<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0190</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-avvanz lejn soċjetà tal-kura: nindirizzaw id-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0083/2026 - Rapporteur: Eleonora Meleti, Rosa Estaràs Ferragut)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Mejju 2026 dwar l-avvanz lejn soċjetà tal-kura: nindirizzaw id-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura (2025/2039(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 8, 19, 153 u 157 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċennju tat-Tixjiħ b’Saħħtu tan-NU<FOOTNOTE><FIELD> L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, “WHO’ s work on the UN Decade of Healthy Ageing (2021–2030)” (Il-ħidma tal-WHO fuq id-Deċennju tat-Tixjiħ b’Saħħtu tan-NU (2021–2030).</FIELD></FOOTNOTE> mmexxi mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, b’mod partikolari l-“faċilitaturi” tiegħu relatati mal-għoti ta’ kura integrata u l-iżgurar ta’ aċċess għal kura fit-tul,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u, b’mod partikolari, il-prinċipji tiegħu dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-indokrar tat-tfal u l-appoġġ għat-tfal, l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabbiltà u d-dritt għall-kura fit-tul, u l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni biex tingħata spinta lill-ekonomija soċjali u jinħolqu l-impjiegi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025”, u d-Dikjarazzjoni tal-prinċipji għal soċjetà ugwali bejn il-ġeneri tal-Kummissjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021–2030” (COM(2021)0101),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, u r-ratifikazzjoni tagħha mill-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Settembru 2022 dwar l-istrateġija Ewropea għall-kura (COM(2022)0440), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal: il-miri ta’ Barċellona għall-2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 484, 20.12.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar l-aċċess għall-kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 476, 15.12.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-miri ewlenin għall-2030 u t-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/54/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1158/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 208.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Lejn azzjoni Ewropea komuni dwar il-kura”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 47, 7.2.2023, p. 30.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer (COM(2021)0044),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2022 dwar it-tisħiħ tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-kanċer — lejn strateġija komprensiva u koordinata<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 342, 6.9.2022, p. 109</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2041/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 intitolat “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 132, 17.5.2023, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/970/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi riżerva ta’ talent tal-UE (COM(2023)0716),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/2831 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2831, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2831/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2024 dwar l-iżgurar tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-ġenerazzjonijiet kollha fil-kuntest ta’ sfidi demografiċi, approvati mill-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2024 dwar nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fl-UE: Il-mobilizzazzjoni tal-potenzjal tax-xogħol mhux sfruttat fl-Unjoni Ewropea, approvati mill-EPSCO fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-qafas ta’ azzjonijiet dwar iż-żamma u r-reklutaġġ fis-servizzi soċjali, adottat mill-Kumitat Ewropew għad-Djalogu Soċjali Settorjali għas-Servizzi Soċjali f’Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fl-UE: pjan ta’ azzjoni”, (COM(2024)0131),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2024 tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Kummissjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2025 intitolata “L-Unjoni tal-Ħiliet” (COM(2025)0090),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-2025 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE, b’mod partikolari t-taqsima tiegħu dwar id-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2018 dwar l-iżvilupp ta’ faċilitajiet ta’ indukrar għal tfal żgħar, bl-intenzjoni li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, jinstab bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għal ġenituri li jaħdmu u biex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklussiv fl-Ewropa (“l-objettivi ta’ Barċellona”), (COM(2018)0273),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-disa’ rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, ippubblikat f’Marzu 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew intitolata “Lejn mudell ġdid ta’ kura għall-anzjani: Nitgħallmu mill-pandemija tal-COVID-19”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 194, 12.5.2022, p. 19</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2018 dwar is-servizzi tal-kura fl-UE għal ugwaljanza aħjar bejn is-sessi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 363, 28.10.2020, p. 80</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 intitolat “L-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-Parlament Ewropew – rapport annwali 2020”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 139</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 intitolata “Il-perspettiva tal-ġeneru fil-kriżi tal-COVID-19 u fil-perjodu ta’ wara l-kriżi”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 191</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (A10-0083/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija wieħed mill-valuri fundamentali tal-UE; billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u approċċ intersezzjonali għandhom jiġu implimentati u integrati fil-politiki kollha tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi inizjattivi konkreti għall-implimentazzjoni ta’ prinċipji li huma essenzjali għall-bini ta’ Ewropa soċjali aktar b’saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti u għall-irkupru, inkluża waħda speċifikament dwar il-kura fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-kura tinkludi kemm kura formali kif ukoll informali; billi l-kura formali tirreferi għax-xogħol ta’ indokrar ipprovdut taħt arranġamenti ta’ impjieg formali, filwaqt li l-kura informali tirreferi għax-xogħol ta’ indokrar ipprovdut fl-ambjent soċjali ta’ individwu u normalment, għalkemm mhux dejjem, ma jkunx imħallas; billi l-kunċett ta’ “persuna li tindokra”, kif miftiehem b’mod komuni, jinkludi l-forom kollha ta’ indokrar “formali” u “informali”; billi x-xogħol ta’ indokrar jiġi f’ħafna forom, inkluż l-indokrar tat-tfal, il-kura fit-tul, il-kura tas-saħħa u s-servizzi personali; billi s-servizzi ta’ kura formali u informali huma fil-biċċa l-kbira pprovduti min-nisa; billi l-persuni li jindokraw b’mod informali jipprovdu kura lil persuni b’mard kroniku, diżabbiltà, saħħa fraġli jew ħtiġijiet oħra ta’ saħħa jew kura fit-tul, barra minn qafas ta’ kura formali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi soċjetà tal-kura tirrikonoxxi l-kura bħala fundamentali għall-funzjonament tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet; billi x-xogħol ta’ indokrar għandu jingħata l-istess valur u jiġi kondiviż b’mod ugwali bejn l-irġiel u n-nisa filwaqt li jiġi rikonoxxut, b’mod partikolari, id-dritt li wieħed jirċievi l-kura, kif stabbilit fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; billi l-għoti ta’ kura fit-tul affordabbli, ta’ kwalità għolja u ffukata fuq il-persuna huwa parti mid-dritt fundamentali għas-saħħa; billi dan l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet jirrifletti l-bidla kontinwa fl-għoti tal-kura lejn servizzi li jirrispettaw l-awtonomija, id-dinjità u l-inklużjoni ta’ persuni li jeħtieġu kura fl-istadji kollha tal-ħajja, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, kif il-popolazzjonijiet li qed jixjieħu bħalissa qed ikollhom impatt fuq is-soċjetà; billi s-settur tal-kura fit-tul formali għadu bbażat fuq l-għoti ta’ servizzi ta’ kura residenzjali, filwaqt li l-kura fid-dar u fil-komunità aktar probabbli li ssostni d-dritt għall-indipendenza tal-persuni fil-bżonn ta’ kura;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fost dawk li għandhom aktar minn 65 sena fl-UE, 8 % — aktar minn 7 miljun individwu — jirċievu kura informali, u li din iċ-ċifra titla’ għal 11 % fost dawk li għandhom 75 sena u aktar; billi din it-trasformazzjoni demografika li għaddejja minnha l-Ewropa se taffettwa b’mod sinifikanti l-ħtiġijiet tal-kura u kif jiġu ġestiti s-servizzi tal-kura; billi jekk ma tiġix indirizzata din l-isfida b’approċċ sensittiv għall-ġeneru jkun hemm ir-riskju li tiġi mminata l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u b’hekk jissaħħu l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u jiġi pperikolat il-benesseri tal-persuni akbar fl-età, tat-tfal u tal-familji; billi fil-kuntest ta’ soċjetajiet li qed jixjieħu, huwa essenzjali li jiġi integrat approċċ għall-kura bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u ċċentrat fuq il-persuna li jiggarantixxi l-parteċipazzjoni ta’ kulħadd; billi l-bidliet fil-politika, flimkien max-xejriet demografiċi, jiffavorixxu dejjem aktar il-kura fid-djar għall-anzjani; billi ħafna mill-ħtiġijiet tal-persuni akbar fl-età u tal-persuni b’diżabbiltà jistgħu jiġu koperti minn servizzi bbażati fil-komunità, bħall-assistenza personali u l-għajnuna finanzjarja għall-akkomodazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi ż-żoni rurali, remoti u insulari u r-reġjuni ultraperiferiċi ma għandhomx servizzi ta’ kura soċjali u appoġġ suffiċjenti jew adegwati, u dan jaf jaggrava l-isfidi ekonomiċi u soċjali li diġà jaf qegħdin jiffaċċjaw; billi l-aċċess għal dawn is-servizzi f’dawk iż-żoni jibqa’ sfida minħabba li l-popolazzjonijiet tagħhom qed jonqsu u jixjieħu, u minħabba nuqqas ta’ konnettività u infrastruttura; billi dan jista’ jikkontribwixxi għall-attraenza aktar baxxa ta’ dawn iż-żoni bħala postijiet fejn wieħed jgħix u jaħdem; billi dan jaffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa, li jiffaċċjaw diffikultajiet addizzjonali biex jippruvaw jirrikonċiljaw ix-xogħol u l-ħajja privata; billi dawn iż-żoni jiffaċċjaw nuqqas ta’ prattikanti ġenerali u ta’ kura speċjalizzata u ta’ emerġenza, u li dan iwassal għall-ħolqien ta’ “deżerti mediċi”; billi t-titjib tad-disponibbiltà ta’ kura soċjali ta’ kwalità għandha l-potenzjal li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-benesseri ekonomiku tan-nies li jgħixu f’dawn ir-reġjuni; billi l-atturi tal-ekonomija soċjali jfornu servizzi ta’ kura essenzjali u bbażati fil-komunità li jtejbu l-inklużjoni, l-affordabbiltà u l-kwalità tal-kura, speċjalment f’żoni li mhumiex moqdija biżżejjed u f’żoni rurali, remoti u insulari u r-reġjuni ultraperiferiċi, filwaqt li jirrispondu għall-ħtiġijiet reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi kemm il-kura formali kif ukoll dik informali spiss ma jidhrux u huma sottovalutati soċjalment u ekonomikament, u l-pagi fil-kura fit-tul u f’servizzi soċjali oħra huma 21 % taħt il-medja tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>; billi spiss ikun diffiċli jitkejjel il-valur miżjud soċjetali tal-kura formali u informali u l-persuni li jipprovdu tali kura mhumiex rikonoxxuti, apprezzati jew appoġġjati b’mod adegwat, u dan jitfa’ pressjoni fiżika u psikoloġika addizzjonali fuqhom; billi l-persuni li jindokraw b’mod formali u informali huma essenzjali għas-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi ħafna mid-distakki ekonomiċi bejn il-ġeneri huma spjegati minn differenzi bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura u s-sottovalutazzjoni tas-settur tal-kura professjonali, li jimpjega ferm aktar nisa milli rġiel;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin fis-settur tal-kura jiżvolġu rwol ewlieni fl-għoti ta’ servizzi tal-kura ta’ kwalità għolja;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi d-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-faċilitajiet ta’ indokrar tat-tfal ta’ kwalità għolja huma kruċjali biex jippermettu lin-nies, speċjalment nisa b’responsabbiltajiet ta’ kura, jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-ammont ta’ ħin stmat iddedikat għall-kura informali fl-Ewropa laħaq id-39 biljun siegħa fis-sena, ekwivalenti għal valur ekonomiku ta’ madwar EUR 576 biljun, li jirrappreżenta madwar 3,63 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> Peña-Longobardo LM, Oliva-Moreno J., ‘The Economic Value of Non-professional Care: A Europe-Wide Analysis’ (Il-Valur Ekonomiku tal-Kura Mhux Professjonali: Analiżi madwar l-Ewropa kollha), International Journal of Health Policy and Management, 2022;11(10); Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-Ewropa, “Shining light on women’s contributions: celebrating their role in informal care (Nixħtu d-dawl fuq il-kontributi tan-nisa: Niċċelebraw ir-rwol tagħhom fil-kura informali)”, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-kura informali mhijiex rikonoxxuta b’mod adegwat fid-diversi forom tagħha, li jvarjaw minn appoġġ ta’ kuljum fil-kura personali għal għajnuna okkażjonali fix-xogħol tad-dar; billi n-nisa huma responsabbli b’mod sproporzjonat biex jipprovdu tali kura, u dan isaħħaħ id-disparitajiet bejn il-ġeneri, u jillimita l-kapaċità tagħhom li jżommu impjieg formali, speċjalment għall-persuni żgħażagħ li jindokraw b’mod informali; billi d-distakk fl-indokrar tat-tfal tibqa’ waħda mill-aktar sfidi urġenti li qed jiffaċċjaw ġenituri ġodda fl-UE u li taffettwa prinċipalment lin-nisa billi ddewwem ir-ritorn tagħhom għax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-innovazzjoni diġitali u l-użu ta’ għodod tas-saħħa diġitali jistgħu jtejbu b’mod sinifikanti l-kwalità u l-aċċessibilità, speċjalment f’żoni rurali, remoti u insulari u f’reġjuni ultraperiferiċi, u għalhekk għandhom jiġu promossi u appoġġjati b’mod attiv; billi r-rwol dejjem jikber tal-pjattaformi diġitali fis-settur tal-kura jġib miegħu implikazzjonijiet relatati mal-ġeneru, peress li jissogra li jiggrava l-inugwaljanzi eżistenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi n-nisa jirrappreżentaw 88,2 % tal-forza tax-xogħol tal-indokrar formali<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, Strateġija Ewropea għall-Kura, 2022.</FIELD></FOOTNOTE>, u dan jissottolinja li l-piż psikoloġiku u organizzattiv tal-kura u l-kompiti tad-dar qed ikompli jaqa’ b’mod predominanti fuq in-nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi n-nisa jġorru l-maġġoranza l-kbira tar-responsabbiltajiet ta’ kura informali, li hu stmat li jgħoddu 80 %;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi dan isaħħaħ id-distakki persistenti relatati bejn il-ġeneri madwar l-UE u jikkontribwixxi għat-twessigħ tad-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura, filwaqt li jillimita l-kapaċità tan-nisa li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja pubblika u li jiksbu indipendenza ekonomika; billi d-distakki persistenti bejn il-ġeneri, inkluż id-distakk bejn il-ġeneri ta’ 10 % fl-impjiegi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “The gender pay gap situation in the EU (Is-sitwazzjoni tad-distakk fil-pagi bejn il-ġeneri fl-UE)”, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>, id-distakk bejn il-ġeneri ta’ 12 % fil-pagi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “The gender pay gap situation in the EU (Is-sitwazzjoni tad-distakk fil-pagi bejn il-ġeneri fl-UE)”, 2023.</FIELD></FOOTNOTE> u d-distakk ta’ 25 % bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri”, 2025.</FIELD></FOOTNOTE>, fost fatturi oħra, bħall-ħin użat għall-kura, ipoġġu lin-nisa f’pożizzjonijiet vulnerabbli; billi minkejja ż-żieda fl-għarfien dwar id-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura, bidla kulturali ġenwina favur kondiviżjoni ugwali tax-xogħol ta’ indokrar mhux imħallas għadha ’l bogħod; billi l-istereotipi persistenti marbuta mal-ġeneru jistennew li l-indokrar jibqa’ jaqa’ b’mod predominanti fuq in-nisa u l-bniet, u dawn l-istereotipi qed jissaħħu online permezz tal-media soċjali; billi l-bidla kulturali, il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u l-inizjattivi edukattivi li jippromwovu responsabbiltajiet kondiviżi tal-indokrar jistgħu jabilitaw lin-nisa biex jipparteċipaw b’mod ugwali fis-soċjetà u biex jiżguraw li l-bniet ikunu liberi li jilħqu l-ambizzjonijiet tagħhom mingħajr dmirijiet ta’ kura sproporzjonati; billi minħabba din id-distakk hemm bżonn li jittieħdu miżuri li jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-irġiel fis-settur u distribuzzjoni aktar ugwali tar-responsabbiltajiet; billi, skont l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2024 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-punteġġ medju tal-UE għall-attivitajiet ta’ kura huwa ta’ 78,7 punt, li jirrifletti disparitajiet persistenti bejn il-ġeneri fix-xogħol tad-dar, l-indokrar tat-tfal u l-kura fit-tul mhux imħallsa<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-forza tax-xogħol fil-qasam tal-kura madwar l-Ewropa qed tixjieħ u qed tiffaċċja sfidi marbuta mar-reklutaġġ u maż-żamma;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi konsegwentement in-nisa jiddedikaw sitt snin addizzjonali matul ħajjithom għall-għoti ta’ kura mhux imħallsa meta mqabbla mal-irġiel<FOOTNOTE><FIELD> Bureau ta’ Referenza tal-Popolazzjoni, 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi n-nisa għandhom rwol ewlieni fis-settur tal-kura, u anki wara li jidħlu fis-suq tax-xogħol, jibqgħu jġorru r-responsabbiltà primarja għax-xogħol domestiku u għax-xogħol ta’ indokrar; billi huma meħtieġa stħarriġiet dwar l-użu tal-ħin iffukati fuq il-kejl tal-allokazzjoni tal-ħin iddedikat lill-kura u lix-xogħol domestiku; billi r-responsabbiltajiet tal-indokrar iżommu lil madwar 7,7 miljun mara barra mis-suq tax-xogħol, meta mqabbla ma’ 450 000 raġel<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, ““Gender inequalities in care and pay in the EU” (Inugwaljanzi bejn il-ġeneri fil-kura u l-paga fl-UE)”.</FIELD></FOOTNOTE>; billi xi nisa lanqas biss jistgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol bis-sħiħ minħabba l-piż li jġorru magħhom dawn ir-responsabbiltajiet ta’ kura informali; billi d-distribuzzjoni mhux uniformi tax-xogħol ta’ indokrar mhux imħallas tfixkel l-aċċess tan-nisa għal impjieg full-time u tikkontribwixxi b’mod negattiv għad-distakk bejn il-ġeneri fl-introjtu<FOOTNOTE><FIELD> Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), European Quality of Life Survey 2016 — Quality of life, quality of public services, and quality of society (Stħarriġ Ewropew tal-Kwalità tal-Ħajja 2016 — Kwalità tal-ħajja, kwalità tas-servizzi pubbliċi, u kwalità tas-soċjetà), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018.</FIELD></FOOTNOTE>, li tirriżulta f’inqas opportunitajiet ta’ karriera jew saħansitra l-aċċettazzjoni ta’ offerti ta’ impjiegi taħt il-livelli ta’ ħiliet tagħhom, u dan iwassal għal telf ta’ introjtu u l-aggravar tad-distakk bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet; billi dawn l-effetti detrimentali huma assoċjati mill-qrib mal-intensità tal-kura pprovduta u mad-durata tar-responsabbiltajiet ta’ kura; billi l-ommijiet waħedhom huma partikolarment affettwati minn opportunitajiet ta’ impjieg limitati minħabba dmirijiet ta’ kura; billi l-ġenituri waħedhom jikkostitwixxu 12,4 % tal-unitajiet domestiċi tal-UE bit-tfal; billi n-nisa huma wkoll rappreżentati b’mod sproporzjonat fost il-familji b’ġenitur wieħed, li jirrappreżentaw 85 % ta’ dawn l-unitajiet domestiċi<FOOTNOTE><FIELD> Is-source huwa l-Eurostat, 2023: https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Young_people_-_family_and_society.</FIELD></FOOTNOTE>; billi nofs biss mit-42,8 miljun persuna b’diżabbiltà fl-UE li jinsabu fl-età tax-xogħol huma impjegati; billi n-nisa b’diżabbiltà huma partikolarment affettwati, u 21 % biss minnhom jinsabu f’impjieg full-time<FOOTNOTE><FIELD> Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-piż doppju tal-kura u x-xogħol jillimita ferm il-ħin tal-persuni li jindokraw lit-tfal għall-ħin liberu u għall-kura personali, u dan ipoġġi l-persuni li jindokraw mhux imħallsa f’riskju ferm akbar ta’ burnout (tal-ġenituri); billi l-aċċess miżjud għas-servizzi tas-saħħa riproduttiva u s-servizzi tal-abort jista’ jgħin lill-ġenituri fl-ippjanar tal-familja tagħhom u jnaqqas l-istress li jirriżulta minn tqaliet mhux mistennija;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi d-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għadha ma ġietx implimentata bis-sħiħ f’għadd ta’ Stati Membri; billi d-dispożizzjoni tagħha dwar id-dritt għall-liv ta’ persuni li jindokraw ta’ ħamest ijiem tax-xogħol għal kull sena mhuwiex biżżejjed biex tingħata kura adegwata jew biex tiġi organizzata kura formali u mhumiex koperti mill-istess salvagwardji rigward ir-remunerazzjoni u l-appoġġ għall-introjtu bħal tipi oħra ta’ liv tal-familja;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi t-tħabbira li l-Kummissjoni se tivvaluta l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata sal-2028 hija milqugħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-aċċess għal servizzi ta’ kura formali affordabbli u ta’ kwalità tajba huwa kruċjali biex jiġi żgurat li l-indokrar ikun għażla ġenwina, biex jiġu appoġġjati l-indokraturi u biex titnaqqas l-intensità tal-kura u jittaffa l-piż fuq il-persuni li jindokraw, filwaqt li jiġi enfasizzat li tali servizzi jistgħu jgħinu biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, iwasslu għal ugwaljanza mtejba bejn il-ġeneri u diversità tal-forza tax-xogħol, jippromwovu l-indipendenza ekonomika u jnaqqsu d-dipendenza fuq il-protezzjoni soċjali, u dan jirriżulta fi tkabbir ekonomiku aktar sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi skont id-data tal-Eurofound<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, “Unpaid care in the EU” (Il-kura mhux imħallsa fl-UE), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2025.</FIELD></FOOTNOTE>, il-persuni li jindokraw għandhom riskju ogħla li jiżviluppaw problemi ta’ saħħa mentali minħabba l-eżiġenzi emozzjonali għoljin li jġib miegħu l-impjieg u l-esponiment għal imġiba soċjali avversa fuq il-post tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi din id-data turi wkoll li l-iżolament soċjali huwa waħda mill-aktar sfidi sinifikanti li jiffaċċjaw l-indokraturi informali, fejn dawk b’responsabbiltajiet intensivi jew multipli ta’ indokrar jiffaċċjaw riskji ogħla ta’ faqar, esklużjoni soċjali, solitudni u kwistjonijiet ta’ saħħa mentali u fiżika; billi r-responsabbiltajiet ta’ kura informali jistgħu jfixklu wkoll l-aċċess tal-persuni li jindokraw għas-servizzi tal-kura tas-saħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-indokrar ta’ membru tal-familja b’marda ta’ indeboliment bħall-kanċer jew disturbi tal-memorja, fost mard ieħor, ipoġġi piżijiet fiżiċi u psikoloġiċi sproporzjonati fuq il-persuni li jindokraw b’mod informali, li ħafna drabi jsiru akbar matul l-istadju lejn tmiem il-ħajja tal-pazjent<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2019: Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata”</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi s-settur tal-kura għadu mhuwiex rikonoxxut biżżejjed u għadu sottovalutat u sottofinanzjat fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, u dan iwassal għal nuqqas persistenti ta’ persunal, minkejja li s-settur għandu l-potenzjal stmat li joħloq 8 miljun impjieg addizzjonali<FOOTNOTE><FIELD> Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-investiment pubbliku fis-servizzi tal-kura jista’ jikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jnaqqas id-distakki fl-impjiegi; billi l-atturi tal-ekonomija soċjali jikkontribwixxu għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tal-kura grazzi għall-mudelli ta’ governanza parteċipattiva li jikkaratterizzawhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi s-settur tal-kura jiltaqa’ ma’ diffikultajiet biex jattira ħaddiema żgħażagħ<FOOTNOTE><FIELD> Studju ta’ riċerka tal-Eurofound, “Measures to tackle labour shortages: Lessons for future policy”, (Miżuri biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema: Tagħlimiet għal politika futura), 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi investiment insuffiċjenti fis-servizzi tal-kura jaffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa u l-bniet, li jġorru l-biċċa l-kbira tar-responsabbiltajiet ta’ kura mhux imħallsa; billi l-istabbiliment ta’ standards ta’ kwalità għas-servizzi tal-kura jtejjeb direttament l-indipendenza ekonomika tan-nisa u l-opportunitajiet indaqs għall-bniet fl-edukazzjoni u fl-impjiegi u jiżgura li l-istandards tal-kura jkunu għodda ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri għan-nisa u l-bniet;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi n-nisa minn pajjiżi mhux tal-UE jikkostitwixxu proporzjon sinifikanti ta’ din il-forza tax-xogħol u spiss jiffaċċjaw kundizzjonijiet tax-xogħol inġusti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi ħafna ħaddiema fil-qasam tal-kura u ħaddiema domestiċi fl-Ewropa huma nisa migranti, li jiffaċċjaw sitwazzjoni prekarja ħafna u jġarrbu diskriminazzjoni intersezzjonali minħabba n-nazzjonalità, ir-razza jew l-oriġini etnika, il-ġeneru, l-istatus soċjoekonomiku u ta’ residenza tagħhom; billi dawn il-migranti qed jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ kura pubblika u affordabbli fl-UE u mhumiex qed jiġu ttrattati bl-istess mod f’termini tad-drittijiet soċjali tagħhom u l-aċċess għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-implimentazzjoni ta’ suċċess tal-istrateġija Ewropea għall-kura tirrikjedi l-monitoraġġ, it-trasparenza u s-sinerġiji bejn il-finanzjament, ir-riċerka u l-politiki tal-UE u nazzjonali, f’konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi rilevanti tal-persuni li jindokraw b’mod formali u informali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-għoti ta’ kura ta’ kwalità jiddependi mill-eżistenza ta’ forza tax-xogħol fil-qasam tal-indokrar kbira biżżejjed u mħarrġa sew b’kundizzjonijiet tax-xogħol u introjtu deċenti; billi l-investiment f’edukazzjoni vokazzjonali ta’ kwalità għolja, taħriġ u opportunitajiet ta’ titjib tal-ħiliet għall-persuni li jindokraw, flimkien ma’ rikonoxximent tal-ħiliet adegwat, huwa essenzjali biex is-settur jiġi professjonalizzat;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-istabbiliment ta’ Patt Ewropew dwar il-Kura, pagi minimi u aċċess għal servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja u bla ħlas jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar u t-tnaqqis tad-distakk fl-għoti tal-kura, kif ukoll tad-distakk fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi data diżaggregata u indikaturi tal-kwalità jistgħu jtejbu l-monitoraġġ tal-kura; billi l-“kura moħbija” tfisser li ħafna mill-persuni li jindokraw b’mod informali mhumiex identifikati permezz ta’ stħarriġiet, u d-data dwar il-persuni li jindokraw li jkunu żgħażagħ (taħt it-18-il sena) hija partikolarment skarsa; billi huwa stmat li kważi kwart taż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u s-17-il sena fl-UE jipprovdu indokrar tat-tfal mhux imħallas, u bejn 8 u 24 % huma involuti fil-kura fit-tul; billi n-nisa u l-bniet huma rappreżentati żżejjed fost il-persuni li jindokraw li jkunu żgħażagħ<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, “Unpaid care in the EU” (Il-kura mhux imħallsa fl-UE), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-istrateġija għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2026–2030, ippubblikata fil-5 ta’ Marzu 2026, issemmi li l-istrateġija Ewropea għall-kura se tiġi żviluppata fil-Patt Ewropew għall-Kura li għandu jitwettaq fl-2027;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kura f’ċifri</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li madwar 6,2 miljun persuna<FOOTNOTE><FIELD> Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, 2023.</FIELD></FOOTNOTE> fl-UE huma impjegati bħala ħaddiema tal-kura formali, filwaqt li aktar minn 53 miljun persuna<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, “Unpaid care in the EU” (Kura mhux imħallsa fl-UE).</FIELD></FOOTNOTE> jipprovdu xogħol ta’ indokrar informali, spiss mhux imħallas, fl-ambjent soċjali tagħhom, bħal fil-każ ta’ membri tal-familja morda jew anzjani, jew membri tal-familja b’diżabbiltà; jinnota li l-kura informali tammonta għal bejn 30 % u 85 % tax-xogħol kollu ta’ indokrar<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Long-term care report” (Rapport dwar il-kura fit-tul), 2021.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq li x-xogħol ta’ indokrar formali spiss ma jkunx rikonoxxut, ikun ikkaratterizzat minn kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, minn pressjoni fiżika u emozzjonali, b’pagi 21 % taħt il-medja fil-kura fit-tul u servizzi soċjali oħra<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, “Wages in long-term care and other social services 21% below average” (Il-pagi fis-servizzi tal-kura fit-tul u servizzi soċjali oħra huma 21 % taħt il-medja).</FIELD></FOOTNOTE>, u fejn in-nisa jaqilgħu bħala medja 20 % anqas mill-irġiel<FOOTNOTE><FIELD> Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, “Shining light on women’s contributions: celebrating their role in informal care” (Nixħtu d-dawl fuq il-kontributi tan-nisa: niċċelebraw ir-rwol tagħhom fil-kura informali).</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li madwar 60 % tax-xogħol ta’ kura informali jitwettaq min-nisa<FOOTNOTE><FIELD> Eurocarers, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li huwa stmat li 32 miljun mara jipprovdu kura informali kull ġimgħa<FOOTNOTE><FIELD> Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, “Shining light on women’s contributions: celebrating their role in informal care” (Nixħtu d-dawl fuq il-kontributi tan-nisa: niċċelebraw ir-rwol tagħhom fil-kura informali).</FIELD></FOOTNOTE> u jwettqu medja ta’ 17-il siegħa ta’ xogħol mhux imħallas fil-ġimgħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Josserva li l-valur ekonomiku tax-xogħol domestiku u ta’ indokrar informali jirrappreżenta bejn 10 % u 39 % tal-PDG madwar id-dinja<FOOTNOTE><FIELD> UN Women, “Redistribute unpaid work” (Ridistribuzzjoni tax-xogħol mhux imħallas), 2021.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li d-diviżjoni inugwali tax-xogħol ta’ indokrar informali tirrifletti diviżjoni inugwali tax-xogħol imħallas; jinnota li fl-UE, 44 % tan-nisa għandhom impjieg full-time, meta mqabbel ma’ 58 % tal-irġiel<FOOTNOTE><FIELD> Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi: Fl-UE ir-rata ta’ impjieg ekwivalenti għall-full-time (FTE) hija ta’ 44 % għan-nisa u 59 % għall-irġiel. ***Ir-rata ta’ impjieg FTE tkejjel is-sigħat tax-xogħol b’mod komparattiv, anki jekk in-nies jaf jaħdmu għadd differenti ta’ sigħat fil-ġimgħa.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq li din id-distribuzzjoni inugwali tar-responsabbiltajiet ta’ kura bejn l-irġiel u n-nisa — id-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura — għandha konsegwenzi għad-distakk bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet; jissottolinja, f’dak il-kuntest, li d-distakk bejn il-ġeneri fil-pagi fl-UE kien stmat għal 38 % fl-2024<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, “Addressing the gender care gap: Potential European added value” (Nindirizzaw id-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura: Valur miżjud Ewropew potenzjali).</FIELD></FOOTNOTE>; josserva li d-distakk bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet fost il-persuni li għandhom 65 sena u aktar fl-UE kien ta’ 25 % fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri”.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza li n-nisa jirrappreżentaw 76 % tad-49 miljun ħaddiem tal-kura formali fl-UE, u jirrappreżentaw 93 % tal-ħaddiema tal-indokrar tat-tfal u tal-assistenti tat-tagħlim<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Childcare workers and teachers’ aides in the EU in 2020” (Il-ħaddiema tal-indokrar tat-tfal u l-assistenti tal-għalliema fl-UE fl-2020).</FIELD></FOOTNOTE>, 86 % tal-ħaddiema tal-kura personali fis-servizzi tas-saħħa u fl-unitajiet domestiċi, u 95 % tal-ħaddiema domestiċi<FOOTNOTE><FIELD> Studju taċ-Ċentru tal-Politika Ewropea bit-titolu “Gender equality: Who cares? Do you?” (L-ugwaljanza bejn il-ġeneri: Min jimpurtah? Inti?) 2022.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota l-importanza tar-rikonoxximent u l-iżvilupp tas-settur tas-servizzi personali u domestiċi bħala settur ewlieni, peress li jinkludi x-xogħol kollu ta’ indokrar li jsir fl-unitajiet domestiċi, bħall-kura diretta (l-indokrar tat-tfal, il-kura fit-tul, il-kura minn indokratur residenti lill-anzjani u lill-persuni b’diżabbiltà) u l-kura indiretta (it-tisjir, il-mogħdija, it-tindif, il-ġardinaġġ, il-klassijiet ta’ rimedju); jissottolinja l-ħtieġa li l-ħaddiema tas-servizzi personali u domestiċi jiġu rikonoxxuti, appoġġjati u jsir investiment fihom; jinnota li dawn is-servizzi jappoġġjaw il-benesseri fid-dar għall-individwi u l-familji, inklużi l-indokrar tat-tfal, il-kura fit-tul għall-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà, it-tindif, it-tiswijiet fid-dar, it-tutoraġġ, il-ġardinaġġ, u l-appoġġ għall-ICT<FOOTNOTE><FIELD> Awtorità Ewropea tax-Xogħol, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq li hemm madwar 6,8 miljun<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, ““Undeclared care work in the EU: Policy approaches to a complex socioeconomic challenge” (Xogħol ta’ indokrar mhux iddikjarat fl-UE: Approċċi ta’ politika għal sfida soċjoekonomika kumplessa), estimi reċenti jissuġġerixxu li 6,8 miljun ħaddiem mhux iddikjarat jipprovdu servizzi ta’ kura jew servizzi domestiċi madwar l-UE, 2,1 miljuni minnhom speċifikament fis-settur tal-kura.</FIELD></FOOTNOTE> ħaddiem mhux iddikjarat fl-UE li jipprovdu kura (2,1 miljuni) jew f’impjieg dirett tal-unitajiet domestiċi (4,7 miljuni), li minnhom 90 % huma nisa, li l-maġġoranza tagħhom huma ċittadini ta’ mezza età u mhux tal-UE, li spiss ikunu sottoimpjegati<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, “Undeclared care work in the EU:Policy approaches to a complex socioeconomic challenge” (Xogħol ta’ indokrar mhux iddikjarat fl-UE: Approċċi ta’ politika għal sfida soċjoekonomika kumplessa).</FIELD></FOOTNOTE>; ifakkar li l-għadd stmat ta’ ħaddiema mhux iddikjarati fis-settur tas-servizzi personali u domestiċi huwa ta’ 9,2 miljun persuna<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, “Undeclared care work in the EU:Policy approaches to a complex socioeconomic challenge” (Xogħol ta’ kura mhux iddikjarat fl-UE: Approċċi ta’ politika għal sfida soċjoekonomika kumplessa). Paġna 7: estimi reċenti jissuġġerixxu li 6,8 miljun ħaddiem mhux iddikjarat jipprovdu servizzi ta’ kura jew servizzi domestiċi madwar l-UE, 2,1 miljun minnhom speċifikament fis-settur tal-kura u 4,7 miljun f’impjieg dirett tal-unitajiet domestiċi. Bl-applikazzjoni ta’ definizzjoni usa’, ifakkar li l-għadd stmat ta’ ħaddiema mhux iddikjarati fis-settur tas-servizzi personali u domestiċi jilħaq id-9,2 miljun persuna.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li s-sejbiet tal-Eurofound juru li fir-rigward tal-kura fit-tul, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, hemm bidla notevoli lejn intensità ogħla tal-kura maż-żmien, bi proporzjon dejjem akbar ta’ persuni li jindokraw mhux imħallsa li jirrapportaw aktar minn 20 siegħa ta’ kura fil-ġimgħa fl-2024 meta mqabbla mal-2014; jinnota li din ix-xejra hija partikolarment evidenti fil-kategorija tal-ogħla intensità tal-kura (51+ siegħa fil-ġimgħa), li turi żieda sinifikanti għaż-żewġ ġeneri; jissottolinja li n-nisa jirrapportaw b’mod konsistenti livelli ogħla ta’ intensità tal-kura meta mqabbla mal-irġiel fil-perjodi kollha ta’ żmien, u dan jirrifletti l-involviment sproporzjonat tagħhom fl-indokrar mhux imħallas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li s-sistemi ta’ kura inadegwati huma fost l-ostakli prinċipali għall-għeluq tad-distakki bejn il-ġeneri fis-swieq tax-xogħol madwar id-dinja<FOOTNOTE><FIELD> Forum Ekonomiku Dinji, “Global Gender Gap Report” (Rapport Dinji dwar id-Distakk bejn il-Ġeneri), 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet tax-xogħol ħalli l-impjieg full-time isir kompatibbli mar-responsabbiltajiet ta’ kura, permezz ta’ mudelli ta’ ħin flessibbli jew tipi oħra ta’ organizzazzjoni tax-xogħol, kif ukoll biex tingħata preferenza lil klima tax-xogħol li tippromwovi l-liv tal-paternità, li trawwem distribuzzjoni ugwali tal-kompiti ta’ kura bejn il-koppji; jisħaq fuq ir-rwol tal-impjegaturi, fost l-oħrajn, f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk bejn il-ġeneri fl-impjiegi billi tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni fl-impjiegi u jinbnew postijiet tax-xogħol favur il-familja, jiġu implimentati strateġiji li jtejbu l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli u miżuri oħra, u jitnaqqsu l-ostakli għall-missirijiet biex jieħdu liv tal-ġenituri, tal-paternità jew tal-persuni li jindokraw, filwaqt li tiġi mħeġġa b’mod attiv kultura ta’ rappreżentanza ugwali tan-nisa; jisħaq li dan jeħtieġ li jkun akkumpanjat mid-destigmatizzazzjoni soċjali u kulturali tal-kura formali, speċjalment l-indokrar tat-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza li biex jitnaqqas id-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura, jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod simultanju l-ostakli kulturali u r-rwoli tradizzjonali tal-ġeneru f’oqsma differenti tal-ħajja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li n-nefqa pubblika fuq il-kura fit-tul hija mistennija li tiżdied għal 1,7 % tal-PDG sal-2050 minn 0,8 % tal-PDG fl-2022<FOOTNOTE><FIELD> Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Settembru 2022 li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja, (SWD(2022)0441).</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li jrid jiġi garantit finanzjament adegwat u sostenibbli<FOOTNOTE><FIELD> Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Settembru 2022 li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja, (SWD(2022)0441).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li sal-2070, kważi 30 % tal-popolazzjoni tal-UE se jkollha 65 sena jew aktar<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport dwar it-Tixjiħ, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>, li, flimkien ma’ fatturi oħra bħal stennija tal-għomor itwal u l-ħtiġijiet ta’ kura li qed jikbru tal-persuni b’diżabbiltà, jaf iwasslu għal domanda akbar għas-servizzi tal-kura u dan joħloq pressjoni sinifikanti fuq is-sistemi tas-saħħa u tal-protezzjoni soċjali, filwaqt li l-għadd ta’ persuni li se jkunu jeħtieġu kura fit-tul huwa mistenni li jiżdied minn 30,8 miljun fl-2019 għal 38,1 miljun fl-2050<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport dwar it-Tixjiħ, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li l-ħtiġijiet attwali diġà joħolqu sfida, peress li waħda minn kull ħames persuni li jeħtieġu kura fit-tul ma tistax taċċedi għal tali servizzi minħabba restrizzjonijiet marbuta mal-affordabbiltà<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, Addressing the gender care gap: Potential European added value” (Nindirizzaw id-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura: Valur miżjud Ewropew potenzjali), p. 6, 2025 — huwa stmat li persuna minn kull ħamsa (19 %) li jeħtieġu servizzi ta’ kura fit-tul ma setgħux jaċċedu għalihom. Ir-raġuni ewlenija kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa kienet l-affordabbiltà.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Lejn soċjetà tal-kura</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iqis li soċjetà tal-kura tirrikonoxxi r-rwol essenzjali tal-kura, li tinkludi kemm il-kura formali kif ukoll informali, fl-istadji kollha tal-ħajja, u tintegraha fil-politiki tagħha, inklużi t-tipi kollha ta’ kura mwettqa b’mod predominanti min-nisa, inklużi l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u l-kura fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza li l-aċċess għall-kura huwa dritt fundamentali; jisħaq li l-investiment f’servizzi tal-kura ta’ kwalità għolja huwa essenzjali biex jiġi żgurat aċċess ugwali; jissottolinja li l-persistenza tal-ostakli għall-aċċess għall-kura hija intrinsikament marbuta ma’ investiment insuffiċjenti fil-kura fit-tul; jinnota li n-nisa u l-bniet f’reġjuni rurali, remoti u ultraperiferiċi, inklużi l-gżejjer, jiffaċċjaw riskji ogħla ta’ faqar fil-kura u nuqqas ta’ aċċess għas-servizzi; jappella għal miżuri mfassla apposta, bħal servizzi mobbli tal-indokrar tat-tfal u tal-kura tal-anzjani, soluzzjonijiet diġitali, u inċentivi għall-professjonisti tal-kura biex jibqgħu fiż-żoni rurali jew jirritornaw lejn dawn iż-żoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iqis li r-responsabbiltajiet ta’ kura ma għandhomx jaqgħu b’mod sproporzjonat fuq in-nisa u li l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-parteċipazzjoni ugwali tal-irġiel u tan-nisa fl-indokrar tat-tfal u fil-kura għall-anzjani, il-kura fit-tul u l-kura tal-membri tal-familja b’diżabbiltà, kif ukoll f’responsabbiltajiet oħrajn ta’ kura informali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jappoġġja l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-responsabbiltajiet ta’ kura billi tiġi promossa kondiviżjoni ugwali tad-dmirijiet tal-kura, jiġi żgurat aċċess għal servizzi ta’ kura ta’ kwalità għolja, affordabbli u aċċessibbli, jiġi pprovdut il-liv tal-ġenituri u l-paga ugwali, jiġu offruti arranġamenti tax-xogħol flessibbli u garantiti kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti adegwati bl-appoġġ fuq il-post tax-xogħol, sistemi tar-reklutaġġ u miżuri ta’ appoġġ għax-xogħol ta’ indokrar fid-dar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappella għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn l-irġiel, li jħeġġu lill-irġiel jieħdu sehem ugwali tar-responsabbiltajiet tal-indokrar, u b’hekk jippermettu parteċipazzjoni aktar qawwija tan-nisa fil-forza tax-xogħol, filwaqt li jitqies l-impatt tal-media soċjali, tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, flimkien ma’ inizjattivi edukattivi u miżuri oħra, bħall-promozzjoni ta’ kulturi fuq il-post tax-xogħol li japprezzaw u jappoġġjaw din il-parità tal-indokrar; jappella għat-tnedija ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fl-UE kollha li jagħtu valur ġdid lix-xogħol ta’ indokrar u li jisfidaw l-istereotipi tradizzjonali tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa ta’ indokrar tat-tfal li jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ kura tal-ġenituri matul il-vaganzi u l-ħinijiet tax-xogħol; jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata edukazzjoni bikrija u indokrar tat-tfal affordabbli, aċċessibbli u ta’ kwalità biex jiġi ffaċilitat ir-ritorn tal-ġenituri għax-xogħol, speċjalment tan-nisa; jisħaq li d-distakk fl-indokrar tat-tfal — meta l-familji jkunu użaw il-liv għall-indokrar tat-tfal tagħhom iżda jkun għad ma għandhomx aċċess sħiħ għall-indokrar tat-tfal<FOOTNOTE><FIELD> L-Osservatorju Ewropew dwar il-Politika tal-Familja, “Childcare Gap In The European Union: A 2025 Overview” (Id-Distakk fl-indokrar tat-tfal fl-Unjoni Ewropea: Ħarsa ġenerali lejn l-2025).</FIELD></FOOTNOTE> — jibqa’ waħda mill-aktar sfidi urġenti għall-ġenituri madwar l-Ewropa; jinnota li l-familji jitħallew jaffrontaw il-kumplessitajiet tal-indokrar tat-tfal mingħajr appoġġ adegwat, u ħafna drabi jiffaċċjaw deċiżjonijiet diffiċli dwar ix-xogħol, il-finanzi u r-responsabbiltajiet ta’ indokrar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza u l-valur soċjali tal-kontributi tal-kura interġenerazzjonali, bħal dawk ipprovduti min-nanniet li regolarment jieħdu ħsieb in-neputijiet tagħhom, li jippermettu lill-ġenituri, b’mod partikolari lill-ommijiet, jeżerċitaw impjieg full-time;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżuri u politiki effettivi, inkluża d-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, biex jiġi żgurat bilanċ ġenwin bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja bir-reqqa l-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva u jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u l-pensjonijiet billi jiġu infurzati l-oqfsa legali eżistenti u tiġi żgurata l-effettività tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jmorru lil hinn mill-minimu ta’ ħamest ijiem fis-sena ta’ liv tal-persuni li jindokraw previst fid-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata u jiżguraw li tali liv jitħallas b’mod adegwat sabiex isir realistikament aċċessibbli għall-persuni kollha li jindokraw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja li miżuri mmirati biex jiffaċilitaw arranġamenti tax-xogħol flessibbli u favur il-familja, inklużi t-telexogħol, is-sigħat tax-xogħol flessibbli, il-liv tal-persuni li jindokraw u l-għażliet part-time, huma kruċjali biex in-nisa u l-irġiel ikunu jistgħu jirrikonċiljaw aħjar il-ħajja professjonali u privata tagħhom, kif ukoll inċentivi u miżuri speċifiċi fil-politiki dwar il-liv tal-ġenituri; jissottolinja l-importanza ta’ distribuzzjoni ġusta tal-liv tal-ġenituri bejn il-ġenituri u l-impatt tiegħu fit-trawwim ta’ soċjetà ugwali bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza li l-ħaddiema tal-kura jipprovdu appoġġ vitali; jenfasizza li l-appoġġ kollu mmirat lejn il-persuni li jindokraw irid jirrikonoxxi d-drittijiet tagħhom bħala persuni li jindokraw u jiżgura l-appoġġ psikoloġiku, is-servizzi ta’ solliev, is-servizzi tal-kura tas-saħħa, l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli (liv, sigħat tax-xogħol, telexogħol), mingħajr ma jitilfu l-paga jew l-intitolamenti biex jiġu bbilanċjati r-responsabbiltajiet ta’ kura u l-impjieg; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu approċċi infurmati dwar it-trawma u li jappoġġjaw is-saħħa mentali fl-għoti tal-kura, filwaqt li jirrikonoxxu r-riskji psikosoċjali kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-benefiċjarji; jenfasizza li dawn il-miżuri jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn pagi ġusti u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-kura sabiex jiġu ggarantiti impjiegi ta’ kwalità u appoġġ imfassal apposta għall-persuni li jindokraw li l-karrieri tagħhom ġew imfixkla mid-dmirijiet tal-kura tas-saħħa sabiex jiġu ffaċilitati r-riintegrazzjoni, l-indipendenza finanzjarja u l-benesseri tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iqis importanti li dawn il-miżuri jkollhom l-għan li jappoġġjaw lill-familji u lill-persuni li jindokraw, jippromwovu l-impjieg tan-nisa u jeliminaw id-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura, flimkien mal-miżuri pprovduti skont l-istrateġija Ewropea għall-kura; jisħaq li għandu jingħata rikonoxximent speċjali lill-ġenituri ta’ tfal b’diżabbiltà, li jiffaċċjaw ostakli aggravati għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-indipendenza finanzjarja minħabba r-responsabbiltajiet ta’ kura fit-tul tagħhom; jissottolinja li l-istess jgħodd għall-persuni li jindokraw qraba b’diżabbiltà u mard kroniku; jenfasizza li l-kura ta’ qarib b’marda kronika tista’ tkun fit-tul, intensiva u emozzjonalment diffiċli, u tpoġġi pressjoni sinifikanti fuq il-persuni li jindokraw b’mod informali; jenfasizza l-ħtieġa, f’każijiet bħal dawn, ta’ appoġġ mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa; jinnota l-importanza li jiġu żviluppati politiki li fl-istess ħin isaħħu s-settur tal-kura, jiżguraw aċċess għal servizzi ta’ kura bbażati fil-komunità ta’ kwalità għolja, u jippromwovu paga ugwali u appoġġ għall-integrazzjoni (jew ir-riintegrazzjoni) ta’ persuni li jindokraw b’mod informali — b’mod partikolari n-nisa — fis-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-settur tal-kura fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali 2028–2034; jenfasizza li l-iżgurar ta’ finanzjament suffiċjenti f’dan il-qasam huwa meħtieġ biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-Kura u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza li soċjetà tal-kura tintegra diversi mudelli ta’ kura, bħal minn fornituri pubbliċi jew privati, indokraturi li jaħdmu għal rashom, jew indokraturi impjegati direttament minn unitajiet domestiċi u tippromwovi d-deistituzzjonalizzazzjoni tal-kura permezz ta’ servizzi fid-dar jew ibbażati fil-komunità; jenfasizza l-approċċ ibbażat fil-komunità u dak interġenerazzjonali għall-kura li jippromwovu s-solidarjetà, inaqqsu l-iżolament soċjali u jrawmu r-reżiljenza fil-familji u l-viċinati; jenfasizza wkoll l-importanza li jinżamm id-dritt li jintgħażel il-mudell tal-kura, sabiex tiġi ppreservata d-dinjità kemm tal-persuni li jindokraw kif ukoll tal-persuni li jeħtieġu l-kura, kif ukoll l-awtonomija, l-indipendenza, il-benesseri u l-inklużjoni tagħhom fil-komunità, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-benefiċjarji tal-kura u tiġi żgurata l-protezzjoni kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru f’ambjenti tal-kura u inkluż appoġġ adegwat u personalizzat għall-persuni li jindokraw b’mod informali; jirrikonoxxi li s-settur tal-kura formali fit-tul għadu jibbaża prinċipalment fuq il-kura residenzjali, filwaqt li l-kura fid-dar u bbażata fil-komunità tappoġġja aħjar id-dritt tal-persuni fil-bżonn ta’ kura li jgħixu b’mod indipendenti; jinnota l-ħtieġa urġenti li tingħata prijorità lil approċċ iċċentrat fuq il-persuna u bbażat fuq id-drittijiet li jippermetti lin-nies jirċievu kura fid-dar u jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza li programmi mmirati għat-taħriġ tal-ħiliet, it-titjib tal-ħiliet u t-tisħiħ tal-ħiliet u l-appoġġ għall-integrazzjoni (jew ir-riintegrazzjoni) fis-suq tax-xogħol mingħajr ebda forma ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa li jkunu għaddew minn interruzzjonijiet fil-karriera minħabba r-responsabbiltajiet ta’ indokrar tagħhom huma essenzjali biex jiġu appoġġjati l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom u l-opportunitajiet indaqs tagħhom fis-suq tax-xogħol; jenfasizza, barra minn hekk, li dawn in-nisa għandhom ħiliet trasferibbli siewja għal impjieg jew intraprenditorija fis-settur; jitlob li jkun hemm programmi speċifiċi u appoġġ biex jiġu rikonoxxuti dawn il-ħiliet permezz ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni jew appoġġ għall-ħolqien ta’ negozji, u b’hekk tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol bħala individwi b’esperjenzi tal-ħajja prezzjużi, bħall-imprendituri u dawk li joħolqu l-impjiegi; jenfasizza l-ħtieġa li dan it-taħriġ ikun aċċessibbli, iffinanzjat b’mod adegwat u marbut ma’ opportunitajiet ta’ impjieg ta’ kwalità;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kura fil-qalba tal-ekonomija </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iqis li l-ekonomija tal-kura tinkludi x-xogħol ta’ indokrar mwettaq permezz tas-settur pubbliku u dak privat, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, is-soċjetà ċivili u kwalunkwe tip ieħor ta’ organizzazzjoni, l-ekonomija soċjali u solidali, u l-unitajiet domestiċi, inklużi l-fornituri u r-riċevituri tal-kura, kif ukoll l-impjegaturi u l-istituzzjonijiet li joffru servizzi ta’ kura<FOOTNOTE><FIELD> Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, https://www.ilo.org/topics-and-sectors/care-economy.</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq li l-ekonomija tal-kura trid tiġi rikonoxxuta bħala ben pubbliku u pilastru ta’ konverġenza soċjali ’l fuq, appoġġjata permezz ta’ investiment stabbli u ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-servizzi tal-kura fit-tul, b’mod partikolari l-kura fid-djar u dik ibbażata fil-komunità, u l-iżvilupp ta’ teknoloġija diġitali awtomatizzata ta’ monitoraġġ tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-imprendituri nisa fis-settur tal-kura jiffaċċjaw ostakli sistemiċi fl-aċċess għall-kreditu u l-investiment; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi ta’ appoġġ iddedikati għall-intraprenditorija tan-nisa fis-settur tal-kura, inklużi fondi ta’ garanzija speċifiċi, skemi ta’ mentoraġġ iffukati fuq in-nisa u kriterji preferenzjali fl-UE; jitlob proposti għal intrapriżi mmexxija min-nisa li jinnovaw fl-ekonomija tal-kura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jisħaq li ekonomija tal-kura tirrikonoxxi x-xogħol ta’ indokrar bħala vitali għar-reżiljenza tal-Ewropa, peress li tikkontribwixxi 11 % għall-PDG tal-UE u timpjega aktar minn 6 miljun persuna, li l-biċċa l-kbira minnhom huma nisa<FOOTNOTE><FIELD> Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali “Care workers: skills opportunities and challenges (2023 update),” (Il-persuni li jindokraw: opportunitajiet u sfidi fil-qasam tal-ħiliet (aġġornament tal-2023), https://www.cedefop.europa.eu/en/data-insights/care-workers-skills-opportunities-and-challenges-2023-update.</FIELD></FOOTNOTE>, bil-potenzjal li toħloq 8 miljun impjieg ġdid<FOOTNOTE><FIELD> Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>, u jirrikonoxxi l-kontribut ekonomiku imprezzabbli li sar minn persuni li jindokraw b’mod informali; jinnota li l-kost ekonomiku tad-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura jista’ jilħaq madwar EUR 147-220 biljun fis-sena, filwaqt li, b’mod simultanju, ir-riċerka turi li l-investimenti fis-settur tal-kura formali jistgħu jiġġeneraw redditi ekonomiċi pożittivi – mill-anqas EUR 4 għal kull EUR 1 investit fl-indokrar tat-tfal jew fil-kura fit-tul<FOOTNOTE><FIELD> Organisation internationale du travail, https://www.ilo.org/topics-and-sectors/care-economy.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku ppreżentat mis-settur tal-kura professjonali u jenfasizza li l-investiment fil-kura jeħles lill-persuni li jindokraw b’mod informali biex ikunu aktar integrati fis-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji għall-kura lokali u reġjonali, u miżuri mmirati għal impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli fiż-żoni rurali u remoti, u r-reġjuni ultraperiferiċi, b’hekk isaħħu l-koeżjoni territorjali u jnaqqsu l-inugwaljanzi fis-suq tax-xogħol; iqis li, għal dawn iż-żoni b’mod partikolari, jistgħu jiġu mobilizzati strumenti ta’ finanzjament tal-UE biex jappoġġjaw il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u ta’ kwalità fis-settur tal-kura, b’tali mod li jindirizzaw il-fenomenu tad-depopolazzjoni f’ċerti żoni u n-nuqqas ta’ ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-appoġġ tagħhom għall-organizzazzjonijiet u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali mingħajr skop ta’ qligħ; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament u jtejbu l-viżibbiltà tal-atturi tal-ekonomija soċjali, kif enfasizzat fil-pjan ta’ azzjoni dwar l-ekonomija soċjali 2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-intrapriżi u l-kooperattivi tal-ekonomija soċjali fl-għoti ta’ servizzi ta’ kura f’żoni u għal popolazzjonijiet li mhumiex moqdija biżżejjed mill-fornituri pubbliċi jew privati tradizzjonali, speċjalment meta r-raġunijiet ta’ profitt ikunu limitati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li jeħtieġ u l-ħtieġa ta’ bbaġitjar skont il-ġeneru biex jiġu żgurati investimenti adegwati fil-kura u jiġu mmonitorjati l-effetti tal-miżuri relatati mal-ġeneru, jew in-nuqqas tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-persuni li jindokraw u tar-rappreżentanti tagħhom fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika inklużi t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwawhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Iqis li huma meħtieġa investimenti futuri biex il-persuni li jindokraw kemm b’mod formali kif ukoll b’mod informali, meta jkun rilevanti, jiġu mgħammra b’taħriġ, inkluż titjib tal-ħiliet immirat, speċjalment fil-ħiliet diġitali, interpersonali u relatati mas-saħħa, inkluż dwar ir-riskji ta’ abbuż fiżiku jew psikoloġiku f’kuntesti ta’ kura u saħħa, kif ukoll biex tingħata kura ta’ kwalità u ċċentrata fuq il-persuna; jinsisti fuq ir-rwol ċentrali tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid fil-ġestjoni tal-karriera tul il-ħajja, peress li l-professjonijiet fis-settur tal-kura jinbidlu bl-evoluzzjonijiet tal-prattiki, tat-teknoloġiji jew saħansitra tal-organizzazzjoni tal-kura; iqis li l-akkumulazzjoni tal-esperjenza għandha tiġi apprezzata aktar permezz ta’ rikonoxximent aħjar tal-għarfien espert u l-kwalifiki miksuba u permezz ta’ aktar opportunitajiet għal edukazzjoni kontinwa; iqis, barra minn hekk, li ċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi promossa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet li qed jevolvu, b’mod partikolari fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ diplomi fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, filwaqt li jiġu żgurati impjiegi bi prospetti fit-tul li jrawmu l-inklużjoni u t-tkabbir; jappella għal standards minimi fl-UE kollha għall-kurrikuli tat-taħriġ fil-kura, li jiżguraw ir-rikonoxximent tal-kwalifiki, il-portabbiltà tad-drittijiet u l-perkorsi tal-karriera għall-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li l-Ewropa qed tesperjenza nuqqas ta’ ħiliet fl-ekonomija, li jsiru akbar hekk kif il-forza tax-xogħol qed tiċkien;<FOOTNOTE><FIELD> Mario Draghi, <STRING ITALIC="on">Il-futur tal-kompetittività Ewropea</STRING>, 2024.</FIELD></FOOTNOTE> jinnota, barra minn hekk, li xi nuqqasijiet jistgħu jiġu traċċati lura għan-nuqqas ta’ użu tat-talent eżistenti, kif muri minn distakki profondi bejn il-ġeneri f’ċerti okkupazzjonijiet, jew għall-isfidi speċifiċi relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħal paga baxxa jew nuqqas ta’ attraenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ servizzi online u taħriġ biex jiżdiedu l-kompetenzi diġitali tal-persuni li jindokraw u dawk li jirċievu l-kura, li jittejbu l-aċċess u l-konnessjonijiet tal-internet biex tittejjeb il-kwalità tal-kura u jinkisbu benefiċċji mit-teknoloġija fl-appoġġ ta’ kura ta’ kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq li x-xogħol ta’ indokrar mhux imħallas għandu impatt soċjali u ekonomiku; jisħaq li x-xogħol ta’ indokrar mhux imħallas għandu rwol kritiku fis-soċjetajiet u l-ekonomiji Ewropej, u jaffettwa l-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol, b’mod partikolari fost in-nisa, jikkontribwixxi għal distakki persistenti bejn il-ġeneri fl-impjiegi u fil-pagi, u jqiegħed pressjoni sinifikanti fuq is-sistemi tal-benesseri soċjali, tas-saħħa u tal-kura fit-tul madwar l-Istati Membri; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lill-indokraturi fi programmi ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ prevenzjoni; jissottolinja l-isfidi, inklużi dawk soċjoekonomiċi, li magħhom iħabbtu wiċċhom il-persuni li jindokraw b’mod informali, fil-biċċa l-kbira nisa, li jipprovdu kura mhux imħallsa u jiffaċċjaw ammont żejjed kombinat ta’ xogħol u indokrar bi protezzjoni soċjali limitata, infrastruttura insuffiċjenti tal-kura formali u appoġġ inadegwat għas-saħħa mentali u li l-kontributi tagħhom jeħtieġu rikonoxximent u appoġġ immirat; jinnota li l-persuni li jindokraw b’mod informali jistgħu jesperjenzaw solitudni, faqar, diffikultajiet fl-aċċess għall-impjieg jew kwistjonijiet ta’ saħħa fiżika u mentali; jenfasizza, b’mod partikolari, li l-kwistjonijiet tas-saħħa mentali assoċjati mal-għoti tal-kura fit-tul jinkludu ansjetà u dipressjoni, li huma 20 % aktar prevalenti fost il-persuni li jindokraw milli fost dawk li ma jindokrawx, u li 66 % tal-persuni li jindokraw b’mod formali jiffaċċjaw riskju għas-saħħa mentali; jinnota li din hija disparità sinifikanti meta mqabbla mal-forza tax-xogħol usa’, fejn 43 % jirrapportaw kwistjonijiet simili; josserva li r-responsabbiltajiet ta’ kura informali jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-indokratur li jattendi l-ħatriet tas-saħħa preventiva tiegħu stess u jistgħu jwasslu għal telf ta’ introjtu, li jikkontribwixxi għall-faqar tan-nisa; jisħaq li dawn l-effetti detrimentali huma assoċjati mill-qrib mal-intensità tal-kura pprovduta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>	Jiddenunzja l-fatt li ħafna persuni li jindokraw u ħaddiema domestiċi qed jiffaċċjaw sitwazzjoni prekarja ħafna u qed jesperjenzaw diskriminazzjoni intersezzjonali minħabba r-razza jew l-etniċità, il-ġeneru, l-istatus soċjoekonomiku jew in-nazzjonalità tagħhom, u l-fatt li ħafna minn dawn il-ħaddiema huma nisa li ma għandhomx kuntratt ta’ impjieg uffiċjali, u għalhekk huma aktar vulnerabbli għall-isfruttament u spiss ma jkollhomx aċċess għad-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari għal xogħol deċenti u protezzjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jappella għal appoġġ finanzjarju mmirat u inizjattivi li jipprovdu servizzi ta’ assistenza psikoloġika u tas-saħħa mentali lill-persuni li jindokraw b’mod informali, inkluża kura ta’ solliev biex tiġi pprovduta solliev okkażjonali, u għal miżuri għall-prevenzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, bl-iskambju tal-aħjar prattiki f’dan ir-rigward fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jisħaq li appoġġ adegwat u mmirat għall-persuni li jindokraw b’mod informali għandu jinkludi r-rikonoxximent tar-rwoli u d-drittijiet tal-persuni li jindokraw, servizzi ta’ appoġġ bħal kura ta’ solliev, konsulenza, appoġġ bejn il-pari, għajnuna finanzjarja u kumpens biex jitnaqqas ir-riskju tal-faqar, arranġamenti tax-xogħol flessibbli (liv, sigħat ta’ xogħol, telexogħol) biex jiġu bbilanċjati l-kura u l-impjiegi, it-taħriġ u l-informazzjoni biex il-persuni li jindokraw jiġu mgħammra b’ħiliet u parteċipazzjoni sinifikattiva fl-iżvilupp tal-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jenfasizza li huma meħtieġa sforzi sinifikanti biex jissaħħaħ l-istatus professjonali tal-persuni li jindokraw u jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema fis-settur tal-kura, inkluż permezz ta’ soluzzjonijiet imfassla apposta biex jinkoraġġixxu x-xogħol iddikjarat, pagi ġusti, perkorsi ta’ żvilupp tal-karriera, u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u aktar deċenti; jissottolinja li l-investiment f’servizzi ta’ kura formali jista’ jtaffi b’mod sinifikanti l-pressjoni fuq il-persuni li jindokraw b’mod informali u jipprevjeni xi wħud mill-effetti detrimentali fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom u l-prospetti tal-karriera, u b’hekk jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat l-aċċess għal appoġġ psikosoċjali u edukazzjoni mmirat għall-persuni żgħażagħ li jindokraw<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, id-Direttorat-Ġenerali għall-Politiki Interni, sintesi ta’ politika fil-fond: “The situation of young carers in Europe” (Is-sitwazzjoni tal-indokraturi żgħażagħ fl-Ewropa), 2024: “Young carers are children under the age of 18 who regularly provide caregiving to a disabled, or otherwise non autonomous parent, sibling or other member of the household.” (Persuni żgħażagħ li jindokraw huma tfal taħt it-18-il sena li b’mod regolari jipprovdu kura lil ġenitur, wieħed jew waħda mill-aħwa jew membru ieħor tal-familja li jkunu diżabbli, jew inkella mhux awtonomi”</FIELD></FOOTNOTE>, li jipprovdu kura b’mod informali, li jammontaw għal 4 % sa10 % tat-tfal fl-UE u li r-responsabbiltajiet ta’ indokrar tagħhom jaffettwaw l-edukazzjoni, is-saħħa mentali u l-iżvilupp soċjali<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, id-Direttorat-Ġenerali għall-Politiki Interni, sintesi ta’ politika fil-fond: “<STRING ITALIC="on">The situation of young carers in Europe</STRING>” (Is-sitwazzjoni tal-indokraturi żgħażagħ fl-Ewropa), 2024.</FIELD></FOOTNOTE> u l-karrieri futuri tagħhom; iħeġġeġ il-ħolqien ta’ programmi ddedikati tal-UE biex jappoġġjaw lill-indokraturi żgħażagħ, biex jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola jew mis-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jirrikonoxxi li filwaqt li porzjon sinifikanti mix-xogħol ta’ indokrar titwettaq minn nazzjonali tal-UE, sehem jitwettaq ukoll minn nisa li joriġinaw minn pajjiżi mhux tal-UE; jisħaq li, filwaqt li l-isforzi għandhom jikkonċentraw fuq l-attrazzjoni u ż-żamma ta’ ħaddiema tal-kura domestika, ir-reklutaġġ ta’ ħaddiema mhux tal-UE jrid ikun ibbażat fuq il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, permezz ta’ migrazzjoni legali ġestita tajjeb u għandu jinkludi taħriġ professjonali komprensiv; jenfasizza li r-reklutaġġ ta’ ħaddiema mhux tal-UE jrid isir esklużivament permezz ta’ kanali ta’ migrazzjoni legali trasparenti u bbażati fuq id-drittijiet; jappella għal investiment sostanzjali fl-iżvilupp tal-ħiliet u t-taħriġ professjonali biex jiġu appoġġjati l-awtonomizzazzjoni u l-integrazzjoni tal-ħaddiema legali mhux tal-UE; jikkundanna bil-qawwa l-forom kollha ta’ xogħol mhux iddikjarat, sfruttament u impjieg prekarju u jenfasizza l-kontribut indispensabbli kemm tal-ħaddiema tal-kura tal-UE kif ukoll ta’ dawk mhux tal-UE għall-koeżjoni soċjali u l-benesseri fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità, li tinkludi d-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva, huwa essenzjali biex kulħadd jaffordja kwalità tal-ħajja tajba;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-triq ’il quddiem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-aġenziji rilevanti, tipprovdi data preċiża, aċċessibbli u komparabbli li tkejjel id-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura, inkluż permezz ta’ stħarriġiet dwar l-użu tal-ħin, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkondividu l-aħjar prattika u jindirizzaw dan id-distakk b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jappella għall-ġbir sistematiku ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru, preċiża, ta’ kwalità għolja u komparattiva dwar ir-responsabbiltajiet ta’ kura fl-indokrar tat-tfal u l-kura fit-tul, dwar il-qligħ, inklużi s-salarji u l-pagi<FOOTNOTE><FIELD> https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Glossary%3AWages_and_salaries_-_EBS.</FIELD></FOOTNOTE>, il-pensjonijiet, il-ħin tax-xogħol, il-kopertura tal-protezzjoni soċjali, l-istatus kuntrattwali tal-ħaddiema tal-kura fl-UE, u s-sitwazzjoni ta’ ċittadini mhux tal-UE u tfal li jipprovdu kura u, meta jkun possibbli, data dwar il-PHS u l-kura informali sabiex jiġi mmonitorjat l-ammont ta’ kura pprovduta mill-membri tal-familja lill-qraba tagħhom u jekk u kif dawn ir-responsabbiltajiet ta’ kura jaffettwaw il-ħajja tax-xogħol tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru data dwar is-sitwazzjoni tal-indokraturi żgħażagħ, u jiżviluppaw linji gwida għall-UE kollha u jiskambjaw l-aħjar prattiki biex jgħinu lill-Istati Membri jidentifikawhom u jappoġġjawhom fi skejjel u komunitajiet, u permezz ta’ sistemi tal-kura tas-saħħa msaħħa mill-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi djalogu strutturat dwar il-kura u tistabbilixxi pjattaforma annwali għall-kura, li tlaqqa’ flimkien lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, bħall-akkademiċi, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, l-assoċjazzjonijiet ta’ persuni li jirċievu l-kura, il-persuni li jindokraw b’mod informali, il-fornituri tal-kura soċjali, bi skop ta’ qligħ, pubbliċi u mingħajr skop ta’ qligħ u t-trade unions biex jivvalutaw il-progress, jiskambjaw prattiki innovattivi biex itejbu l-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija tal-UE għall-kura, u jfasslu l-passi li jmiss għall-implimentazzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>iħeġġeġ l-applikazzjoni tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru biex jiġi żgurat li l-infiq fuq is-servizzi ta’ kura jnaqqas direttament l-inugwaljanzi li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jisħaq li r-rwol tal-indokraturi għandu jkun, fuq kollox, li jieħdu ħsieb u għalhekk iqis li huwa meħtieġ li titnaqqas il-burokrazija żejda bla bżonn u li jiġi evitat kemm jista’ jkun li dawn jingħataw kompiti amministrattivi li jista’ jiġi ġestit minn assistenti amministrattivi jew minn għodod diġitali xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkonsultati l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha matul it-tħejjija tal-patt dwar il-kura mħabbar, fil-livell tal-UE, fil-livell nazzjonali u dak lokali, inklużi r-rappreżentanti tal-persuni li jindokraw b’mod informali u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, sabiex jiġu evitati politiki kompartimentalizzati u titqies id-diversità tas-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jinvestu f’ekonomija tal-kura u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=oj:JOC_2022_484_R_0001, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:32022H1215(01).</FIELD></FOOTNOTE> dwar ir-reviżjoni tal-miri ta’ Barċellona dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u dwar l-aċċess għal kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja skont l-istrateġija tal-UE dwar il-kura, u jinkludu fir-rapporti ta’ implimentazzjoni tagħhom l-identifikazzjoni ta’ prattiki tajbin, lakuni u mmappjar tal-progress, flimkien ma’ strateġiji biex jinkoraġġixxu parteċipazzjoni akbar tal-irġiel fis-settur tal-kura, u jindirizzaw ix-xogħol tal-kura mhux iddikjarat, jidentifikaw l-ixprunaturi ewlenin u jipproponu soluzzjonijiet imfassla apposta; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Garanzija Ewropea għat-Tfal ikollha objettivi u prijoritajiet ċari, bl-allokazzjoni ta’ baġit sostanzjali ddedikat, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw servizzi ta’ kura affordabbli, ta’ kwalità għolja u aċċessibbli għall-kura bikrija tat-tfal u l-kura tal-anzjani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jenfasizza li l-istrateġija dwar il-kura għandha tkun allinjata mal-istrateġija tal-UE għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità peress li tindirizza sfidi komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jisħaq li l-kura pprovduta lill-persuni b’diżabilità jeħtieġ li tagħti prijorità lill-awtonomija, peress li dawn l-individwi għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu fejn u ma’ min jgħixu, kif ukoll id-dinjità u l-inklużjoni permezz ta’ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u ċċentrat fuq il-persuna, li jirrifletti l-bidla kontinwa fl-għoti tal-kura; jenfasizza li dan jista’ jinkiseb billi jittejbu l-kundizzjonijiet tal-kura tagħhom, bħal permezz ta’ kura ta’ kwalità għolja fid-dar jew għażliet residenzjali oħra li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom, inkluż għajxien indipendenti u aċċessibbli, u billi l-persuni b’diżabilità jiġu inklużi fit-tfassil tas-sistemi tal-kura, filwaqt li jiġu promossi wkoll l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom, inkluż permezz ta’ soluzzjonijiet diġitali, u b’hekk tinħoloq forza tax-xogħol inklużiva u jiġi ggarantit l-aċċess tagħhom għall-impjiegi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jisħaq li nofs biss mit-42,8 miljun persuna b’diżabilità fl-età tax-xogħol tal-UE huma impjegati, b’21 % biss tan-nisa b’diżabbiltajiet f’impjieg full-time<FOOTNOTE><FIELD> Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza Bejn is-Sessi, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu u jħarrġu lill-indokraturi biex jappoġġjaw l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità fis-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jisħaq li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-persuni li jindokraw b’mod informali, familji u ġentiuri, speċjalment ommijiet li jipprovdu kura fit-tul lit-tfal b’diżabilità, billi jiġi żgurat appoġġ adegwat, kemm jekk finanzjarju jew permezz tas-sigurtà soċjali u aċċess għal servizzi ta’ solliev u konsulenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jisħaq, f’dan ir-rigward, li, bħala obbligu li jirriżulta mill-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, l-UE jeħtiġilha tintegra b’mod sistematiku d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità permezz tal-programmi kollha fil-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027 billi tiżviluppa metodoloġija biex jinżamm rendikont tal-infiq li huwa ta’ benefiċċju għall-persuni b’diżabilità, inklużi n-nisa u l-bniet, u billi tivverifika li l-programmi u l-proġetti kollha ffinanzjati mill-UE jiggarantixxu opportunitajiet indaqs u aċċess għall-finanzjament tal-UE lil persuni b’diżabilità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jappella għall-implimentazzjoni sħiħa u aktar monitoraġġ, infurzar u evalwazzjoni bir-reqqa tad-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi estiż u jsir progress lejn liv tal-maternità, tal-paternità u tal-persuni li jindokraw ikkumpensat b’mod adegwat u li jiġi ffaċilitat it-teħid tal-liv tal-ġenituri kif ukoll il-monitoraġġ tat-teħid ta’ tali liv mill-irġiel; jistieden lill-Istati Membri jaġġornaw l-istatus tal-indokraturi b’mod informali permezz ta’ remunerazzjoni u kumpens xierqa u aċċess għal servizzi ta’ kura ta’ solliev biex jappoġġjaw aħjar l-indokraturi informali attwali, filwaqt li jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi inizjali tad-Direttiva li tħeġġeġ aktar irġiel jinvolvu ruħhom fl-għoti tal-kura; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinsisti fuq inċentivi għaż-żewġ ġenituri biex jibbenefikaw mil-liv tal-ġenituri, filwaqt li jitlob ukoll arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-ġenituri, u tipproponi linji gwida ta’ kwalità fil-livell tal-UE u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għas-servizzi ta’ kura fit-tul, inkluż għal livelli adegwati ta’ persunal, programmi ta’ taħriġ speċjalizzati u mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità; iħeġġeġ li l-impjegati, b’mod partikolari n-nisa, li jużaw il-liv tagħhom sabiex jipprovdu kura lill-membri tal-familja tagħhom, biex ikunu protetti b’mod effettiv mit-tkeċċija jew minn kwalunkwe trattament diskriminatorju relatat mar-responsabbiltajiet ta’ kura tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu liv tal-ġenituri mħallas b’mod adegwat u mhux trasferibbli għal kull ġenitur, biex jiġi pprevenut li n-nisa jitgħabbew b’mod sproporzjonat bir-responsabbiltajiet tal-kompiti ta’ indokrar; jissottolinja li t-titjib tat-teħid tal-liv mill-irġiel huwa kruċjali biex jinbidlu n-normi, tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jittaffa kwalunkwe effett interġenerazzjonali negattiv fuq il-bniet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta direttiva dwar id-dritt għall-iskonnessjoni biex tipproteġi lill-ħaddiema kollha, b’mod partikolari lill-ġenituri u l-indokraturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jappella għall-protezzjoni tal-indokraturi, li huma fil-biċċa l-kbira nisa, inklużi dawk li jieqfu għal ftit mill-impjieg biex jipprovdu kura lil membru tal-familja jew lil xi ħadd ieħor li jkollu bżonn il-kura; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu, jirrikonoxxu u jappoġġjaw ir-rwol tagħhom, jirrikonoxxu l-kontribut vitali tagħhom għall-koeżjoni soċjali u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura madwar l-Ewropa; jitlob, f’dan ir-rigward, li l-aċċess tagħhom għas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali jiġi żgurat sabiex jittaffew l-effetti negattivi tal-indokrar, speċjalment fuq il-karrieri u l-indipendenza ekonomika tan-nisa, filwaqt li jiġi żgurat, fl-istess ħin, li n-nisa ma jiġux imbuttati’ l barra mis-suq tax-xogħol formali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi qafas komprensiv u reattiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru biex tidentifika u tirrikonoxxi l-forom differenti ta’ kura informali madwar l-Ewropa fl-istrateġija Ewropea għall-kura li jmiss; jisħaq li l-persuni li jindokraw b’mod informali jeħtiġilhom jingħataw appoġġ, arranġamenti tax-xogħol flessibbli, liv għall-kura u aċċess għal servizzi ta’ kura supplimentari adegwati, kif ukoll konsulenza u appoġġ bejn il-pari; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat l-aċċess għall-ħin personali għall-persuni li jindokraw b’mod informali u li jitħeġġeġ l-iżvilupp personali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-persuni li jindokraw mhux imħallsa billi jiżguraw l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, il-krediti tal-pensjoni, is-servizzi ta’ solliev u l-appoġġ finanzjarju; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqas progressivament ix-xogħol tal-kura mhux imħallas li jiġġarrab min-nisa u l-bniet b’soluzzjonijiet li jqassmu mill-ġdid il-piżijiet, bħall-investiment f’servizzi affordabbli għall-indokrar tat-tfal, il-kura tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità, u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali tal-irġiel fix-xogħol tal-kura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jirrimarka li l-għoti ta’ servizzi universali ta’ kwalità għolja għall-indokrar tat-tfal inaqqas ix-xogħol tal-kura mhux imħallas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jappella lill-Istati Membri biex jikkondividu prattiki tajba dwar il-perjodi minimi ta’ solliev għall-persuni li jindokraw b’mod informali, filwaqt li jiġi żgurat il-benesseri fiżiku u mentali tagħhom u tiġi permessa l-parteċipazzjoni kontinwa tagħhom fl-impjiegi; jappella għal azzjonijiet konkreti ta’ appoġġ, bħal kampanja ta’ sensibilizzazzjoni, perkorsi volontarji għar-rikonoxximent tal-ħiliet u taħriġ immirat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu lill-indokraturi żgħażagħ li l-ħtiġijiet tagħhom spiss jiġu injorati u jiżviluppaw miżuri ta’ appoġġ immirati, inklużi arranġamenti tal-edukazzjoni flessibbli, servizzi ta’ konsulenza u kura ta’ solliev, biex jiġu pprevenuti impatti negattivi fuq is-saħħa, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ta’ impjieg futuri tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-perjodi ta’ indokrar informali jiġu rikonoxxuti b’mod ġust fis-sistemi tal-pensjonijiet u tas-sigurtà soċjali u f’inizjattivi tal-EU futuri relatati; iħeġġeġ lill-Istati Membri, barra minn hekk, jesploraw soluzzjonijiet ġusti u sostenibbli biex jipproteġu lil dawk – lin-nisa b’mod predominanti – li jiddedikaw partijiet sinifikanti mill-ħajja tax-xogħol tagħhom biex jindokraw lill-persuni dipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tal-kura formali, b’enfasi fuq l-iżgurar ta’ remunerazzjoni ġusta u ugwali, b’attenzjoni tingħata lid-domandi fiżiċi u psikoloġiċi marbuta mal-għoti tal-kura, kif ukoll aċċess għal taħriġ kontinwu u ambjenti tax-xogħol sikuri, inklużi miżuri għall-prevenzjoni ta’ burnout u kull forma ta’ vjolenza u fastidju fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li jippromwovu l-attraenza tal-professjonijiet tal-kura permezz ta’ perspettivi fit-tul, it-tisħiħ tad-djalogu soċjali u l-inkoraġġiment ta’ aktar irġiel jidħlu u jibqgħu fis-settur tal-kura; jenfasizza li t-titjib tas-salarji u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tal-kura se jagħmel l-impjiegi aktar attraenti u jiskoraġġixxi x-xogħol mhux iddikjarat; ifakkar fil-ħtieġa għall-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw kif xieraq id-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi biex jistabbilixxu strutturi tal-pagi li jirriflettu l-ħiliet, ir-responsabbiltajiet u l-valur soċjali ta’ dawn ir-rwoli, flimkien ma’ perkorsi ċari għan-nisa biex jagħmlu progress lejn pożizzjonijiet ta’ tmexxija u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fis-settur tal-kura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu aktar f’taħriġ vokazzjonali ta’ kwalità għolja u jsaħħu r-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba permezz tal-indokrar formali u informali billi jintegraw dawn il-ħiliet fil-politiki tat-tagħlim tul il-ħajja u tat-titjib tal-ħiliet, filwaqt li jikkunsidraw ukoll proċess ta’ ċertifikazzjoni jew mekkaniżmi oħra għar-rikonoxximent transfruntier tal-kwalifiki; iħeġġeġ l-adozzjoni ta’ għodod tas-saħħa diġitali biex tingħata spinta lill-ħiliet diġitali tal-ħaddiema tal-kura, bħall-għoti ta’ appoġġ mill-bogħod inklużi t-telekura jew il-konsultazzjonijiet bil-vidjo; jissottolinja li l-ħiliet ma jinkisbux biss permezz tal-edukazzjoni formali u li l-oqfsa ta’ politika jridu jirrikonoxxu u jivvalidaw perkorsi alternattivi għall-iżvilupp tal-ħiliet; jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw miżuri għal integrazzjoni u riintegrazzjoni gradwali u flessibbli fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li jkunu għamlu waqfa twila fil-karriera biex jipprovdu kura lill-qraba, inkluż permezz ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jissottolinja l-opportunitajiet ta’ impjieg li l-intraprenditorija tista’ toħloq fis-settur tal-kura u jisħaq fuq l-importanza li n-nisa jiġu appoġġjati fit-tranżizzjoni minn indokraturi informali għal imprendituri fis-settur tal-kura; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu perkorsi ta’ taħriġ intraprenditorjali mfassla apposta, proċeduri amministrattivi simplifikati għall-istabbiliment ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma proprjetà tan-nisa u għan-nisa li jaħdmu għal rashom fis-settur, u aċċess iffaċilitat għal mikrokreditu ddedikat, filwaqt li jiġi rikonoxxut il-valur ekonomiku u soċjali ta’ tali tranżizzjoni professjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-Unjoni tal-Ħiliet biex tagħti spinta lill-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja f’setturi b’nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol fl-UE kollha, bħax-xogħol tal-kura, filwaqt li tiżgura opportunitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema kollha tal-kura professjonali u tirrikonoxxi d-diplomi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jappella għall-ħolqien ta’ statut Ewropew għall-persuni li jindokraw biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni li jindokraw b’mod formali, bħar-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba permezz tax-xogħol tal-kura, u b’hekk il-persuni li jindokraw, is-servizzi personali u domestiċi, l-impjegaturi utenti u l-kura istituzzjonali jiġu integrati f’qafas u definizzjoni komuni tal-UE, li jiggarantixxu standards minimi ta’ rikonoxximent u protezzjoni għall-persuni li jindokraw fl-Istati Membri kollha u jnaqqsu l-inugwaljanzi bejniethom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>	Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallinjaw l-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa mal-istrateġija tal-UE għall-kura u jrawmu sinerġiji bejn il-programm l-UE għas-Saħħa u opportunitajiet oħra ta’ finanzjament għas-settur tal-kura sabiex is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura soċjali jiġu kkollegati flimkien u jipprovdu appoġġ bla xkiel, speċjalment għall-kundizzjonijiet kroniċi fost l-aktar individwi vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jitlob pjan ta’ azzjoni Ewropew li jikkontribwixxi biex jitnaqqas id-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura u li jiġu appoġġjati il-persuni li jindokraw, kemm b’mod formali kif ukoll b’mod informali; jitlob, f’dan ir-rigward, appoġġ għall-ġenituri waħedhom u għall-familji f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inklużi dawk li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali u ħtiġijiet ta’ kura aggravati u/jew domandi ta’ intensità għolja, b’enfasi fuq kopertura tal-protezzjoni soċjali, indokrar tat-tfal affordabbli, aċċessibbli u ta’ kwalità għolja, bilanċ imtejjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, servizzi ta’ kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja, kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar fis-settur tal-kura u l-promozzjoni tal-ugwaljanza; jitlob, għalhekk, li dan il-pjan jiffoka fuq l-aċċess għall-impjiegi u t-taħriġ – inkluż fil-ħiliet diġitali, il-kopertura tal-protezzjoni soċjali, l-infrastruttura tal-kura u s-servizzi fit-tul, l-indokrar tat-tfal, is-settur tas-servizzi personali u domestiċi, l-appoġġ psikosoċjali u l-flessibbiltà mtejba tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>	Jinnota li l-aċċess xieraq għas-servizzi tal-kura tas-saħħa riproduttiva u l-abort jista’ jgħin lill-ġenituri jevitaw l-istress ta’ tqala mhux mistennija u jikkontribwixxu għall-ippjanar tal-familja; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu aċċess affordabbli għal servizzi tal-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jużaw bis-sħiħ il-fondi tal-UE, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-programm l-UE għas-saħħa, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, biex jiżviluppaw servizzi ta’ kura aċċessibbli, affordabbli u ta’ kwalità għolja fil-gruppi tal-etajiet kollha, mit-tfulija bikrija sal-kura fit-tul għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilità; jissottolinja l-ħtieġa li t-terminu “appoġġ” jiġi integrat flimkien ma’ “kura” sabiex tiġi koperta bis-sħiħ id-diversità tas-servizzi u l-perspettiva bbażata fuq id-drittijiet li tiggwidahom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni ta’ Patt Ewropew dwar il-Kura komprensiv li għandu jiġi ppubblikat fl-2027, u b’hekk iġġedded l-istrateġija Ewropea għall-kura bħala qafas aktar ambizzjuż u koerenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza lill-persuni li jindokraw kemm b’mod formali kif ukoll b’mod informali billi tippromwovi indokrar tat-tfal affordabbli u ta’ kwalità għolja, programmi edukattivi ta’ wara l-iskola u servizzi ta’ kura fit-tul; jisħaq li għandu jqis ir-rakkomandazzjonijiet inklużi f’dan ir-rapport, fost l-oħrajn, biex jiffaċilita r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki, jappoġġja l-iżvilupp tal-ħiliet, il-progressjoni tal-karriera u l-investiment fil-kura, u jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien billi juża l-fondi tal-UE biex jippromwovi impjieg ġust u kura ta’ kwalità għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>	Jenfasizza li investiment akbar fis-saħħa pubblika u l-kura soċjali inklużi l-pagi u t-taħriġ tal-ħaddiema huwa essenzjali biex jittejbu r-reklutaġġ u ż-żamma sabiex jiġu żgurati impjiegi ta’ kwalità li jżidu l-attraenza tax-xogħol fis-settur tal-kura;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>