<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0191</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-ħtieġa li jitnaqqsu l-fatalitajiet relatati max‑xogħol</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0244/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Mejju 2026 dwar il-ħtieġa li jitnaqqsu l-fatalitajiet relatati max‑xogħol (2025/3046(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 151, 153 u 156 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/391/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar qafas strateġiku ġdid tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali wara l-2020<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 122.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2025 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali u l-ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol – it-tiswir tal-futur tax-xogħol<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/2154, 6.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2154/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 31 tagħha, li jiddikjara li kull ħaddiem huwa intitolat għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sikurezza u d-dinjità tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jikkostitwixxu pilastru essenzjali tal-politika soċjali Ewropea u element ċentrali tal-ħarsien tad-dinjità tal-bniedem, tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u sikuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fl-2023 ġew irreġistrati fl-UE 3 298 aċċident fatali fuq il-post tax-xogħol u madwar 2,8 miljun aċċident mhux fatali li rriżultaw f’assenza mix-xogħol ta’ mill-anqas erbat ijiem; billi din l-istatistika tkompli tenfasizza problemi serji f’setturi ta’ riskju għoli b’inċidenza għolja ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol, bħall-kostruzzjoni, it-trasport, il-manifattura u l-agrikoltura;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-ħaddiema żgħażagħ huma aktar vulnerabbli għal aċċidenti serji fuq il-post tax-xogħol meta mqabbla mal-kollegi akbar fl-età tagħhom, b’rati ta’ aktar minn 40 % ogħla minn dawk ta’ ħaddiema aktar esperjenzati, u dan jirrifletti ż-żieda fil-vulnerabbiltà tagħhom minħabba esperjenza tax-xogħol limitata, taħriġ insuffiċjenti u għarfien aktar limitat tal-perikli fuq il-post tax-xogħol; billi jistgħu jkunu esposti għal kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena li jistgħu jwasslu għal mard okkupazzjonali matul iż-żgħożija tagħhom jew aktar tard fil-ħajja;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi huwa importanti li tiġi applikata perspettiva tal-ġeneru għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, peress li l-ħaddiema jistgħu jkunu esposti u aktar vulnerabbli b’mod differenti għal diversi tipi ta’ sustanzi jew riskji skont il-ġeneru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-ħaddiema f’setturi bħal dawk tas-saħħa u tal-kura soċjali huma esposti għal vjolenza u riskji psikosoċjali, u jiffaċċjaw ukoll riskji sinifikanti u spiss sottovalutati għas-sikurezza tagħhom; billi l-vjolenza u l-bullying fuq il-post tax-xogħol jistgħu jikkawżaw ħsara psikoloġika serja u ġew assoċjati ma’ riskju akbar ta’ kwistjonijiet ta’ saħħa mentali; billi dawn il-fenomeni huma rrapportati b’mod partikolari fis-servizzi tas-saħħa u tal-kura;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar snin, diversi Stati Membri rrapportaw żieda sinifikanti fl-attakki kontra l-uffiċjali tal-awtorità pubblika li jkunu qed iwettqu d-dmirijiet tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll kontra l-ħaddiema tas-salvataġġ ta’ emerġenza; billi ċerti attivitajiet professjonali, b’mod partikolari dawk relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika u l-użu leġittimu tal-forza, huma kkaratterizzati minn esponiment strutturali u permanenti għar-riskju ta’ korriment fiżiku serju jew mewt li jirriżulta minn atti intenzjonati ta’ vjolenza minn partijiet terzi; billi t-theddid u l-atti intenzjonati ta’ vjolenza kontra l-ħaddiema tas-salvataġġ ta’ emerġenza, bħall-paramediċi u l-pumpiera, huma fenomenu pjuttost ġdid; billi dan l-esponiment, li jinvolvi atti intenzjonati minn partijiet terzi, jiddistingwi dawn il-professjonijiet minn forom oħra ta’ xogħol perikoluż u jiġġustifika rikonoxximent speċifiku tan-natura tar-riskji involuti;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-ħaddiema transfruntiera u migranti, inklużi l-ħaddiema minn pajjiżi terzi, huma partikolarment vulnerabbli għall-isfruttament ta’ ħaddiema u forom ta’ illegalità marbuta max-xogħol; billi r-riċerka turi li globalment, dawn il-ħaddiema jiffaċċjaw riskju ta’ madwar 70 % ogħla ta’ aċċidenti fatali relatati max-xogħol meta mqabbla mal-ħaddiema lokali<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju, Lau <STRING ITALIC="on">et al</STRING>., “Workplace mortality risk and social determinants among migrant workers” (Ir-riskju ta’ mortalità fuq il-post tax-xogħol u determinanti soċjali fost il-ħaddiema migranti), <STRING ITALIC="on">The Lancet Public Health</STRING>, Volum 9, Ħarġa 11, 2024, E935-E949, https://doi.org/10.1016/S2468-2667(24)00226-3).</FIELD></FOOTNOTE>, u li għall-UE, ir-riskju għadu wkoll ogħla b’mod sinifikanti, b’madwar 65 %, b’mod partikolari għall-ħaddiema mill-Ewropa tal-Lvant; billi ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiffaċċjaw riskju tliet darbiet akbar ta’ aċċidenti relatati max-xogħol u huwa stmat li madwar aċċident wieħed biss minn kull ħamsa huwa rrapportat, u dan jenfasizza sottovalutazzjoni serja tal-fenomenu u ħtieġa li jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ protezzjoni u infurzar u li jiġu rispettati l-legalità u d-dinjità tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi għadd sinifikanti ta’ fatalitajiet relatati max-xogħol huwa kkawżat minn mard okkupazzjonali, li spiss huwa sottovalutat, mhux rikonoxxut biżżejjed u mhux rapportat biżżejjed, b’mod partikolari minħabba l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-kura, il-prevenzjoni u s-segwitu, it-traċċabbiltà inadegwata tal-esponiment, u l-latenza ta’ ċerti kundizzjonijiet mediċi; billi s-sottorapportar u r-rikonoxximent insuffiċjenti tal-mard okkupazzjonali jimminaw l-effettività tal-politiki ta’ prevenzjoni, il-mekkaniżmi ta’ kumpens u s-sistemi ta’ infurzar;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kanċer huwa l-kawża ewlenija ta’ fatalitajiet relatati max-xogħol fl-UE; billi l-ħaddiema jistgħu jkunu esposti fuq il-post tax-xogħol għal taħlita ta’ sustanzi li jkomplu jżidu r-riskji għas-saħħa; billi l-esponiment għal fatturi bħar-radjazzjoni, l-istress relatat max-xogħol, organizzazzjoni tax-xogħol u kundizzjonijiet tax-xogħol inadegwati ntrabat mal-kanċers okkupazzjonali; billi l-każijiet ta’ kanċer tal-ġilda, waħda mill-aktar mardiet okkupazzjonali mifruxa, qed jiżdiedu, filwaqt li proporzjon limitat biss ta’ dawn il-każijiet huwa rikonoxxut bħala każijiet ta’ mard okkupazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, fil-kuntest tar-rakkomandazzjoni aġġornata tal-Kummissjoni dwar il-mard okkupazzjonali, adottata fit-28 ta’ Novembru 2022<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2337 tat-28 ta’ Novembru 2022 dwar l-iskeda Ewropea tal-mard okkupazzjonali, ĠU L 309, 30.11.2022, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2022/2337/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, ġie ssottolinjat li huwa importanti li jiġu appoġġjati l-ħaddiema li huma esposti għal riskji okkupazzjonali u l-familji li tilfu lil qrabathom minħabba tali esponiment, inkluż permezz tal-għoti ta’ assistenza adegwata;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-prevenzjoni tal-aċċidenti u tal-mard okkupazzjonali hija pedament tal-politika soċjali Ewropea u tad-dritt tal-moviment liberu tal-ħaddiema; billi dan mhux biss huwa obbligu legali li jirriżulta mid-dritt tal-UE, b’mod partikolari d-Direttiva 89/391/KEE, u mis-sistemi legali nazzjonali, iżda wkoll investiment soċjali u ekonomiku strateġiku li jista’ jiġġenera effetti pożittivi u dejjiema għall-ħaddiema, il-kumpaniji u l-komunitajiet kollha kemm huma billi jgħin biex jitnaqqsu r-riskji, jiġu limitati l-kostijiet soċjoekonomiċi tal-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u jiġi żgurat it-titjib ġenerali tal-kwalità u s-sostenibbiltà tal-ambjenti tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi ntwera li t-taħriġ speċifiku pprovdut lill-pumpiera voluntiera, inkluż it-taħriġ fl-ewwel għajnuna, il-valutazzjoni tar-riskji, il-proċeduri ta’ evakwazzjoni u l-prevenzjoni tan-nar isaħħu s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol billi jippermettu rispons f’waqtu u effettiv għal aċċidenti serji u billi jrawmu kultura ta’ prevenzjoni tar-riskji, u b’hekk jikkontribwixxu għat-tnaqqis tas-severità ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol; billi skont id-Direttiva 89/391/KEE, l-impjegaturi għandhom obbligu legali li jimplimentaw valutazzjonijiet tar-riskju, jipprovdu taħriġ, u jiżguraw miżuri għall-ewwel għajnuna, it-tifi tan-nar u l-evakwazzjoni, u l-appoġġ tal-ħiliet tal-pumpiera voluntiera fuq il-post tax-xogħol jista’ jikkomplementa dawn l-obbligi u jkompli jsaħħaħ is-sikurezza okkupazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-ispezzjonijiet tax-xogħol għandhom rwol kruċjali fl-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-politiki dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u huma essenzjali fil-prevenzjoni tal-isfruttament tal-ħaddiema u ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol mhux sikuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-bidliet kbar fid-dinja tax-xogħol – fosthom it-tixrid ta’ forom ta’ xogħol mhux standard, xogħol prekarju, is-sehem dejjem akbar ta’ ħaddiema żgħażagħ f’impjiegi mhux siguri u b’riskju għoli, it-tixjiħ tal-forza tax-xogħol, id-diġitalizzazzjoni, l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, u l-globalizzazzjoni – waslu għal żieda fir-riskji psikosoċjali, tal-istress relatat max-xogħol u ta’ sfidi ġodda fil-qasam tas-saħħa okkupazzjonali, b’hekk saru neċessarji strateġiji ta’ prevenzjoni aktar estensivi u integrati;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi r-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol, bħal stress kroniku, burnout u fastidju, huma xprunatur ewlieni u dejjem akbar ta’ saħħa batuta u fatalitajiet relatati max-xogħol u ħafna drabi huma sottovalutati, mhux rapportati biżżejjed u mhux indirizzati suffiċjentement;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi ambjent tax-xogħol li jappoġġja l-aspett psikoloġiku huwa essenzjali għall-benesseri fiżiku u tas-saħħa mentali tal-ħaddiema; billi r-riskji psikosoċjali jistgħu jirriżultaw minn tfassil inadegwat tax-xogħol u minn prattiki organizzattivi jew maniġerjali ħżiena u jistgħu jwasslu għal stress, ansjetà, burnout u dipressjoni; billi l-esponiment fit-tul għal kundizzjonijiet tax-xogħol psikosoċjali avversi huwa assoċjat ma’ konsegwenzi serji għas-saħħa mentali, inklużi mard kroniku u riskju akbar ta’ suwiċidju;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-użu dejjem akbar tal-intelliġenza artifiċjali (IA) u tas-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol jista’ jintensifika l-pass tax-xogħol, iwassal għal ammont ta’ xogħol ogħla, iżid ir-riskji psikosoċjali, jimmina l-awtonomija tal-ħaddiema u joħloq riskji ġodda għas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima, inklużi t-temperaturi li qed jogħlew, mewġ ta’ sħana aktar frekwenti u intensi, u eventi oħra ta’ temp estrem, jippreżentaw riskju dejjem akbar u multidimensjonali għas-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema madwar l-UE; billi l-esponiment fit-tul għas-sħana jista’ jkollu konsegwenzi serji fuq is-saħħa, bħall-eżawriment mis-sħana, il-puplesija tas-sħana u mard ieħor relatat mas-sħana, filwaqt li jżid ukoll il-probabbiltà ta’ għeja, konċentrazzjoni mnaqqsa u teħid ta’ deċiżjonijiet imfixkel u b’hekk ta’ aċċidenti relatati max-xogħol, li jirrikjedu miżuri preventivi u protettivi mmirati;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi strateġiji ta’ prevenzjoni effettivi, miżuri ta’ sensibilizzazzjoni, inizjattivi tal-benesseri u l-promozzjoni ta’ kultura b’saħħitha tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali huma essenzjali għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti u mard okkupazzjonali serji, u għat-tnaqqis tal-fatalitajiet relatati max-xogħol; billi tali approċċi preventivi mhux biss jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, iżda jiġġeneraw ukoll benefiċċji ekonomiċi għall-kumpaniji u għas-soċjetà kollha kemm hi;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi hemm bżonn li jiżdiedu l-isforzi biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari l-Mira 8.8: “Jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema u jiġu promossi ambjenti tax-xogħol sikuri u siguri għall-ħaddiema kollha, inklużi l-ħaddiema migranti, b’mod partikolari l-migranti nisa, u dawk f’impjieg prekarju”;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022, huwa laqa’ l-introduzzjoni tal-approċċ “Viżjoni Żero” għall-aċċidenti u l-mard okkupazzjonali, u appella għal pjan direzzjonali ambizzjuż biex jitnaqqsu l-aċċidenti relatati max-xogħol u jinqerdu l-fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol u l-mard okkupazzjonali, kif ukoll għal miżuri preventivi msaħħa u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; billi l-objettiv ta’ żero fatalitajiet għandu jitqies mhux biss bħala objettiv politiku, iżda wkoll bħala dmir etiku u soċjali fil-konfront tal-ħaddiema kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi d-dritt ta’ kull ħaddiem għal ambjent tax-xogħol sikur u tajjeb għas-saħħa jrid jiġi ggarantit bis-sħiħ permezz ta’ miżuri effettivi għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti u mard okkupazzjonali, kif ukoll permezz ta’ kontrolli regolari u sanzjonijiet ġenwinament dissważivi, appoġġjati minn riżorsi adegwati għall-awtoritajiet kompetenti; billi n-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali huwa parti ewlenija mill-isfruttament tal-ħaddiema u jimmina l-ilħuq tal-objettiv ta’ żero fatalitajiet, u dan jagħmilha essenzjali li jiġi żgurat infurzar rigoruż u effettiv tal-leġiżlazzjoni eżistenti, inkluż billi jissaħħu l-ispettorati tax-xogħol u l-għodod ta’ kontroll u sanzjonar tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-implimentazzjoni effettiva tal-approċċ “Viżjoni Żero” tirrikjedi azzjonijiet u miri li jistgħu jitkejlu, approċċ komprensiv li jkopri l-aċċidenti kollha u l-mard kollu relatati max-xogħol, l-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ kultura ta’ prevenzjoni, u riżorsi adegwati;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi t-trade unions u r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom rwol importanti fil-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, inkluż fir-rigward tal-monitoraġġ tal-konformità u l-appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tar-regoli eżistenti; billi, madankollu, għad hemm lakuni fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 89/391/KEE, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ ħaddiema, inklużi l-ħaddiema domestiċi, li huma parzjalment jew kompletament esklużi mill-protezzjoni, u b’hekk dawn jimminaw il-prinċipju ta’ protezzjoni ugwali, b’mod partikolari għan-nisa, in-nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u gruppi oħra f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, u dan jagħmilha neċessarja li jiġi żgurat livell adegwat u uniformi ta’ protezzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-Qafas Strateġiku tal-UE attwali dwar is-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol 2021-2027 qed joqrob lejn l-iskadenza tiegħu; billi se jkunu meħtieġa impenn politiku mġedded u qafas aktar ambizzjuż u aġġornat biex jiġi aċċelerat il-progress lejn l-objettiv ta’ żero fatalitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-kommemorazzjoni tal-vittmi tax-xogħol tikkostitwixxi att ta’ memorja kollettiva u ta’ responsabbiltà morali, li jikkontribwixxi biex l-attenzjoni pubblika tinżamm għolja fuq il-valur tal-ħajja tal-bniedem, biex tissaħħaħ kultura tal-prevenzjoni u jiġġedded l-impenn tal-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali għall-objettiv ta’ żero vittmi fuq il-post tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-memorja kollettiva trid tissarraf f’responsabbiltà inkluż permezz ta’ rapportar affidabbli; billi spiss jibqa’ partikolarment diffiċli li jiġu rreġistrati l-aċċidenti kollha relatati max-xogħol, inklużi l-aċċidenti fatali; billi huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-ħaddiema kollha jibbenefikaw minn livelli adegwati ta’ protezzjoni soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi t-traġedja tal-minjiera ta’ Bois du Cazier f’Marcinelle, li ġrat fit-8 ta’ Awwissu 1956 u li swiet il-ħajja ta’ 262 minatur, ħafna minnhom ċittadini ta’ Stati li llum huma membri tal-Unjoni Ewropea, tirrappreżenta simbolu dejjiemi tal-ġlidiet għad-dinjità tax-xogħol, is-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali fl-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi, minħabba l-għadd kbir ta’ nazzjonalitajiet Ewropej fost il-vittmi, it-traġedja ta’ Marcinelle kienet l-ewwel diżgrazzja kollettiva ta’ Ewropa li dak iż-żmien kienet diġà timmaġina fraternità dwar suġġetti kruċjali bħax-xogħol, is-sikurezza, il-ġustizzja u d-dinjità;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi t-tifkira ta’ Marcinelle żżomm ħaj l-għarfien tal-valur fundamentali tal-moviment liberu tal-ħaddiema, ta’ drittijiethom u tas-sikurezza tagħhom, li huma prijorità għal Ewropa soċjali effikaċi u kompetittiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi traġedji storiċi oħra relatati max-xogħol, fosthom in-nirien tal-minjiera Marie tal-31 ta’ Mejju 1892, id-diżastru tal-minjiera Courrières tal-10 ta’ Marzu 1906, id-diżastru tal-minjiera Luisenthal tas-7 ta’ Frar 1962, id-diżastru tal-minjiera Aliveri tal-1968, l-isplużjoni tal-1976 fil-Fabbrika tal-Iskrataċċ ta’ Lapua fil-Finlandja, u l-isplużjoni fatali u n-nirien fil-fabbrika Violanta fil-Greċja f’Jannar 2026, rabbew għeruq fondi fil-memorja kollettiva ta’ diversi Stati Membri u għandhom ifakkru b’mod kostanti fil-ħtieġa urġenti ta’ politiki effettivi dwar il-prevenzjoni u l-ħarsien tal-ħaddiema;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jitlob li jiġi stabbilit Jum Ewropew li jfakkar lill-vittmi tax-xogħol u għall-ħarsien u għad-dinjità tal-ħaddiema, li għandu jitfakkar kull sena fit-8 ta’ Awwissu, b’tifkira tat-traġedja tal-minjiera ta’ Bois du Cazier f’Marcinelle, li minħabba n-natura intrinsikament Ewropea tagħha – peress li fiha kien hemm involuti ħaddiema minn diversi pajjiżi li llum huma Stati Membri tal-UE – tirrappreżenta simbolu komuni tal-ġlidiet għad-dinjità tax-xogħol u tal-ħtieġa ta’ approċċ komuni għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li l-għanijiet ta’ dan il-Jum Ewropew huma li jiftakru l-vittmi ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u ta’ mard okkupazzjonali, u li jqajmu kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali, il-kumpaniji u l-istituzzjonijiet dwar l-importanza tal-prevenzjoni u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti; ifakkar, madankollu, li s-sensibilizzazzjoni għandha tkun marbuta mar-riskji attwali għas-saħħa u s-sikurezza, biex b’hekk tikkontribwixxi ġenwinament għall-prevenzjoni ta’ fatalitajiet, aċċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza li dan il-Jum Ewropew jista’ jgħin biex isaħħaħ l-impenn tal-UE u tal-Istati Membri għall-approċċ “Viżjoni Żero”, b’mod partikolari billi jippromwovi l-prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol, ix-xogħol sikur u deċenti, it-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni dwar riskji emerġenti, id-djalogu soċjali u l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni eżistenti, kif ukoll billi jmexxi ’l quddiem l-azzjoni tal-UE biex jindirizza r-riskji psikosoċjali, id-disturbi muskoloskeletali (MSDs) u r-riskji tas-saħħa okkupazzjonali marbuta ma’ eventi ta’ temp estrem fis-setturi kollha u f’kumpaniji ta’ kull daqs; iqis li dan il-Jum Ewropew ikun ukoll opportunità annwali biex jiġi vvalutat il-progress li sar lejn l-objettiv ta’ “Viżjoni Żero”, jiġu identifikati l-lakuni fil-prevenzjoni u l-infurzar, tissaħħaħ ir-responsabbiltà politika fil-livelli nazzjonali u tal-UE u tiġi affermata mill-ġdid il-ħtieġa ta’ kontrolli effettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li dan il-Jum Ewropew, li jikkomplementa l-Jum Dinji tal-ILO għas-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol fit-28 ta’ April, għandu jippromwovi inizjattivi konkreti fl-iskejjel, fuq il-postijiet tax-xogħol u fl-istituzzjonijiet, inklużi kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, programmi ta’ taħriġ u skambji tal-aħjar prattika dwar il-prevenzjoni, u b’hekk isaħħaħ kultura ta’ sikurezza fil-ġenerazzjonijiet u s-setturi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza li dan il-Jum Ewropew għandu jgħin biex isaħħaħ l-impenn tal-UE u tal-Istati Membri lejn l-objettiv tal-qerda sistematika u sostnuta tal-aċċidenti, il-mard u l-fatalitajiet relatati max-xogħol, f’konformità mal-approċċ “Viżjoni Żero”, b’mod partikolari billi jippromwovi l-prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol, ix-xogħol sikur u deċenti, it-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni dwar riskji emerġenti, id-djalogu soċjali u l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema għall-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni permezz tal-elezzjoni ta’ rappreżentanti għas-saħħa u s-sikurezza u l-adozzjoni ta’ ftehimiet kollettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja li l-ilħuq tal-objettiv ta’ fatalitajiet żero relatati max-xogħol jirrikjedi kooperazzjoni b’saħħitha bejn l-Istati Membri, l-impjegaturi, is-sħab soċjali, l-ispettorati tax-xogħol, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-aġenziji tal-UE; jappella għal skambju msaħħaħ tal-aħjar prattika, tad-data u tal-metodoloġiji ta’ prevenzjoni bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tindirizza r-riskji għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali assoċjati mal-IA u mas-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika, inklużi l-intensifikazzjoni tax-xogħol, it-tensjoni psikosoċjali, is-sorveljanza żejda u n-nuqqas ta’ ċarezza fil-limiti tal-ħinijiet tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu u jindirizzaw ir-riskji emerġenti ta’ fatalitajiet u aċċidenti serji marbuta ma’ forom ġodda ta’ impjieg, inklużi x-xogħol fuq il-pjattaformi u x-xogħol ġestit b’mod algoritmiku; jisħaq li l-ħaddiema ingaġġati permezz ta’ pjattaformi tax-xogħol diġitali u dawk li l-kompiti, ir-ritmu u l-prestazzjoni tagħhom ikunu mmexxija jew evalwati minn għodod ibbażati fuq l-IA, jistgħu jiffaċċjaw riskji tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali akbar b’riżultat ta’ ritmi tax-xogħol intensifikati, monitoraġġ abbużiv, trasparenza mhux suffiċjenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet algoritmiku, inkluż fir-rigward ta’ punti ta’ kuntatt uman identifikabbli, u informazzjoni jew taħriġ inadegwat jew mhux suffiċjenti; jisħaq li l-introduzzjoni ta’ tali teknoloġiji hija soġġetta għal valutazzjoni xierqa tar-riskju, informazzjoni u konsultazzjoni trasparenti tal-ħaddiema, u sorveljanza mill-bniedem sinifikattiva, f’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b’mod komprensiv u tantiċipa r-riskji tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali li ġejjin minn fatturi relatati mal-klima, inklużi l-pressjoni tas-sħana, eventi ta’ temp estrem, it-tniġġis tal-arja, l-esponiment akbar għal sustanzi perikolużi matul proġetti ta’ rinnovazzjoni u ta’ modernizzazzjoni tal-infrastrutturi, u t-tfaċċar ta’ perikli bijoloġiċi ġodda; jitlob li tiżdied l-azzjoni preventiva abbażi ta’ din il-valutazzjoni bil-għan li jissaħħu r-reżiljenza u t-tħejjija fis-sistemi nazzjonali tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi ta’ twissija bikrija u gwida speċifika għas-settur għal setturi b’ riskju għoli bħall-kostruzzjoni, l-agrikoltura u t-trasport, kif ukoll għal setturi affettwati oħra, inklużi s-servizzi ta’ emerġenza; jissottolinja l-ħtieġa li l-ispettorati tax-xogħol u l-impjegaturi jkunu mgħammra bi gwida prattika fil-livell tal-UE dwar il-ġestjoni tas-sħana fuq il-post tax-xogħol u riskji okkupazzjonali oħra relatati mal-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-effetti tas-sħana estrema u tat-tibdil fil-klima jiġu rikonoxxuti bħala fatturi ta’ riskju okkupazzjonali ewlenin u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri preventivi, protettivi u adattivi tal-post tax-xogħol sabiex inaqqsu l-aċċidenti relatati max-xogħol, il-mard u l-fatalitajiet okkupazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lis-soċjetà ċivili u lis-sħab soċjali jappoġġjaw l-istabbiliment u t-tfakkira tal-Jum Ewropew bħala impenn ċiviku li jgħaqqad l-istituzzjonijiet, in-negozji u ċ-ċittadini, inkluż permezz ta’ inizjattivi li jippromwovu l-informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-għodod prattiċi ta’ prevenzjoni mfassla apposta għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema vulnerabbli u permezz tal-iskambju tal-aħjar prattika għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; jisħaq li tali inizjattivi għandhom jindirizzaw speċifikament ir-riskji psikosoċjali, ir-riskji relatati mas-sħana u mat-temperaturi tax-xogħol estremi, ir-riskji marbuta mal-ktajjen ta’ sottokuntrattar u forom mhux standard ta’ xogħol, u l-isfidi li jaffettwaw lill-ħaddiema stazzjonati, staġjonali u ħaddiema transfruntiera oħra, filwaqt li jiżguraw il-konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali u l-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-pajjiż ospitanti dwar is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali u l-protezzjoni soċjali; ifakkar li s-sigħat tax-xogħol eċċessivament twal spiss jirriżultaw f’għeja u f’żieda fir-riskju ta’ aċċidenti fatali relatati max-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jqajmu sensibilizzazzjoni fost l-impjegaturi u l-ħaddiema dwar ir-responsabbiltà tagħhom li jiżguraw is-sikurezza tagħhom stess u dik ta’ oħrajn, jippromwovu t-taħriġ tal-ewwel għajnuna lill-impjegati kollha, b’mod partikolari f’setturi b’riskji okkupazzjonali ogħla, u jiżguraw li tali taħriġ jiġi aġġornat regolarment, ikun aċċessibbli b’mod wiesa’ u integrat fil-politiki dwar is-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; jisħaq li l-impjegaturi għandhom ir-responsabbiltà primarja li jiżguraw is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, inkluż permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji, miżuri preventivi, il-provvista ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali, servizzi tas-saħħa okkupazzjonali, l-implimentazzjoni effettiva ta’ leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza okkupazzjonali, u l-għoti ta’ informazzjoni, istruzzjoni u taħriġ adegwati tal-impjegati; jissottolinja r-responsabbiltà tal-impjegaturi li jiżguraw l-involviment ġenwin tal-impjegati u tar-rappreżentanti tagħhom fl-iżvilupp ta’ proċessi tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fuq il-post tax-xogħol, fil-valutazzjoni tar-riskji u l-perikli, fil-miżuri ta’ ppjanar u monitoraġġ, u fit-twettiq ta’ xogħol preventiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar li l-vjolenza hija sfida li qed tikber f’ħafna postijiet tax-xogħol, b’mod partikolari fis-setturi tas-servizzi u tal-kura tas-saħħa u għall-ħaddiema tas-salvataġġ ta’ emerġenza; jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ miżuri maħsuba biex jimplimentaw approċċ ta’ tolleranza żero għall-bullying, il-fastidju u forom oħra ta’ vjolenza fuq il-post tax-xogħol, permezz tat-titjib u l-promozzjoni ta’ strutturi ta’ appoġġ organizzazzjonali u leġiżlattivi, kif ukoll permezz ta’ sistemi aħjar ta’ rapportar tal-aċċidenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-EU-OSHA jużaw il-Jum Ewropew bħala opportunità biex ixerrdu statistika aġġornata, analiżijiet komparattivi u gwida bbażata fuq l-evidenza dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, b’enfasi partikolari fuq ir-riskji psikosoċjali, forom ta’ xogħol mhux standard, intrapriżi mikro u żgħar u l-gruppi ta’ ħaddiema l-aktar vulnerabbli; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-EU-OSHA jippubblikaw stampa madwar l-UE kollha u fajls tal-pajjiżi dwar il-mard okkupazzjonali u l-fatalitajiet relatati max-xogħol, inklużi indikaturi dwar il-prevenzjoni u l-kontrolli (inklużi l-ispezzjonijiet tax-xogħol), sabiex jiggwidaw aħjar il-politiki pubbliċi u jsaħħu l-obbligu ta’ rendikont; jissottolinja wkoll l-importanza li jiġu mmonitorjati u analizzati b’mod sistematiku x-xejriet fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-riskji psikosoċjali, il-kapaċità ta’ spezzjoni tax-xogħol u l-konformità mal-istandards tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali madwar l-Istati Membri, bil-ħsieb li jissaħħu l-prevenzjoni, it-trasparenza u l-konverġenza ’l fuq fil-kundizzjonijiet tax-xogħol madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Eurostat u mal-Istati Membri, ittejjeb il-ġbir, l-armonizzazzjoni u t-trasparenza tad-data dwar l-aċċidenti u l-mard okkupazzjonali, inklużi r-riskji psikosoċjali u l-mard b’latenza twila, u tindirizza s-sottorapportar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-responsabbiltà għall-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tkun ankrata b’mod ċar fil-livell maniġerjali u inkorporata b’mod wiesa’ fl-organizzazzjoni, inkluż permezz ta’ pjanijiet ta’ prevenzjoni effettivi u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema; jisħaq li t-twettiq ta’ valutazzjonijiet tar-riskju jikkontribwixxi, fih innifsu, għat-tnaqqis tal-għadd ta’ aċċidenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-ispezzjonijiet regolatorji tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali biex jgħinu fil-kisba ta’ postijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa, filwaqt li jirrikonoxxi li l-ispezzjonijiet jistgħu jkunu limitati fil-firxa tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-ispettorati tax-xogħol b’persunal permanenti, riżorsi adegwati u indipendenza istituzzjonali sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u jirrispondu għat-trasformazzjoni tad-dinja tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, inkluż billi jiżguraw riżorsi adegwati għall-ispettorati tax-xogħol, itejbu l-kooperazzjoni transfruntiera u jiżguraw konformità effettiva, b’mod partikolari f’każijiet li fihom negliġenza serja tkun wasslet għal korriment serju jew mewt; iqis li sabiex ir-regoli dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jkunu kredibbli u effettivi, dawn iridu jkunu dissważivi u proporzjonati biżżejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA), li jirrikonoxxi r-rwol tagħha fl-infurzar effettiv tal-liġi tax-xogħol tal-UE u r-regoli tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, b’mod partikolari f’kuntesti transfruntiera u setturi b’riskju għoli, u jtenni l-appell lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-mandat tal-ELA sabiex ittejjeb l-infurzar tal-liġi tax-xogħol tal-UE u s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat valur miżjud konkret b’appoġġ għall-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet tax-xogħol miftiehma u konġunti msaħħa u l-possibbiltà li jikkontribwixxu b’mod aktar effettiv għall-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-ksur; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu promossi allinjament u simplifikazzjoni akbar tar-regoli dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema u l-proċeduri ta’ kontroll relatati, inkluż permezz ta’ regoli aktar uniformi u skambju ta’ informazzjoni aktar effettiv, f’konformità mal-gwida tal-ELA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, abbażi tal-prijoritajiet tal-Qafas Strateġiku attwali tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2021-2027 u l-esperjenza miġbura minnu, tiddefinixxi qafas strateġiku ġdid, skont il-Pjan Direzzjonali għal Impjiegi ta’ Kwalità, għall-2028-2034; jisħaq li dan il-qafas strateġiku ġdid għandu jkun ċar, jista’ jitkejjel u marbut biż-żmien, għandu jistabbilixxi rekwiżiti ċari u ġodda, u għandu jkollu l-għan li jnaqqas l-aċċidenti u l-fatalitajiet relatati max-xogħol, ilesti t-tranżizzjoni lejn żero fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol, isaħħaħ il-protezzjoni tal-ħaddiema, b’mod partikolari f’setturi b’riskju għoli u għal gruppi vulnerabbli, jindirizza r-riskji okkupazzjonali emerġenti, inklużi dawk li jirriżultaw minn forom ġodda ta’ xogħol, id-diġitalizzazzjoni u r-riskji psikosoċjali, u jiżgura l-adattament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għal temperaturi estremi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ d-direttivi li għandhom l-għan li jnaqqsu r-riskji ta’ esponiment għal sustanzi li jikkawżaw il-kanċer u mard okkupazzjonali ieħor potenzjalment fatali; jinnota li l-prevenzjoni ta’ mard okkupazzjonali fatali tirrikjedi l-iżvilupp ta’ għarfien espert relatat mal-esponiment kemm fuq il-postijiet tax-xogħol kif ukoll fis-servizzi tas-saħħa okkupazzjonali; ifakkar fl-importanza ta’ riżorsi adegwati, fil-postijiet tax-xogħol, għall-identifikazzjoni tar-riskji ta’ esponiment u l-prevenzjoni tagħhom f’kollaborazzjoni mas-servizzi tas-saħħa okkupazzjonali, li jistgħu jipprovdu gwida dwar miżuri xierqa tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; iqis li l-ħaddiema f’riskju ta’ esponiment għal sustanzi li jikkawżaw mard serju okkupazzjonali għandu jkollhom aċċess għal servizzi tas-saħħa okkupazzjonali u kontrolli tas-saħħa perjodiċi biex jimmonitorjaw l-esponiment potenzjali; jisħaq li kwalunkwe strateġija komprensiva biex jitnaqqsu l-fatalitajiet fil-post tax-xogħol trid tindirizza b’mod espliċitu l-kanċer okkupazzjonali bħala kawża silenzjuża iżda ewlenija ta’ fatalitajiet relatati max-xogħol, inkluż permezz ta’ mard b’latenza twila li jirriżulta minn esponiment fit-tul għal karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa ta’ ġbir imtejjeb ta’ data fil-livell tal-UE dwar il-kanċers okkupazzjonali sabiex tiġi riflessa bis-sħiħ l-iskala reali tal-fatalitajiet relatati max-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Huwa mħasseb li l-ħaddiema stazzjonati, il-ħaddiema migranti u l-ħaddiema f’katini ta’ sottokuntrattar huma esposti għal riskji sproporzjonati għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, inkluż ir-riskju ta’ aċċidenti fatali, bħala riżultat ta’ katini frammentati ta’ responsabbiltà, koordinazzjoni insuffiċjenti u obbligu ta’ rendikont dilwit, b’mod partikolari f’setturi b’riskju għoli bħall-kostruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk l-acquis attwali tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jiggarantix b’mod suffiċjenti l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti minimi tas-sikurezza u s-saħħa permezz ta’ ktajjen ta’ sottokuntrattar u tipproponi azzjoni leġiżlattivi fejn jiġu identifikati lakuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jrawmu kultura ta’ sikurezza fis-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, b’mod partikolari għall-ħaddiema żgħażagħ, billi jikkombinaw flimkien l-edukazzjoni u l-esperjenza prattika; iqis li l-istituzzjonijiet edukattivi għandhom jipprovdu informazzjoni ġenerali u taħriġ dwar is-saħħa u s-sikurezza, filwaqt li l-impjegaturi għandhom jiżguraw taħriġ speċifiku għax-xogħol, b’mod partikolari matul l-apprendistati u t-traineeships;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu oqfsa ta’ appoġġ li jiffaċilitaw l-impjieg ta’ pumpiera voluntiera, filwaqt li jirrikonoxxu l-valur tal-ħiliet miksuba, b’mod partikolari fl-ewwel għajnuna, fil-prevenzjoni tar-riskju, fit-tifi tan-nar, fl-użu ta’ tagħmir tat-tifi tan-nar u fl-organizzazzjoni tal-evakwazzjonijiet, u fit-titjib tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni ta’ aċċidenti okkupazzjonali u t-tnaqqis tas-severità ta’ tali aċċidenti waqt li jistennew il-wasla tas-servizzi ta’ emerġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja li l-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju spiss illimitaw il-kapaċità amministrattiva, ir-riżorsi finanzjarji u l-għarfien espert speċjalizzat; jappella għal miżuri ta’ appoġġ komprensivi u mmirati biex jassistuhom fl-identifikazzjoni, fil-prevenzjoni u fil-ġestjoni effettivi tar-riskji okkupazzjonali, ta’ mard u fatalitajiet relatati max-xogħol, inkluż permezz ta’ għodod ta’ valutazzjoni tar-riskji simplifikati u faċli għall-utent, gwida speċifika għas-settur, programmi ta’ prevenzjoni prattiċi, taħriġ aċċessibbli u appoġġ fil-konformità ma’ obbligi tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u s-sħab soċjali, issaħħaħ il-gwida tal-UE dwar l-appoġġ għall-vittmi ta’ aċċidenti u mard okkupazzjonali u l-familji tagħhom; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li tiżviluppa rakkomandazzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu mekkaniżmi adegwati ta’ appoġġ u kumpens għall-vittmi u l-familji tagħhom, filwaqt li tinkoraġġixxi konverġenza ’l fuq tal-protezzjoni madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema kollha jibbenefikaw b’mod effettiv mill-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali f’konformità mas-sistemi u l-prattiki nazzjonali, inklużi l-ħaddiema tal-pjattaformi, in-nazzjonali ta’ pajjiżi terzi, u l-ħaddiema domestiċi impjegati f’unitajiet domestiċi privati; jistieden lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jippromwovu l-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi u l-aħjar prattika biex jipprevjenu aċċidenti okkupazzjonali u mard relatat max-xogħol, inkluż permezz ta’ inizjattivi bħall-Premji għal Prattika Tajba ta’ Postijiet tax-Xogħol Tajbin għas-Saħħa tal-EU-OSHA, li juru strateġiji u teknoloġiji effettivi li jistgħu jiġu implimentati fost is-setturi biex itejbu s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>