<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0194</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Fulvio Martusciello</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0154/2026 - Rapporteur: Dominik Tarczyński)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Fulvio Martusciello (2025/2099(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Fulvio Martusciello, imressqa permezz ta’ ittra bid-data tas-6 ta’ Mejju 2025 mis-Servizz Pubbliku Federali Belġjan għall-Affarijiet Barranin, il-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, li tittrażmetti talba, bid-data tas-16 ta’ April 2025, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Federali Belġjan b’rabta mal-proċedimenti kriminali li se jitressqu kontra Fulvio Martusciello, u mħabbra fil-Parlament fil-21 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Fulvio Martusciello fl-24 ta’ Marzu 2026, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0154/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fis-6 ta’ Mejju 2025, is-Servizz Pubbliku Federali Belġjan għall-Affarijiet Barranin, il-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp bagħat talba mill-Prosekutur Federali datata s-16 ta’ April 2025, għat-tneħħija tal-immunità ta’ Fulvio Martusciello, Membru tal-Parlament Ewropew elett fl-Italja, b’rabta mal-proċedimenti kriminali li se jitressqu kontrih fir-rigward tal-allegata korruzzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi investigazzjoni wiesgħa li tikkonċerna l-kumpanija Huawei allegatament issarrfet f’evidenza serja tal-eżistenza ta’ organizzazzjoni kriminali li l-għan tagħha allegatament kien li tinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi tinvolvi ruħha fil-korruzzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew; billi jidher li dik l-investigazzjoni kixfet diversi atti ta’ allegata korruzzjoni li huwa preżunt li twettqu fuq bażi regolari mill-2021 sal-2024; billi l-iskema ta’ korruzzjoni allegatament ħadet forom varji, fosthom li Membri tal-Parlament Ewropew ġew mistiedna għal avvenimenti appoġġjati minn Huawei, allegatament bi skambju għat-teħid ta’ pożizzjonijiet politiċi favur dik il-kumpanija, u rigali eċċessivi bħal spejjeż tal-ivvjaġġar u ikel jew stediniet regolari għal logħbiet tal-futbol barra mill-qafas tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont it-talba għat-tneħħija tal-immunità, fi Frar 2021 diversi Membri tal-Parlament Ewropew bagħtu ittra lil tliet Kummissarji bl-għan li jinfluwenzaw il-politika tal-Unjoni dwar l-introduzzjoni tal-5G fl-Ewropa, b’mod partikolari b’rabta mal-appoġġ għal kumpaniji mhux tal-Unjoni bħal Huawei; billi jidher li l-investigazzjoni kienet kapaċi tistabbilixxi perkors ċar mill-ħolqien tal-ittra sat-tixrid, l-impatt u l-fatturazzjoni tagħha, li jidher li jikkonferma li l-ittra kienet parti minn ċirkwit li mar lil hinn mill-eżerċizzju ta’ influwenza jew lobbjar u minflok allegatament kienet tifforma parti minn arranġament korrott; billi huwa allegat li s-sostenitur prinċipali tal-abbozzar tal-ittra kien Fulvio Martusciello li huwa l-ewwel firmatarju tal-ittra u li allegatament tħallas, permezz ta’ ċirkwiti finanzjarji kumplessi li kellhom l-għan li jaħbu l-allegat arranġament, biex jinvolvi ruħu f’korruzzjoni fl-eżerċizzju tal-influwenza politika tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi huwa allegat ukoll li Fulvio Martusciello kien involut b’mod attiv fil-promozzjoni tal-interessi ta’ Huawei, potenzjalment bħala parti mill-allegat arranġament korrott, billi ressaq emendi għal abbozz ta’ riżoluzzjoni dwar il-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni li jidher li ġew ifformulati fl-interess ta’ Huawei u abbozzati bejn Jannar 2021 u Marzu 2021 — jiġifieri, fl-istess perjodu ta’ żmien bħall-ħolqien u t-tixrid tal-ittra msemmija fil-premessa C — u billi ffaċilita l-parteċipazzjoni fl-Akkademja ta’ Huawei ta’ studenti mill-kostitwenza tiegħu sabiex jikseb voti biex ikun jista’ jerġa’ jiġi elett fil-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi Fulvio Martusciello ġie elett mill-ġdid fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024, u għalhekk, kien Membru tal-Parlament Ewropew meta twettaq l-allegat reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċeduri legali fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhijiex privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament Ewropew kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu soġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom; billi l-allegat reat ma jikkonċernax opinjoni espressa jew vot mogħti minn Fulvio Martusciello fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-Artikolu 8 ta’ dak il-Protokoll;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu, fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor barra dak tagħhom stess, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċeduri legali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-investigazzjoni kienet tikkonċerna ħafna individwi, mhux biss lil Fulvio Martusciello; billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Fulvio Martusciello jidher li ġejja minn investigazzjoni usa’ dwar allegati prattiki korrotti u ma jidhirx li hija mmirata lejn l-attività politika tiegħu; billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri ma jidhirx li l-intenzjoni sottostanti tal-proċedimenti inkwistjoni hija li ssir ħsara fuq l-attività politika ta’ Fulvio Martusciello bħala Membru tal-Parlament Ewropew u b’hekk l-indipendenza tal-Parlament;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Fulvio Martusciello;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Renju tal-Belġju u lil Fulvio Martusciello.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>