientific Assessment of the State of the Planet” (Verifika tas-Saħħa tal-Pjaneta 2025: Valutazzjoni Xjentifika tal-Istat tal-Pjaneta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Programm tan-NU għall-Ambjent (UNEP) 2016 bit-titolu “Options for Ecosystem-based Adaptation (EBA) in Coastal Environments: A Guide for environmental managers and planners” (Għażliet ta’ Adattament ibbażat fuq l-Ekosistema fl-Ambjenti Kostali: Gwida għall-maniġers u l-pjanifikaturi ambjentali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1612 (2008) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-munizzjonijiet kimiċi mormija fil-Baħar Baltiku, u r-rapport ta’ akkumpanjament tat-28 ta’ April 2008,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u tal-ICES tat-18 ta’ Settembru 2025 bit-titolu “Adaptive science and coordinated governance for cross-sector action towards Baltic Sea recovery” (Xjenza adattiva u governanza kkoordinata għal azzjoni transsettorjali favur l-irkupru tal-Baħar Baltiku),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tat-28 ta’ April 2025 tal-Kumitat għas-Sajd bit-titolu “Dokument ta’ ħidma dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1139 (“pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku”)”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-“Framework for a European Management Plan for the Great Cormorant” (Qafas għal Pjan Ewropew ta’ Ġestjoni għall-Margun) tal-Kummissjoni Konsultattiva Ewropea għas-Sajd Intern u l-Akkwakultura tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura ta’ April 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A10-0121/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-pjan pluriennali tal-UE għas-sajd fil-Baħar Baltiku (ir-Regolament dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku), f’kuntest ta’ pressjonijiet ambjentali dejjem akbar fuq l-ekosistema tal-Baħar Baltiku, għen biex il-pressjoni tas-sajd tinżamm f’konformità mal-livelli tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY); billi, minkejja tnaqqis sinifikanti fl-isforz tas-sajd f’dawn l-aħħar ftit snin, xi stokkijiet tal-ħut iddeterjoraw minħabba taħlita ta’ pressjonijiet lil hinn mill-attività tas-sajd, inklużi l-ewtrofikazzjoni, l-enerġija lil hinn mill-kosta, l-impatti tal-predaturi, it-tniġġis, id-degradazzjoni fil-ħabitats u l-bidliet fl-ekosistemi xprunati mill-klima, li rriżultaw f’konsegwenzi soċjoekonomiċi sinifikanti għas-settur tas-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fl-2023, l-ekoreġjuni tal-Baħar Baltiku, tal-Baħar Ċeltiku u tal-Baħar tat-Tramuntana l-Kbir naqqsu l-pressjoni medja tas-sajd għal taħt il-livelli tar-rendiment massimu sostenibbli, b’mortalità mis-sajd ta’ 54 %, 48 % u 23 % taħt il-miri tar-rendiment massimu sostenibbli rispettivament, meta mqabbla mal-livelli ogħla mill-mira fl-2003; billi l-flotot tal-Baħar Baltiku tal-UE qattgħu 267 000 jum fuq il-baħar fl-2022, tnaqqis ta’ 8 % meta mqabbel mal-2021 u laħqu l-aktar livell baxx mill-2013;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-istokkijiet tal-bakkaljaw tal-Baltiku għadhom f’kundizzjoni estremament ħażina mingħajr ebda titjib previst fuq terminu qasir, minkejja li s-sajd immirat ilu magħluq mill-2019; billi l-ICES jistma li l-istokkijiet tal-bakkaljaw tal-Baltiku se jkomplu jiżviluppaw bil-mod, u dan juri tendenza ta’ tnaqqis meta mqabbel mas-snin preċedenti, inkluż minħabba raġunijiet ta’ kundizzjonijiet ambjentali negattivi; billi l-bakkaljaw għadu qed jinqabad bħala “qabda aċċessorja”;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-istokkijiet tas-salamun u tat-troti mhumiex koperti bir-Regolament dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku; billi hemm interkonnessjonijiet importanti bejn l-istokkijiet tas-salamun u tat-troti u dawk tal-aringi, speċjalment meta jitqiesu l-ekosistemi tal-ikel; billi l-ICES ilu mill-2022 tal-parir li jitwaqqfu l-qabdiet kummerċjali u rikreattivi kollha tas-salamun fil-baċir ewlieni minħabba l-eżistenza tas-sajd imħallat u l-fatt li s-salamun qed jinqabad minn diversi stokkijiet tax-xmajjar, inklużi stokkijiet mhedda;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi s-sajd kostali fuq skala żgħira jirrappreżenta 92 % tal-bastimenti li joperaw fil-Baħar Baltiku, u jħott l-art 7 % tal-piż totali iżda jammonta għal 22 % tal-valur tal-ħatt l-art, u b’hekk jipprovdi benefiċċji ekonomiċi u soċjali sinifikanti minħabba l-valur miżjud ogħla mill-medja ta’ dan is-segment tal-flotta; billi s-sajd jiddependi ħafna fuq id-disponibbiltà ta’ bijomassa tal-ħut kbira f’konformità mal-PKS u stokkijiet tal-ħut ġestiti b’mod sostenibbli, li huma kritiċi għall-vijabbiltà ekonomika tas-settur;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-flotta tas-sajd kostali fuq skala żgħira tal-Baltiku għandha aċċess għal kwoti tas-sajd iżgħar meta mqabbla ma’ operaturi akbar, u dan iwassal għall-marġinalizzazzjoni tas-segmenti fuq skala żgħira u n-negozji tas-sajd tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament PKS, “meta jallokaw opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi inklużi dawk ta’ natura ambjentali, soċjali u ekonomika”;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont valutazzjonijiet mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd tal-Kummissjoni, il-valur miżjud gross għas-sajjieda fuq skala żgħira fir-reġjun tal-Baħar Baltiku naqas drastikament minn mindu twaqqaf ir-Regolament dwar Regolament dwar il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku, u dan jhedded is-sigurtà tal-ikel u jżid id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet; billi t-telf tal-provvista tal-ħut li joriġina mill-UE jżid id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE u jdgħajjef ir-reżiljenza tas-suq; billi kien hemm tnaqqis kontinwu fl-għadd ta’ bastimenti tas-sajd attivi fil-Baħar Baltiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi t-tisħiħ tal-komunitajiet kostali tal-Baltiku u l-appoġġ għas-sajd lokali, b’mod partikolari s-sajd fuq skala żgħira, huma essenzjali wkoll biex titnaqqas din id-dipendenza u tiġi żgurata s-sostenibbiltà ekonomika u soċjali tal-kosta tal-Baltiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi aġġornamenti regolari dwar il-qabdiet u l-valur miżjud gross tas-settur tas-sajd rikreattiv, inkluż is-sajd rikreattiv marin, jippermettu l-valutazzjoni komprensiva tal-impatt ġenerali tal-kriżi tal-ekosistema li għaddejja bħalissa fuq il-partijiet ikkonċernati kollha tas-sajd fir-reġjun tal-Baħar Baltiku<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/2842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 u (KE) Nru 1005/2008 u r-Regolamenti (UE) 2016/1139, (UE) 2017/2403 u (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll tas-sajd (ĠU L, 2023/2842, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2842/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; billi s-sajd rikreattiv għandu valur soċjali u ekonomiku konsiderevoli anke lil hinn minn termini monetarji u s-sajjieda jistgħu jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ restawr u għall-protezzjoni tan-natura; billi s-sajd rikreattiv jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi tal-ħut u l-Istati Membri għandhom, għalhekk, jiżguraw li dawn jitwettqu b’mod li jkun kompatibbli mal-objettivi tal-PKS; billi s-sajjieda rikreattivi huma wkoll utenti leġittimi tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-aktar valutazzjoni reċenti fl-UE kollha tal-valur soċjoekonomiku tas-settur tas-sajd rikreattiv marin (MRF) tmur lura għall-2017, u r-rakkomandazzjonijiet tagħha għadhom ma ġewx implimentati biex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal ta’ din l-attività b’impatt baxx bħala komponent rikonoxxut tal-istrateġija tal-UE għall-ekonomija blu; billi d-data disponibbli tindika li huwa stmat li bejn 8 u 10 miljun ċittadin tal-UE huma involuti fis-settur tas-sajd rikreattiv; billi fir-reġjun tal-Baħar Baltiku, dan jikkostitwixxi attività soċjoekonomika kbira, li tiġġenera kontribuzzjoni ekonomika ta’ madwar EUR 1,5 biljun u tappoġġja l-ħolqien ta’ aktar minn 14 000 impjieg ekwivalenti għall-full-time (FTE);
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Baħar Baltiku jifforma l-bażi tal-għajxien u l-identità kulturali ta’ eluf ta’ familji; billi s-sajd huwa parti mill-wirt soċjali, kulturali u ekonomiku tar-reġjun li ilu għaddej sekli sħaħ; billi r-restrizzjonijiet fuq is-sajd għandhom jiġu implimentati b’mod li ma jagħmilhiex impossibbli li jitmexxa negozju kostali lokali li jipprovdi ħut frisk lill-konsumaturi ħalli tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, u jiġi evitat l-għajbien eventwali ta’ okkupazzjonijiet relatati mas-sajd, li konsegwentement iwassal biex l-abitanti jitilqu miż-żoni kostali;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Baħar Baltiku huwa affettwat minn pressjonijiet multipli kkawżati mill-bniedem, inklużi t-tisħin globali, it-tniġġis residwu, il-munizzjonijiet kimiċi, l-ewtrofikazzjoni, il-kundizzjonijiet ambjentali li qed jinbidlu, u d-degradazzjoni fit-tul, u huwa partikolarment vulnerabbli minħabba l-baċir tal-baħar batimetrikament baxx tiegħu bi speċijiet ġenetikament uniċi adattati biex jgħixu f’ilma salmastru b’livelli baxxi naturali ta’ salinità u ossiġenu, u l-iskambju limitat tal-ilma tiegħu mal-Baħar tat-Tramuntana u stratifikazzjoni vertikali qawwija; billi dawn il-kundizzjonijiet partikolari jeħtieġu approċċi ta’ ġestjoni mfassla apposta għall-ispeċifiċitajiet reġjonali; billi l-istokkijiet tal-ħut fil-Baltiku komplew jonqsu wkoll minħabba dawn il-pressjonijiet, inklużi l-iżbilanċi tal-predaturi, li kellhom impatt fuq ir-reklutaġġ, filwaqt li f’dawn l-aħħar ftit snin seħħ tnaqqis sinifikanti fl-isforz tas-sajd; billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu indirizzati dawn l-isfidi ambjentali addizzjonali biex jiġu appoġġjata l-irkupru u s-sostenibbiltà fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi pressjonijiet multipli li jikkoinċidu inklużi l-attività tas-sajd, l-agrikoltura, l-ilma tax-xeba’ tal-forestrija, l-ewtrofikazzjoni, it-tnaqqis tal-ossiġenu, it-tniġġis kimiku u l-popolazzjonijiet dejjem jikbru tal-predaturi marini, flimkien mal-iskariku tal-ilma mormi, joħolqu pressjonijiet kbar fuq l-ekosistema permezz ta’ arrikkiment tan-nutrijenti u organiku u tfixkil fix-xibka alimentari; billi dan jaffettwa s-sajd fl-ekoreġjun kollu tal-Baħar Baltiku; billi sar progress fit-tnaqqis tal-inputs tan-nutrijenti u s-sustanzi perikolużi, iżda l-influwenza kkombinata għadha taffettwa l-istokkijiet tal-ħut, is-sopravivenza tal-larvi u tal-ħut żgħir, u huwa meħtieġ aktar sforz f’dan ir-rigward mis-setturi kollha li jikkontribwixxu għal tali influwenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-parks eoliċi lil hinn mill-kosta (OWF) huma fost l-industriji fuq il-baħar li qed jikbru bl-aktar rata mgħaġġla, bi previżjonijiet li jissuġġerixxu li l-kapaċità se tiżdied b’mod sostanzjali; billi l-parks eoliċi lil hinn mill-kosta jipprovdu kemm benefiċċji, bħall-kenn għall-ispeċijiet tal-ħut, iżda wkoll riskji għall-bijodiversità skont l-istadju tal-iżvilupp, il-post u d-disinn;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE inizjalment uriet li rnexxielha tnaqqas il-livelli tan-nitroġenu fl-ilmijiet tal-UE u tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD), li jinkludu, b’mod speċjali, il-minimizzazzjoni tal-ewtrofikazzjoni kkawżata mill-bniedem u l-effetti negattivi tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-impatti tat-tisħin tal-ilma baħar xprunati mit-tibdil fil-klima globali u aggravati minn attivitajiet ibbażati fuq l-art huma partikolarment rapidi fil-Baħar Baltiku, li qed jisħon b’rata li hija d-doppju tal-medja globali tal-oċeani, u mistennija jwasslu għal aktar konsegwenzi mifruxa u fil-biċċa l-kbira mhux magħrufa, inklużi t-tnaqqis tal-ossiġenu u t-tfixkil kontinwu taċ-ċiklu riproduttiv futur tal-popolazzjonijiet tal-ħut u d-distribuzzjoni tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi huwa importanti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-UE fil-Baltiku u jtejbu l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-konvenzjoni dwar ibħra reġjonali HELCOM sabiex jiġi indirizzat il-falliment tal-ekosistema fil-Baħar Baltiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi fl-istabbiliment tal-qabdiet totali permissibbli (TACs) għall-2026, l-Istati Membri bbilanċjaw b’mod effettiv is-sostenibbiltà ambjentali mas-sostenibbiltà soċjoekonomika, u żammew livell minimu ta’ attività filwaqt li komplew jappoġġjaw l-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut; billi xi stokkijiet tal-ħut tal-Baltiku qed jiddeterjoraw minkejja tnaqqis enormi fl-isforz tas-sajd; billi l-MSFD tirrikjedi l-Istati Membri jiksbu status ambjentali tajjeb permezz ta’ xbieki alimentari bbilanċjati, u stokkijiet b’daqs u distribuzzjoni tal-età b’saħħithom kif ukoll li jindirizzaw il-kontaminanti, l-ewtrofikazzjoni, l-ispeċijiet invażivi, l-iskart fil-baħar, it-tniġġis mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, inkluż l-istorbju taħt l-ilma, u t-tibdil fil-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi għall-Baħar Baltiku, il-Kummissjoni, wara li talbet il-parir tal-ICES, qed tipproponi – u l-Istati Membri qed jistabbilixxu – kwoti tal-qabdiet aċċessorji, għalkemm l-ICES jirrakkomanda “qabdiet żero”;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi r-regoli eżistenti dwar il-flessibbiltà minn sena għall-oħra, kif minquxa fil-PKS, jaffettwaw il-ġestjoni sostenibbli tal-kwoti; billi l-Kunsill, f’xi każijiet, iddeċieda li ma jużax din il-possibbiltà minħabba sitwazzjonijiet kritiċi ta’ stokkijiet; billi hija meħtieġa gwida, b’mod partikolari għal każijiet ta’ stokkijiet f’kundizzjoni kritika, għall-Baħar Baltiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi r-rappurtar ħażin u l-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità huma kwistjonijiet kontinwi fis-sajd tal-Baltiku u għandhom jiġu indirizzati kif xieraq permezz tal-implimentazzjoni tar-Regolament rivedut dwar il-Kontroll tas-Sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-implimentazzjoni effettiva tal-obbligu ta’ ħatt l-art fil-Baħar Baltiku għadha qed tiffaċċja sfidi prattiċi; billi l-Istati Membri jeħtiġilhom jaġixxu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-PKS u tar-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd, inklużi d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod (REM);
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-istabbiliment ta’ kwoti tas-sajd għal sena waħda biss ixekkel l-ippjanar ekonomiku, tal-investiment u tal-impjiegi fis-settur tas-sajd; billi qafas ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet pluriennali bbażat fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli jagħti lok għal ġestjoni aktar stabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi d-denfil iswed tal-Baħar Baltiku jinsabu f’riskju ta’ estinzjoni u fadal biss ftit mijiet minn dawn l-annimali<FOOTNOTE><FIELD> https://helcom.fi/wp-content/uploads/2025/06/Red-List-II-species-2025.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; billi din l-ispeċi tinsab mhedda kontinwament minn “qabdiet aċċessorji”, kontaminanti ambjentali, tnaqqis tal-priża u disturbi mill-istorbju taħt l-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-ħut tal-foraġġ għandu rwol vitali għax-xbieki alimentari tal-baħar u għall-ekosistemi tal-Baħar Baltiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi s-sajd għall-produzzjoni tal-frakass tal-fdal tal-ħut u taż-żejt tal-ħut ġie awtorizzat fir-reġjun tal-Baħar Baltiku fl-1995 meta oriġinarjament kienu permessi eċċezzjonijiet biss “dment li tali sajd ma jinvolvix riskji ta’ ħsara ekoloġika irriversibbli” kif deskritt fit-Trattat bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Iżvezja, li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja mal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 241, 29.8.1994, p. 9.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi ħafna Stati Membri tal-Baħar Baltiku introduċew sistemi ta’ kwoti trasferibbli individwali (ITQs) kif disponibbli fl-ambitu tal-PKS; billi dan iffavorixxa lill-operaturi l-kbar; billi l-impatt fuq l-istruttura tal-istokk huwa primarjament iddeterminat mill-irkaptu u mit-tekniki tas-sajd użati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-effettività tar-Regolament dwar il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku fl-ilħuq tal-għanijiet ekoloġiċi u soċjoekonomiċi ġenerali tiegħu kienet limitata ħafna; billi n-nuqqas ta’ restawr tal-istokkijiet tal-ħut għal livelli ogħla minn dawk ta’ referenza, l-integrazzjoni dgħajfa tal-kunsiderazzjonijiet tal-ekosistema u l-applikazzjoni insuffiċjenti ta’ approċċ prekawzjonarju meta jiġu stabbiliti l-kwoti dgħajfu l-progress; billi n-nuqqas ta’ approċċi ta’ politika olistiċi kompla jikkomplika l-ħidma biex tiġi evitata degradazzjoni ulterjuri u jiġi appoġġjat Baħar Baltiku aktar reżiljenti; billi s’issa l-valur miżjud f’termini ta’ kooperazzjoni reġjonali kien baxx, inbdew ftit rakkomandazzjonijiet konġunti mill-Istati Membri u d-dispożizzjonijiet ta’ reġjonalizzazzjoni tar-regoli tas-sajd tal-UE mhumiex qed jintużaw sabiex il-miżuri ta’ ġestjoni jiġu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-Baħar Baltiku; billi l-involviment u l-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha kienu insuffiċjenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi ċerti valutazzjonijiet tal-ispeċijiet individwali u pariri xjentifiċi, fil-kuntest tal-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi u li qed jinbidlu b’mod dinamiku fil-Baħar Baltiku, irriżultaw fi stima strutturali eċċessiva tal-kapaċità riproduttiva tal-istokk u d-daqs totali tal-istokk, u dan jaffettwa ħafna r-riżorsi u l-kapaċità ta’ ġestjoni u operattiva tas-settur tas-sajd tal-Baltiku, u juri l-ħtieġa ta’ aktar approċċi speċifiċi għall-baċiri tal-baħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi t-talbiet tal-Kummissjoni għal parir dwar il-Baħar Baltiku mill-ICES s’issa ma talbux li jiġu kkunsidrati l-fatturi ambjentali, inklużi d-defiċits tal-ossiġenu jew id-disponibbiltà tal-ikel, li jistgħu jaffettwaw l-istat tal-istokkijiet, u lanqas ma inkludew biżżejjed il-ħtieġa li jiġu enfasizzati l-kunsiderazzjonijiet tar-riskji; billi t-talbiet għandhom jittejbu kontinwament, inkluża komunikazzjoni aħjar tal-inċertezza tad-data mill-ICES, sabiex jirriflettu aħjar il-kwalità tal-valutazzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-istruttura ġenetika tal-popolazzjonijiet u tas-sottopopolazzjonijiet tal-istokkijiet sfruttati kummerċjalment mhijiex magħrufa bis-sħiħ u għandha tiġi investigata aktar mill-ICES, pereżempju permezz ta’ sejħiet għad-data lill-Istati Membri tal-Baħar Baltiku, biex tittejjeb il-bażi tal-għarfien dwar l-istrutturi tal-popolazzjoni rilevanti fir-reġjun;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi f’Settembru 2025, l-ICES, flimkien mad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd tal-Kummissjoni, iddikjara li għall-Baħar Baltiku l-“ġestjoni uniformi tradizzjonali ta’ speċijiet individwali ma għadhiex biżżejjed biex tindirizza l-kumplessitajiet osservati”;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-HELCOM qed tiżviluppa mapep tar-riskju ambjentali li jkopru żoni partikolarment vulnerabbli għall-ewtrofikazzjoni, għall-anossija u għas-sedimenti tossiċi tal-qiegħ, li jipprovdu informazzjoni dwar fejn għandha tingħata prijorità lill-istabbiliment ta’ żoni protetti u perjodi possibbli ta’ għeluq tas-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-parir xjentifiku għall-Baħar Baltiku għandu jittejjeb biex jiġu evitati stimi strutturali eċċessivi tal-produttività u tad-daqs tal-istokk, limiti ta’ qbid mhux dovuti u inċertezza għan-negozji;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi f’konformità mal-Artikolu 43(3) tat-TFUE, id-deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment tal-qabdiet totali permissibbli (TACs) u opportunitajiet oħra tas-sajd huma kompetenza esklużiva tal-Kunsill u, għalhekk, tal-Istati Membri; billi dawn id-deċiżjonijiet iridu jqisu bis-sħiħ l-aħħar data xjentifika u d-diversità tal-kundizzjonijiet ambjentali fir-reġjun tal-Baħar Baltiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi xi pajjiżi mhux tal-UE inklużi l-Kanada, New Zealand u l-Awstralja japplikaw sistemi ta’ ġestjoni differenti bbażati fuq ix-xjenza bi gradi differenti ta’ prekawzjoni meta mqabbla mal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi ż-żoni marini protetti (MPAs) ġestiti b’mod effettiv u konnessi tajjeb huma għodod siewja fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima kif ukoll għal għanijiet usa’ bħall-bijodiversità, ir-reżiljenza u s-saħħa tal-ekosistema; billi r-restawr tal-ekosistemi kostali veġetati bħall-bwar mareali u l-alki tal-qiegħ (ekosistemi tal-karbonju blu kostali) jista’ jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima permezz ta’ żieda fis-sekwestru tal-karbonju;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 tal-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku rigward id-deċiżjonijiet dwar it-TAC, ir-regoli tekniċi u l-miżuri ta’ rimedju ma kinitx suffiċjenti; billi meta ttieħdu azzjonijiet “biex jiżguraw ir-ripristinament malajr tal-istokk ikkonċernat għal livelli ogħla minn dawk li kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli”, dawn ma laħqux l-għan tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi filwaqt li r-Regolament dwar il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku huwa maħsub biex ikun qafas flessibbli li għandu jiġi aġġustat skont approċċ reġjonalizzat, tali bidliet kellhom suċċess limitat, sa ċertu punt anki b’riżultat tal-implimentazzjoni limitata tal-leġiżlazzjoni rilevanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AO.</NO.P>billi diversi regolamenti tal-UE msemmija fir-Regolament dwar il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku jistipulaw kif għandhom jiġu evitati r-riskji, u jiġu vvalutati l-istokkijiet u l-komponenti tal-ekosistema b’saħħithom;
</CONS><CONS>
<NO.P>AP.</NO.P>billi s-sajd tax-xitwa għal speċijiet pelaġiċi matul il-perjodu ta’ tkabbir intensiv u ta’ akkumulazzjoni ta’ riżervi tal-enerġija tagħhom qabel ibidu jdgħajjef il-kapaċità riproduttiva tal-istokkijiet, peress li l-ħut nisa mċaħħda minn nutrizzjoni adegwata jipproduċu anqas bajd u bajd li ma jkunx żviluppat sew, u dan jillimita s-suċċess riproduttiv u jxekkel l-irkupru tal-popolazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AQ.</NO.P>billi fl-2023 ir-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament appella għal approċċ prammatiku u bbilanċjat għaż-żoni marini protetti, filwaqt li rrikonoxxa d-diversità tagħhom f’termini ta’ daqs, speċijiet u objettivi ta’ konservazzjoni, issottolinja l-ħtieġa li jiġi evitat approċċ “kulħadd f’keffa waħda” u enfasizza li tali politiki jridu jqisu bir-reqqa l-impatt soċjoekonomiku fuq il-komunitajiet kostali, ikunu bbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli fuq bażi ta’ każ b’każ, u jiżguraw l-involviment attiv tas-sajjieda fit-tfassil u fil-ġestjoni taż-żoni marini protetti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AR.</NO.P>billi s-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE dwar it-TACs bħalissa tiddistingwi bejn il-ġestjoni tal-ispeċijiet fil-mira u l-ħtiġijiet ta’ protezzjoni ta’ speċijiet oħra filwaqt li timmira li tapplika approċċ prekawzjonarju, sabiex jintlaħaq u jinżamm status ta’ ekosistema b’saħħitha;
</CONS><CONS>
<NO.P>AS.</NO.P>billi ekosistema funzjonali kif definita fid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina tirrikjedi li l-elementi kollha tax-xbieki alimentari tal-baħar, sal-punt li jkunu magħrufa, iseħħu f’abbundanza u diversità normali u f’livelli li kapaċi jiżguraw l-abbundanza fit-tul tal-ispeċijiet u ż-żamma tal-kapaċità riproduttiva sħiħa tagħhom, kif deskritt fl-Anness I tal-MSFD;
</CONS><CONS>
<NO.P>AT.</NO.P>billi l-ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema hija definita mill-UNEP bħala “l-ġestjoni tal-attivitajiet tal-bniedem u l-impatti tagħhom fuq l-ekosistemi u r-riżorsi naturali abbażi tal-kunsiderazzjoni tal-ekosistema kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>AU.</NO.P>billi d-diskussjonijiet preparatorji dwar id-deċiżjonijiet dwar it-TACs isiru fil-Forum dwar is-Sajd fil-Baħar Baltiku (BALTFISH); billi r-reġjonalizzazzjoni tagħti lok għall-ġestjoni flessibbli tal-baċiri tal-baħar tal-UE; billi l-BALTFISH jista’ jressaq “rakkomandazzjonijiet konġunti” rigward miżuri speċifiċi li għandhom jiġu ssimplifikati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AV.</NO.P>billi s-sostenibbiltà fit-tul tas-settur tas-sajd tal-Baltiku tiddependi mill-integrazzjoni tal-objettivi ambjentali, ekonomiċi u soċjali, filwaqt li jiġi żgurat li l-miżuri ta’ ġestjoni jissalvagwardjaw l-impjiegi, il-koeżjoni reġjonali u l-provvista alimentari fiż-żoni kostali; billi l-għarfien reġjonali u lokali, inkluż dak tas-sajjieda u tal-komunitajiet kostali, jirrappreżenta komponent essenzjali ta’ ġestjoni effettiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>AW.</NO.P>billi diversi rapporti ta’ politika u xjentifiċi jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ approċċ imtejjeb u aktar koerenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-applikazzjoni ta’ approċċ kompletament olistiku; billi l-kisba ta’ tali approċċ kienet l-għan tad-dikjarazzjoni ministerjali<FOOTNOTE><FIELD> https://commission.europa.eu/document/download/486161f4-241f-4388-b10e-22f4711acd16_en?filename=ministerial_declaration_our_baltic_conference.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> mill-konferenzi “Il-Baltiku Tagħna”; billi r-riżultati konkreti minn dawk il-konferenzi u d-dikjarazzjoni kienu limitati, speċjalment f’termini ta’ progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AX.</NO.P>billi l-Patt Ewropew għall-Oċeani, li jħabbar il-proposta leġiżlattiva li jmiss għal Att dwar l-Oċeani, għandu l-ambizzjoni li jipprovdi qafas olistiku biex jiċċara l-interkonnessjonijiet u l-prijoritajiet tal-politiki eżistenti dwar l-oċeani;
</CONS><CONS>
<NO.P>AY.</NO.P>billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri ma ħadux azzjoni suffiċjenti biex jipproteġu u jirrestawraw l-ekosistemi tal-Baħar Baltiku kontra theddid addizzjonali bħat-tniġġis, l-ewtrofikazzjoni u t-tibdil fil-klima; billi tali pressjonijiet huma ta’ natura transkonfinali u kumulattiva u għalhekk jeħtieġu azzjoni koordinata fil-livell internazzjonali u tal-UE; billi t-tranżizzjoni lejn attivitajiet ekonomiċi b’impatt baxx u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju tista’ tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih;
</CONS><CONS>
<NO.P>AZ.</NO.P>billi l-predazzjoni naturali tifforma parti mill-ekosistema Baltika; billi hemm popolazzjoni dejjem tikber ta’ ċerti speċijiet protetti fil-Baħar Baltiku bħall-foki griżi (<STRING ITALIC="on">Halichoerus grypus</STRING>) u l-marguni kbar (<STRING ITALIC="on">Phalacrocorax carbosinensis</STRING>); billi l-foki u l-marguni jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sopravivenza tal-merluzz żgħir, b’mod partikolari għall-Bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent, kif ukoll fuq l-akkwakultura u l-irkaptu tas-sajd; billi l-evidenza xjentifika turi li fil-biċċa l-kbira ikollhom impatt lokalizzat speċifiku għall-ispeċijiet u għall-istokkijiet fuq il-popolazzjonijiet tal-ħut, ; billi l-fatturi kollha li jaffettwaw il-popolazzjonijiet tal-ħut għandhom jitqiesu sabiex jinbnew mill-ġdid l-istokkijiet tal-ħut tal-Baħar Baltiku; billi approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd għandu jintegra wkoll il-fatturi ambjentali; billi l-indirizzar ta’ dawn l-interazzjonijiet jirrikjedi miżuri ta’ ġestjoni mmirati u effettivi bbażati fuq l-aqwa xjenza disponibbli u djalogu mal-partijiet ikkonċernati kollha; billi fir-rigward tal-adozzjoni ta’ pjan Ewropew ta’ ġestjoni tal-marguni li għandu l-għan li jimmitiga l-impatt dejjem jikber tal-marguni fuq l-istokkijiet tal-ħut, is-sajd u l-akkwakultura, il-Parlament iddeskriva sensiela ta’ miżuri potenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi kontinwi ppreżentati mill-popolazzjonijiet tal-marguni;
</CONS><CONS>
<NO.P>BA.</NO.P>billi l-Kummissjoni qed tivvaluta r-reġim tal-Unjoni Ewropea dwar il-foki; billi matul konsultazzjoni pubblika mill-Kummissjoni kien hemm opinjoni qawwija kontra t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-foki u tħassib dwar il-kaċċa għall-foki<FOOTNOTE><FIELD> https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/14031-Trade-in-seal-products-fitness-check-of-EU-rules/public-consultation_mt.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>BB.</NO.P>billi, minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, għexieren ta’ eluf ta’ tunnellati ta’ armi konvenzjonali u kimiċi li fihom sustanzi perikolużi, inklużi aġenti tal-gwerra kimika bħall-mustarda tal-kubrit (gass tal-mustarda), il-gass tad-dmugħ u aġenti paralitiċi konvulżivi, qed jirrilaxxaw gradwalment sustanzi kimiċi perikolużi fl-ambjent marin b’riżultat ta’ korrużjoni progressiva, u dan qed iwassal għall-kontaminazzjoni tiegħu, ħsara lill-ekosistemi u telf tal-bijodiversità, u qed joħloq ukoll theddida għas-saħħa tal-bniedem u għall-attivitajiet ekonomiċi dipendenti mill-baħar, inklużi s-sajd, it-trasport, l-estrazzjoni tal-materja prima u l-iżvilupp tal-enerġija tal-baħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>BC.</NO.P>billi kwalunkwe tnixxija minn faċilitajiet tal-ħażna tas-sustanzi kimiċi tista’ twassal għall-kontaminazzjoni rapida ta’ parti kbira mill-Baħar Baltiku, li tkun taqbeż il-kapaċitajiet ta’ pajjiżi individwali u tirrikjedi rispons ikkoordinat mill-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>BD.</NO.P>billi r-rimedjazzjoni ta’ qiegħ il-baħar tal-Baħar Baltiku, inkluża t-tneħħija tal-armi kimiċi, il-merkanziji tossiċi u s-sustanzi radjuattivi, jirrikjedi pjan fit-tul u finanzjarjament sigur żviluppat fil-livell tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>BE.</NO.P>billi l-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut tal-Baħar Baltiku hija kkumplikata wkoll minħabba lakuni fid-data li jirriżultaw min-nuqqas ta’ rapportar tad-data mir-Russja, u dan iżid l-inċertezza xjentifika u jimmina l-ġestjoni effettiva tas-sajd reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>BF.</NO.P>billi r-Russja tiddeċiedi unilateralment dwar il-kwoti, tinjora l-parir xjentifiku u tistabbilixxi b’mod konsistenti kwoti li jaqbżu r-rendiment massimu sostenibbli, u dan potenzjalment jipperikola l-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut tal-Baħar Baltiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>BG.</NO.P>billi l-attività tal-hekk imsejħa flotta mistura tar-Russja żdiedet mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; billi din il-flotta topera bastimenti li għadda żmienhom li ma jissodisfawx l-istandards ta’ sikurezza u jintużaw għat-trasport taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti petroliferi madwar il-Baħar Baltiku, b’kunsiderazzjoni minima għall-istandards ta’ sikurezza, ambjentali u regolatorji, u toħloq riskju serju għall-ambjent marin u għas-sajd reġjonali minħabba l-bastimenti tagħha li qed jiqdiemu u jinżammu ħażin, u dan iqajjem ukoll tħassib fir-rigward tas-sajd fil-kuntest tal-irkupru meħtieġ tal-istokkijiet tal-ħut tal-Baħar Baltiku u s-sigurtà ġenerali tal-Baħar Baltiku, bil-potenzjal ta’ konsegwenzi katastrofiċi, fil-każ ta’ tixrid taż-żejt, li jistgħu jaffettwa lill-pajjiżi kollha fir-reġjun;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Azzjonijiet urġenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw l-użu effettiv tal-għodod legali u ta’ ġestjoni eżistenti kollha disponibbli, inklużi miżuri mmirati, bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq ix-xjenza kif ukoll konsultazzjoni effettiva mal-partijiet ikkonċernati, biex jiġi evitat kwalunkwe tnaqqis ulterjuri fl-istokkijiet tal-ħut tal-Baħar Baltiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri jivvalutaw kif evolviet id-distribuzzjoni tal-kwoti fost is-segmenti tal-flotot fil-Baħar Baltiku u jiddeterminaw jekk teżistix rabta kawżali bejn il-pressjoni fuq ir-riżorsi u l-politika nazzjonali ta’ distribuzzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex meta jimplimentaw ir-Regolament dwar il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku jimxu lejn fażi ta’ rkupru u bini mill-ġdid għall-istokkijiet tal-ħut, jieħdu miżuri u azzjonijiet ibbażati fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, kif ukoll jieħdu azzjonijiet interkonnessi potenzjali oħra relatati ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE jew nazzjonali biex jindirizzaw il-fatturi ta’ stress kollha fuq l-istokkijiet tal-ħut; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, meta jimplimentaw il-fażi ta’ rkupru u ta’ bini mill-ġdid imsemmija hawn fuq, jikkunsidraw miżuri ta’ rimedju bbażati fuq l-aqwa xjenza disponibbli bħas-sospensjoni tas-sajd immirat għal xi stokkijiet fil-Baħar Baltiku kif previst fil-pjan ta’ ġestjoni pluriennali, filwaqt li jevitaw miżuri li jistgħu jimminaw l-istabbiltà soċjoekonomika tal-komunitajiet kostali sabiex jiżguraw li l-attivitajiet tas-sajd għall-konsum mill-bniedem jibqgħu sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob il-mobilizzazzjoni tal-appoġġ soċjali u finanzjarju, inkluż l-appoġġ għall-komunitajiet affettwati, investiment lokali, kumpens temporanju u għajnuna tranżitorja għas-sajjieda f’konformità mar-regoli tal-UE biex tiġi evitata tbatija bla bżonn u jiġi ppreservat il-wirt kulturali; jinnota li filwaqt li l-miżuri temporanji jindirizzaw it-tħassib ekoloġiku immedjat, l-għodod ta’ waqfien permanenti huma mfassla biex jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd skont l-opportunitajiet tas-sajd fit-tul; jappella għalhekk għal separazzjoni ċara bejn il-waqfien temporanju u dak permanenti fl-iskemi ta’ appoġġ; jirrikonoxxi li l-intrapriżi tas-sajd fuq skala żgħira u medja tal-Baltiku ma rċevew l-ebda kumpens ekonomiku adegwat għat-telf imġarrab sa mill-għeluq tas-sajd immirat għall-bakkaljaw fl-2019; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi fond iddedikat għall-irkupru u t-tranżizzjoni tas-sajd tal-Baltiku biex tappoġġja r-ristrutturar tal-flotta, il-modernizzazzjoni tat-teknoloġija, il-kumpens għat-telf ikkawżat minn projbizzjonijiet tas-sajd speċifiċi għall-ispeċijiet, u l-preservazzjoni tal-komunitajiet tas-sajd kostali u l-wirt kulturali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq li kwalunkwe miżura li tikkonċerna l-irkupru tal-istokkijiet trid tqis il-kundizzjonijiet idroloġiċi u kimiċi uniċi u speċifiċi għall-baċir tal-Baħar Baltiku, bħala baħar salmastru nofsu magħluq ikkaratterizzat minn skambju limitat tal-ilma, żoni anossiċi u kontaminazzjoni persistenti tas-sediment li huma speċifiċi għal dan il-baċir u mhux komparabbli ma’ dawk ta’ baċiri tal-baħar oħra tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jadotta qabdiet totali permissibbli li jkunu allinjati bis-sħiħ mal-approċċ ta’ prekawzjoni, filwaqt li jqis il-vulnerabbiltà tal-ekosistemi tal-Baħar Baltiku, il-fatturi soċjoekonomiċi, u r-rati ta’ rkupru bil-mod tal-istokkijiet kif ukoll l-inċertezza xjentifika tal-pariri; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra bir-reqqa l-aspetti soċjoekonomiċi meta tivvaluta l-pjan ta’ ġestjoni pluriennali attwali; jissottolinja l-ħtieġa ta’ approċċ ibbilanċjat bejn il-fatturi ambjentali u soċjoekonomiċi, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament PKS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li l-istabbiliment ta’ kwoti pluriennali bbażati fuq l-aqwa xjenza disponibbli jistgħu jagħtu lill-ekosistemi marini fil-Baħar Baltiku żmien biex jirkupraw u jipprovdu lin-negozji bl-istabbiltà li jeħtieġu biex jippjanaw l-investimenti, iżommu l-impjiegi u jżommu l-infrastruttura tal-portijiet, u jappoġġjaw it-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur tas-sajd; jissottolinja li instabbiltà regolatorja fit-tul twassal għal diżinvestiment, telf ta’ kapaċità tal-produzzjoni u l-għajbien ta’ intrapriżi tas-sajd tal-familja, li jikkostitwixxu telf soċjoekonomiku irriversibbli għall-komunitajiet kostali tal-Baltiku; jisħaq li l-iżvilupp ta’ tali miżuri ta’ ġestjoni għandu jinkludi konsultazzjoni effettiva, f’waqtha u sistematika mal-partijiet ikkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, filwaqt li jqisu n-nuqqasijiet tar-Regolament dwar il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku f’termini tal-ilħuq tal-objettivi ekoloġiċi u soċjoekonomiċi tiegħu, jikkunsidraw li jniedu miżuri f’konformità mal-Artikoli 12 u 13 tal-PKS kull meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika l-ħtieġa għal tali miżuri, u jħejju azzjoni billi janalizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji tal-għeluq tas-sajd rilevanti, inkluż għas-sajd rikreattiv, filwaqt li jinnotaw id-dħul mitluf, l-għajxien, is-sigurtà tal-ikel u l-kost għall-ġejjieni minħabba nuqqas ta’ azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jappella għall-prevenzjoni ta’ ħsara ekoloġika irriversibbli għall-popolazzjonijiet tal-aringi u tal-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tas-sajd kostali u fuq skala żgħira mmirat lejn dawk l-ispeċijiet u jiġu ssalvagwardjati x-xbieki alimentari tal-baħar; jemmen li, abbażi ta’ parir xjentifiku, il-pawżi ta’ rkupru għall-istokkijiet rispettivi jridu jiġu kkunsidrati b’mod urġenti, sa ma l-evidenza xjentifika turi rkupru ċar u sostnut tal-istokkijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza f’dan ir-rigward li biex ikunu effettivi kemm jista’ jkun, il-miżuri ta’ rimedju jirrikjedu involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati u jridu jkunu bbażati fuq l-aqwa xjenza disponibbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħhom; jenfasizza, barra minn hekk, l-għażla li jinħolqu żoni ta’ rkupru tal-istokkijiet tal-ħut ibbażati fuq ix-xjenza u għeluq temporanju ta’ żoni tas-sajd fil-Baħar Baltiku, b’enfasi fuq żoni ta’ aggregazzjoni tax-xitwa u ta’ qabel ir-riproduzzjoni bil-ħsieb li jinżamm reklutaġġ stabbli u struttura ta’ età b’saħħitha, kif ukoll miżuri ta’ restawr passivi u attivi inkluż f’żoni ta’ riproduzzjoni u ta’ tkabbir, allinjati mad-dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE; jenfasizza l-importanza li tali miżuri jiġu akkumpanjati b’kumpens xieraq u f’waqtu f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifakkar fl-impenji u fil-miri tal-UE f’termini ta’ kopertura taż-żoni u ta’ effettività taż-żoni marini protetti; iħeġġeġ l-implimentazzjoni xierqa ta’ miżuri ta’ ġestjoni effettivi fiż-żoni marini protetti bħalissa fil-Baħar Baltiku, kif ukoll id-deżinjazzjoni ta’ żoni marini protetti addizzjonali f’konformità mal-impenji tal-UE; jenfasizza li din id-deżinjazzjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet xjentifiċi li juru ħabitats kritiċi jew żoni ta’ riproduzzjoni; jindika l-ħtieġa ta’ miżuri ta’ ġestjoni effettivi flimkien ma’ proġetti pilota għal irkaptu tas-sajd selettiv u b’impatt baxx ispirat minn inizjattivi ta’ suċċess fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jinżamm sajd fuq skala żgħira vijabbli b’ħatt l-art limitat fir-reġjun, li jippermetti lil tali sajd jopera matul il-fażijiet tal-bini mill-ġdid; ifakkar fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament rivedut dwar il-Kontroll tas-Sajd u l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom; jisħaq li dan is-sajd huwa kruċjali għall-għajxien, għar-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista tradizzjonali u għall-preservazzjoni tal-impjiegi fil-komunitajiet tas-sajd kostali u li għandu valur soċjali u kulturali partikolari; jirrimarka li t-tisħiħ ta’ dan is-sajd jista’ jġib miegħu valur miżjud akbar għall-ekonomiji lokali; jenfasizza l-importanza tat-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli f’konformità mal-Artikolu 2 tal-PKS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lit-titjib tas-sitwazzjoni soċjoekonomika tas-sajjieda kostali fuq skala żgħira; jenfasizza l-importanza tal-opportunitajiet tas-sajd u taż-żoni tas-sajd fiż-żoni kostali għall-operaturi ż-żgħar; jenfasizza li l-Istati Membri jistgħu jiksbu dan it-titjib permezz tal-allokazzjonijiet tal-kwoti nazzjonali tagħhom f’konformità mal-Artikolu 17 tal-PKS, kif ukoll permezz ta’ investimenti f’irkaptu selettiv u b’impatt baxx; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw u, fejn xieraq, jimplimentaw regoli ta’ aċċess differenzjati għas-sajd fil-Baħar Baltiku bbażati fuq it-tul tal-bastiment u t-tip ta’ rkaptu, speċifikament bil-ħsieb li tiġi limitata l-pressjoni kompetittiva li l-bastimenti industrijali fuq skala kbira jeżerċitaw fuq intrapriżi tal-familja fuq skala żgħira u medja u komunitajiet kostali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jkomplu jsaħħu l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art biex jindirizzaw l-iskartar illegali fil-Baħar Baltiku, filwaqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa ta’ miżuri fattibbli, biex jappoġġjaw is-selettività u jnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa, u jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar din il-kwistjoni f’konformità mal-PKS u mar-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-Patt Ewropew għall-Oċeani biex jitrawmu approċċ olistiku u ekonomija blu riġenerattiva u sostenibbli fil-Baħar Baltiku, b’azzjonijiet immirati biex jiġu restawrati l-istokkijiet tal-ħut u jitnaqqsu l-pressjonijiet ambjentali; jinnota li l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Patt għall-Oċeani u l-Boxxla għall-Kompetittività tirrikjedi appoġġ finanzjarju adegwat għall-iżvilupp ta’ ekonomija marittima reżiljenti li tkun vijabbli fit-tul, kif ukoll biex jitrawmu l-innovazzjoni, il-modernizzazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jnaqqsu l-piż amministrattiv u jiżguraw koordinazzjoni aħjar fil-politiki kollha biex jissaħħu r-reżiljenza, il-kompetittività u s-sostenibbiltà fit-tul tar-reġjun tal-Baħar Baltiku fid-dawl tal-isfidi ekoloġiċi u tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, taġixxi f’konformità mat-Trattati f’każijiet fejn il-Kunsill u l-Istati Membri jkunu qed jiksru r-regoli tal-UE bħal pereżempju r-regoli tal-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tar-Regolament tal-UE dwar il-Kontroll tas-Sajd, inkluż b’dispożizzjonijiet li jindirizzaw ir-rapportar ħażin tal-qabdiet u jsaħħu l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tar-rapportar fir-reġjun;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Titjib tal-parir xjentifiku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li l-ġestjoni tas-sajd tkun ibbażata fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u r-rwol kruċjali tal-ICES fl-iżgurar tal-koerenza xjentifika, kif ukoll l-importanza tal-għarfien tas-sajjieda; jenfasizza l-importanza tal-indipendenza tal-ICES; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li data xjentifika aġġornata u neċessarja dwar is-sajd tkun disponibbli għall-ICES sabiex ikompli jtejjeb il-parir tiegħu u jiżgura d-disponibbiltà f’waqtha ta’ valutazzjonijiet xjentifiċi ta’ kwalità għolja; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel it-talbiet kollha tagħha għal parir xjentifiku mingħand l-ICES disponibbli għall-pubbliku biex tippermetti wkoll djalogu miftuħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni titlob minnufih li l-ICES, fid-deliberazzjonijiet tiegħu dwar il-memorandum ta’ qbil, ikompli jiżviluppa pariri bbażati fuq l-ekosistema u dwar diversi speċijiet kif ukoll pariri dwar l-irkupru tal-istokkijiet, filwaqt li jirrikonoxxi l-varjabbiltà ambjentali u l-interazzjonijiet tax-xibka alimentari, jesplora l-użu ta’ punti ta’ referenza bbażati fuq l-ekosistema u data dwar il-mortalità mis-sajd aġġustata għall-ekosistema mfassla għall-interazzjonijiet bejn il-Baltiku u speċijiet speċifiċi, u jinkludi wkoll indikaturi komplementari bbażati fuq regoli rilevanti oħra tal-UE bħad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, pereżempju biex jiġu inklużi indikaturi ta’ ħut kbir kif ukoll indikaturi tad-distribuzzjoni tal-età u tad-daqs; jenfasizza li kwalunkwe parir tali għandu jibqa’ trasparenti u prevedibbli għas-settur u jevita stima eċċessiva li sussegwentement twassal għal limiti ta’ qbid mhux dovuti u inċertezza għan-negozji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, fil-każ tal-Baħar Baltiku, titlob parir mingħand l-ICES għal riżervi ta’ prekawzjoni relatati mal-inċertezza tal-parir xjentifiku, kif ukoll l-inċertezza tar-reklutaġġ u t-trajettorja tal-bijomassa, kif ukoll parir dwar l-effetti tan-nuqqas ta’ użu ta’ meded ogħla mir-rendiment massimu sostenibbli (MSY) u l-konsegwenzi rilevanti kollha, filwaqt li jiġi evitat tnaqqis riġidu jew awtomatiku li jinjora r-realtajiet soċjoekonomiċi; jisħaq li r-rendiment massimu sostenibbli jibqa’ għodda essenzjali għal ġestjoni adattiva u responsabbli; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni titlob mingħand l-STECF analiżijiet soċjoekonomiċi rilevanti għall-Baħar Baltiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tibbaża l-valutazzjonijiet tal-istokkijiet kollha li jintużaw għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE dwar il-punti ta’ referenza tal-bijomassa B<STRING SUBSCRIPT="on">MSY</STRING>, kif rifless fl-objettivi tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament dwar il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku u l-Artikolu 2(2) tal-PKS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut tal-Baħar Baltiku tinkludi miri għar-restawr tad-distribuzzjonijiet naturali tad-daqs u tal-età fil-popolazzjonijiet skont l-Artikolu 2(5)(j) tal-PKS li jirreferi għall-Artikolu 1(1) tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, filwaqt li jirrikonoxxu li strutturi ta’ popolazzjonijiet b’saħħithom jikkontribwixxu għall-kapaċità riproduttiva, għar-reżiljenza tal-istokk u għall-istabbiltà tal-ekosistema; iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ indikaturi ta’ monitoraġġ u prattiki tas-sajd aktar selettivi żviluppati f’kooperazzjoni mas-settur li jistgħu jnaqqsu t-tneħħija sistematika ta’ ħut ta’ daqs akbar u akbar fl-età u jipproteġu aħjar il-potenzjal ta’ reklutaġġ tal-istokk;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, għall-fini tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE inkluż ir-Regolament dwar il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku, titlob parir xjentifiku mingħand l-ICES li jqis il-fatturi ta’ stress ambjentali u tal-ekosistema rilevanti fil-Baħar Baltiku; iqis li dan il-parir għandu jenfasizza u jirrifletti b’mod ċar, fost fatturi oħra, ir-riskji relatati mal-istat attwali tal-ambjent, l-interazzjoni bejn l-art u l-baħar, iż-żieda fl-inċertezza minħabba t-tibdil fil-klima u l-impatt tal-interazzjonijiet bejn l-ispeċijiet inklużi l-popolazzjonijiet rilevanti tal-predaturi; jenfasizza li kwalunkwe parir għandu jikkomunika wkoll b’mod ċar il-livell rispettiv ta’ inċertezza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta lill-ICES fil-qafas tal-memorandum ta’ qbil eżistenti biex tinkoraġġixxi l-aġġornament regolari tal-linji gwida tekniċi tagħhom għar-regoli dwar il-kontroll tal-ħsad u l-irfinar ulterjuri tal-metodi ta’ valutazzjoni tal-istokkijiet abbażi ta’ kriterji xjentifiċi indipendenti; jinnota li huwa importanti li l-ICES – meta jagħti pariri lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri – juża l-aktar approċċi aġġornati għall-Baħar Baltiku, u li dawn jibqgħu xjentifikament sodi u konsistenti mal-qafas legali tas-sajd tal-UE; jirrikonoxxi li dan huwa proċess intern tal-ICES;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu bidu għal immappjar komprensiv tal-popolazzjoni ġenetika fil-Baħar Baltiku ta’ ċerti speċijiet sfruttati kummerċjalment, inklużi l-aringi u l-laċċ ikħal, kif ukoll speċijiet oħra sfruttati kummerċjalment, abbażi tal-aqwa għarfien xjentifiku disponibbli, u jissupplimentaw pariri bbażati fuq l-evidenza għal deċiżjonijiet infurmati aħjar dwar l-opportunitajiet tas-sajd u dwar miżuri tekniċi; jisħaq li tali data ġenetika trid tiġi vvalidata bis-sħiħ mill-ICES u integrata f’mudelli ta’ valutazzjoni fit-tul tal-istokkijiet qabel ma tintuża għal finijiet ta’ ġestjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu d-disponibbiltà u l-kwalità tad-data rigward il-kriterji tal-età u tad-daqs għall-istokkijiet ikkonċernati meta jitħejjew id-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd għar-reġjun; jenfasizza li l-ġbir imtejjeb tad-data dwar dawn il-parametri għandu jappoġġja l-integrazzjoni tal-Kriterju 3 tad-Deskrittur 3 (D3C3) tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina kif meħtieġ mill-Artikolu 3(3) tal-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni titlob li l-ICES jipproduċi analiżi xjentifika dettaljata tal-approċċ attwali tal-UE għall-użu tal-parir xjentifiku għall-Baħar Baltiku; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tiżgura li l-parir mitlub dwar il-livelli tal-qbid jirrifletti bis-sħiħ ir-rekwiżiti legali u l-objettivi ta’ politika rilevanti kollha inklużi l-objettivi tal-PKS kif stabbiliti fl-Artikolu 2; jirrimarka dwar l-importanza li l-Kummissjoni tindirizza n-nuqqasijiet possibbli u tiddeskrivi azzjonijiet konkreti dwar kif il-parir disponibbli bħalissa dwar l-opportunitajiet tas-sajd jista’ jintuża b’mod ta’ prekawzjoni suffiċjenti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti u l-objettivi legali rilevanti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-iffissar tat-TAC ikun trasparenti u bbażat fuq l-aqwa parir u għarfien xjentifiku disponibbli skont l-objettivi tar-Regolament dwar il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku u l-PKS, u skont il-parir dwar diversi speċijiet ibbażat fuq l-ekosistema, u jqis l-interazzjonijiet bejn is-sajd u l-istabbiltà soċjoekonomika fit-tul tal-komunitajiet kostali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-ħidma u d-definizzjonijiet internazzjonali rilevanti, inklużi dawk tal-UNEP, meta jiżviluppaw aktar il-fehim tal-ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema fi ħdan il-qafas legali eżistenti tal-UE bħal pereżempju dwar ekosistemi li jiffunzjonaw kif innotat fl-Artikolu 5(5)(a) tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fatturi oħra li għandhom impatt fuq is-sajd fil-Baħar Baltiku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni tiżviluppa pjan ibbażat fuq ix-xjenza, ikkoordinat u transsettorjali li jindirizza l-fatturi ta’ stress ewlenin li jaffettwaw il-Baħar Baltiku filwaqt li tiżgura governanza u ppjanar tal-ispazju marittimu inklużivi, kif ukoll tinvolvi ruħha u tikkoopera mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-opportunità biex tappoġġja koordinazzjoni mtejba tal-politika u implimentazzjoni koerenti tal-politiki marini u dawk relatati mal-ilma permezz tal-proposta leġiżlattiva li jmiss għal Att dwar l-Oċeani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jappella għal miżuri effettivi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih biex ir-riskji relatati mal-klima jiġu indirizzati f’waqthom u jiġu evitati r-riskji u l-kostijiet dejjem jogħlew ta’ azzjoni mdewma fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jappella għall-implimentazzjoni kontinwa u effettiva tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet ibbilanċjati u fattibbli għas-setturi kollha affettwati biex jiġu indirizzati l-pressjonijiet ambjentali fil-Baħar Baltiku u f’ilmijiet oħra tal-UE, inkluż it-tniġġis minn nutrijenti minn sorsi multipli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jappella għal żieda sinifikanti fl-investiment f’impjanti tat-trattament tad-dranaġġ u sistemi tar-ritenzjoni u tal-filtrazzjoni tat-tniġġis moderni, kemm fil-pajjiżi tal-Baħar Baltiku kif ukoll fil-baċiri tax-xmajjar kollha li jiskarikaw l-ilma fil-Baħar Baltiku; jisħaq li mingħajr il-modernizzazzjoni komprensiva tal-infrastruttura tal-ilma u tad-dranaġġ, l-isforzi kollha biex tittejjeb il-kwalità tal-ilmijiet tal-Baħar Baltiku se jibqgħu sempliċiment dikjarattivi u ineffettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jibbażaw kwalunkwe approċċ għall-predazzjoni naturali fuq ix-xjenza u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, inklużi miżuri ta’ ġestjoni preventivi, ankrati lokalment u mmirati għall-marguni u għall-foki griżi, filwaqt li jiżguraw li kwalunkwe miżura adottata tkun effettiva, tissodisfa l-obbligi legali kollha, u tinkludi monitoraġġ adegwat, finanzjament iddedikat u adegwat u kooperazzjoni msaħħa mal-partijiet ikkonċernati, biex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri implimentati, inklużi prattiki ta’ mitigazzjoni bħal deterrenti jew esklużjoni fiżika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti u effettiva bħala rispons għall-pressjonijiet eżerċitati mill-popolazzjonijiet tal-marguni fuq l-istokkijiet tal-ħut tal-Baħar Baltiku, li tiżgura li l-miżuri jkunu proporzjonati, adattati għar-reġjun, u implimentati permezz ta’ interventi effettivi, immirati, u mfassla apposta għal-livell lokali abbażi tal-aqwa data xjentifika disponibbli, filwaqt li tippermetti lill-Istat Membri japplikaw miżuri ta’ mitigazzjoni speċifiċi għas-sitwazzjoni meta meħtieġ sabiex l-impatti lokali jiġu indirizzati b’mod effettiv, u b’hekk is-sostenibbiltà fit-tul tas-sajd lokali tkun appoġġjata fiż-żoni kostali affettwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw mill-qrib jekk il-miżuri għall-irkupru tad-denfil iswed tal-Baltiku f’periklu kritiku humiex qed jiġu implimentati b’mod effettiv u fejn meħtieġ jieħdu miżuri addizzjonali biex jevitaw it-theddid ewlieni għas-sopravivenza tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ifakkar li l-popolazzjonijiet tal-foki Baltiċi nġiebu fix-xifer tal-estinzjoni fis-snin sebgħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproponi pjan tal-UE għall-ġestjoni tal-marguni għas-sajd u l-akkwakultura tal-Baħar Baltiku, ibbażat fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u l-prattiki tal-Istati Membri, filwaqt li jitqies il-pjan propost reċentement mill-Kummissjoni Konsultattiva Ewropea għas-Sajd Intern u l-Akkwakultura (EIFAAC)<FOOTNOTE><FIELD> https://www.fao.org/fishery/services/storage/fs/fishery/documents/EIFAAC/cormorantsplan/EuropeanManagementPlanforCormorants-April2025.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura kif ukoll proġetti ta’ riċerka preċedenti ffinanzjati mill-UE bħall-“INTERCAFE”<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ceh.ac.uk/our-science/projects/intercafe.</FIELD></FOOTNOTE>;  jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ miżuri preventivi, kumpens għat-telf, u finanzjament minn sorsi tal-UE u nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Itenni r-riskji ambjentali u tas-sikurezza serji minħabba ordinanza mhux sploduta (UXO) li ntremiet fil-Baħar Baltiku; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2021 dwar ir-residwi kimiċi fil-Baħar Baltiku u l-proġetti ta’ suċċess CHEMSEA, DAIMON u DAIMON 3; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri koordinati u prattiċi ulterjuri biex sistematikament jillokalizzaw, jivvalutaw u jimmonitorjaw dawn il-materjali perikolużi sabiex tingħata prijorità liż-żoni fejn hija meħtieġa rimedjazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jitlob sforzi konġunti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex jappoġġjaw l-iżvilupp tar-riċerka xjentifika u jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar modi sikuri u kosteffettivi biex jiġu identifikati u jitneħħew munizzjon u ordinanza mhux sploduta (UXO) minn qiegħ il-baħar bl-għan li jkunu possibbli azzjonijiet ta’ rimedjazzjoni fuq skala kbira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jniedu programm tal-UE kkoordinat, fit-tul u ffinanzjat b’mod adegwat immirat lejn l-identifikazzjoni, in-newtralizzazzjoni u t-tneħħija ta’ UXO mill-Baħar Baltiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jikkundanna l-isfruttament irresponsabbli, mhux sostenibbli u mhux xjentifiku tal-istokkijiet tal-ħut tal-Baħar Baltiku mir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jikkunsidraw l-azzjonijiet unilaterali tar-Russja meta jistabbilixxu l-kwoti għall-Baħar Baltiku; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkunsidra azzjonijiet immirati biex jagħmlu pressjoni fuq ir-Russja biex tallinja l-kwoti mal-parir xjentifiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-preżenza dejjem akbar tal-flotta mistura tar-Russja fil-Baħar Baltiku, b’operazzjonijiet li jevitaw standards regolatorji ewlenin, filwaqt li jżidu r-riskju ta’ tixrid taż-żejt u ta’ perikli ambjentali oħra; jisħaq fuq il-ħsara potenzjali għall-ekosistemi marini, għas-sajd lokali u għas-saħħa tal-bniedem; jinnota wkoll it-tħassib dwar il-fatt li l-prodotti tas-sajd Russi qed ikomplu jilħqu s-suq tal-UE permezz ta’ kanali kummerċjali eżistenti, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat l-għeluq effettiv ta’ kwalunkwe lakuna li tista’ timmina l-objettivi tal-miżuri restrittivi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tesplora aktar miżuri għall-ġlieda kontra l-flotta mistura tar-Russja, speċjalment fir-reġjun tal-Baħar Baltiku; jappella għal kooperazzjoni reġjonali mtejba u infurzar aktar strett biex jiġu mmitigati dawn ir-riskji u jiġu protetti r-riżorsi marini tal-Baltiku; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat l-infurzar sħiħ tas-sanzjonijiet kontra r-Russja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Bidliet legali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jsir aktar f’termini ta’ koordinazzjoni olistika tal-politika kif ukoll progress kontinwu u aċċellerat fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ oqsma oħra ta’ politika sabiex tiġi evitata dipendenza fuq miżuri tas-sajd biss u jiġi evitat tnaqqis soċjoekonomiku ulterjuri fil-komunitajiet kostali; jinnota l-isforzi li saru fil-kuntest tal-konferenzi “Il-Baltiku Tagħna”; jinkoraġġixxi aktar progress lejn riżultati konkreti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti bidu għal evalwazzjoni u reviżjoni possibbli tar-Regolament dwar il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku bl-għan li jittejbu ċ-ċarezza, il-koerenza u l-applikazzjoni prattika tiegħu, filwaqt li tiġi vvalutata l-prestazzjoni tiegħu fir-rigward tal-aspetti ambjentali u soċjoekonomiċi; jisħaq ulterjorment fuq l-importanza li jiġi żgurat li kwalunkwe aġġustament futur possibbli tal-qafas jibqa’ sempliċi, ibbażat fuq ix-xjenza u fattibbli għas-settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ reviżjoni possibbli tar-Regolament dwar il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baltiku, tivvaluta u, meta meħtieġ, tipproponi l-inklużjoni ta’ stokkijiet tas-salamun u tat-trota bħala stokkijiet speċifiċi li jridu jiġu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament fir-rigward tal-qabdiet aċċessorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-valur miżjud f’termini ta’ kooperazzjoni reġjonali fil-Baħar Baltiku kien baxx, meta jitqies li l-pjan ta’ ġestjoni pluriennali fil-biċċa l-kbira kkonsolida perkorsi għall-kooperazzjoni preeżistenti jew diġà mibdija; jinnota li minħabba proċessi bil-mod u żieda fil-burokrazija li takkumpanja tali inizjattivi, inbdew relattivament ftit rakkomandazzjonijiet konġunti mill-Istati Membri, u dan jindika sinjal inkwetanti, li d-dispożizzjonijiet dwar ir-reġjonalizzazzjoni tar-regoli tas-sajd tal-UE mhumiex qed jintużaw sabiex il-miżuri ta’ ġestjoni jiġu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-Baħar Baltiku; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni reġjonali bejn il-pajjiżi Baltiċi, inklużi l-partijiet ikkonċernati kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jisħaq li l-ġestjoni effettiva tal-Baħar Baltiku trid tinbena fuq il-fiduċja, id-djalogu u l-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri, il-partijiet ikkonċernati kollha, il-korpi reġjonali bħall-HELCOM, u l-komunitajiet kostali biex jiġu promossi soluzzjonijiet prattiċi u skambju tal-għarfien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jappella għal approċċ ġdid għall-ġestjoni tar-riskju liema approċċ ikun adattat għar-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jitlob li r-regoli fil-pjan ta’ ġestjoni pluriennali jiġu ċċarati biex il-flessibbiltà minn sena għal sena tiġi pprojbita għall-istokkijiet taħt il-punt ta’ referenza ta’ konservazzjoni attwali Btrigger tal-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-Baħar Baltiku kif maqbul bħalissa mal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-miżuri ta’ ġestjoni bbażati fuq ix-xjenza u proporzjonati għas-salamun fil-Baħar Baltiku, filwaqt li tiżgura li jiġu indirizzati u mifhuma kif xieraq l-impatti ekosistemiċi tas-sajd tal-aringi, tal-laċċ ikħal u tal-bakkaljaw fuq is-salamun; iħeġġeġ titjib fil-monitoraġġ u fir-riċerka biex tiġi appoġġjata l-ġestjoni sostenibbli tas-salamun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jenfasizza li l-ġestjoni tas-sajd fl-UE għandha tkun ibbażata fuq l-esperjenza, ix-xjenza u r-realtajiet reġjonali Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi regoli għall-Baħar Baltiku adattati għar-reġjuni sabiex awtomatikament jittieħdu azzjonijiet meta l-istokkijiet jaqgħu taħt il-valuri ta’ skattar stabbiliti f’konformità mal-approċċ ta’ prekawzjoni, u jtenni li l-ġestjoni tar-rendiment massimu sostenibbli għandha tkun ikkomplementata, meta applikabbli, b’miżuri li qabelxejn jiddiferenzjaw il-qabdiet skont id-daqs u l-età; iqis li tista’ tittieħed ispirazzjoni mill-prattiki ta’ ġestjoni f’reġjuni oħra bħal dawk tal-Awstralja, ta’ New Zealand, tal-Kanada u tal-Istati Uniti, filwaqt li tiġi żgurata l-konsistenza mal-qafas legali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali f’konformità mal-Artikolu 18 tal-PKS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jappella għal miżuri konkreti u effettivi li jiżguraw li l-ħut li jinqabad fil-Baħar Baltiku jiġi dejjem aktar dirett lejn il-konsum dirett mill-bniedem, biex jiġu promossi u inċentivati l-ktajjen tal-provvista alimentari lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota li xi Stati Membri fir-reġjun tal-Baħar Baltiku bħall-Ġermanja u l-Iżvezja introduċew miżuri nazzjonali biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu t-tkarkir tal-qiegħ f’ċerti żoni marini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu li, għall-Baħar Baltiku, jitwaqqaf it-tkarkir għall-frakass tal-fdal tal-ħut u għaż-żejt tal-ħut matul fażi ta’ bini mill-ġdid, u jiġu limitati l-attivitajiet estrattivi fiż-żoni marini protetti; jirrikonoxxi li l-approċċi jvarjaw madwar l-Unjoni fid-dawl ta’ kuntesti ekoloġiċi, legali u soċjoekonomiċi speċifiċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw soluzzjonijiet proporzjonati u bbażati fuq ix-xjenza f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari s-settur tas-sajd u l-komunitajiet kostali, biex itejbu l-protezzjoni marina filwaqt li jiżguraw il-vijabbiltà tas-settur tas-sajd tal-UE permezz ta’ tranżizzjoni ġusta;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>