<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0192</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Daniel Attard</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0152/2026 - Rapporteur: Dominik Tarczyński)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Daniel Attard (2025/2097(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Daniel Attard, imressqa permezz ta’ ittra bid-data tas-6 ta’ Mejju 2025 mis-Servizz Pubbliku Federali Belġjan għall-Affarijiet Barranin, il-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, li tittrażmetti talba, bid-data tas-16 ta’ April 2025, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Federali Belġjan b’rabta mal-proċedimenti kriminali li se jitressqu kontra Daniel Attard, u mħabbra fil-Parlament fil-21 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-Prosekutur Federali u mill-Maġistrat Istruttur waqt skambju ta’ fehmiet fil-15 ta’ Lulju 2025, u t-tweġiba pprovduta fit-18 ta’ Settembru 2025 mill-Prosekutur Federali wara talba oħra bil-miktub għal informazzjoni; wara li kkunsidra l-fatt li talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Membru trid tissodisfa ċerti standards, b’mod partikolari, trid tiġi fformulata b’mod ċar, inkluż fir-rigward tal-qafas legali li fuqu hija bbażata t-talba, u trid tipprovdi elementi u informazzjoni ċari u suffiċjenti biex il-Parlament ikun f’pożizzjoni li jeżamina t-talba sabiex jasal għal konklużjoni u jikkonkludi dak l-eżami malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li titqies ukoll il-kumplessità relattiva tal-każ,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Daniel Attard fit-3 ta’ Diċembru 2025 u wara li kkunsidra d-dokumenti mressqa minnu, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-5 ta’ Marzu 2026 mill-Prosekutur Federali li tikkoreġi allegazzjonijiet żbaljati kontra Daniel Attard oriġinarjament inklużi fit-tweġiba pprovduta fit-18 ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0152/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fis-6 ta’ Mejju 2025, is-Servizz Pubbliku Federali Belġjan għall-Affarijiet Barranin, il-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp bagħat talba mill-Prosekutur Federali datata s-16 ta’ April 2025 għat-tneħħija tal-immunità ta’ Daniel Attard, Membru tal-Parlament Ewropew elett f’Malta, b’rabta mal-proċedimenti kriminali li se jitressqu kontrih;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi investigazzjoni wiesgħa li tikkonċerna l-kumpanija Huawei allegatament issarrfet f’evidenza serja tal-eżistenza ta’ organizzazzjoni kriminali li l-għan tagħha allegatament kien li tinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi tinvolvi ruħha fil-korruzzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew; billi jidher li dik l-investigazzjoni kixfet diversi atti ta’ allegata korruzzjoni li huwa preżunt li twettqu fuq bażi regolari mill-2021 sal-2024; billi l-iskema ta’ korruzzjoni allegatament ħadet forom varji, fosthom li Membri tal-Parlament Ewropew ġew mistiedna għal avvenimenti appoġġjati minn Huawei, allegatament bi skambju għat-teħid ta’ pożizzjonijiet politiċi favur dik il-kumpanija, u rigali eċċessivi bħal spejjeż tal-ivvjaġġar u ikel jew stediniet regolari għal logħbiet tal-futbol barra mill-qafas tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont it-talba għat-tneħħija tal-immunità, fil-25 ta’ Settembru 2024 Daniel Attard attenda logħba futbol fi stadium fi Brussell, flimkien mal-assistent parlamentari akkreditat tiegħu, rappreżentant ta’ Huawei u żewġ persuni oħra; billi, skont it-talba, attendew f’kaxxa mikrija bi spiża ta’ EUR 45 000 għal kull staġun minn Huawei, allegatament permezz ta’ kumpanija intermedjarja allegatament bl-għan li jiġi ffaċilitat il-kuntatt ma’ ċerti Membri tal-Parlament Ewropew; billi l-ħlas tal-ispejjeż imġarrba għall-attendenza tal-logħba futbol – li l-ammont eżatt tagħhom ma kienx magħruf mill-awtorità li qed titlob it-tneħħija tal-immunità – ma jidhirx li ġie ddikjarat minn Daniel Attard lill-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi kien biss wara l-Prosekutur Federali  pprovda informazzjoni addizzjonali bi tweġiba għal talba bil-miktub għal aktar informazzjoni li ġie indikat li l-allegati azzjonijiet ta’ Daniel Attard jistgħu jammontaw għal tixħim pubbliku passiv, reat kriminali skont l-Artikolu 246(1) tal-Kodiċi Kriminali Belġjan;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi Daniel Attard ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024 u għalhekk, kien Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien meta twettaq l-allegat reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċeduri legali fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhijiex privileġġ personali ta’ Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament  kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu soġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom; billi l-allegat reat ma jikkonċernax opinjoni espressa jew vot mogħti minn Daniel Attard fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-Artikolu 8 ta’ dak il-Protokoll;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew il-Membri tiegħu għandhom igawdu, fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor barra dak tagħhom stess, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċeduri legali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi kwalunkwe konklużjoni rigward l-immunità ta’ Daniel Attard jeħtieġ li tintlaħaq abbażi tat-talba għat-tneħħija tal-immunità u abbażi tal-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet ipprovduti f’dan il-każ, inklużi t-tweġibiet mogħtija mill-Prosekutur Federali, kemm matul l-iskambju ta’ fehmiet kif ukoll fl-informazzjoni addizzjonali pprovduta bil-miktub; billi hemm skarsezza flagranti ta’ elementi konkreti fit-talba għat-tneħħija tal-immunità; billi l-iskambji orali u bil-miktub sussegwenti mal-Prosekutur Federali ma neħħewx l-inċertezza konsiderevoli dwar l-elementi varji li jinsabu fit-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Daniel Attard; billi l-allegazzjonijiet ikkomunikati għall-ewwel darba fit-tweġiba tat-18 ta’ Settembru 2025 irriżulta li kienu bbażati fuq identità żbaljata, kif żvelat fl-ittra bid-data tal-5 ta’ Marzu 2026, u dan kompla jiggrava d-dubji serji dwar il-linja ta’ argument sottostanti għat-talba inizjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-ġabra ta’ informazzjoni ppreżentata ma ppermettietx lill-Parlament jasal b’mod kunfidenti għal deċiżjoni infurmata biżżejjed biex ineħħi l-immunità ta’ Daniel Attard; billi l-inċertezza konsiderevoli dwar l-elementi varji ta’ dan il-każ tista’, barra minn hekk, tkun ta’ natura li tindika l-eżistenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Daniel Attard;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Renju tal-Belġju u lil Daniel Attard.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>