<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0197</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">In-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta merkanzija</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0070/2026 - Rapporteur: Bernd Lange)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2026 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija (COM(2025)0472 – C10-0192/2025 – 2025/0260(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0472),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10‑0192/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-valutazzjoni baġitarja maħruġa mill-Kumitat għall-Baġits,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta’ Mejju 2026, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 60 u 58 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A10-0070/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt<FOOTNOTE><FIELD> Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-26 ta’ Marzu 2026 (Testi adottati, P10 TA(2026)0097).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TC1-COD(2025)0260</STRING></IDENT><TCONSOLID><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-16 ta’ Ġunju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-nuqqas ta' applikazzjoni tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti</STRING><BRK/></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
</VISA><VISA>
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja<FOOTNOTE><FIELD>Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2026.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P>L-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka (l-"Istati Uniti") għandhom l-iktar relazzjoni kummerċjali u ta' investiment bilaterali kbira u profonda fid-dinja u għandhom ekonomiji integrati ħafna. Il-kummerċ bidirezzjonali totali bejniethom kellu valur ta' aktar minn EUR 1,6 triljun fl-2024. Dik is-sħubija profonda u komprensiva hija mirfuda minn investimenti reċiproċi sinifikanti fis-swieq ta' xulxin, b'valur ta' madwar EUR 5,3 triljun.
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>Sabiex jiġi evitat it-tfixkil tar-relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment tagħhom, u biex tkompli tittejjeb dik ir-relazzjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, l-Unjoni u l-Istati Uniti qablu dwar id-Dikjarazzjoni Konġunta rigward Ftehim dwar it-Tariffi, imħabbra fil-21 ta' Awwissu 2020 (id-“Dikarazzjoni Konġunta 2020”), li skontha l-Unjoni impenjat ruħha li telimina t-tariffi fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-awwista ħajjin u ffriżati tal-Istati Uniti u l-Istati Uniti impenjaw ruħhom li jnaqqsu b'50 % ir-rati tariffarji tagħhom fuq ċerti prodotti esportati mill-Unjoni b'valur kummerċjali annwali medju ta' USD 160 miljun, inkluż ċerti ikliet ippreparati, ċerti oġġetti tal-ħġieġ tal-kristall, preparazzjonijiet tal-wiċċ, trabijiet propellanti, lighters tas-sigaretti u partijiet tal-lighters. Sabiex timplimenta id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-2020,</STRING></STRING> fis-16 ta' Diċembru 2020, l-Unjoni adottat ir-Regolament (UE) 2020/2131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) 2020/2131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija (ĠU L 430, 18.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2131/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ▌<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">bażi erga omnes, fuq għadd limitat ta' oġġetti</STRING></STRING>, ▌<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">inkluż prodotti tal-awwista ħajjin u ffriżati</STRING></STRING> ▌<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li joriġinaw mill-Istati Uniti, għall-perjodu</STRING></STRING> mill-1 ta' Awwissu 2020 ▌<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">sal-</STRING></STRING>31 ta' Lulju 2025.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>Fis-27 ta’ Lulju 2025, il-President tal-Kummissjoni u l-President tal-Istati Uniti laħqu ftehim politiku li sussegwentement ġie rifless fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti rigward Ftehim dwar Kummerċ Reċiproku, Ġust u Bilanċjat tal-21 ta’ Awwissu 2025 (id-"Dikjarazzjoni Konġunta"). F’konformità ma’ dak il-ftehim politiku u mad-Dikjarazzjoni Konġunta, u biex jiġi żgurat aċċess kontinwu għall-oġġetti tal-Unjoni fis-suq tal-Istati Uniti, jenħtieġ li l-Unjoni tipprevedi n-nuqqas ta' applikazzjoni, għal perjodu ulterjuri, tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tat-tipi ta' awwista koperti mir-Regolament (UE) 2020/2131. F'konformità ma’ dak il-ftehim politiku u mad-Dikjarazzjoni Konġunta, jenħtieġ li n-nuqqas ta' applikazzjoni tad-dazji doganali jinkludi wkoll l-importazzjonijiet tal-awwista pproċessata kklassifikata taħt il-kodiċi 1605 30 90 tan-Nomenklatura Magħquda (NM), kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).</FIELD></FOOTNOTE>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>Għalhekk, jenħtieġ li d-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet tal-oġġetti koperti minn dan ir-Regolament  japplikaw f'livell ta' 0 % <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">sakemm</STRING></STRING> l-Istati Uniti ▌<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ma jibqgħux</STRING></STRING> jimplimentaw id-Dikjarazzjoni Konġunta b'mod effettiv.
</CONS><CONS>
<NO.P>(5)</NO.P>Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni biex tissospendi, kompletament jew parzjalment, in-nuqqas ta' -applikazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti koperti minn dan ir-Regolament f'ċirkostanzi speċifiċi. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).</FIELD></FOOTNOTE>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(6)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni tal-effetti ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Jannar 2030. Jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tkopri wkoll il-bidliet mill-1 ta' Awwissu 2025 fil-volumi u l-valuri tal-kummerċ tal-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti lejn l-Unjoni tal-oġġetti koperti minn dan ir-Regolament. Fejn xieraq, jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva biex testendi l-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(7)</NO.P>Fid-dawl tal-importanza li jiġi evitat it-tfixkil tar-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika b'effett retroattiv mill-1 ta' Awwissu 2025. Jenħtieġ li d-dazji doganali mħallsa li jaqbżu dawk applikabbli skont dan ir-Regolament fil-perjodu bejn l-1 ta' Awwissu 2025 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jiġu rimborżati fuq talba,
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Nuqqas ta' applikazzjoni tad-dazji doganali</STRING></STI.ART><PARAG>Id-dazji doganali applikabbli tat-Tariffa Doganali Komuni stabbilita bir-Regolament  (KEE) Nru 2658/87 fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-</STRING></STRING>oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu ta' 0 %.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 2</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Sospensjoni</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jissospendi kompletament jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Artikolu 1 fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>meta l-Istati Uniti jonqsu milli jimplimentaw id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar Ftehim dwar Kummerċ Reċiproku, Ġust u Bilanċjat, imħabbar fil-21 ta’ Awwissu 2025 (id-“Dikjarazzjoni Konġunta”), jew inkella jimminaw l-objettivi tat-titjib tar-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti u l-objettivi segwiti mid-Dikjarazzjoni Konġunta, jew jimminaw l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni għas-suq tal-Istati Uniti, jew b'xi mod ieħor ifixklu r-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>meta jkun hemm biżżejjed indikazzjoni li l-Istati Uniti ser jaġixxu bil-mod imsemmi fil-punt (a) fil-futur;<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> jew</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>meta tkun seħħet bidla fiċ-ċirkostanzi oġġettivi fir-rigward ta' dawk eżistenti fid-data tad-Dikjarazzjoni Konġunta.</PARAG><PARAG>Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3(2).</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika sakemm jippersistu ċ-ċirkostanzi msemmija f’dak il-paragrafu.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 3</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Proċedura ta' kumitat</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ostakli għall-Kummerċ stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 272, 16.10.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1843/oj).</FIELD></FOOTNOTE>.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Fil-każijiet meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 4</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Rimborż tad-dazji doganali</STRING></STI.ART><PARAG>Fuq talba mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati, l-awtoritajiet doganali nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrimborżaw kwalunkwe dazju doganali mħallas li jaqbeż dak applikabbli skont dan ir-Regolament fir-rigward ta’ oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness importati fl-Unjoni bejn l-1 ta' Awwissu 2025 u ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].</PARAG>

<TI.ART><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Artikolu 5</STRING></STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Valutazzjoni u rapportar</STRING></STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sal-31 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni tal-effetti ta' dan ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni għandha tkopri l-bidliet mill-1 ta' Awwissu 2025 fil-volumi u l-valuri tal-kummerċ tal-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti lejn l-Unjoni tal-oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness.</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fejn xieraq, il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva biex testendi l-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>3.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati regolarment, u fil-ħin, dwar l-iżviluppi rilevanti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.</STRING></STRING></PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 6</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Dħul fis-seħħ u applikazzjoni</STRING></STI.ART><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</PARAG><PARAG>Għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2025<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> sal-31 ta' Lulju 2030</STRING></STRING>.</PARAG><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.</PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi …,

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew	Għall-Kunsill</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President	Il-President</STRING>
</SIGNATURE><ANNEX><TI><STRING BOLD="on"><STRING UNDERLINE="on">ANNESS</STRING></STRING></TI>

<TGROUP COLS="2"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="21.16*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="78.84*"/>
<ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Kodiċi NM 2025<FOOTNOTE><FIELD>Il-kodiċijiet tan-nomenklatura huma meħuda min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, kif applikabbli fl-2025, u mutatis mutandis kif emendati minn atti legali sussegwenti.</FIELD></FOOTNOTE>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
Deskrizzjoni
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
0306 11 90
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
Awwista tal-blat u awwist ieħor tal-baħar (<STRING ITALIC="on">Palinurus</STRING> spp., <STRING ITALIC="on">Panulirus</STRING> spp. u <STRING ITALIC="on">Jasus</STRING> spp.), iffriżati, anki affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, inkluż dawk fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma (minbarra dnub tal-awwist)
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
0306 12 10
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
Awwisti (<STRING ITALIC="on">Homarus</STRING> spp.) iffriżati, sħaħ, anki affumikati jew imsajra bl-istim jew mgħollijin fl-ilma
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
0306 12 90
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
Awwisti (<STRING ITALIC="on">Homarus</STRING> spp.) iffriżati, anki affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, inkluż awwisti fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma (minbarra sħaħ)
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
0306 32 10
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
Awwisti (<STRING ITALIC="on">Homarus</STRING> spp.) ħajjin
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
1605 30 90
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
Awwista, ippreparata jew ippreservata (bl-esklużjoni ta' dik sempliċement affumikata; minbarra l-laħam tal-awwist, imsajjar, għall-manifattura ta' butir tal-awwist jew ta' paste, paté, sopop jew zlazi tal-awwist)
</ENTRY></ROW>
</TGROUP>

</ANNEX></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>