<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0201</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2025/009 BE/Soliver</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0149/2026 - Rapporteur:  Bogdan Rzońca )</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2026 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2025/009 BE/Soliver (COM(2026)0050 – C10-0111/2026 – 2026/0097(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2026)0050 – C10‑0111/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”), kif emendat mir-Regolament (UE) 2026/1139<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2026/1139, 20.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1139/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (“ir-Regolament QFP”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj<STRING ITALIC="on">).</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0149/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta’ avvenimenti u ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji u biex tgħinhom jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza qed tingħata permezz ta’ appoġġ finanzjarju mogħti lill-ħaddiema; billi ż-żamma tal-kompetittività tal-industrija Ewropea u t-tisħiħ tal-investiment fl-innovazzjoni u l-ħiliet huma essenzjali biex jiġi evitat aktar tnaqqis industrijali u telf ta’ impjiegi madwar l-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2025/009 BE/Soliver għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG wara 803 sensji<FOOTNOTE><FIELD> Fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> f’Soliver NV (Soliver) fil-Belġju, fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-diviżjoni 46 tan-NACE Reviżjoni 2 (Negozju bl-ingrossa) fir-reġjuni tal-Provinċja ta’ Flanders tal-Lvant (BE23) u l-Provinċja ta’ Flanders tal-Punent (BE25), Flanders, f’perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Lulju 2025 sal-1 ta’ Novembru 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent previsti fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament dwar il-FEG;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Soliver iddikjara falliment f’Diċembru 2024; billi fil-Belġju l-fallimenti ilhom jiżdiedu mill-2022 u l-qgħad qed jaffettwa serjament diversi reġjuni fi Flanders;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-forza tax-xogħol affettwata mill-għeluq ta’ Soliver tinkludi proporzjon sinifikanti ta’ ħaddiema akbar fl-età, li jiffaċċjaw ostakli speċifiċi u aggravati biex jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, inklużi diskriminazzjoni abbażi tal-età, spariġġi fil-ħiliet u aċċess limitat għal opportunitajiet ta’ taħriġ mill-ġdid; billi jridu jiġu stabbiliti miżuri mmirati biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-ħaddiema akbar fl-età, inklużi formati ta’ taħriġ adattati għall-età, mentoraġġ u kooperazzjoni mal-impjegaturi impenjati għal reklutaġġ varjat skont l-età;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-VDAB qed jipprovdu l-prefinanzjament u l-kofinanzjament nazzjonali tal-miżuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’dik nazzjonali rigward is-sensji kollettivi ġew issodisfati;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu primarjament diretti lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jkollhom l-għan li jintegraw mill-ġdid lill-benefiċjarji b’mod durabbli u f’kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ kwalità fis-suq tax-xogħol filwaqt li joffrulhom taħriġ fil-ħiliet biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018)<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikolu 8 tar-Regolament dwar il-QFP.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament dwar il-FEG u b’mod partikolari fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tiegħu huma ssodisfati u li l-Belġju huwa intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 2 132 535 skont dak ir-Regolament, li tirrappreżenta 85 % tal-kost totali ta’ EUR 2 508 865, liema kost jinkludi n-nefqa ta’ EUR 2 412 465 għal servizzi personalizzati u n-nefqa ta’ EUR 96 400 għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ressqu l-applikazzjoni fit-22 ta’ Diċembru 2025, u li, wara li rċeviet informazzjoni addizzjonali mill-Belġju, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fit-30 ta’ April 2026, kważi xahar qabel l-iskadenza, u nnotifikat lill-Parlament dwar dan fl-istess jum; jisħaq fuq l-importanza li jitqassar iż-żmien bejn it-tressiq ta’ applikazzjoni għal assistenza mill-FEG u d-deċiżjoni ta’ finanzjament, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati bis-sħiħ id-drittijiet tal-Parlament Ewropew bħala waħda mill-fergħat tal-awtorità baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata ma’ 803 benefiċjarji fil-mira, li ngħataw is-sensja fil-kumpanija Soliver;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jieħu nota li Soliver, kumpanija li tipproduċi prodotti tal-ħġieġ għall-kostruzzjoni u s-settur awtomobilistiku, bdiet tiffoka fuq ħġieġ tal-karozzi esklussivament ta’ teknoloġija avvanzata wara li ġiet akkwistata minn American Glass Products Holding (AGP) fl-2018; jinnota li l-kumpanija bdiet tesperjenza diffikultajiet prinċipalment marbuta ma’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fis-settur awtomobilistiku, li rriżulta minn dewmien fil-produzzjoni tal-mudelli tal-karozzi li l-prodotti tagħha kienu maħsuba għalihom, u li fl-aħħar mill-aħħar irriżulta fi tnaqqis serju fil-profittabbiltà u liema tnaqqis wassal għall-falliment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-industrija tal-ħġieġ hija settur intensiv fl-enerġija u ġiet affettwata b’mod sever minn prezzijiet tal-enerġija persistentement għoljin, li dgħajfu b’mod sinifikanti l-kompetittività tagħha; jisħaq li l-kisba ta’ prezzijiet tal-enerġija kompetittivi fit-tul teħtieġ żieda sostanzjali fil-provvista tal-enerġija affidabbli u affordabbli, inkluż permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u r-rotot tal-provvista, l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-enerġija domestika, u t-tlestija sħiħa tal-Unjoni tal-Enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li, filwaqt li l-ħaddiema b’ħiliet tekniċi, jew dawk li lesti li jitħarrġu mill-ġdid, għandhom l-aktar opportunitajiet ta’ impjieg favorevoli, minħabba n-nuqqas ta’ professjonisti tekniċi, li jirriżulta mill-fatt li hemm anqas żgħażagħ li qegħdin jidħlu għat-taħriġ vokazzjonali u li l-forza tax-xogħol qed tixjieħ. jenfasizza li r-riintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati u l-iżgurar tal-aċċess ugwali għal opportunitajiet ta’ taħriġ ta’ kwalità għolja huma kruċjali għal ekonomija Ewropea valida għall-futur b’bażi industrijali b’saħħitha; jissottolinja l-importanza li tissaħħaħ il-kompetittività industrijali tal-Unjoni f’dan il-kuntest;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jiddispjaċih li ż-żieda fil-fallimenti matul dawn l-aħħar ftit snin kellha impatt negattiv fuq ir-rata ta’ impjieg f’xi reġjuni fil-Belġju, b’mod partikolari fir-reġjun ta’ Flanders; jenfasizza li, fi Flanders, il-ħaddiema akbar fl-età li jingħataw is-sensja jiffaċċjaw ostakli akbar biex jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-awtoritajiet Belġjani jipprovdu appoġġ speċifiku mfassal apposta biex jgħin lill-ħaddiema jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa biex isibu impjiegi ta’ kwalità ġodda, filwaqt li jieħdu miżuri biex inaqqsu l-fallimenti u jindirizzaw id-disparitajiet soċjali li jwasslu għall-esklużjoni tal-forza tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li, bi qbil mal-esperti u mas-sħab soċjali, is-servizzi personalizzati li se jiġu pprovduti lill-ħaddiema jikkonsistu fil-miżuri li ġejjin: task force ta’ konsulenti b’esperjenza u maniġers tal-kontijiet, li tipprovdi servizzi ta’ konsulenza personalizzati; servizzi ta’ rikollokament li jipprovdu gwida individwali; għajnuna biex jinstab impjieg: assistenza rinforzata għat-tiftix ta’ impjieg: taħriġ u taħriġ mill-ġdid, inkluż taħriġ fuq il-post tax-xogħol; parteċipazzjoni f’fieri tal-impjiegi; jenfasizza l-importanza li jitrawmu impjiegi ta’ kwalità għolja u orjentati lejn il-futur biex tissaħħaħ il-kompetittività u tiġi appoġġjata t-trasformazzjoni diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar li l-FEG huwa strument ta’ solidarjetà u tranżizzjoni ġusta u, filwaqt li jipprovdi appoġġ wara t-telf ta’ impjiegi, ma jistax jissostitwixxi politika industrijali proattiva; iqis li l-mobilizzazzjoni tal-FEG jeħtieġ li tiġi inkorporata f’rispons ta’ politika akbar fil-livelli politiċi kollha biex jiġi żgurat li l-ħaddiema affettwati jsibu opportunitajiet adegwati f’konformità mal-kwalifiki u l-ħiliet tagħhom; jisħaq li l-kompitu primarju tal-Unjoni jrid ikun li l-ewwel nett tipprevjeni tali għeluq, billi toħloq il-kundizzjonijiet biex il-produzzjoni industrijali tinżamm kompetittiva u s-sistemi tas-sigurtà soċjali jkunu finanzjarjament sostenibbli, waqt li fl-istess ħin tinvesti fil-ħiliet kemm għall-ħaddiema bi kwalifiki għoljin kif ukoll għall-ħaddiema industrijali; jissottolinja l-ħtieġa li jingħata appoġġ speċifiku mfassal apposta għall-profili tal-ħaddiema, filwaqt li jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu l-fallimenti u jiġu indirizzati d-disparitajiet soċjali li jwasslu għall-esklużjoni mill-forza tax-xogħol; jissottolinja li t-tnaqqis ta’ piżijiet regolatorji u amministrattivi mhux meħtieġa huwa essenzjali biex tiġi appoġġjata l-kompetittività industrijali, jiġi attirat l-investiment u jiġu ppreservati impjiegi ta’ kwalità fl-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li l-awtoritajiet Belġjani għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni u jenfasizzaw il-valur miżjud tiegħu billi jipprovdu informazzjoni effettiva u mmirata lill-benefiċjarji, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lis-sħab soċjali, u lill-pubbliku ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura viżibbiltà ugwali tal-istrument madwar l-Istati Membri u tippromwovi l-valur miżjud tiegħu billi xxerred informazzjoni mmirata lill-awtoritajiet nazzjonali, li għandhom ikomplu jgħaddu tali informazzjoni lill-kumpaniji affettwati mis-sensji, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lis-sħab soċjali, u lill-pubbliku ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob li jsiru evalwazzjonijiet finali bir-reqqa, flimkien mas-sħab soċjali, tal-miżuri implimentati, inkluża informazzjoni ċara u trasparenti dwar il-mod kif intużaw il-fondi, ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol u jekk intlaħqux l-objettivi tal-FEG; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza ta’ monitoraġġ regolari tal-miżuri ffinanzjati mill-FEG sabiex tiġi vvalutata l-effettività tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda jipprovdi servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira kif ukoll beda jġarrab nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG fil-11 ta’ Ġunju 2025, u li l-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun għalhekk minn dik id-data sa, rispettivament, 24 xahar u 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani pprovdew aċċertament li l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom, u li kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-awtoritajiet pubbliċi jew tal-kumpaniji fl-ambitu tal-liġi nazzjonali jew ta’ ftehimiet kollettivi; ifakkar li l-FEG huwa mekkaniżmu limitat, immirat u komplementari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju - EGF/2025/009 BE/Soliver</STRING></STI>
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b'mod partikolari l-punt 9 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

<NO.P>(1)</NO.P>Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) għandu l-għan li juri solidarjetà u jippromwovi impjiegi deċenti u sostenibbli fl-Unjoni billi jipprovdi appoġġ għall-ħaddiema ssensjati u għal persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar u jgħinhom jirritornaw għal impjieg deċenti u sostenibbli mill-aktar fis possibbli.

<NO.P>(2)</NO.P>Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 30 miljun (bil-prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta' Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/691.

<NO.P>(3)</NO.P>Fit-22 ta' Diċembru 2025, il-Belġju ssottometta applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG f'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2021/691, fir-rigward tas-sensji tal-ħaddiema f'Soliver NV fil-Belġju. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali pprovduta f'konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2021/691. Dik l-applikazzjoni titqies konformi mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/691, abbażi tal-valutazzjoni li saret mill-Kummissjoni fil-Proposta għal deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> COM(2026) 50.</FIELD></FOOTNOTE>.

<NO.P>(4)</NO.P>Għalhekk, jenħtieġ li l-FEG jiġi mmobilizzat biex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 2 132 535 fir-rigward tal-applikazzjoni mressqa mill-Belġju.

<NO.P>(5)</NO.P>Sabiex jiġi minimizzat iż-żmien li jittieħed biex jiġi mobilizzat l-FEG, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

<STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING>

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2026, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 2 132 535 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

<STRING ITALIC="on">Artikolu 2</STRING>

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>. Għandha tapplika minn [<STRING ITALIC="on">id-data tal-adozzjoni tagħha</STRING>]<FOOTNOTE><FIELD><STRING BOLD="on"><STRING SUPERSCRIPT="on">* </STRING></STRING>Id-data għandha tiddaħħal mill-Parlament qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU.</FIELD></FOOTNOTE>.

Magħmul fi Brussell,

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew	Għall-Kunsill</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President	Il-President</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>